36
INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT PROGRAMM T’GĦARFIEN

INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

  • Upload
    dothu

  • View
    289

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

INFORMAZZJONIGĦALL-PAZJENT

P R O G R A M M T ’ G Ħ A R F I E N

Page 2: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera
Page 3: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera
Page 4: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

KONTENUT

ATT DWAR IL- PROTEZZJONI TAD-DATA 3

POLICY KONTRA T-TIPJIP 3

POLICY DWAR L-IĠJENE TAL-IDEJN 4

DETTALJI DWAR LISTI TA’ STENNIJA 4

DETTALJI DWAR ID-DĦUL TA’ PAZJENTI FL-ISPTAR 5

DĦUL GĦAL PAZJENTI LI M’GĦANDHOMX ĊITTADINANZA MALTIJA 6

SERVIZZ TAL-OUT-PATIENTS 7

MALL-WASLA TIEGĦEK FL-ISPTAR BĦALA PAZJENT 8

X’GĦANDEK IĠĠIB MIEGĦEK 9

NOTA IMPORTANTI 9

WAQT LI TKUN RIKOVERAT FL-ISPTAR 10

IPPJANAR GĦAT-TLUQ TIEGĦEK MILL-ISPTAR 11

PROPRJETÀ PERSONALI 12

FAĊILITAJIET FL-ENTRATURA PRINĊIPALI 12

Page 5: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

FAĊILITAJIET TA’ PARKEĠĠ 13

ĦLAS GĦAL PARKEĠĠ 13

RATI OĦRA GĦAL PARKEĠĠ 13

SERVIZZ TA’ VOLONTARJAT 13

SERVIZZ TA’ TAXI 13

SERVIZZ TAT-TRASPORT PUBBLIKU 14

SERVIZZ TAL-IKEL 14

ĦINIJIET TAL-IKEL 14

SERVIZZ RELIĠJUŻ 14

ĦINIJIET TAL-QUDDIES 15

SERVIZZ MULTIMEDJALI 15

DIPARTIMENT TAL-EMERĠENZA 16

LINJI GWIDA ĠENERALI 17

NUMRI TAT-TELEFON U ĦINIJIET GĦALL-VIŻITATURI 19

MAPPA 28

Page 6: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

3

L-Isptar Mater Dei jħares l-obbligi tiegħu li jipproteġi

d-drittijiet tal-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-individwu

billi jadotta prattiċi bbażati fuq il-prinċipji tal-Att Dwar

il-Protezzjoni tad-Data. L-Isptar Mater Dei jħaddem il-

prinċipju tal-kunsens tal-individwu dwar l-ipproċessar u

t-tixrid tal- informazzjoni sabiex il-pazjent jieħu l-aqwa

kura u għat-tmexxija effiċjenti tal-iSptar.

It-tipjip huwa pprojbit mill-bini kollu tal-Isptar u minn

kull entratura. Il-pazjenti u l-vizitaturi huma mitluba jir-

rispettaw din il-policy għaliex din hija infurzata bil-Liġi

u għalhekk marbuta magħha hemm penali għal min jik-

sirha. Il-viżitaturi huma mitluba biex jużaw il-postijiet id-

dedikati għat-tipjip filwaqt li huma mħeġġa li jiddisponu

mil-loqom tas-sigaretti f ’kontenituri li huma pprovduti

apposta.

POLICY KONTRA T-TIPJIP

ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TAD-DATA

Page 7: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

4

L-Isptar jesiġi l-importanza tal-ħasil tal-idejn minn kull

min jipprovdi servizz, fost il-pazjenti u anke l-viżitaturi.

Ħasil sewwa tal-idejn bl-ilma u s-sapun jew bl-użu ta’

likwidu alkoħoliku għall-idejn jgħin ħafna biex jon-

qos it-tixrid tal-infezzjonijiet. Għal dan il-għan, huwa

mħeġġeġ l-użu tal-alcohol rubs li jinsabu mifruxa mad-

war l-isptar kollu fosthom fis-swali u anke fid-diparti-

ment tal-Out-Patients.

Wara li jkunu saru l-eżamijiet kliniċi, il-pazjenti jistgħu

jitpoġġew fil-lista ta’ stennija biex jissejħu għall-kura fl-

isptar, bil-prijorità tingħata skont il-ħtieġa medika. Jekk

waqt li tkun fuq il-lista ta’ stennija jkun hemm xi tibdiliet

fid-dettalji tiegħek, bħal bdil tal-indirizz jew in-numru

tat-telefon/mobajl, jekk jogħġbok informa lill-Uffiċju tal-

Client Relations fuq in-numru tat-telefon:

u agħti in-Numru tal-Karta ta’ Identità tiegħek u kull in-

formazzjoni oħra relatata.

