16
Il-Gazzetta tal- Year4Yellow Ġunju 2012 Il-klassi tagħna kitba ta’ Rakel Grech Il-klassi tagħna hija kwadra. Għandna 21 mejda, 21 siġġu u 21 tifel u tifla. Il-kulur tal-klassi tagħna huwa isfar. Għandna x’tpinġijiet wkoll mall-ħajt. Il-klassi tagħna tagħmel ħafna crafts, tpinġijiet u affarijiet oħra. Għandna wkoll żewġ breaks biex nieklu, nixorbu u nilgħabu flimkien mal-ħbieb tagħna. Il- klassi tagħna tagħmel ukoll lezzjonijiet biex nitgħallmu. Il-klassi tagħna tiriċikla karti u plastik għalihom u wara li l-bin jimtela’ kollu immorru narmuhom fil-bring-in-site li għandna ġo l-iskola. Żewġ inċidenti koroh kitba ta’ Rwan Farag u ta’ Myron Vella Ilbieraħ ġo Ħal Qormi ġara aċċident ikrah tat-traffiku. Kien hemm żewġ karozzi ħabtu u waħda mill-karozzi ġiet fuq raġel. Wara ġew l-ambulanzi u ħadu n-nies li weġġgħu l- isptar. Aktar informazzjoni għadha qed tidħlilna. Aktar tard karozza tat-tip Opel inqelbet f’Birkirkara. Fl-inċident ma weġġa ħadd iżda ix-xufier qiegħed l-isptar taħt xokk. L- inċident ġara meta fl-art kien hemm xi żejt. Il-karozza kienet għaddejja bi speed normali. Meta f’daqqa waħda il-karozza ħadet brake u inqelbet. In-nies tal-madwar mill-ewwel ċemplu l-ambulanza. Ir-raġel itieħed l- isptar mill-ewwel ħalli jaraw x’kien ġralu. Fortunatament ir-raġel kull ma kellu fuqu kien biss xokk kbir. Din il-gazzetta hija kollha produzzjoni tat-tfal. Il-ħsieb warajha kien li nitgħallmu naqraw il-kitbiet ta’ xulxin waqt li nipprattikaw ftit il-kitba b’mod kreattiv. Għan ieħor kien li din il-gazzetta tinżamm bħala tifkira żgħira tas-sena li għaddejna flimkien. Grazzi lit-tfal kollha u lill-ġenituri tal- għajnuna u minn qalbi nawguralkom Sajf mill-aqwa - Mr. J. Tabone

Il-Gazzetta tal- Year4Yellow - Santa Venera Primarystc.venera.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2012/06/Il-gazzetta-tal... · fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti. ... ħwejjeġ

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Il-Gazzetta tal- Year4Yellow - Santa Venera Primarystc.venera.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2012/06/Il-gazzetta-tal... · fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti. ... ħwejjeġ

Il-Gazzetta tal-

Year4Yellow

Ġunju 2012

Il-klassi tagħna kitba ta’ Rakel Grech

Il-klassi tagħna hija kwadra. Għandna 21

mejda, 21 siġġu u 21 tifel u tifla. Il-kulur

tal-klassi tagħna huwa isfar. Għandna

x’tpinġijiet wkoll mall-ħajt.

Il-klassi tagħna tagħmel ħafna crafts,

tpinġijiet u affarijiet oħra. Għandna wkoll

żewġ breaks biex nieklu, nixorbu u

nilgħabu flimkien mal-ħbieb tagħna. Il-

klassi tagħna tagħmel ukoll lezzjonijiet

biex nitgħallmu.

Il-klassi tagħna tiriċikla karti u plastik

għalihom u wara li l-bin jimtela’ kollu

immorru narmuhom fil-bring-in-site li

għandna ġo l-iskola.

Żewġ inċidenti koroh kitba ta’ Rwan Farag u ta’ Myron Vella

Ilbieraħ ġo Ħal Qormi ġara aċċident ikrah

tat-traffiku. Kien hemm żewġ karozzi ħabtu

u waħda mill-karozzi ġiet fuq raġel. Wara

ġew l-ambulanzi u ħadu n-nies li weġġgħu l-

isptar. Aktar informazzjoni għadha qed

tidħlilna.

Aktar tard karozza tat-tip Opel inqelbet

f’Birkirkara. Fl-inċident ma weġġa ħadd

iżda ix-xufier qiegħed l-isptar taħt xokk. L-

inċident ġara meta fl-art kien hemm xi

żejt. Il-karozza

kienet

għaddejja bi

speed normali.

