24
EDWIN LANFRANCO Il-Pjanti Vaskulari Maltin Introduzzjoni Maltin hu ewlenija ta' numru konsiderevoli ta' li biss f'dawn u huma meqjusa F'dan l-istudju li s'issa dwar il-pjanti b'enfasi fuq il-pjanti vaskulari Tracheophyta). Sal-1976, biss ta' pjanti vaskulari kienu meqjusa ta' dawn u minn dawn biss, il- Palaeocyanus crassifolius, ma kinitx trattata b'element ta' dubju dwar il-validita kienu rang jew kienu injorati kollox. ewlenija ta' dan hu l-fatt li bosta snin ftit li xejn kienu kompetenti li taw tal-flora Maltija u li id f'id ma' Maltin. Minn dak sforz li in-numru tela' u ma' dawn iridu dawk li rang u dawk li ikkaratterizzati. naqsmuhom u fil-parti l-kbira evolvew qabel u huma, jew l-antenati kienu qabel is-separazzjoni ta' Malti minn ma' Sqallija. huma relitti li aktarx kienu aktar imferrxin fil- Mediterran u li u fatturi ta' natura klimatika u ristretti Maltin. Tnejn minn dawn huma ta' aktarx evolvew wara li Malta nfatmet kollox minn Sqallija u komplew jevolvu

Il-pjanti vaskulari endemici tal-gzejjer Maltin · EDWIN LANFRANCO Il-Pjanti Vaskulari Endemiċi tal-Gżejjer Maltin Introduzzjoni L-iżolament tal-Gżejjer Maltin hu l-kawża ewlenija

  • Upload
    others

  • View
    11

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

EDWIN LANFRANCO

Il-Pjanti Vaskulari Endemiċi tal-Gżejjer Maltin

Introduzzjoni

L-iżolament tal-Gżejjer Maltin hu l-kawża ewlenija għall­

eżistenza ta' numru konsiderevoli ta' speċi li jgħammru biss f'dawn il-Gżejjer u għaldaqstant huma meqjusa bħala speċi endemiċi. F'dan l-istudju ġbart it-tagħrif li għandna s'issa dwar il-pjanti endemiċi b'enfasi fuq il-pjanti vaskulari (Diviżjoni: Tracheophyta).

Sal-1976, ħames speċi biss ta' pjanti vaskulari kienu meqjusa bħala endemiċi ta' dawn il-gżejjer u minn dawn waħda biss, il­Palaeocyanus crassifolius, ma kinitx trattata b'element ta' dubju dwar il-validita speċifika tagħha. L-oħrajn kienu jingħataw rang infraspeċifiku jew saħansitra kienu jiġu injorati għal kollox. Raġuni ewlenija ta' dan hu l-fatt li għal bosta snin ftit li xejn kienu l-botaniċi kompetenti li taw każ tal-flora Maltija u li ħadmu id f'id ma' studjużi Maltin.

Minn dak iż-żmien, sforz tar-riċerka li qiegħda sseħħ, in-numru tela' għal ħmistax u ma' dawn iridu jiżdiedu dawk li għandhom rang infraspeċifiku u dawk li għadhom qegħdin jiġu ikkaratterizzati.

L-endemiżmi nistgħu naqsmuhom f'Paleoendemiċi u Neoendemiċi. Il-Paleoendemiċi fil-parti l-kbira tagħhom evolvew qabel iż-żminijiet tas-silġ u huma, jew l-antenati tagħhom, kienu jeżistu qabel is-separazzjoni ta' l-Arċipielgu Malti minn ma' Sqallija. Uħud huma speċi relitti li aktarx kienu aktar imferrxin fil­Mediterran u li minħabba l-kesħa u fatturi oħra ta' natura klimatika u geofiżika ġew ristretti għall Ġżejjer Maltin. Tnejn minn dawn huma speċi ta' ġeneri monotipiċi. In-Neoendemiċi aktarx evolvew wara li Malta nfatmet għal kollox minn Sqallija u komplew jevolvu

142 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMICI TAL-GŻEJJER MALTIN

f'iżolament. Dawn għalhekk għandhom biss ftit egħxur ta' eluf ta' snin ta' evoluzzjoni warajhom u huma relatati mill-qrib ma' speċi oħra.

A. IL-PALEOENDEMIĊI

1. Palaeocyanus crassifolius (Bertoloni) Dostal sinonimu: Centaura spathulata Zerapha; Centaurea crassifolia Bertoloni. Familja: Asteraceae (=Compositae)

Din hi magħrufa bil-Malti bħala WIDNETIL-BAĦAR1 1i fl-1971 ġiet dikjarata uffiċjalment il-"Pjanta Nazzjonali ta' Malta". Ġiet deskritta l-ewwel darba minn ZERAPHA (1827) taħt l-isem Centaurea spathulata. B 'xorti hażina dan l-isem kien ġa ntuża minn TENORE (1811) għall-speċi differenti ta' Centaurea u għalhekk l­isem mogħti minn Zerapha mhux validu għall-fini tar-regolamenti tan-nomenklatura botanika. Minħabba f'hekk BERTOLONI (1829) biddel isem l-ispeċi f' Centaurea ceassifolia. Il-ġeneru Centaurea hu kbir hafna iżda l-pjanta tagħna ma tantx toqgħod fih b'kumdita minħabba ċerti differenzi bħal per eżempju l-weraq imlaħħam, l­iskwammi involukrali mingħajr xewk jew lanżit marġinali, in­nuqqas ta' trikomi. L-abitu perenni ta' arbuxxel dejjem-aħdar hu rari ħafna fil-ġeneru Centaurea. Fi studju li sar mill-hotaniku Ċekoslovakk DOSTAL (1973,1975) taċ-Centaurea u ġeneri relatati, ġie deċiż li din l-ispeċi jistħoqqilha li tiġi separata miċ-Centaurea u titqiegħed f'ġeneru apposta għaliha li DOSTAL għammed

Palaeocyanus. Dan il-ġeneru hu primittiv aktar miċ-Centaurea u l­maġġoranza tal-ġeneri relatati. DOSTAL (komunikazzjoni personali) ixebbah il-ġeneru Palaeocyanus mal-ġeneru

Centaurodendron tal-gżira Juan Fernandez fil-Lvant tal-Paċifiku­ovvjament każ ta' evoluzzjoni konverġenti. DUTHIE (1875, 1875a) jirrimarka li f'Għawdex sab pjanta b'weraq bis-snien li FIORI (1907) jiddeskrivi bħala var. serratifolia. Jidher iżda li din mhux varjeta stabbli. Skond BORG (1927) pjanti li oriġinaw minn Wied Babu u ġew ikkultivati f'ġonna pubbliċi wkoll ġie li bdew jifformaw weraq b'xi snien.