DETTALJI DWAR LISTI TA’ STENNIJA

POLICY DWAR L-IĠJENE TAL-IDEJN

2545 4184,

JEW PERMEZZ TA’ EMAIL:

[email protected]

Page 8: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

5

L-Isptar jieħu ħsieb l-arranġamenti kollha għad-dħul tal-

pazjent. Il-pazjent jirċievi ittra li fiha jingħata dettalji dwar

meta għandu jidħol l-isptar, f ’liema sala se jkun rikoverat

u min se jkun il-konsulent tiegħu/tagħha. Jekk ma jkunx

hemm żmien biżżejjed biex il-pazjent jingħata dawn id-

dettalji permezz t’ittra, il-pazjent jiġi kkuntattjat bit-telefon.

Jekk ma tkunx tista’ tattendi fil-ġurnata mogħtija

(minħabba xi riħ/influwenza jew għal raġunijiet per-

sonali) jekk jogħġbok ikkuntattja lis-sala li kont mis-

tenni tkun rikoverat fiha kemm jista’ jkun malajr biex

tkun tista’ tingħata data oħra. Jista’ jgħaddi ftit taż-

żmien sakemm dan ikun possibbli.

DETTALJI DWAR ID-DĦUL TA’ PAZJENTI FL-ISPTAR

Page 9: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

6

Bħala ċittadin/a mhux Malti/ja għandek tippreżenta l-

passaport jew xi dokument ieħor ta’ identifikazzjoni fil-

post ta’ reġistrazzjoni bħalma hi s-sala, ir-reception jew

il-klinika, u tagħti d-dettalji tiegħek, bħal indirizz tem-

poranju f ’Malta, indirizz permanenti fil-pajjiż fejn tgħix,

flimkien mal-isem u l-indirizz tal-eqreb qarib tiegħek.

Jekk int assikurat allura trid tipproduċi d-dokument

tal-assikurazzjoni u tikkuntattja lill-kumpanija tal-assi-

kurazzjoni biex tiftaħ it-talba. Jekk int ċittadin tal-Unjoni

Ewropea trid tipproduċi dokument validu tal-European

Health Insurance Card (EHIC) maħruġ minn pajjiżek

biex tkun eliġibbli għal kura b’xejn. Jekk int ċittadin tal-

Unjoni Ewropeja u toqgħod f ’Malta għandek tipproduċi

Dokument t’Intitolar validu maħruġ minn Entitlement

Unit f ’Malta (E111).

Bħala resident mhux ċittadin Malti tista’ tkun eliġibbli

għal kura b’xejn, skont paragarfu 2.1 (a) – (g) tal-Avviż

Legali 201/04 bħalissa applikabbli, suġġett għall-

preżentazzjoni ta’ dokumentazzjoni li jsaħħu dan.

Madankollu, fin-nuqqas ta’ tali dokumentazzjoni, int

tkun mitlub tħallas għas-servizzi mogħtija, u tintalab

tħalli depożitu ta’ €100 mar-reġistrazzjoni.

DĦUL GĦAL PAZJENTI LI M’GĦANDHOMX ĊITTADINANZA MALTIJA

Page 10: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

7

Konsulenti u Speċjalisti jaraw lill-pazjenti fid-Diparti-

ment tal-Outpatients bl-appuntament. F’każ t’ appunta-

ment ġdid (new case appointment) għandek tiżgura li

jkollok f ’idejk l-ittra ta’ riferta mimlija mit-tabib tal-famil-

ja jew miċ-Centru tas-Saħħa. L-ittra ta’ riferta għandha

titħalla mall-Main Reception tal-Isptar Mater Dei; jew in-

kella tibgħata bil-posta fuq dan l-indirizz: Main Recep-

tion, Sptar Mater Dei, Tal-Qroqq, Msida MSD 2090. Tis-

ta’ tibgħatha wkoll permezz tal-imejl fuq customercare.

[email protected]. L-ittra ta’ riferta tinġieb għall-attenzjoni

tal-Konsulent/Speċjalista u jingħata appuntament skont

il-ħtieġa medika. L-appuntament jintbgħat bil-posta

u appuntamenti segwenti (follow-up appointments)

jingħataw skont il-ħtieġa.

SERVIZZ TAL-OUT-PATIENTS

Page 11: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

8

Fl-entratura ewlenija tal-isptar jistgħu biss jitwasslu

u jinġabru l-passiġġieri. Is-sewwieq għandu jmur jip-

parkja l-karozza u jiltaqa’ miegħek fid-Daħla Ewlenija.

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għall-mappa

tal-isptar (paġna 17).

Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik

għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-

miera li jkunu fil-‘nursing station’ bil-wasla tiegħek.

Għalkemm normalment ikunu diġa’ saru arranġamenti biex

tingħata sodda, jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn ikollok

tistenna biex tinstablek sodda. Għal raġunijiet li ma jkoll-

niex kontroll fuqhom, ikun hemm okkażjonijiet rari fejn l-

operazzjoni tiegħek ikollha tiġi posposta għal data oħra.

Importanti li ssegwi l-istruzzjonijiet li tkun ingħatajt mit-

tabib jew mill-infermier/a bħal per ezempju l-bżonn ta’

sawm u/jew it-teħid jew twaqqif ta’ xi mediċini.

