27
Il-Mulej Alla ħa lill-bniedem u qiegħdu fil-ġnien tal- Qari mill- Ktieb tal- Ġenesi Ġen 2, 4b-9.15-17

Il-Mulej Alla ħa lill-bniedem u qiegħdu fil-ġnien tal-Għeden

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Qari mill- Ktieb tal - Ġ enesi Ġ en 2 , 4b-9.15-17. Il-Mulej Alla ħa lill-bniedem u qiegħdu fil-ġnien tal-Għeden. Meta Alla ħalaq l-art u - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Page 1: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

Il-Mulej Alla ħa lill-bniedem u qiegħdu fil-ġnien tal-Għeden.

Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi

Ġen 2, 4b-9.15-17

Page 2: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

Meta Alla ħalaq l-art u s-sema; meta kien għad ma hemm ebda xitla tar-raba’ fuq l’art; meta ebda ħaxix tar-raba’ ma kien għadu nibet - għax il-Mulej Alla kien għadu ma bagħatx

Page 3: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

xita fuq l-art, u bniedem ma kienx hemm biex jaħdem l-art, minkejja l-ilma tiela’ mill-art li sata’ jsaqqi l-wiċċ kollu tal-art il-Mulej Alla sawwar il-bniedem mit-trab tal-art

Page 4: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

u nefaħlu fi mnifsejh nifsil-ħajja, u l-bniedem sar ħlejqa ħajja. U il-Mulej Alla ħawwel ġnien fl-Għeden, in-naħa tal-Lvant, u qiegħed hemm il-bniedem li kien

Page 5: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

sawwar. U l-Mulej Allanibbet mill-art is-siġar kollha li jpaxxu l-għajn u bnina għall-ikel; u s-siġra tal-ħajja f’nofs il-ġnien u s-siġra ta’ tagħrif it-tajjeb u l-ħażin.

Page 6: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

U l-Mulej Alla ħa lill-bniedem u qiegħdu fil-ġnien tal-Għeden biex jaħdmu u jħarsu.U l-Mulej Alla ordna lill-bniedem u qallu:

“Mis-siġar kollha

Page 7: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

tal-ġnien tista’ tiekol,imma mis-siġra ta’ tagħrif

il-tajjeb u l-ħażin, la tikolx minnha, għax

dakinhar li tiekol minnha żgur li tmut.”

Page 8: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla

Page 9: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

Salm Responsorjali

R:/ Bierek ruħ tiegħi, il-Mulej!

Page 10: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

Bierek ruħ tiegħi, il-Mulej!Mulej, Alla tiegħi, inti kbir

bil-bosta!Bis-sebħ u l-ġmiel inti

mlibbes,bid-dawl, bħal b’mantell,

inti mkebbeb.

Page 11: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

R:/ Bierek ruħ tiegħi, il-Mulej!

Page 12: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

Minnek jistennew il-ħlejjaq kollha

li tagħtihom ikilhom f’waqtu.

Page 13: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

Inti tagħtihom, u huma jiġbru,

tiftaħ idejk, u jixbgħu bil-ġid.

Page 14: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

R:/ Bierek ruħ tiegħi, il-Mulej!

Page 15: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

Jekk teħdilhom nifishom, imutu,

u lejn it-trab jerġgħu jmorru.

Page 16: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

Malli tibgħat in-nifs tiegħek, jinħolqu,

u inti ġġedded il-wiċċ tal-art.

Page 17: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

R:/ Bierek ruħ tiegħi, il-Mulej!

Page 18: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

Hallelujah, Hallelujah Hallelujah

Il-kelma tiegħek hi l-verità: qaddisna permezz

tal-verità.Hallelujah, Hallelujah

Page 19: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

Qarimill-Evanġelju skont

San MarkMk 7, 14-23

R:/ Glorja lilekMulej

Dak li joħroġ minn ġol-bniedem,

dak hu li jtabba’ lill-bniedem.

Page 20: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ sejjaħ in-nies lejh u qalilhom:“Isimgħuni, intom ilkoll, u

ifhmuni! Ma hemm xejn minn barra li meta jidħol

Page 21: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

fil-bniedem itebbgħu;imma dak li joħroġ minn

ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill-bniedem.”

Meta ħalla n-nies u daħal id-dar, id-dixxipli tiegħu staqsewh fuq il-parabbola.

Page 22: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

U hu qalilhom:“Intom ukoll daqshekk

bla moħħ?Ma tifhmux li xejn ma

jista’ jtabba’ lill-bniedem minn dak li jidħol ġo fih

minn barra, la darba dan

Page 23: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

mhux fil-qalb imur, iżda fl-istonku, biex imbagħad

jintrema fil-ħofra?”B’hekk wera li l-ikel kollu hu safi.U qalilhom:

“Dak li joħroġ minn

Page 24: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill-bniedem. Għax hu minn ġewwa, mill-qalb tal-bniedem, li joħorġu l-ħsibijiet

il-ħżiena, żína, serq, qtil, adulterju, regħba,

Page 25: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

ħażen, qerq, libertinaġġ, għira, malafama,

suppervja u bluha.Dal-ħażen kollu minn

ġewwa joħroġ u jtabba’ lill-bniedem.”

Page 26: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ It-tifħir lilek Kristu

Page 27: Il-Mulej  Alla ħa  lill-bniedem u qiegħdu  fil-ġnien tal-Għeden

ĦSIEB