1
IL-PEDISTALLI BL-ISTATWI Il-pjazez u t-toroq ewlenin jiġu armati bl-istatwi tal-qaddisin, il-personaġġi storiċi u l-anġli. Dawn jitpoġġew fuq pedistalli għoljin (magħrufa wkoll bħala kanolli) magħmula mill-injam irħamat (miżbugħ b’tali mod li jidher qisu rħam). Ikollhom ukoll l-iskultura indurata bid-deheb jew bil-fidda. IT-TROFEJ Il-pjazez ewlenin jiġu armati wkoll bit-trofej. Dawn jikkonsistu f’antarjoli (arbli twal) imlibbsa kolonna rqiqa fil-parti t’isfel. Fuq il-kolonna jitpoġġa skudett bis-simboli jew armi araldiċi marbuta mal-festa. Mal-ġnub tal-iskudett jitwaħħlu numru ta’ standardi (bnadar) f’għamla ta’ mrewħa, filwaqt li mal-parti ta’ fuq tal-antarjol tiddendel bandalora kbira mżejna b’disinji u tpinġijiet. IL-FESTUNI U L-LIEDNA Il-parti l-kbira tal-festa ta’ barra ssir wara nżul ix-xemx u għaldaqstant, it-toroq u l-pjazez jiġu mixgħula bil-pavaljuni tad-dawl jew bil-festuni Ħafna drabi, dawn il-festuni jiġu mlibbsa l-liedna (karti jew folji tal-plastik kkuluriti marbuta b’tali mod li jidhru qishom friegħi tal-pjanti li jixxebilku). IL-PLANĊIER Kull każin tal-banda li jieħu sehem fl-organizzazzjoni tal-festa jkollu l-planċier tiegħu. Dan il-palk artistiku jintrama fil-pjazza ewlenija u jintuża għall-programmi mużikali mill-istess banda jew mill-baned l-oħra li jkunu mistiedna jieħdu sehem fil-festa. L-ARK TRIJONFALI F’xi festi, matul it-triq tal-purċissjoni jew fit-tarf tal-pjazza ewlenija, tintrama struttura kbira tal-injam, imżejna bil-kolonni u l-istatwi. Fiċ-ċentru tagħha jkollha arkata kbira biex il-purċissjoni bil-vara tgħaddi minn taħtha. IL-PAVALJUNI, IL-BANDALORI U D-DAMASK It-toroq ewlenin jiġu armati wkoll bil-pavaljuni u bil-bandalori tad-drapp. Dawn ikollhom drappijiet ikkuluriti u jkunu mżejna b’ħafna disinji elaborati u bi tpinġijiet. F’diversi festi, speċjalment f’Għawdex, niltaqgħu wkoll mal-pavaljuni tad-dawl. Fl-istess waqt il-faċċati tal-knejjes u ta’ binjiet ewlenin jiġu mlibbsa bid-damask. IL-MIXEGĦLA TAL-FAĊĊATI Minbarra bid-damask, il-binjiet ewlenin, fosthom il-knisja parrokkjali u l-każini tal-banda jiġu mżejna bid-dawl. Dan ikun iddisinjat b’tali mod li jikkumplimenta u jiddefenixxi l-arkitettura, speċjalment il-koppla u l-kampnari tal-knisja parrokkjali, li mill-bogħod jkunu qishom xi ħaġa tal-fantasija. Dan l-ispettaklu jkompli jisbieħ bil-mixegħla tal-festuni mal-arbli tal-bnadar fuq il-bjut. LIBSA MILL-ISBAĦ L-ibliet u l-irħula tagħna jilbsu libsa mill-isbaħ fil-ġranet tal-festa. Dan hu frott ta’ ħafna xogħol minn ħafna nies tas-sengħa mifrux fuq medda ta’ snin. IL-FESTI TAGĦNA... L-ARMAR TA’ BARRA © 2020 Publishing

IL-FESTI TAGĦNA L-ARMAR TA’ BARRA - Heritage Malta · 2020. 8. 3. · Kull każin tal-banda li jieħu sehem fl-organizzazzjoni tal-festa jkollu l-planċier tiegħu. Dan il-palk

  • Upload
    others

  • View
    11

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

  • IL-PEDISTALLI BL-ISTATWIIl-pjazez u t-toroq ewlenin jiġu armati bl-istatwi tal-qaddisin, il-personaġġi storiċi u l-anġli. Dawn jitpoġġew fuq

    pedistalli għoljin (magħrufa wkoll bħala kanolli) magħmula mill-injam irħamat (miżbugħ b’tali mod li jidher qisu rħam). Ikollhom ukoll l-iskultura

    indurata bid-deheb jew bil-fidda.