MALL-WASLA TIEGĦEK FL-ISPTAR BĦALA PAZJENT

Page 12: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

9

• L-ittra għad-dħul ( jekk hemm) u l-Karta tal-Identità

• Dokumenti relatati ma’ saħħtek ( bħal karti ta’ rilaxxi-

menti mill-isptar li kellek qabel (‘discharge letters’/som-

marji tal-każ tiegħek, ittri t’appuntamenti oħra, il-kartuna

safra/roża/bajda, noti mediċi privati li jinkludu x-rays eċċ)

• Dokument tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa ( jekk applikabbli)

• Ħwejjeġ tal-irqad/piġami, affarijiet tal-iġjene person-

ali, dressing gown, xugamani u face cloths ( jekk tixtieq)

• Il-mediċini kollha li tkun qed tieħu ( jista’ jkun li tintalab

biex toħodhom lura d-dar wara li turiehom lill-infermier/a)

• Numru tat-telefon ta’ żewġ persuni qrib tiegħek li

jistgħu jkunu disponibbli 24 siegħa kuljum.

• Int mitlub li ma ġġibx miegħek oġġetti tad-deheb jew

affarijiet oħra ta’ valur

• Int mitlub li ma ġġibx miegħek ammonti kbar ta’ flus

kontanti u affarijiet personali.

L-awtoritajiet tal-isptar mhumiex responsabbli għal af-

farijiet ta’ valur, flus jew affarijiet oħra li ma jinstabux.

NOTA IMPORTANTI

X’GĦANDEK IĠĠIB MIEGĦEK FIS-SALA

Page 13: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

10

Akkomodazzjoni

Int se tkun akkomodat fi kmamar b’sitta, b’erba’, b’żewġ

sodod jew b’sodda waħda, jiddependi mid-disponibbil-

ta’ tas-sodod u iżjed importanti mill-kundizzjoni medika

tiegħek. Jekk jogħġbok innota li int tista’ tkun trasferit

għal sodda jew sala oħra jekk ikun hemm tibdil fil-

kundizzjonijiet mediċi tiegħek, jew biex ikunu akkomo-

dati l-ħtiġijiet ta’ pazjenti oħrajn. Dan jista’ jseħħ anke

matul il-lejl. Il-koperazzjoni tiegħek hija apprezzata.

L-Identità tal-istaff

Apparti t-tobba u l-infermiera t-tim ta’ kura tiegħek jin-

kludi ħafna aktar membri tal-istaff. Il-membri tal-istaff

tal-Isptar Mater Dei huma mitluba li jżommu fuqhom

it-tag tal-identità u li fuqha jkun hemm l-isem, ir-ritratt

u l-kariga tal-individwu. Jekk ikollok xi dubju jekk

jogħġbok itlob lill-persuna turik din it-tag, jew itlobha

tispjegalek x’inhu l-irwol tagħha.

Kif Tagħmel Ilment Jew Suġġeriment

Jekk waqt li tkun l-isptar tħoss li għandek tilmenta dwar

għandek l-ewwel tkellem lit-tabib jew lill-infermier/a re-

sponsabbli mill-kura tiegħek.

Jekk tħoss li l-ilment tiegħek ma ġiex riżolt jekk jogħġbok

għamel kuntatt mal-uffiċċju tal-Client Relations fuq in-

numri 2545 4184 jew 2545 4286 tul il-ġimgħa kollha,

inkluż is-Sibt u l-Ħadd, bejn it-7.45 am u t-7.45 pm, jew

ibgħat email fuq [email protected]

WAQT LI TKUN RIKOVERAT FL-ISPTAR

Page 14: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

11

H u w a r r a k k o m a n d a t l i t i p p j a n a m i n n q a b e l

l-arranġamenti għal meta tasal biex tħalli l-Isptar, bħal

min se jiġi għalik, jew jekk ikun meħtieġ, kura u appoġġ

addattat għal żmien il-konvoloxxenza.Nistgħu nitol-

buk toħroġ mill-Isptar sal-10.00 am jew qabel, dakin-

har stess li tkun se titlaq mill-isptar. Nistgħu nittrasferuk

għall-Hospitality Lounge waqt li jkunu qegħdin isiru

l-arranġamenti għat-tluq tiegħek mill-isptar. La darba

tkun rilaxxat mill-Isptar nagħtuk Ittra ta’ Sommarju (‘dis-

charge letter’) bid-dettalji mediċi dwar il-każ tiegħek

biex tgħaddiha lit-tabib tiegħek, u jekk ikun meħtieġ,

riċetta, u/jew appuntament għal appuntament tal-Out-

Patients.Barra minn hekk, jekk tkun trid, noħorġulek

Ċertifikat tal-Mard għal skop ta’ leave apposta minn fuq

il-post tax-xogħol tiegħek.

IPPJANAR GĦAT-TLUQ TIEGĦEK MILL-ISPTAR

Page 15: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

12

Jekk jogħġbok, ibgħat kemm jista’ jkun minn kmieni l-

affarijiet personali tiegħek lura d-dar.

Fid-daħla ewlenija tal-Isptar issib numru ta’ faċilitajiet

għall-konvenjenza tiegħek.