1. Isem użat l-ewwel darba minn Borg (1927)

EDWIN LANFRANCO 143

Il-Palaeocyanus crassifolius jikber biss ma' l-irdum tan­nofsinhar u l-punent ta' Malta u n-nofsinhar u l-punent ta' Għawdex.

2. Cremnophyton lanfrancoi Brullo et Pavone Familja: Chenopodiaceae

Ġiet deskritta reċentement minn BRULLO u P A VONE (1987) bħala speċi unika tal-ġeneru ġdid monotipiku Cremnophyton. Minkejja dan din il-pjanta ilha magħrufa għal bosta żmien iżda dejjem ġiet konfuża mal-Halimione portulacoides (L. )Aellen (=Atriplex portulacoides L., Obione portulacoides (L.) Moq., Halimus portulacoides (1.) Wallroth). Il-Halimione portulacoides tabilħaqq li tinsab f'Malta iżda meta flejt is-senjalazzjonijiet kollha (p.e. GRECH DELICATA, 1853; GULIA ,1874; SOMMIER u CARUANA GATTO, 1915; HASLAM et a1., 1979) ħareġ evidenti li dawn kienu kollha japplikaw għall-Cremnophyton lanfrancoi. Il­Halimione portulacoides tikber f'ambjent kompletament differenti u fil-fatt tinsab l-aktar assoċjata ma' agħdajjar mielħa u xi drabi wkoll fir-ramel; rari ħafna fil-blat (LANFRANCO 1989a). Iż-żewġ speċi huma distinti ħafna u l-konfużjoni ssir biss meta wieħed jeżamina friegħi sterili iżolati. Irrealizzajt li din kienet speċi ġdida fl-1977 (LANFRANCO, 1989). Meta din il-pjanta ġiet studjata dettaljatament minn Brullo u Pavone nstab li dillla setgħet toqgħod fil-ġeneru Halimione u l-anqas fil-ġeneru kbir Atriplex. Dawn iż­żewġ ġeneri jixtiebhu ħafna bejniethom tant li l-Halimione spiss jiġi inkluż ġewwa l-Atriplex. Il-ġeneru Cremnophyton jiddifferixxi minnhom minħabba l-f juri tetrameri, sitwazzjoni insolita ħafna fl­A triplexl Halimione u minħabba li l-fjur għandu skwamula li ma tinstabx fiż-żewġ ġeneri l-oħra. Iżda forsi l-akbar argument biex il­Cremnophyton jitqies separat hu li dan għandu 20 kromosoma, jiġifieri b'numru bażiku ta' 10 filwaqt li l-Atriplexl Halimione dejjem għandhom numru kromosomiku bażiku ta' 9.

Il-Cremnophyton huwa ġeneru qadim ħafna u aktarx huwa relatat ma' l-antenati ta' l-Atriplex. Il-Cremnophyton lanfrancoi jikber ma' l-irdum fl-inħawi ta' Miġra Ferħa, Għar Ħassan u Fomm ir-Riħ (Malta) u Ta' Ċenċ, San Dimitri u d-Dwejra - inkluża Ħaġret il-Ġeneral (Għawdex). Minħabba li din l-ispeċi tikber

144 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMIĊI TAL-GŻEJJER MALTIN

f'imkejjen inaċċessabbli aktarx li għad tinsab f'xi rdumijiet oħra wkoll. Minħabba li ma nafu b'ebda isem bil-Malti, jien nirreferi għaliha bħala BJANKA TA' L-IRDUM (LANFRANCO, 1989, 1989a) minħabba li l-iżjed pjanta magħrufa li wieħed jista jxebbahha magħha hi l-BJANKA (Atriplex halimus L.).

3. Darniella melitensis (Botschantzev) Brullo sinonimu: Salsola melitensis Botschantzev Familja: Chenopodiaceae

Ġiet deskritta l-ewwel darba mill-botaniku Sovjetiku BOTSCHANTZEV (1976) taħt l-isem ta' Salsola melitensis. Bħal fil­każ tal-Cremnophyton lanfrancoi din l-ispeċi wkoll ilha magħrufa għal bosta snin iżda kienet ġiet konfuża mas-Salsola vermiculata li ssemmiet għall-ewwel minn SOMMIER u CARUANA GATTO (1915), speċi li fil-fatt ma' teżisti x f'Malta. Kien hemm konfużjoni wkoll ma' l-arbuxxell komuni Suaeda vera l.F. Gmelin (=Suaeda fruticosa Ilyin) li tikber f'ambjent simili u li superfiċjalment tixbaħ id-Darniella melitensis. Kien lejn nofs is-snin sebgħin li ntbaħt li Malta hawn speċi ġdida ta' Salsola meta ridt nivverifika l-eżistenza f'Malta tas-Salsola vermiculata. Meta eżaminajt l-arbuxxelli tas­Salsola li tikber hawn ma stajt inqabbilhom ma' ebda waħda oħra magħrufa għax-xjenza u għalhekk, flimkien ma' Brullo konna sejrin niddeskrivu speċi ġdida. Iżda fl-istess żmien u indipendentement Botschantzev kien qed jistudja dan il-ġeneru u sab eżemplar tal­pjanta Maltija fI-erbarju ta' Leningrad; induna li kienet speċi mhux deskritta u għalhekk iddeskriviha validament. Aktar tard f'reviżjoni li wettaq BRULLO (1984) iddeċieda li ċerti speċi arbustivi ta'Salsola għandhom jinqatgħu f'ġeneru għalihom, Darniella, li oriġinalment kien maħluq minn Maire u Weiller fI-1939 iżda li kien ġie inkluż f'Salsola.

Id-Darniella melitensis li bil-Malti tissejjaħ XEBB jew SIĠRA TAL-IRMIED tikber l-aktar ma' l-irdum qrib il-baħar f'bosta mkejjen ta' Malta, Għawdex u Kemmuna. F'Għawdex tikber 'il ġewwa mill-baħar bħal mal-fortifikazzjonijiet taċ-Ċittadella u taħt ix-Xagħra. Teżisti riferenza għall-pjanti taċ-Ċittadella f'rapport ta' Blondel wara ż-żjara tiegħu f'Għawdex wara t-terremot ta' 1-1693 li tindika l-użu tal-pjanta għall-irmied tagħha kif ukoll dwar il-ħsara li setgħet tagħmel fis-swar (PACE u PACE, 1980).

EDWIN LANFRANCO 145

4. Chiliadenus bocconei Brullo Familja: Asteraceae (=Compositae)

Fis-seklu sbatax l-isqalli Paolo Boccone iddeskriva pjanta Maltija li kien urieh l-istudjuż Malti G. F. Bonamico fl-1668 waqt żjara f'Malta u li semma "Conyza melitnisis retusis foliis" u li tagħha jagħti wkoll figura (BOCCONE, 1674). LINNAEUS (1763) inkluda l­pjanta ta' Boccone fil-binomju tiegħu Inula foetida. Din iżda hi fil­fatt pjanta Sud-Afrikana li m'għandha x'taqsam xejn mal-pjanta Maltija (BRULLO, 1979). ZERAPHA (1827) juża l-isem ta' Linnaeus. Eventwalment ħafna awturi identifikaw il-pjanta Maltija bħala Jasonia glutinosa (L.) De. liema speċi hi bbażata fuq l­Erigeron glutinosus ta' LINNAEUS (1767) li hu isem ambigwu minħabba li hu bbażat fuq materjal mhux identifikabbli b'ċertezza. Pjanti mill-kosta Mediterranja ta' Franza, Spanja, Majorka u t­tramuntana tal-Marokk ġew askritti wkoll għal din l-ispeċi.

