Upload
lynch
View
91
Download
5
Embed Size (px)
DESCRIPTION
Il-Knisja: il-Ġisem Ħaj ta’ Kristu. “Intom il-ġisem ta’ Kristu, u kull wieħed minnkom il-membru tiegħu.” (1 Kor 12, 27). Bħala mgħammdin u allura membri tal-Knisja, aħna membri tal-ġisem ta’ Kristu . - PowerPoint PPT Presentation
Citation preview
Il-Knisja: il-Ġisem Ħaj ta’ Kristu
“Intom il-ġisem ta’ Kristu, u kull wieħed minnkom il-membru tiegħu.” (1 Kor 12, 27)
Bħala mgħammdin u allura membri tal-Knisja, aħna membri tal-ġisem ta’ Kristu.
Kristu jidher u jaħdem fid-dinja llum permezz tagħna, permezz tal-Knisja li hi l-ġisem tiegħu.
“[Kristu] hu r-Ras tal-Ġisem, li hu l-Knisja. Hu li hu l-bidu, il-kbir li qam mill-imwiet.” (Kol 1, 18)
Ma jistax ikollna ġisem mingħajr ras. Kristu hu r-Ras tal-Knisja – dak li jmexxiha.
Mingħajru l-Knisja mhi xejn. Il-Knisja hi Kristu u l-Insara magħqudin flimkien fl-istess ħajja.
“Aħna wkoll, ilkoll tgħammidna fi Spirtu wieħed, sew Lhud sew Griegi, sew ilsiera, sew ħielsa, u lkoll xrobna minn Spirtu wieħed. (1 Kor 12, 13)
Nhar Għid il-Ħamsin, l-Ispirtu s-Santu ta r-ruħ lill-Knisja – għamilha ġisem ħaj.
Fil-Magħmudija aħna wkoll irċevejna l-Ispirtu s-Santu li jgħaqqadna ħaġa waħda flimkien.
“Bħalma l-ġisem hu wieħed u fih ħafna membri, u l-membri kollha tal-ġisem, għad li huma ħafna, jagħmlu ġisem wieħed, hekk ukoll Kristu.” (1 Kor 12, 12)
Ġaladarba aħna membri ta’ l-istess ġisem, mela allura l-għaqda ta’ bejnietna l-insara għandha tkun kbira daqskemm hi kbira l-għaqda u l-koordinazzjoni bejn il-partijiet differenti tal-ġisem tal-bniedem.
“Bħalma aħna għandna ħafna membri f’ġisem wieħed, iżda mhux il-membri kollha għandhom l-istess xogħol... Hekk aħna għandna doni differenti skond il-grazzja li Alla tana.” (Rum 12, 4.6)
Fil-Knisja kull membru għandu ħidma differenti x’jagħmel għall-ġid tal-Knisja sħiħa, bħalma fil-ġisem kull parti għandha funzjoni importanti għall-ġid tal-ġisem sħiħ.
“L-għajn ma tistax tgħid lill-id: ‘Jien m’għandix bżonnok,’ anqas ir-ras ma tgħid lis-saqajn: ‘M’għandix bżonnkom.’ ... B’hekk ma jkunx hemm firda fil-ġisem , imma l-membri kollha jaħsbu f’xulxin. Jekk membru jbati, ibatu lkoll miegħu; jekk membru jingħata ġieh, jifirħu lkoll miegħu.” (1 Kor 12, 21.25-26)
Kull membru fil-Knisja hu importanti. Kull ma nagħmlu u ngħaddu minnu jaffettwa lill-Knisja kollha.
Kull ħidma differenti fil-Knisja hi importanti u neċessarja.
Ħidmiet differenti fil-Knisja
Ilkoll Insara bil-Magħmudija
L-Insara ordnati jew Reliġjużi
Il-kleru (Papa, isqfijiet, saċerdoti, djakni)
Ir-Reliġjużi (patrijiet, sorijiet, brothers)
Il-lajċi Nsara
Ġenituri, katekisti, għalliema, tobba, ġurnalisti, politiċi, ...
Il-lajċi Nsara huma l-imgħammdin kollha ħlief dawk li ġew ordnati bħala membri tal-kleru u dawk li saru membri ta’ Ordni Reliġjuż approvat. Huma msejħa sabiex ikunu xhieda ta’ Kristu fil-postijiet differenti li jkunu fihom (id-dar, ix-xogħol, divertiment, eċċ.
Kristu jaħdem
fid-dinja llum
fil-Knisja
u bil-Knisja
fina u bina
Il-Ħidma ta’ Ġesù
Fil-Palestina 2000 sena ilu Fid-dinja llum
Jgħallem
Ifejjaq
Isalvana mid-dnubJgħaqqadna m’Alla