Sular t’isfel

• Client Relations Unit

• Reception ewlenija

• Hospitality Lounge

• Kafeterija u ħanut li jbiegħ gazzetti, magazins,

affarijiet tal-iġjene personali, rigali eċċ.

• Servizz t’għajnuna għal min jipprovdi servizzi

• Latrini pubbliċi

• Makni tal-ATM• Payphones

• Uffiċjali tas-Sigurtà

• Porters

• Is-sezzjoni tal-loans (self ta’ wheelchairs, bsaten etċ)

L-Ewwel Sular

• Is-Sezzjoni tal-Ġbir ta’ Flus

• Servizzi ta’ Volontarjat

PROPRJETÀ PERSONALI

FAĊILITAJIET FL-ENTRATURA PRINĊIPALI

Page 16: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

13

Pazjenti u viżitaturi għandhom jużaw il-faċilitajiet tal-

parkeġġ li hemm taħt l-art (fuq il-lemin), fejn hemm ħafna

spazji ta’ parkeġġ. Mill-parkeġġ hemm aċċess intern,

bil-lift jew bit-taraġ, li jwasslu għall-kuridur li hemm ħdejn

id-dipartiment tal-Out-Patients.

Hemm faċilitajiet ta’ parkeġġ addizzjonali fuq in-naħa ta’

wara tal-Isptar (in-naħa tal-Università), imma dan huwa

ristrett għall-pazjenti li jkunu għall-kura ta’ ġurnata fl-

Isptar. Għal aktar dettalji rreferi għall-Mappa tal-Isptar

(paġna 17).

Fil-faċilità tal-parkeġġ ta’ taħt l-art hemm ħafna spazji

ta’ parkeġġ riservat għal persuni b’diżabilità, l-istess kif

hemm fil-parkeġġi ta’ quddiem id-Dipartiment tal-Outpa-

tients, id-Dipartiment tal-Emerġenza u d-Day Care Unit.

Biex tipparkja f ’dawn l-ispazji irid ikollok imwaħħla

d-‘disabled driver sticker’.

Il-parkeġġ huwa mmexxi minn kuntrattur privat. Karozzi

pparkjati f ’postijiet mhux awtorizzati f ’kull parti ta’ mad-

war l-Isptar jiġu kklampjati u jiġu rrilaxxati wara li titħallas

multa ta’ €35. F’ċerti ċirkostanzi l-karozzi jistgħu jiġu

ttowjati minn fuq il-post u jkun irid isir ħlas ta’ €105 biex

il-karozza tittieħed lura. Wieħed jifhem li dan isir fl-in-

teress tas-sigurtà pubblika u l-aħjar u sabiex it-traffiku

ġewwa l-Isptar jitmexxa bl-aħjar mod possibbli.

L-ewwel 30 minuta Bla ħlas

Minn 31 minuta sa siegħa € 0.80

Minn 61 minuta sa sagħtejn € 1.65

Minn 121 minuta sa tliet sigħat € 2.45

Minn 181 minuta sa erba’ sigħat € 3.25

Minn erba’ sigħat sa 24 siegħa € 4.10

Mill-10 pm sas-6 am € 0.80

Parkeġġ għal tlett ijiem € 7.50

Parkeġġ għal 30 ġurnata € 55

Parkeġġ għad-Day Care Unit – erba’ sigħat € 2

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Pay Station jew

permezz tat-telefon: 25456814 / 27001000

Waqt li tkun l-isptar tista’ tiltaqa’ ma’ voluntiera ddedikati

u li permezz tal-esperjenza li ġabru tul il-ħajja, kif ukoll

permezz tal-kariżma tagħhom, iżidu valur lis-servizz tajj-

eb li jingħata mill-istaff tal-Isptar. Għal aktar informazz-

joni dwar dan is-servizz ċempel fuq 2545 4150.

FAĊILITAJIET TA’ PARKEĠĠ RATI TA’ ĦLAS GĦAL PARKEĠĠ

RATI OĦRAJN GĦAL PARKEĠĠ

SERVIZZ TA’ VOLONTARJAT

Page 17: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

14

Is-servizz tat-trasport pubbliku għal destinazzjonijiet varji

huwa disponibbli f ’ħinijiet differenti matul il-ġurnata. It-termi-

nus tal-karozzi tal-linja jinsab ħdejn in-naħa tal-Università li

tagħti għall-Isptar, madankollu l-karozzi tal-linja jieqfu wkoll

ħdejn l-entratura prinċipali tal-Isptar, ħdejn l-Institute of

Health Care & Medical School, u ħdejn id-Day Care Unit.

Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 2125 0007/8/9.

Il-menu jitqassam fit-8.30 am biex isiru l-ordnijiet għall-

ġurnata ta’ wara. F’każ ta’ dieta speċjali, bħal coeliac,

diabetic, low fat, eċċ, jekk jogħġbok informa lill-istaff.

Is-servizz reliġjuż huwa disponibbli għall-pazjenti koll-

ha. Jekk jogħġbok informa lil xi membru tal-istaff dwar

liema servizz tixtieq. Membru tas-Servizz Reliġjuż u

Kura Pastorali jżur is-swali kuljum biex jamministra s-

sagramenti tal-qrar u t-tqarbin.