Sadanittant intużaw ukoll ismijiet oħra biex ikopru dawn il-pjanti bħal p.e: Orsina camphorata (BERTOLONI, 1829) u Chiliadenus camphoratus (CASSINI, 1825). Kien GUSSONE (1844) li deherlu li l­pjanti ta' Malta u ta' Lampedusa kienu differenti minn dawk Franko-Iberiċi. Il-pjanti Franko-Iberiċi għandhom basjonimu tajjeb: Inula saxatilis Lamarck li ngħata fl-1778 iżda l-pjanti ta' Malta u ta' Lampedusa m'għandhomx għaliex basjonimi bħall­Erigeron glutinosus u Orsina camphorata mħumiex bażati fuq materjal identifikabbli. Għal hekk meta Brullo għamel l-istudju tiegħu fl-1979 dwar il-ġenera Jasonia u Chiliadenus ħass il-bżonn li jiddeskrivi mill-ġdid il-pjanti ta' Malta u ta' Lampedusa u jagħtihom isem ġdid. Il-pjanti ta' Malta għammidhom Chiliadenus bocconei biex tibqa' mfakkra l-kontribuzzjoni ta' Boccone waqt li dawk ta' Lampedusa ssemmew Chiliadenus lopadusanus.

Il-ġeneru Chiliadenus iħaddan disa' speċi. Tnejn limitati għal Lampedusa u l-Gżejjer Maltin. Fil-punent tal-Mediterran insibu il­Chiliadenus saxatilis (De.) Brullo li hi essenzjalment Franko­Iberika u l-Chiliadenus rupestris (Pomel) Brullo fil-Marokk u l­punent tal-Alġerija. FI-Eġittu u ċ-Cirenajka hemm il-Chiliadenus candicans (Delile) Brullo waqt li l-Chiliadenus iphionioides (Boiss. & Black.) Brullo tikber fis-Sinai, Libanu u Israel. Interessanti l-fatt li hemm speċi wkoll fis-Saħara u l-kosta sud-Atlantika tal-Marokk.

146 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMICI TAL-GŻEJJER MALTIN

Jidher għalhekk li l-ġeneru Chiliadenus hu essenzjalment Nord­Afrikan. Il-fatt li hemm numru ta' speċi iżolati ġeografikament minn xulxin jindika li huma aktarx speċi antiki, possibilment ta' epoka prekwaternarja.

L-isem Malti hu TULLIERA SAL V AĠĠA li jidher li ntuża l­ewwel darba għal din il-pjanta minn GULIA (1855-56). L-isem TULLIERA jintuża wkoll għal numru ta' pjanti komuni bħal

Dittrichia viscosa (L.) Greuter.

5. Allium lojaconoi Brullo, Lanfranco et Pavone Familja: Alliaceae (=Liliaceae p.p.)

Pjanta li ilha magħrufa mill-1874 meta ġiet misjuba mill­botaniku Ungeriz Viktor von Janka fil-Wardija (Għawdex)

(GULIA, 1874b). Iżda din kienet ġiet misidentifikata bħala Allium parciflorum Viviani li hi endemika Sardo-Korsa u baqgħet tidher taħt dan l-isem fix-xogħlijiet kollha li dehru sussegwentement. Fl-1982 sar studju (BRULLO et al, 1982) fuq il-pjanti ta' Malta fejn ħareġ ċar li dawn għandhom biss xebh superfiċjali mal-pjanti ta' Sardinja u Korsika. Għaldaqtant ġiet deskritta speċi ġdida bI-isem ta' Allium lojaconoi sabiex jitfakkar il-botaniku Sqalli Michele Lojacono-Pojero li fil-fatt kien induna li din hi speċi ġdida u li kien taha l-isem ta' Allium melitense (fuq it-tikketta ta' eżemplar fl­erbarju ta' Palermo) mingħajr ma qatt ippubblikah. Ma stajniex nużaw dan l-istess isem minħabba l-eżistenza ta' pjanta oħra b'dan l­isem (ara wara).

Jidher li għalkemm postha hu fis-sezzjoni Brevispatha, l­Allium lojacomoi ma tantx hi relatata mill-qrib ma' speċi oħrajn ta' l-istess sezzjoni ħlief l-Allium lopadusanus minn Lampedusa li ġiet deskritta riċentement (BARTOLO, BRULLO u PAVONE, 1986). L-A Ilium lojaconoi tikber fuq il-blat espost, l-aktar qrib il-baħar f'diversi nħawi tal-Gżejjer Maltin u tiffjorixxi f'Gunju. Minħabba li hi żgħira ma tantx tagħti fil-għajn. Bil-Malti kont issuġġerejt l-isem ta' TEWM IRQIQ TA' MALTA (LANFRANCO, 1987).

6. Hyoseris frutescens Brullo et Pavone Familja: Asteraceae ( = Compositae)

Fit-trattati kollha dwar il-flora Maltija din l-ispeċi dejjem ġiet meqjusa bħala Hyoseris lucida L. FI-aktar flora riċenti, dik ta'

EDWIN LANFRANCO 147

HASLAM et al (1979) ġiet saħansitra inkluża fl-ispeċi komuni H. radiata L. Il-Hyoseris lucida hi speċi Nord-Afrikana li ma tikbirx f'Malta. L-ewwel li nduna li l-pjanti Maltin setgħu kienu xi ħaġa speċjali kien DUTHIE (1874, 1875a) li nnota l-weraq imlaħħmin tagħha u l-abitu karatteristiku. Lili wkoll ilu li ġewni dubji dwar l­identita tal-pjanti tagħna (LANFRANCO, 1984) u fuq dan kien qabel ukoll BRULLO (komunikazzjoni persunali). Peress li ebda Hyoseris magħrufa għax-xjenza ma kienet taqbel mal-pjanta tagħna, din issa ġiet deskritta bħala speċi ġdida (BRuLLo u PAVONE, 1988). Il­Hyoseris frutescens hi speċi ta' importanza partikulari minħabba l­fatt li tidher li hi l-aktar speċi primitiva fi ħdan il-ġeneru Hyoseris. Fil-fatt din hi speċi arbustiva b'weraq imlaħħmin li jħaddru s-sena kollha.