Meta f’daqqa waħda il-karozza ħadet brake

u inqelbet. In-nies tal-madwar mill-ewwel

ċemplu l-ambulanza. Ir-raġel itieħed l-

isptar mill-ewwel ħalli jaraw x’kien ġralu.

Fortunatament ir-raġel kull ma kellu fuqu

kien biss xokk kbir.

Din il-gazzetta hija kollha produzzjoni tat-tfal. Il-ħsieb warajha kien li nitgħallmu naqraw il-kitbiet

ta’ xulxin waqt li nipprattikaw ftit il-kitba b’mod kreattiv. Għan ieħor kien li din il-gazzetta

tinżamm bħala tifkira żgħira tas-sena li għaddejna flimkien. Grazzi lit-tfal kollha u lill-ġenituri tal-

għajnuna u minn qalbi nawguralkom Sajf mill-aqwa - Mr. J. Tabone

Page 2: Il-Gazzetta tal- Year4Yellow - Santa Venera Primarystc.venera.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2012/06/Il-gazzetta-tal... · fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti. ... ħwejjeġ

____________________________________________________

Futbol – Jirbħu Chelsea u Qormi kitba ta’ Rowan Cutajar u

ta’ Denilson Tabone

__________________________________________________________

Partita li saret nhar

Il-Ġimgħa 18 ta’

Mejju, fid-disgħa ta’

bil-lejl. Il-logħba

saret ġo Munich il-Ġermanja bejn Bayern

Munich u Chelsea. Għall-ewwel skurjaw

Bayern Munich, imbagħad skurjaw

Chelsea. Wara ftit weġġa player ta’

Chelsea u dan kien il-player Malouda u

minfloku daħal Anelka. Ic-Champions

league rebħuha ic-Chelsea bil-penaltis. It-

tim u l-coach kienu ferħanin ħafna.

Ilbieraħ ukoll lagħbu Hibs u Qormi. Kienet

logħba sabiħa ħafna. Qormi għamlu fawl

fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti.

Denilson Tabone skorja l-gowl mill-

penalti. It-tieni gowl sar minn Timmy

Tabone li skurjah

minn nofs il-

grawnd. Spiċċat

Hibs 2 Qormi 0

____________________________________________________

Rapport tat-temp... kitba ta’ Sheldon Galea

__________________________________________________________

It-temp illum se jkun bnazzi. Wara

nofsinhar se jkun imsaħħab u b’xi

possibilita ta’ ftit xita aktar tard. It-

temperatura se tkun ta’ 18 –

il Grad Celsius u tista’ tinżel

għall 10 gradi Celsius.

Żuru il-blog tal-klassi tagħna fuq:

www.year4yellow.blogspot.com

Hemmhekk issibu informazzjoni dwar il-klassi tagħna, logħob,

extra worksheets, kitbiet tagħna u ħafna ħafna aktar

Page 3: Il-Gazzetta tal- Year4Yellow - Santa Venera Primarystc.venera.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2012/06/Il-gazzetta-tal... · fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti. ... ħwejjeġ

____________________________________________________

Kurżitajiet... kitba ta’ Desiree Cassar

__________________________________________________________

Kien hemm tfajla jisimha

Celina Gomez. Hi għamlet

kunċert mill-isbaħ. Hi kull

sena tagħmel kunċert.

Dalwaqt ser tagħmel kunċert ieħor, fil-11

ta’ Awwissu. In-nies dejjem ikantaw

magħha, jifirħu u jaqbżu. Dejjem tagħlaq

b’diska jisimha Tik Tok.

____________________________________________________

Logħob għal kulħadd... kitba ta’ Shania Busuttil

__________________________________________________________

Nhar is-Sibt 9 ta’Ġunju 2012, fi pjazza San

Ġorġ il-Belt Valletta, se jkun hemm diversi

attivitajiet il-ġurnata kollha għat-tfal.

Fost il-logħob organiżżat se jkun hemm: il-

passju, ħarba, tiġieġa l-għamja, noli,

żibeġ u diversi logħob tal-kompjuter.

Barra minn hekk se jkun hemm animaturi

li se jimitaw karattri tat-tfal u se jtellgħu

dramm divertenti.

Inħeġġeġ lit-tfal kollha sabiex jattendu

għal din il-ħarġa divertenti u kulturali,

għaliex se nġeddu t-tradizzjonijiet Maltin

permezz tal-logħob li se jkun organiżżat.