Kolazzjon 7.30 am - 8.30 am

Ikla ta’ nofsinhar 11.00 am - 12:00 pm

Ikla ta’ filgħaxija 5.00 pm - 6.00 pm

Te’/Kafe 8.00 pm - 8.30 pm

SERVIZZ TAT-TRASPORT PUBBLIKU

SERVIZZ TAL-IKEL

SERVIZZI RELIĠJUŻI

ĦINIJIET TAT-TQASSIM TAL-IKEL (APPROSSIMATTIVI)

Page 18: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

15

Matul il-ġurnata

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 6.30am, 7.00 am, 12.00 pm

Is-Sibt 6.30am, 7.00 am, 7.00 pm

Ħdud u Btajjel Pubbliċ 6.30am, 7.15 am, 12.00 pm

Il-Kappella tal-Isptar u l-kamra ddedikata għal

reliġjonijiet oħra jinsabu fiċ-ċentru tal-Isptar. Għal aktar

dettalji rreferi għall-Mappa tal-Isptar (paġna 15).

L-Isptar Mater Dei joffri l-WiFi b’xejn fiċ-Ċentru tal-

Onkoloġija Sir Anthony Mamo, fis-swali tal-isptar u fiż-

żoni tal-madwar, kif ukoll fiż-żoni l-aktar iffrekwentati

fosthom: ir-reception tal-A&E, ir-reception il-prinċipali,

fil-canteen tal-istaff u fiż-żoni tar-receptions tal-Outpa-

tients (f ’livell 0 u livell 1). Il-persuni jridu jġibu l-apparat

tagħhom biex jaċċessjaw il-WiFi u biex ikunu jistgħu

jattivaw il-WiFi jridu dejjem jaċċettaw it-termini u l-

kundizzjonijiet. Jekk jogħġbok kun informat li l-Isptar

Mater Dei ma joffrix servizz ta’ sapport jekk l-apparat

ma jkunx jista’ jikkonnettja mal-WiFi.

IL-WiFi FL-ISPTAR MATER DEI

ĦINIJIET TAL-QUDDIES

Page 19: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

16

Mal-wasla fl-Emerġenza, l-pazjenti jiġu rreġistrati fil-

kompjuter. Wara jarahom/tarahom Infermier/a fit-triage,

li min-naħa tagħhom jassessjaw il-kundizzjoni medika

tal-pazjent. Dan ifisser li l-pazjenti jkunu kategorizzati

skont l-urġenza tal-każ tagħhom b’dawk l-aktar morda

serjament jingħataw trattament mill-ewwel.

Nitolbukom tifhmu li jkunu hemm okkażjonijiet fejn ċerti

pazjenti jkunu jeħtieġu attenzjoni immedjata aktar minn

ID-DIPARTIMENT TAL-EMERĠENZA

JEKK JOGĦĠOBKOM FTAKRU WKOLL LID-DI-PARTIMENT TAL-EMERĠENZA QIEGĦED BISS GĦAL EMERĠENZA! TUŻAX DAN IS-SERVIZZ FLOK TUŻA Ċ-ĊENTRI TAS-SAĦĦA JEW IT-TA-BIB TAL-FAMILJA TIEGĦEK.

oħrajn. Meta jiġri hekk, membru tal-istaff jinfurmakom

li se jkun hemm ħin itwal ta’ stennija.any increase in

waiting times.

Page 20: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

17

L-Isptar Mater Dei għandu tolleranza zero għall-vjolenza

(kemm jekk f ’forma t’abbuż verbali kif ukoll fiżiku) kif

ukoll fir-rigward ta’ fastidju sesswali.

L-Isptar Mater Dei għandu tolleranza zero wkoll fir-rigward

ta’ ħsara jew vandaliżmu fil-bini u dak kollu li hemm ġo fih.

Il-viżitaturi huma mfakkra li fl-Isptar ma jistax isir tip-

jip u lit-tipjip huwa permess biss f ’postijiet maħsubin

speċifikament għal dan il-għan.

Il-viżitaturi għandhom jilbsu diċenti u f ’kull ħin

għandhom juru rispett lejn l-istaff, lejn pazjenti oħrajn

u l-qraba tagħhom. Il-ħinijiet uffiċjali tal-viżitaturi fi

swali speċifiċi jidhru fit-tabella murija. Jista’ jkun hemm

xi restrizzjonijiet f ’ċerti swali jew f ’ċerti ċirkostanzi.

Għal aktar dettalji għandu jsir kuntatt mal-infermier/a jew

il-qabla inkarigata.

M’għandhomx isiru żjarat fl-Isptar minn persuni li jkolhom

mard infettiv bħal irjiħat, sintomi t’influwenza, diarrhoea

u/jew remettar u/jew mard ieħor li jittieħed bħall-ħożba.

Il-viżitaturi huma mħeġġa jaħslu jdejhom mal-wasla

tagħhom ħdejn il-pazjent u jerġgħu jaħsluhom qabel jit-

ilqu. Il-viżitaturi għandhom jikkonsultaw mall-istaff

tas-sala qabel ma jġibu xi ikel jew xorb lill-pazjenti.