Sa ftit ilu kien jidher li din l-ispeċi hi ristret~a għal-Għawdex fejn hi pjuttost frekwenti speċjalment fl-irdum qrib il-baħar. Is­senjalazzjonijiet kollha tal-"Hyoseris lucida" mill-Gzira ta' Malta ma setgħux jiġu sustanzjati, iżda fl-1987 iltqajt ma' kolonja żgħira fi Rdum il-Qawwi fil-punent tal-peninsula tal-Marfa. Issuġġerejt li għal din il-pjanta jintuża l-isem Malti ŻIGLAND TA' GĦAWDEX (LANFRANCo,1989a).

B. IN-NEOENDEMIĊI

l. Il-ġeneru Umonium; Familja: Plumbaginaceae.

Il-ġeneru Limonium hu wieħed kbir li fil-Mediterran jifforma numru kbir ta' speċi li numru għoli minnhom hu konfinat għal territorji żgħar. Fil-Gżejjer Maltin jikbru numru ta' speċi li ħlief waħda minnhom (Limonium virgatum WiIIendow) huma kollha edemiċi. Tnejn minn dawn ġew deskritti. Bil· Malti l-Limonium huma magħrufin bħala LEĦJET IX-XIĦ, iżda dan l-isem jintuża wkoll għal ħafna pjanti oħra (p.e. Erica multiflora L. u Asparagus aphyllus L.). Għaldaqstant jien issuġġerejt l-użu ta' l-isem LIMONJU (LANFRANCO, 1989a).

i. Limonium zeraphae Brullo Għalkemm deskritta reċentement (BRULLO, 1980) din hi

pjanta li ilha magħrufa għal-żmien twil. L-ewwel li semmiha kien

148 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMIĊI TAL-GŻEJJER MALTIN

BOCCONE (1674) bħala "Limonium reticulatumsupinum" li tagħha tagħa wkoll figura. LINNAEUS (1753) jirrikonoxxi din l-ispeċi u jgħidilha Statice reticulata u jikkummenta wkoll li hi pjanta Maltija. Iżda skond BRULLO (op. cit.) l-eżemplar fl-erbarju ta' Linnaeus ma jirrappreżentax din il-pjanta. Għaldaqstant l-isem addottat minn Linnaeus ġie użat ħażin u ma jistax jiġi applikat validament għall­pjanta Maltija. Sussegwentement ġew użati diversi ismijiet oħra għal din il-pjanta: "Statice cancellata" (GULIA 1855-56); Statice minuta var. reticulata (Borg, 1927); Limonium graecum subsp. divaricatum (HASLAM et al, 1977). !r-riċerka ta' Brullo tikkonferma li l-Limonium zeraphae, li isimha jikkommemora lill-botaniku Malti Stefano Zerafa, hi tabilħaqq speċi endemika għall-Gżejjer Maltin. Skond PIGNATII (1982) il­Limonium zeraphae tappartjeni għall grupp tal-Limonium divaricatum. X'aktarx li dan il-grupp għandu affinita mill-qrib mal­grupp tal-Limonium virgatum. Il-Limonium zeraphae jikber fuq il­blat ta' ħdejn il-baħar matul il-kosta minn St. Andrews sa San Pawl il-Baħar. Tinsab ukoll fuq il-Gżejjer ta' San Pawl.

ii. Limonium melitense Brullo Din ġiet deskritta biss fl-1988 (BRULLO) iżda m'hemmx dubju

li ilha magħrufa ħafna u baqgħet moħbija taħt identitajiet oħra. Jien jidhirli li l-pjanti li ġew senjalati bħala Satice cosyrensis Guss. (illum magħrufa bħala Limonium cosyrense (Guss.) O. Kuntze) minn SOMMIER u CARUANA GATIO (1915) huma fil-fatt il-Limonium melitense. Infatti SOMMIER u CARUANA GA TIO (op. cit.) innotaw li l-pjanti Maltin huma differenti mill-ispeċi tipika li hi endemika ta' Pantellerija u jissuġġerixxu li tissemma var. melitensis. Meta fl-1982 ridt nivverifika jekk il-Limonium cosyrense kienitx tabilħaqq tikber Malta kont mort Ħal Far, il-lokalita indikata minn Sommier u Caruana Gatto, u nnutajt li għalkemm kien hemm xi xebh superfiċjali bejn dawn il-pjanti u l-Limonium cosyrense, eżami bir­reqqa wrieni li l-karattri essenzjali kienu differenti ħafna.

Ċertament ma kenitx la l-Limonium zeraphae u lanqas Limonium virgatum u ma stajt lanqas inqabbilha ma' ebda speċi magħrufa mill­Mediterran. Għalhekk kont għaddej t numru ta' eżemplari lil Brullo li eventwalment iddeskriva l-Limonium melitense. Is-senjalazzjoni ta' GRECH DELICATA (1853) tal-iStatice bellidifolia (ekwata mal-

EDWIN LANFRANCO 149

iStatice psiloclada minn SOMMIER u CARUANA GATIO, op.cit. u mal-Limonium ramosissimum minn HASLAM et al (1979) jidhirli li tapplika wkoll għal-Limonium melitense minħabba li din l-ispeċi għandha xebh superfiċjali magħha u minħabba li Fomm ir-Riħ, il­lokalita mogħtija minn Grech Delicata, l-uniku Limonium li hemm hu proprju l-Limonium melitense. Skond BRULLO (1988) il­Limonium melitense tappartjeni għall-grupp tal-Limonium bocconei li jinkludi fih numru ta' speċi endemiċi għad-distrett SqalIi. Il-Limonium melitense jikber l-iżjed fuq l-irdum u kultant ukoll fuq it-tafal.

iii Limonium sp. nov. Limonium ieħor ġie misjub fi Frar 1988 jikber f'għadira mielħa żgħira magħrufa bħala Ras iċ-Ċagħaq fuq ix-xaqliba ta' Marsaxlokk tal-Peninsula ta' Delimara. Sfortunatament dan l-ambjent żgħir ġie inkorporat fil-lokal fejn qed isir ix-xogħol fuq il-"Power Station" il­ġdid. Sabiex din l-ispeċi ma tintilifx, numru ta' pjanti ġew trapjantati fir-Riserva Naturali ta' l-Għadira fejn hemm ambjent analogu. Jidher li din l-ispeċi li għadha qed tiġi studjata tapartjeni għall-grupp tal-Limonium virgatum. iv. Limonium ibridu

Jeżisti wkoll Limonium ieħor li jien sibt jikber f'ambjent salmastru fiI-Qaliet (San Ġiljan) fI-1983 li hu aktarx ibridu bejn il­Limonium virgatum u l-Limonium zeraphae (BRULLO, komunikazzjoni personali). Dan ukoll għadu qed jiġi studjat.