____________________________________________________

Avventura bil-moħbi... kitba ta’ Michaela T. Attard

__________________________________________________________

Darba waħda kien hemm draguna irrabjata

għax xi ħadd kien ħadilha id-dragun iż-żgħir

tagħha miskina. Din id-draguna kienet brava u

indunat li kien Badudlu – id-dragun makakk u

pastaż li kien ħadu. Marret ġol-għar tiegħu u

daħlet xi ftit imbeżża. Hemmhekk sabet liż-

żgħir tagħha ġo gaġġa. Hi marret biex issalvah

imma ma kinitx taf kif ser tiftaħ.

Kumbinazzjoni rat lid-dragun makakk qed

jaqra ktieb.

Telqet, qratu malajr u salvat liż-żgħir tagħha

għax fil-ktieb kien hemm miktub kif tiftaħ.

Marru lura d-dar u qagħdu ferm attenti li ħadd

aktar ma jieħu lil xi ħadd minnhom.

Qatt aktar ma resqu l’bogħod minn xulxin!

Page 4: Il-Gazzetta tal- Year4Yellow - Santa Venera Primarystc.venera.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2012/06/Il-gazzetta-tal... · fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti. ... ħwejjeġ

____________________________________________________

Ġurnata baħar... kitba ta’ Sheldon Galea

__________________________________________________________

Darba waħda kien hemm tifel u tifla

jisimhom Karl u Mary. Dawn kienu aħwa.

Kienu sejrin ġurnata baħar mal-ġenituri

tagħhom. Il-ġenituri tagħhom kien

jisimhom Doris u Leli. Huma telqu fis-

sebgħa u nofs. Damu l-baħar sal-ħamsa ta’

wara nofsinhar.

Meta marru lura d-

dar qalu grazzi

kbira lil ġenituri

tagħhom. Huma

raqdu kuntenti ħafna.

____________________________________________________

It-3 RRR’s... kitba ta’ Timothy Stivala

__________________________________________________________

Fid-dar tagħna aħna

nimxu mat-tlett R’s li

huma Reuse, Reduce u

Recycle. Meta l-mama

tixtri kartuna bajd

dejjem iżżomm il-kaxxa tal-plastic u

titfagħiex mal-iskart l-ieħor. Aħna

għandna tlett bramel biex inkunu nistgħu

narmu l-metall, il-plastik u l-karti. Meta

dawn jimtlew, narmu kollox f’xi bring-in-

site li għandna madwar ir-raħal tagħna.

Jek kulħadd jagħmel hekk żgur li l-

ambjent ta’ madwarna jkun aktar sabiħ u

nadif.

____________________________________________________

Nitgħallmu nsajru... kitba ta’ Ilenia Camilleri

__________________________________________________________

Illum ser naraw kif

għandek tagħmel Pan

di Spagna. Għandek

bżonn : 4 bajdiet, 200

gramma dqiq self-raising, 200 gramma

zokkor, nofs kuċċarina essenza tal-vanilla,

2 imgħaref ġamm (li trid), magħrfa zokkor

midħun, kuċċarina marġerina u kuċċarina

dqiq.

Page 5: Il-Gazzetta tal- Year4Yellow - Santa Venera Primarystc.venera.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2012/06/Il-gazzetta-tal... · fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti. ... ħwejjeġ

AVVIŻI…

Escort MK1 għall-bejgħ. Għadu tajjeb għal ġiri u fih

magna 16 pushrod. Għadna kemm dornieh. Il-prezz

huwa ta €2000. Min irid ikun jaf aktar isaqsi għal

Gabriele Xerri tal-Year 4 Yellow.

Ser isir sale kbir tal-għamara li jinkludi:

kmamar tas-sodda, kċejjen u salotti. Kollox

nofs prezz! Kellmu lis-sur Rwan Farag tal-Year

4 Yellow.

____________________________________________________

Serqa f’Santa Venera... kitba ta’ Craig Gauci

__________________________________________________________

Nhar is-Sibt saret serqa f’ħanut tal-

ħwejjeġ jismu Calleja. Daħal raġel liebes

kappell u nuċċali tax-xemx b’arma f’idu u

talab lil tal-ħanut biex jagħtieh il-flus

kollha li kellu. Tal-ħanut beda’ jibża u

tah il-flus minnufih.

Sakemm il-ħalliel daħħal il-flus fil-borża,

tal-ħanut irnexxielu jixgħel l-alarm.