    IT-TROFEJIl-pjazez ewlenin jiġu

    armati wkoll bit-trofej. Dawn jikkonsistu f’antarjoli (arbli twal) imlibbsa

    kolonna rqiqa fil-parti t’isfel. Fuq il-kolonna jitpoġġa skudett bis-simboli jew armi araldiċi

    marbuta mal-festa. Mal-ġnub tal-iskudett jitwaħħlu numru ta’ standardi (bnadar)

    f’għamla ta’ mrewħa, filwaqt li mal-parti ta’ fuq tal-antarjol tiddendel bandalora kbira

    mżejna b’disinji u tpinġijiet.

    IL-FESTUNI U L-LIEDNAIl-parti l-kbira tal-festa ta’ barra ssir wara nżul

    ix-xemx u għaldaqstant, it-toroq u l-pjazez jiġu mixgħula bil-pavaljuni tad-dawl jew bil-festuni

    Ħafna drabi, dawn il-festuni jiġu mlibbsa l-liedna (karti jew folji tal-plastik kkuluriti marbuta b’tali

    mod li jidhru qishom friegħi tal-pjanti li jixxebilku).IL-PLANĊIER

    Kull każin tal-banda li jieħu sehem fl-organizzazzjoni tal-festa jkollu l-planċier tiegħu. Dan il-palk artistiku jintrama fil-pjazza ewlenija u jintuża għall-programmi mużikali mill-istess banda jew mill-baned l-oħra li jkunu

    mistiedna jieħdu sehem fil-festa.

    L-ARK TRIJONFALIF’xi festi, matul it-triq tal-purċissjoni jew

    fit-tarf tal-pjazza ewlenija, tintrama struttura kbira tal-injam, imżejna

    bil-kolonni u l-istatwi. Fiċ-ċentru tagħha jkollha arkata kbira biex il-purċissjoni

    bil-vara tgħaddi minn taħtha.

    IL-PAVALJUNI, IL-BANDALORI U D-DAMASKIt-toroq ewlenin jiġu armati wkoll bil-pavaljuni u

    bil-bandalori tad-drapp. Dawn ikollhom drappijiet ikkuluriti u jkunu mżejna b’ħafna disinji elaborati u bi tpinġijiet. F’diversi festi, speċjalment f’Għawdex, niltaqgħu wkoll mal-pavaljuni tad-dawl. Fl-istess waqt il-faċċati tal-knejjes u ta’ binjiet ewlenin jiġu mlibbsa bid-damask.

    IL-MIXEGĦLA TAL-FAĊĊATIMinbarra bid-damask, il-binjiet

    ewlenin, fosthom il-knisja parrokkjali u l-każini tal-banda jiġu mżejna

    bid-dawl. Dan ikun iddisinjat b’tali mod li jikkumplimenta u jiddefenixxi

    l-arkitettura, speċjalment il-koppla u l-kampnari tal-knisja parrokkjali, li mill-bogħod jkunu qishom xi ħaġa tal-fantasija. Dan

    l-ispettaklu jkompli jisbieħ bil-mixegħla tal-festuni mal-arbli

    tal-bnadar fuq il-bjut.

    LIBSA MILL-ISBAĦL-ibliet u l-irħula tagħna jilbsu libsa mill-isbaħ fil-ġranet tal-festa. Dan hu frott ta’ ħafna xogħol minn ħafna nies tas-sengħa mifrux fuq medda ta’ snin.

    IL-FESTI TAGĦNA...L-ARMAR TA’ BARRA

    © 2020 Publishing