2. Romulea melitensis Beguinot Familja: Iridaceae

Ġiet deskritta minn BEGUINOT (1907) minn post li jissejjaħ "Fort Fique" (forsi Fort Tigne?) minn fejn ġiet miġbura minn Sickenberger fI-1876 u depożitat fI-erbarju ta' Boissier. SOMMIER u CARUANA GA TIO (1915) jsemmuha wkoll minn San Pawl il-Baħar u minn inħawi f'Għawdex qrib id-Dwejra, Wied Binġemma u r­Ramla kif ukoll, dubitattivament, minn Kemmuna. Ta' min jikkummenta li din l-ispeċi hi qrib ħafna tar-Romulea ramiflora Tenore li tidher li hi frekwenti. Hu importanti li r-Romulea ta' Malta jiġu studjati iżjed bir-reqqa sabiex wieħed ikun jista jiċċara l-

150 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMICI TAL-GŻEJJER MALTIN

istatus ta' din l-ispeċi kif ukoll id-distribuzzjoni tagħha u ta: l-ispeċi l-oħrajn. L-isem Malti ta' l-ispeċi tar-Romlea hu ŻAGĦFRANTAL­B LAT.

3. Helichrysum melitensis (Pignatti) Brullo, Lanfranco, Pavone et Ronsisvalle.

Familja: Asteraceae (=Compositae)

Din l-ispeċi ġiet senjalata l-ewwel darba minn GRECH DELICATA (1853) bħala "Helichrysum rupestre De." u baqgħet tidher b' dan l-isem jew sinonimu tiegħu fix-xogħlijiet kollha dwar il­flora ta' Malta. PIGNATTI (1980) ntebaħ li l-pjanti Maltin huma differenti mill-Helichrysum rupestre tipika u ta' deskrizzjoni f'livell ta' varjeta bħala Helichrysum rupestre var. melitensis. Eżami iżjed approfondit tal-pjanta indika li dan it-taxon għandu jiġi elevat għal speċi kif fil-fatt sar (BRULLO et al, 1988). Il-Helichrysum melitensis hi pjanta rari li tikber biss fuq l-irdum tal-punent ta' Għawdex inkluża Ħaġret il-Ġeneral. L-unika senjalazzjoni mill-Gżira Ta' Malta hi dik ta' GRECH DELICATA (op. cit.) li jgħid li kienet tikber Wied Babu. Fix-xogħol ta' FAuRE (1916) tinsab ċitata minn Wied Balluta. Il-lista ta' pjanti li tinsab f'dan ix-xogħol kienet ġiet

kontribwita minn Carmelo Penza. Din il-lokalita, askritta għal Penza, hi ċitata wkoll minn HASLAM et al (1979). Wisq naħseb li l­pjanta senjalata minn Wied Balluta kienet xi speċi oħra ta' Helichrysum maħrub mill-kultivazzjoni minħabba li f'din il-lokalita ma jeżistix ambjent addattat għal Helichrysum melitensis. Bil-Malti l-Helichrysum huma magħrufin bħala SEMPREVIVA u jien issuġġerejt li tissejjaħ SEMPREVIV A TA' GĦAWDEX

(LANFRANco,1989a).

4. Euphorbia melitensis Parlatore Familja: Euphorbiaceae

Żewġ speċi ta' Eurphorbia msemmija minn GRECH DELICATA (1853) huma l-"Euphorbia fruticosa" u "Euphorbia verrucosa" - it-tnejn minn Wied Babu. Euphorbia fruticosa hu sinonimu tal-Euphorbia bivonae Steudel filwaqt li l-vera Euphorbia verrucosa L. ma teżistix Malta. PARLATORE (1869) ħoloq l-ispeċi ġdida Euphorbia melitensis u din ġiet ekwata minn SOMMIER u

EDWIN LANFRANCO 151

CAUANA GArro (1915) mal-Euphorbia verrucosa ta' GRECH DELICATA. NYMAN (1881) ikkonsidraha bħala sottospeċi tal­Euphorbia spinosa L. Filwaqt li SOMMIER u CARUANA GArro ma jirrikonnoxxuhiex u jagħtuha bħala sinonimu tal-Euphorbia spinosa. Skond FIORI et al (1896-1908) l-Euphorbia melitensis aktar setgħet tingħaqad mal-Euphorbia bivonae milli mal-Euphorbia spinosa. BORG (1927) reġa' għaqqadha (bħala varjeta) fl­Euphorbia spinosa. TUTIN (1968) inkludieha fl-Euphorbia spinosa kif għamlu HASLAM et al (1979). Ta' min iżid li s-senjalazzjonijiet Maltin tal-Euphorbia bivonae huma attribwiti għal varjeta papillaris (Jan.) Boissier li tixbah ħafna d-deskrizzjoni tal­Euphorbia melitensis. Jidher għalhekk li l-istatus eż att tal-pjanti Maltin hu inċert għall-aħħar.

Fi studju pjuttost reċenti, CESCA (1969) jirrikonoxxi status indipendenti lill-Euphoria melitensis u jikkummenta li din hi speċi qrib ħafna tal-Euphorbia bivonae u l-aktar li tixbah hi l-var. papillaris. L-Euphorbia spinosa la tinsab fi Sqallija u l-anqas fin­nofsinhar estrem ta' l-Italja. Botaniċi familjari mal-Euphorbia spinosa fl-ambjent tagħha u li żaru Malta u raw l-Euphorbia melitensis ikkummentaw li dawn ma jixxibhux (p.e. DEL PRETE, komunikazzjoni persunali). Jien għandi suspett kbir li hemm identita bejn l-Euphorbia melitensis u l-pjanti Maltin senjalati bħala Euphorbia bivonae var. papillaris. Insibha stramba li dawn iż-żewġ entitajiet li tant jixxibhu huma senjalati mill-istess lokalitajiet -ħaġa li ekoloġikament ma tantx tagħmel sens. Kull meta eżaminajt popolazzjonijiet bħal dawn dejjem innutajt li hemm gradazzjoni kontinwa bejn l-Euphorbia melitensis tipika u pjanti li jistgħu faċilment jissejħu Euphorbia bivonae var. papillaris. Għal mument nippreferi nagħti status indipendenti lill-Euphorbia melitensis. Ma naħsibx li Malta hawn żewġ entitajiet ta' dan il-grupp u aktarx li l­pjanti senjalati bħala Euphorbia bivonae var. papillaris huma konspeċifiċi mal-Euphorbia melitensis.

L-Euphorbia melitensis tikber fix-xagħri u l-irdum ta' Malta u Għawdex. Hi komuni ħafna fuq Kemmuna. Ġieli tkun l-arbuxxell dominanti fil-lokalitajiet fejn tikber. Normalment tkun baxxa xi tletin ċentimetru iżda okkażjonalment wieħed jiltaqa' ma' pjanti ta' kważi żewġ metri (eż. l-Imġiebaħ). Bil-Malti hi magħrufa bħala TENGĦUD T Ax-XAGĦRI.