Il-viżitaturi huma mħeġġa biex ma jdumux għal ħafna ħin

ħdejn il-pazjenti, u li ma jkunux aktar minn tnejn fl-istess ħin.

Swali speċjalizzati jistgħu jimponu aktar restrizzjonijiet.

Il-pazjenti huma mħeġġa jagħmlu użu mid-day-

room biex jiltaqgħu mal-viżitaturi. Ħafna viżitaturi fl-

istess ħin jistgħu jgħejju lill-istess pazjent li jkunu

qegħdin iżuru filwaqt li jiddisturbaw lil pazjenti oħra.

Il-viżitaturi huma mħeġġa biex, taħt id-direzzjoni tal-

istaff tas-sala, jipparteċipaw fil-kura tal-qarib tagħhom.

Il-viżitaturi m’għandhomx imissu noti mediċi, charts jew

xi apparat.

F’ċirkostanzi speċjali, u bi ftehim mal-infermier/a jew qab-

la inkarigata mis-sala, jistgħu jsiru arranġamenti speċjali

biex isiru żjarat barra mill-ħinijiet stipulati (għal pazjenti

b’mard terminali jew għal pazjenti li jiddependu ħafna fuq

il-qarib tagħhom minħabba xi diżabilità fiżika jew mentali).

Qraba jistgħu jintalbu joħorġu mis-sala jekk il-pazjent li

jkunu qegħdin iżuru jew xi pazjent ieħor fl-istess kamra,

ikunu jeħtieġu xi intervent mill-infermier/a jew xi eżami

mediku.

Tfal taħt is 16-il sena jistgħu jżuru l-pazjenti fil-ħinijiet

tal-viżitaturi ta’ kuljum sakemm dawn ikunu akkumpan-

LINJI GWIDA ĠENERALI

Page 21: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

18

jati minn persuna adulta. Tfal żgħar li jkunu għadhom

ma jmorrux skola, għandhom jinżammu lura milli jżuru

l-isptar. Dan minħabba r-riskju t’infezzjonijiet.

Mhux permess li t-tfal jitħallew iżuru pazjenti li jkunu

rikoverati fit-Taqsima tal-Mard Infettiv jew fil-Kmamar

t’iżolament fis-Swali Ġenerali. Jistgħu wkoll jinżammu

milli jżuru pazjenti li jkunu fi stat kritiku.

Page 22: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

19

Swali Ġenerali

Medical Assessment Unit 1 (MAU1)

Għamel kuntatt: 25458010, 25458011

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 – 13:00

15:00 – 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Medical Assessment Unit 2 (MAU2)

Għamel kuntatt: 25458020, 25458021

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Medical Assessment Unit 3 (MAU3)

Għamel kuntatt: 25454017, 25454020

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Cardiac Medical Ward

Għamel kuntatt: 25454600, 25454601

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Cardiac Surgical Ward

Għamel kuntatt: 25455480, 25455481, 25455482

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Gynae Ward

Għamel kuntatt: 25455110, 25455111

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

NUMRI TAT-TELEFON U ĦINIJIET TAL-VIŻITATURI

Page 23: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

20

Observation Wards 1A u 1B

Ward 1A - Għamel kuntatt: 25453930

Ward 1A - Għamel kuntatt: 25453942, 25453945

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Observation Ward 2

Għamel kuntatt: 25454036, 25454029, 25454065

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Medical Investigation and Treatment Unit (MITU)

Għamel kuntatt: 25456000, 25456002

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Medical Ward 1

Għamel kuntatt: 25456010, 25456011

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Medical Ward 2

Għamel kuntatt: 25456020, 25456021

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Medical Ward 3

Għamel kuntatt: 25456030, 25456031

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Page 24: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

21

Medical Ward 4

Għamel kuntatt: 25456040, 25456041

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Medical Ward 5

Għamel kuntatt: 25456050, 25456051

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Medical Ward 6

Għamel kuntatt: 25456060, 25456061

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Medical Ward 7

Għamel kuntatt: 25454019, 25454024, 25454025

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Medical Ward 8

Għamel kuntatt: 25454940, 25454941

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Medical Ward 9

Għamel kuntatt: 25453956, 25453957, 25453958

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Page 25: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

22

Diabetic Foot Ward (DFW)

Għamel kuntatt: 25454280, 25454281, 25454282

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Neuro Medical Ward

Għamel kuntatt: 25456220, 25456221

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Neuro Surgical Ward

Għamel kuntatt: 25456210, 25456211

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Ophthalmic Ward

Għamel kuntatt: 25455020, 25455021

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Orthopaedic Ward 1

Għamel kuntatt: 25455230, 25455237

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Orthopaedic Ward 2

Għamel kuntatt: 25455220, 25455227

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Orthopaedic Ward 3

Għamel kuntatt: 25455210, 25455217

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Page 26: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

23

Surgical Ward 1

Għamel kuntatt: 25457010, 25457011

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Surgical Ward 2

Għamel kuntatt: 25457020, 25457021

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Surgical Ward 3

Għamel kuntatt: 25457030, 25457031

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Surgical Ward 4

Għamel kuntatt: 25457040, 25457041

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Surgical Ward 5

Għamel kuntatt: 25457050, 25457051

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Physiotherapy Department

Għamel kuntatt: 25456600, 25456601

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 7:30 - 15:00

Is-Sibt 7:30 - 12:30

Pazjenti rikoverati fl-isptar jistgħu jibbenefikaw minn

servizz estiż wara l-ħinijiet normali tax-xogħol.