Minnufih ġew il-pulizija li laħqu lill-ħalliel

ħiereġ eżatt mill-ħanut. Ġrew warajh u

qabduh. Il-pulizija qabdu l-borża u reġgħu

taw il-flus lil tal-ħanut. Lill-ħalliel ħaduh

l-għassa tal-pulizija u issa mistenni

jitressaq il-qorti fil-jiem li ġejjin.

Page 6: Il-Gazzetta tal- Year4Yellow - Santa Venera Primarystc.venera.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2012/06/Il-gazzetta-tal... · fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti. ... ħwejjeġ

____________________________________________________

Is-sorpriża... kitba ta’ Leandros Catania

__________________________________________________________

Darba waħda

kien hemm mara

li kien għad

fadlilha ġimgħa

biex tiċċelebra

egħluq sninha. L-

għarus tagħha

kien ipprepara sorpriża kbira u sabiħa. Hu

xtaq iżomm kollox sigriet. Bgħatha fuq

xirja twila u pprepara kollox waqt li hi

kienet qed tixtri. Stieden lill-ħbieb

tagħha. X’ħin ġiet lura d-dar sabet lil

kulħadd u ħadet gost ħafna. Qatt ma

nsiet dik is-sorpriża !

____________________________________________________

Basketball Tournament kitba ta’ Maisie Ellul

__________________________________________________________

Nhar il–Ġimgha 15 ta’ Ġunju 2012 ser ikun

hemm tournament tal-basketball. Il-ħin

ser ikun mit–tmienja ta’ filgħodu sat-

tmienja u nofs ta’ filgħaxija. Din ser tkun

fl-iskola ta’Santa Tereża ġo Santa Venera.

Kull grupp irid ikollu flokk isfar u xorts

blu. Kull persuna trid tħallas 50c tal-euro.

Il-flus li jinġabru minn dan it-tournament

imorru biex jinxtraw xi kotba għal-

librerija tal-iskola. Kull min jiġi jingħata

medalja. Min jirbah it-tournament jieħu

trofew. Titilfux din l-isfida!!

Karozza Toyota. Tiswa biss €1099 wara li kienet tiswa €2099.

Ejjew għand il-Crostcroft ġewwa Triq Birżebbuġia. Ejjew, għandna

wkoll fannijiet bl-rħis. Jiswew €85. Dawn kienu €109. Ejjew issa

għand Crostcroft. Jew inkella ċemplu 9987259 u saqsu għal Zamkin

Vella. Nistennewkhom.

Page 7: Il-Gazzetta tal- Year4Yellow - Santa Venera Primarystc.venera.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2012/06/Il-gazzetta-tal... · fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti. ... ħwejjeġ

____________________________________________________

Ross il-forn - riċetta kitba ta’ Nikita Tabone

__________________________________________________________

Ingredjenti : Tadam, bacon, Curry, Ross, kapuljat,

corned beef, kunserva, ġobon, bajd,

basla, ħalib, krema friska, żejt u piżelli

Metodu : Qaxxar u qatta l-basla fina, aqli l-basla

fi ftit żejt, Żid it-tadam, l-kunserva u l-

bacon. Żid il-kapuljat, il-corned beef, il-

piżelli u l-curry. Waddab ir-ross, ħalltu mal-bajd. Itfa’ z-zalza fuq in-nar.

Ħawwad kollox u itfa il-ġobon fil-wiċċ.

Daħħal ir-ross fil-forn.

____________________________________________________

Minestra tal-ħaxix - riċetta kitba ta’ Naomi Spiteri

__________________________________________________________

Minestra tal-Ħaxix

Ingredjenti : 2 qarabgħaliet, 4 patatiet, 2 basliet żgħar, 400 gramma qargħa ħamra,

kaboċċa żgħira, 2 ġidriet żgħar. 2 tadamiet, 2 zunnarijiet, kuċċarina kunserva,

200 gramma għaġin (forom żgħar)

Metodu : Qatta sew il-ħaxix kollu. Poġġi l-ħaxix ġo borma fonda

u żid 750ml ilma, żid il-kunserva u l-ħwawar. Sajjar

sakemm l-ilma jibda jagħli. Baxxi n-nar u kompli

sajjar sakemm isir il-ħaxix. Żid magħrfa żejt u itfa l-

għaġin. Sajjar sakemm l-għaġin jibda jirtab. Tista’

sservi din il-minestra b’naqra ġobon maħkuk imferrex fuqha.