152 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMIĊI TAL-GŻEJJER MALTIN

4. Anacamptis urvilleana Sommier et Caruana Gatto Familja: Orchidaceae

Jidher li kien DUMONT D'URVILLE (1822) li ntebaħ li f Malta jikbru żewġ kwalitajiet ta' Orkidi li llum huma meqjusa bħala speċi fil-ġeneru Anacamptis. Dan isemmi l-"Orchis pyramidalis L." u "Orchis condensata Desf.". L-ewwel waħda hi l-Anacamptis pyramidalis (L.) Richards filwaqt li t-tieni tidher li hi pjanta Alġerina llum meqjusa bħala forma tal-Anacamtis pyramidalis. Jidher iżda illi Dumont D'Urville kien ħa żball meta deherlu li l­pjanta li sab Malta kienet tirreferi għal dan it-taxon. CARUANA GATTO (1892) juri li kienjaf li Malta hawn żewġ tipi ta' Anacamptis li hu jikkaratterizza sewwa fix-xogħol tiegħu iżda ma' azzardax joħloq isem. Kien għalhekk li SOMMIER u CARUANA GATTO (1915) għammdu din l-ispeċi Anacamptis urvilleana - isem li jagħti ġieh lil DUMONT D'URVILLE - u taw tagħha djanjosi bil-latin. Minn dak iż-żmien 'l hawn, minkejja l-fatt li l-Anacamtis pyramidalis u l-Anacamptis urvilleana huma distinti ħafna u ma jibridizzawx flimkien - tant li għandhom perjodu ta' fjoritura differenti -l-Anacampitis urvilleana waqgħet fċerta oskurita fost il-botaniċi li fil-maġġoranza tagħhom ma għarfux l-istatus distint tagħha. BORG (1927) jagħmel kompromess u niżżel din il-pjanta għar-rang ta' varjeta bħala Orchis pyramidalis var. sommieriana (jidher li Borg ma kienx jammetti d-distinzjoni tal-ġeneru

Anacamptis minn Orchis) , isem li bih ried jagħti ġieh lil Stefano Sommier. Iżda l-isem li ħoloq Borg hu żejjed minħabba li din il­pjanta ġa kella isem validu. Minkejja dan in-nuqqas ġenerali ta' rikonoxximent, kull botaniku li ra l-Anacamptis urvilleana tikber fl­ambjent tagħha ammetta d-distinzjoni ta' din l-ispeċi. L-aktar studju nebbieħi li sar fuqha hu dak ta' DAL PRETE et al (1984) li għamlu investigazzjoni karjoloġika tal-Anacamptis urvilleana u tal­Anacamptis pyramidalis minn imkejjen diversi. Sabu li waqt fl-arjal tagħha l-Anacamptis pyramidalis għandha diversi livelli ta' plojdija (2n = 36, 54, 72), l-Anacamptis urvilleana hi diplojdi (2n = 36). Ta' interess kbir hu l-fatt li l-Anacamtis pyramidalis ta' Malta hi tetraplojdi (2n = 72) (DEL PRETE, op. cit.). Jidher li hu possibbli li l-Anacamptis pyramidalis li tinsab Malta daħlet wara li f Malta stabbiliet ruħha l-Anacamptis urvilleana li x'aktarx evolviet

EDWIN LANFRANCO 153

hawnhekk minn Xl popolazzjoni diplojdi tal-Anacamptis pyramidalis.

L-Anacamptis urvilleana tikber fix-xagħri f'diversi nħawi ta' Malta, Għawdex u Kemmuna għalkemm ma tistax titqies speċi frekwenti. Ġieli tikber flimkien mal-Anacamptis pyramidalis iżda, kif innutajt fuq, ma jibridizzawx bejniethom u dejjem faċli li jingħarfu minn xulxin. Il-f juri tal-Anacamptis urvilleana huma ġeneralment roża ċari u kultant bojod kremuż, forma li BORG (op.cit) isejjaħ albiflora. L-Anacamptis pyramidalis ta' Malta ġeneralment ikollha fjur ta' kulur iżjed karg.

6. Anthemis urvilleana(DC.) Sommier et Caruana Gatto Familja: Asteraceae (= Compositae)

Ġiet deskritta għall-ewwel darba taħt l-isem ta' Anthemis secundiramea Biv. var. urvilleana minn DE CANDOLLE (1837) fuq pjanti li kien irċieva mingħand Dumont D'Urville taħt l-isem ta' Anthemis maritima. Effettivament Dumont D'Urville kien għamel użu minn dan l-isem fix-xogħol tiegħu stess (DUMONT D'URVILLE, 1882). SOMMIERU CARUANA GATTO (1815) jikkunsidraw din il­pjanta distinta biżżejjed mill-Anthemis secundiramea u elevawha għar-rang ta' speċi. Awturi diversi varjaw it-trattament tagħhom ta' dan it-taxon bejn dak ta' De Candolle u dak ta' Sommier u Caruana Gatto. Effettivament din l-ispeċi hi tassew viċin tal-Anthemis secundiramea u tixbah ħafna Anthemis oħra li tikber fuq il-gżira ta' Pantellerija (Anthemis cosyrensis Guss.) tant li dawn iż-żewġ pjanti spiss ġew kunsidrati bħala identiċi. Skond BRULLO (komunikazzjoni personali) li għandu esperjenza tal-pjanti ta' Pantellerija, iż-żewġ entitajiet, għalkemm jixxiebhu, huma differenti. Teżisti wkoll l-Anthemis lopadusana Lojacono, minn Lampedusa, li tappartjeni għal dan iċ-ċiklu ta' taxa.

L-Anthemis urvilleana hi speċi pjuttost komuni f'ambjenti tax­xtajta speċjalment fejn hemm ħamrija baxxa fuq il-blat. Bil-Malti tista' tissejjaħ BEBBUNA TAL-BAĦAR.

154 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMICI TAL-GŻEJJER MALTIN

7. Allium melitense (Sommier et Caruana Gatto) Ciferri et Giacomini

Familja: Alliaceae (= Liliaceae p.p)

Dan l-Allium kien ġie msemmi minn SOMMIER u CARUANA GA TTO (1915) u jiddifferixxi mill-A Ilium ampeloprasum minħabba d-daqs żgħir tiegħu. SOMMIER u CARUANA GATTO (op. cit.) ipproponew li dan it-taxon jissejjaħ var. melitense tal-Allium ameloprasum L. iżda ma tawx deskrizzjoni uffiċjali, għaldaqstant mhux validu. Minkejja dan CIFERRI u GIACOMINI (1950) elevaw dan it-taxon għal speċi taħt l-isem mogħti fuq. Biss dan xorta għadu invalidu u qed nużah biss bħala "tikketta" sakemm il-pjanti Maltin ikunu studjati b'mod aktar eżawrjenti u tkun tista' tingħata

deskrizzjoni akkurata. Il-grupp tal-Allium ampeloprasum fil-Gżejjer Maltin hu

pjuttost komplikat. Minkejja li l-Allium ampeloprasum s.s. jiffigura fix-xogħlijiet kollha dwar il-flora Maltija, jidher li fil-fatt l-ispeċi proprja ma teżistix hawn. Il-pjanti kbar aktarx li huma l-Allium commutatus Guss. filwaqt li dawk żgħar huma l-Allium melitense. Fuq Filfla u fuq Ħaġret il-Ġeneral jeżistu pjanti ta' kobor notevoli (bejn 150 - 200 cm) li jistgħu jkunu speċi oħra ġdida.