Urology Ward 1

Għamel kuntatt: 25457080, 25457081

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Page 27: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

24

Urology Ward 2

Għamel kuntatt: 25457090, 25457091, 25457092

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Infectious Diseases Unit (IDU)

Għamel kuntatt: 25456056, 25456059

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent

flistess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

infermier/a inkarigat/a.

Nirrakkomandaw li Nisa Tqal ma jidħlux f ’din issala,

dawk li jgħażlu li jidħlu jkunu qed jagħmlu dan

b’responsabilta tagħhom stess.

Tfal taħt is-16 il-sena mhux permess li jidħu fil-kmamar

tal-pazjenti mingħajr awtorizzazzjoni tal-Infermier/a

Inkarigat/a.

Tfal jistgħu iżuru pazjenti fil-kamra tal-viżitaturi dejjem

jekk ma jkunx hekk xi riskju għal saħħothom.

Surgical Assessment Unit (SAU)

Għamel kuntatt: 25454011, 25454012, 25454013

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Specialized Wards

Ear, Nose & Throat (ENT)

Għamel kuntatt: 25455010, 25455011

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 13:00

15:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent

flistess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali

millInfermier/a inkarigat/a.

Cardiac Critical Care Unit (CCU)

Għamel kuntatt: 25454690, 25454691

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 12:30

16:30 - 18:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Page 28: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

25

Intensive Therapy Unit (ITU)

Għamel kuntatt: 25455421, 25455422

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 12:00

17:00 - 18:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Cardiac Intensive Care Unit (CICU)

Għamel kuntatt: 25454620, 25454621

Mit-Tnejn sal-Ħadd

10:30 - 11:00

17:00 - 18:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Plastic Surgery / Burn Unit (PSBU)

Għamel kuntatt: 25457070, 25457071

Mit-Tnejn sal-Ħadd

11:30 - 12:30

17:00 - 18:00

Żewġ viżitaturi huma permessi li jżuru lill-pazjent fl-

istess ħin sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-

Infermier/a inkarigat/a.

Neonatal & Paediatrics Intensive Care Unit (NPICU)

Għamel kuntatt: 25455450, 25455451

Kuljum (inklużi l-Btajjel Pubbliċi)

13:00 - 18:30

19:30 - 06:30

Iż-żewġ ġenituri/il-persuni legalment responsabbli

jistgħu joqogħdu mal-pazjent.

L-Erbgħa, is-Sibt u l-Ħadd (inklużi l-Btajjel Pubbliċi)

16:30 - 17:00

Żewġ viżitaturi oħra jridu jkunu akkumpanjati minn wieħed mill-

ġenituri jew kustodji tat-tarbija. F’dan il-perjodu mhux permess li

l-qraba jinbidlu (jiġifieri ż-żewġ viżitaturi li jidħlu jistgħu joqogħdu mat-

tarbija n-nofs siegħa li ddum iż-żjara.) Tfal taħt sittax-il sena jew iżgħar

ma jitħallewx jagħmlu żjajjar simili.

Obstetric Ward 1

Għamel kuntatt: 25455140, 25455141

Mit-Tnejn sal-Ħadd

10:00 - 20:00

Ir-raġel/is-sieħeb/is-sieħba/persuni legalment responsabbli

mill- pazjent BISS jistgħu joqogħdu mal-pazjent.

16:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi oħrajn (minbarra l-ġenituri/il-persuni

legalment responsabbli mill-pazjent) jistgħu jżuru lill-

pazjent fl-istess ħin sakemm ma jingħatax permess

speċjali mill-infermier/a jew qabla inkarigati. Ir-raġel/

is-sieħeb/il-persuni legalment responsabbli mill-

pazjent BISS jistgħu joqogħdu matul il-lejl jekk jingħata

permess mill-qabla nkarigata jew id-deputat magħha.

Page 29: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

26

Obstetric Ward 2

Għamel kuntatt: 25455153 / 24455162

Mit-Tnejn sal-Ħadd

10:00 - 20:00

Ir-raġ el/is-sieħeb/is-sieħba/persuni legalment responsabbli

mill-pazjent BISS jistgħu joqogħdu mal-pazjent.

16:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi oħrajn (minbarra l-ġenituri/il-persuni legalment

responsabbli mill-pazjent) jistgħu jżuru lill-pazjent fl-istess ħin

sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-qabla nkarigata.