Page 8: Il-Gazzetta tal- Year4Yellow - Santa Venera Primarystc.venera.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2012/06/Il-gazzetta-tal... · fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti. ... ħwejjeġ

____________________________________________________

Tellieqa żwiemel li ma ninsa qatt kitba ta’ Kylie Muscat

__________________________________________________________

Darba aħna konna

sejrin nagħmlu

tellieqa biż-żiemel.

Aħna armajna u

morna. Meta bdejna

intellqu bdejna ngħajjtu bil-ferħ. Id-

debba bdiet tiġri kemm tiflaħ sakemm

wasalna ħdejn il-linja l-bajda. Konna

irbaħna tazza. Kemm ħadna gost! Mort

ngħid grazzi lil min kien organizza it-

tellieqa. Morna id-dar u urejt it-tazza lil

ommi. Kemm ferħet ommi, meta saret taf

li konna erbaħna.

____________________________________________________

Ktieb li għandek taqra... kitba ta’ Shakira Tabone

__________________________________________________________

Fil-klassi tal-4.1 waħda

mill-istudenti Lisa

Bonello ippublikat ktieb.

Dan huwa ta 1024 kelma.

Il-ktieb ta’ Lisa huwa fuq

raġel li jkollu ċertu

poteri u dan kien mar

jipprova jsalva lin-nies għax kien hemm

raġel li ried joqtolhom.

Dan spiċċa weħel hu għax pprova jsalvhom

u wara li għamel ħafna u ħafna ġid

spiċċaw qatluh. Din l-istorja hija storja

vera interessanti u ta min jaqraha.

Dan il-ktieb issibuh f’kull librerija!

Ejja Piazza Italia u żur ħwienet bħal

the . inti taf liem! ilenia camilleri

Page 9: Il-Gazzetta tal- Year4Yellow - Santa Venera Primarystc.venera.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2012/06/Il-gazzetta-tal... · fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti. ... ħwejjeġ

____________________________________________________

Intervista mal-għalliem tagħna...

__________________________________________________________

Kemm għandek żmien u għaliex

jogħġbok ix-xogħol ġo skola ? Michela T.

Attard. Għandi 33 sena. Ix-xogħol ġo skola

jogħġobni għax jagħtini ċ-ċans li ngħallem

dak li ħaddieħor kien għallem lili u b’hekk

nittama li inkun nista’ nagħmel ftit

differenza għal-aħjar fil-ħajja tal-

istudenti tiegħi.

X’inhu l-aktar sport u l-aktar ikel favorit

tiegħek ? Ilenia Camilleri. L-isport

jogħgobni kważi kollu. Inħobb insegwi

ħafna t-tennis kif ukoll l-Olympics. Imma

l-aktar sport favorit tiegħi biex

nipprattikah huwa l-futbol u l-għawm.

Rigward ikel noqgħod attent li ma nikolx

affarijiet ħafna ħlewwin (għalkemm mhux

faċli). Inħobb ħafna salads bit-tiġieġ,

pizza u għaġin.

Liema hija l-aktar festa favorita

tiegħek ? Des’ree Cassar. Nieħu gost

f’kull festa, imma l-aktar li togħġobni hija

dik ta’ San Ġużepp tar-Rabat, kull nhar ta’

19 ta’ Marzu.

Xi tħobb taqra l-aktar ? U x’tagħmel fil-

ħin liberu ? Maisie Ellul. Inħobb naqra

ħafna sew bil-Malti, sew bl-Ingliż. Inħobb

anki naqra artikli minn fuq l-internet.

Inħobb naqra ukoll kotba li jirrakkuntaw

il-ħajja ta’ xi ħadd famuż bħal bijografiji.

Bħalissa qed naqra ħafna dwar

edukazzjoni u kif nistgħu ntejbu l-iskejjel

tagħna. Il-ħin liberu bħalissa pero’ kemm

ilu li ġie baby Noah, naqasli ħafna!

X’inhu d-dream job tiegħek ? Togħgbok

id-dinja kif inhi? Leandros Catania. Meta

kont żgħir kont noħlom li nkun xi plejer

tal-futbol kbir. Kont nixtieq li naħdem ġo

xi bank ukoll imma fis-sekondarja għażilt

li nkun teacher. Bħalissa m’għandix dream

job, għax fejn jien, kuntent ħafna. Id-

dinja magħmula minna lkoll. Aħna

nagħmluha sabiħa jew kerha!