8 Ophrys sp. nov. Familja: Orchidaceae

Fix-xogħlijiet dwar il-flora ta' Malta jissemmew l-Ophrys sphegodes Miller (jew is-sinonimu tagħha Ophrys aranfera Huds.) kif ukoll ta' taxa oħrajn subordinati tagħha (p.e. BORG, 1927; LANFRANCO (G.) 1977, HASLAM et al., 1977) inkluża l-Ophrys lunulata Parl. li hi endemika ta' Sqallija. F'Malta tabilħaqq teżisti orkida li tappartjeni għaċ-ċiklu tal-Ophrys sphegodes, iżda meta fis­sebgħinijiet kont eżaminajt il-pjanti biex nipprova nistabilixxi liema speċi/sottospeċi fil-fatt jeżistu f'Malta sibt li għalkemm hawn varjazzjoni xi ftit jew wisq parallela għal dik tal-Ophrys sphegodes, l-ebda pjanta Maltija ma setgħet titqabbel eżatt ma' xi taxon ieħor magħruf fil-grupp tal-Ophrys sphegodes. Jidher ċar li l-varjazzjoni fil-pjanti Maltin għadha instabbli ħafna u f'popolazzjoni waħda

EDWIN LANFRANCO 155

(p.e. dik ta' San Pawl tat-Tarġa) jista' jkun hemm serje ta' varjanti. BAUMANN (1977) innota l-istess ħaġa. Hu ċar li l-pjanti Maltin ma jistgħux jiffurmaw parti la mill-Ophrys sphegodes tipika u lanqas minn ebda waħda mill-ispeċi jew sottospeċi magħrufa fiċ-ċiklu tagħha. BAUMANN (op. cit.) jissuġġerixxi li l-pjanta Maltija, għalkemm distinta, tista' tkun qrib l-Ophrys lunulata u l-Ophrys sphegodes subsp. atrata (Lindley) E. Mayer (= Ophrys atrata Lindley); MAZZOLA (komunikazzjoni personali) jara xebh mal­Ophrys sphegodes subsp. sicula Nelson, pjanta endemika ta' Sqallija li hemm min jinkludiha bħala sotto speċi f1-0phrys exaltata Ten. (DEL PRETE, 1984), iżda din tkun dejjem akbar mill-pjanta Maltija.

Din l-ispeċi tikber fix-xagħri u fil-makkja f'diversi lokalitajiet tal-Gżejjer Maltin, iżda ma tantx hi frekwenti. Bil-Malti tissejjaħ BRIMBA SEWDA.

C. ENDEMIĊI TA' LIVELL INFRASPEĊIFKU

1. Matthiola incana (L.) R. Brown subsp. melitensis Brullo, Lanfranco, Pavone et Ronsisvalle

Familja: Brassicaceae (= Cruciferae)

Ġiet deskritta reċentement (BRULLO et al, 1988); din tikber f'xi rdum f'Għawdex (inkluża Ħaġret il-Ġeneral) kif ukoll fil-Mistra f'Malta. Jidher ukoll li hemm xi differenzi żgħar bejn il­popolazzjonijiet Għawdxin u dik tal-Mistra. Fl-inħawi tal-portijiet tikber naturalizzata, f'ħafna forom it-tip tal-ispeċi: Matthiola incana subsp. incana li aktarx ħarbet mill-kultivazzjoni. Issuġġerejt li s­sottospeċi melitenses tissejjaħ ĠIŻI TA' MALTA (LANFRANCO, 1989a).

2. Orobanche nana (Reuter) Noe forma melitensis (Beck in Sommier et Caruana Gatto) Beck

Familja: Orobanchaceae

Id-deskrizzjoni ta' Beck dehret l-ewwel darba fix-xogħol ta' SOMMIER u CARUANA GATTO (1915) bir-rang ta' varjeta, iżda aktar tard irriduċieha għal forma (BECK von MANAGETTA, 1930).

156 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMIĊI TAL-GŻEJJER MALTIN

Din hi pjanta komuni li tipparasitizza kważi esklussivament l-Oxalis pes-caprae L. Din hi ħaġa stramb a peress li l-Oxalis hi pjanta avventizja li daħlet Malta fil-bidu tas-seklu dsatax. Iżda SOMMIER u CARUANA GArro (op. cit.) jinnutaw li fi żmien horn kienet tikber fuq diversi Leguminosae. Jien issuġġerejt l-isem Malti BEDEBBUS ABJAD (LANFRANCO, 1989).

3. Orobanche densiflora Salzm. forma melitensis Beck lil

Sommier et Caruana Gatto Familja: Orobanchaceae

Din ukoll dehret l-ewwel darba fix-xogħol ta' SOMMIER u CARUANA GATTO (1915). Din, iżda, hi speċi rari li tikber biss fir­ramel bħal fil-bajja tal-Mellieħa u r-Ramla tat-Torri fejn tipparasitizza l-Lotus cytisoides L. minkejja l-fatt li skond SOMMIER u CARUANA GATTO (op. cit.) u xogħlijiet ta' warajhom tissemma bħala parassita tal-Lotus halophilus Boiss. et Spruner. Interessanti li din l-ispeċi hi konfinata għall-punent tal-Mediterran u n-nofsinhar tal-Portugal. Issuġġerejt l-isem Malti BUDEBBUS TAR-RAMEL għal din l-ispeċi (LANFRANCO, 1989a).

OĦRAJN:

Il-Hymenolobus procumbens (L). Nuttall ex Torrey & A. Gray subsp. revelieri (Jordon) Greuter & Burdet, hi pjanta rari ħafna li tikber biss fuq kemmuna. Instabet minn DUTHIE (1874) iżda li ma dehritx iżjed b'ċertezza sakemm erġajt iltqajt magħha fl-1986 -eżatt fl-istess post li semma Duthie. PAMPANINI (1909) iddeskriva l-forma sommieri, presumibilment endemika, fuq il-materjal ta' Duthie konservat fl-erbarju ta' Firenze. Is-sinifikat eżatt ta' dan it­taxon għad irid iġi stabbilit.

SOMMIER u CARUANA GATTO (1915) iddeskrivew forma ġdida: macranthus tar-Ranunculus macrophyllus Desf. Dan l-isem applikawh għal pjanti b'weraq u f juri kbar li sabu f'Wied Inċita. B'xorti ħażina dan il-Wied ġie degradat ħafna u jista' jkun li din il­forma nqerdet. Ta' min iżid li l-pjanti Maltin li fl-imgħoddi dehru taħt l-isem ta' Ranunculus macrophyllus fil-fatt jappartjenu għar­Ranunculus bulbosus L. subsp. adsecendens (Brotero) Neves.