Obstetric Ward 3

Għamel kuntatt: 25455100, 25455101

Mit-Tnejn sal-Ħadd

10:00 - 20:00

Ir-raġel/is-sieħeb/is-sieħba/persuni legalment responsabbli

mill- pazjent BISS jistgħu joqogħdu mall-pazjent.

16:00 - 20:00

Żewġ viżitaturi oħrajn (minbarra l-ġenituri/il-persuni legalment

responsabbli mill-pazjent) jistgħu jżuru lill-pazjent fl-istess ħin

sakemm ma jingħatax permess speċjali mill-qabla nkarigat/a.

Fairyland

Għamel kuntatt: 25454930, 25454931

Mit-Tnejn sal-Ħadd

08:00 - 20:00

Iż-żewġ ġenituri/il-persuni legalment responsabbli

jistgħu joqogħdu mal-pazjent.

16:00 - 17:30

Żewġ viżitaturi oħra, inkluż tfal, jitħallew iżuru l-pazjent

waqt dawn il-ħinijiet.

20:00 - 08:00

Ġenitur/persuna legalment responsabbli WIEĦED jista’

jorqod mal-pazjent.

Wonderland

Għamel kuntatt: 25454911, 25454916, 25454917

Mit-Tnejn sal-Ħadd

08:00 - 20:00

Iż-żewġ ġenituri/il-persuni legalment responsabbli

jistgħu joqogħdu mall-pazjent.

16:00 - 17:30

Żewġ viżitaturi oħra, inkluż tfal, jitħallew iżuru l-pazjent

waqt dawn il-ħinijiet.

20:00 - 08:00

Ġenitur/persuna legalment responsabbli WIEĦED jista’

jorqod mal-pazjent.ű

Disneyland

Għamel kuntatt: 25454920, 25454921

Mit-Tnejn sal-Ħadd

08:00 - 20:00

Iż-żewġ ġenituri/il-persuni legalment responsabbli

jistgħu joqogħdu mal-pazjent.

16:00 - 17:30

Żewġ viżitaturi oħra, inkluż tfal, jitħallew iżuru l-pazjent

waqt dawn il-ħinijiet.

20:00 - 08:00

Ġenitur/persuna legalment responsabbli WIEĦED jista’

jorqod mal-pazjent.

Page 30: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

27

MAP

MAIN ENTRANCE

CHAPEL

EDUCATIONAL

STAFF ON CALL

LABORATORY

PHYSIOTHERAPY

DEPARTMENT

OUTPATIENT

DEPARTMENT

ADMINISTRATION

UNIVERSITY

UTILITY

CAR PARK

MORTUARY

ONCOLOGY

Page 31: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

28

BROWN BLOCKS

LEVEL -1 Intensive Therapy Unit

Observation Ward 2

LEVEL 0 Cardiac Critical Care Unit

Cardiac Intensive Care Unit

Cardiac Medical Ward

Cardiac Surgical Ward

LEVEL 1 Medical Ward 1

Medical Ward 3

Psychiatric Unit

Medical Admission Unit 4

LEVEL 2 Infectious Diseases Unit

Medical Ward 2

LEVEL 3 Medical Investigations & Treatment Unit

Medical Ward 4

Medical Ward 5

BLUE BLOCKS

LEVEL -1 Day Care Unit

Endoscopy

LEVEL 0 Obstetrics Ward 3

Neonatal & Paediatrics Intensive Care Unit

LEVEL 1 Paediatrics Day Care

Disneyland

Wonderland

Medical Ward 7

Medical Ward 8

LEVEL 2 Urology Ward 1

Urology Ward 2

Pre-Admission Urology Unit

Urology Outreach

Sleep Lab

LEVEL 3 Surgical Ward 5

Ophthalmology Ward

RED BLOCKS

LEVEL -2 Hyperbaric Unit

LEVEL -1 A&E Department

Observation Ward 1

LEVEL 0 S.A.U.

Disch. Lounge

M.A.U. Ward 3

Diabetic Foot Ward (DFW)

YELLOW BLOCKS

LEVEL -1 Cardiac Catheterisation Lab

LEVEL 0 Medical Ward 6

LEVEL 1 Surgical Ward 1

LEVEL 2 Neuro - Surgical Ward

Neuro - Medical Ward

Surgical Ward 2

LEVEL 3 Orthopaedics Ward 1

Orthopaedics Ward 2

Plastic Surgery and Burns Unit

GREEN BLOCKS

LEVEL 0 Delivery Suite

Obstetrics Ward 1

Obstetrics Ward 2

LEVEL 1 ENT Ward

Fairyland

LEVEL 2 Gynae Ward

Orthopaedics Ward 3

LEVEL 3 Surgical Ward 3

Surgical Ward 4

ORANGE BLOCKS

LEVEL 0 Medical Assessment Unit 1

Medical Assessment Unit 2

Page 32: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera
Page 33: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera
Page 34: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

31

Page 35: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

32

Page 36: INFORMAZZJONI GĦALL-PAZJENT - careandcure.gov.mt · Ir-receptionist fl-entratura ewlenija tkun tista’ tiddereġik għas-sala. Mall-wasla tiegħek fis-sala, informa lill-infer-miera

33