Tħobb tgħallem lill-istudenti ? U t-

tpaċpiċ tagħhom, idejqek ? Sheldon

Galea. L-istudenti kollha huma għal qalbi

ħafna. Mingħajrhom l-iskejjel ma jiftħux

u mingħajr skejjel ma jkollniex irġiel u

nisa responsabbli fil-futur. It-tpaċpiċ

tagħhom idejjaqni, iva ☺ għax itellfuni u

ġieli inessuni dak li nkun ser ngħid!

Page 10: Il-Gazzetta tal- Year4Yellow - Santa Venera Primarystc.venera.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2012/06/Il-gazzetta-tal... · fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti. ... ħwejjeġ

____________________________________________________

Euro 2012... kitba ta’ Lorenzo Zammit

__________________________________________________________

Bħal ma tafu din is-sena qed titella l-Euro 2012. Din hija l-

erbatax edizzjoni minn kemm ilha tigi organizzata. Iż-żewġ

pajjiżi li qed jospitaw dawn il-logħob huma il-Polonja u l-

Ukrajna. Dan il-logħob beda fit-8 ta Ġunju u se jibqa sejjer

sal-finali li se tintlagħab fl-1 ta Lulju. Hemm ħafna timijiet

kbar li qed jieħdu sehem fosthom l-Italja, l-Ġermanja, Spanja u

l-Ingilterra. Dawn jagħmlu parti minn sittax–il pajjiz li ġew

imqassmin f’erba’ gruppi. Nistennew u naraw min se jkun it-

tim ir-rebbieħ!

____________________________________________________

Is-sena li kellna…. fi kliemna kitba tal-klassi kollha

__________________________________________________________

« This year was amazing. Tal-ġenn. » « This year, in Year 4, was so nice ! »

- Sheldon Galea - Rakel Grech

Page 11: Il-Gazzetta tal- Year4Yellow - Santa Venera Primarystc.venera.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2012/06/Il-gazzetta-tal... · fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti. ... ħwejjeġ

« Dis-sena kienet sabiħa. Grazzi « Din is-sena kienet sabiħa u maġika »

Mr.Tabone tal-lezzjonijiet » - Rwan Farag - Shania Busuttil

« This year was a brilliant & special year » « Sena interessanti »

- Maisie Ellul - Timothy Stivala

« This year has been the best » « I liked year4 and I want Mr. Tabone

- Des’ree Cassar to be my teacher. » - Myron Vella

Page 12: Il-Gazzetta tal- Year4Yellow - Santa Venera Primarystc.venera.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2012/06/Il-gazzetta-tal... · fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti. ... ħwejjeġ

« This year was cool » « Din is-sena kienet tal-ġenn »

- Lorenzo Zammit - Rowan Cutajar

« This year we had everything » « Dis-sena kienet sabiħa għax tgħallimt

- Kylie Muscat naqra » - Denilson L. Tabone

« Sena sabiħa ferm għalija » « I like my school a lot. It is big & fun. »

- Nikita Tabone - Zamkin Vella

Page 13: Il-Gazzetta tal- Year4Yellow - Santa Venera Primarystc.venera.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2012/06/Il-gazzetta-tal... · fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti. ... ħwejjeġ

« This year was brilliant and I had great « This year was cool. »

fun at Year 4 » - Naomi Spiteri - Gabriele Xerri

« This year was a fantastic class » « The best year of my life »

- Craig Gauci - Leandros Catania

« This year was amazing! » « In my opinion this year was very

- Ilenia Camilleri interactive » - Michela. T. Attard

Page 14: Il-Gazzetta tal- Year4Yellow - Santa Venera Primarystc.venera.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2012/06/Il-gazzetta-tal... · fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti. ... ħwejjeġ

« Din is-sena kienet maġika. »

- Shakira Tabone

Kif kienet din is-

sena għalina?

Page 15: Il-Gazzetta tal- Year4Yellow - Santa Venera Primarystc.venera.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2012/06/Il-gazzetta-tal... · fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti. ... ħwejjeġ

Dan l-ispazju qiegħed biex kulħadd jikteb messaġġ ta’ awguri

tal-aħħar tas-sena skolastika lil xulxin... (Tinsiex l-firma)

Page 16: Il-Gazzetta tal- Year4Yellow - Santa Venera Primarystc.venera.skola.edu.mt/wp-content/uploads/2012/06/Il-gazzetta-tal... · fuq Jesmond Borg u dan spiċċa f’penalti. ... ħwejjeġ

Il-vaganzi t-tajba

lil kulħadd.

www.year4yellow.blogspot.com