EDWIN LANFRANCO 157

SOMMIER U CARUANA GATTO (1915) jiddeskrivu żewġ forom tal-Asparagus aphyllus L. bir-rang ta' varjeta (var. abbreviatus u var. elongatus). Ma jidhirlix li dawn il-varjetajiet huma tenibbli minħabba li hu faċli li wieħed isib l-intermedji kollha bejn il-"var. abbreviatus" sal "var. elongatus" bI-ispeċi tipika x'imkien fin-nofs. Ma jidhirlix lanqas li dawn il-varjanti huma ristretti għal Malta.

SOMMIER u CARUANA GATTO (op. cit.) jinnutaw ukoll li l­pjanti Maltin tal-Legouzia hybrida (L.) Delarbre huma differenti mill-ispeċi tipika u joħolqu provisorjament l-isem ta' "var. foliosa". B'xorti ħażin a diffiċli li wieħed jistabilixxi l-istatus ta' dan it-taxon minħabba li jidher li dil-pjanta nqerdet minn Malta.

BORG (1927), barra li jsemmi numru ta' albiniżmi u varjanti oħrajn bir-rang ta' forma (u li m'iniex sejjer noqgħod nidħol fihom minħabba li jidhirli li l-maġġoranza m'humiex ta' sinifikat kbir, u aktarx lanqas m'huma endemiċi), jiddeskrivi wkoll Fumaria capreolata L. var. speciosa. Sfortunatament id-deskrizzjoni mhix djanjostika biżżejjed biex wieħed jisseparaha minn taxa oħrajn tal­ġeneru Fumaria, li hu ġeneru pjuttost diffiċli. Barra minn hekk ma rnexxilix nillokalizza l-materjal użat minn Borg biex għamel din id­deskrizzjoni u għaldaqstant wieħed ma jistax jiddeċiedi jekk Borg sabx tabilħaqq entita ġdida jew jekk hix sempliċiment varjanti ta' xi Fumaria magħrufa.

BORG (1935) jiddeskrivi wkoll forma guliana tal-Erica multiflora L. iżda hawn ukoll ma jidhirlix li din ħaqqha

rikonoxximent formali.

D. SUB-ENDEMIĊI

Numru ta' speċi li jikbru fil-Gżejjer Maltin, għalkemm

m'humiex strettament endemiċi, għandhom distribuzzjoni ristretta ħafna. Fost dawk li għandhom l-aktar arjal ristrett insibu:

(a) Endemiċi Pelago-Maltin - Dawn huma ristretti għall

Gżejjer Pelagie (Lampedusa, Linosa, Lampione) u l-Gżejjer

Maltin.

1. Elatine gussonei (Sommier) Brullo, Lanfranco, Pavone et Ronsisvalle

Familja: Elatinaceae

158 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMICI TAL-GŻEJJER MALTIN

Din tikber biss fil-Gżejjer Maltin u Lampedusa u tinsab fl­agħdajjar ta' l-ilma ħelu li jinġabar fil-blat. Ġiet deskritta l-ewwel darba minn SOMMIER (1908) minn Lampedusa bħala Elatine hydropiper var. gussonei_ Hi affini wkoll mal-Elatine macropoda Gussone_ Reċentement ġiet elevata għal speċi (BRULLO et. al. 1988).

2. Linaria pseudolaxiflora Lojacono Familja: Scrophulariaceae

Endemika ta' Linosa u l-Gżejjer Maltin. Għalkemm tikber fuq Malta, Għawdex Kemmuna u Kemmunett, hi pjanta rari u mill­osservazzjonijiet tiegħi tidher li qed tonqos.

3. Daucus lopadusanus Tineo Familja: Apiaceae (= Unbelliferae)

Din hi pjanta ta' status inċert li hi ristretta għal Lampedusa u l­Gżejjer Maltin. Din l-ispeċi al\:tarx hi waħda mill-ħafna varjanti tad­Daucus carota L. Ta' min isemmi wkoll id-Daucus rupestris Gussone li hi senjalata mill-Gżejjer Maltin, Lampedusa u Lampione - iżda wkoll minn Panarea fil-Gżejjer Eolie. Dan il­grupp ta' Daucus hu komplikat ferm u għad irid jiġi revist.

4. Euphorbia exigua L. var. pycnophylla Kramer et Westra Familja: Euphorbiaceae

Ġiet deskritta l-ewwel darba darba mill-Gżejjer Maltin minn KRAMER et al. (1972). Reċentement ġiet misjuba wkoll f'Lampedusa (MINSSALE u SPAMPINATO, 1987).

(b) Endemiċi SikuZo-Maltin - Dawn huma konfinati għal Sqallija (u xi gżejjer circum-Siċiljani) u l-Gżejjer Maltin.

1. Iris sicuZa Todaro Familja: Iridaceae

Dan hu Iris rari ħafna. F'Malta u Għawdex nafu minn tliet lokalitajiet. Jidher li fi Sqallija ilu ma jinstab. Din hi speċi li dwarha

EDWIN LANFRANCO 159

teżisti ħafna konfużjoni, l-aktar minħabba li fil-letteratura ġieli jħawduha mal-Gynandriris sieula (Todaro) Todam peress li l­ġeneru Gynandriris hemm min jinkludih fil-ġeneru Iris. Għalhekk wieħed għandu joqgħod attent meta jaqra dwar senjalazzjonijiet ta' din l-ispeċi. L-Iris sieula hi affini mal-Iris pallida Lamarck.

2. Seilla sieula Parlatore Familja: Liliaceae

Endemika tal-Gżejjer Maltin, Sqallija kif ukoll il-Kalabrija. Jidher iżda li fi Sqallija u Kalabrija ilha ma tidher għal bosta snin (BRULLO u PAVONE, 1987). F'Malta, għalkemm mhux komuni, hi pjuttost frekwenti.

3. Desmazeria pignattii Brullo et Pavone Familja: Poaceae (= Gramineae)

Speċi interessanti ħafna deskritta reċentement minn BRULLO u PAVONE (1985). Qabel kienet titħallat mad-Desmazeria sieula (Jacq.) Dum. Din l-ispeċi hi endemika għall-Gżejjer Maltin u s-SE ta' Sqallija - fil-kumplament ta' Sqallija hi rimpjazzata mid­Desmazeria sieula - hi għalhekk endemika Ibleo-Maltija. Id­Desmazeria pignattii tikber f'ħamrija baxxa qrib ix-xtajta.

4. Seneeio pygmaeus De. Familja: Asteraceae (= Compositae)

Din ukoll hi essenzjalment endemika Ibleo-Maltija iżda

ALEXANDER (1979), li jagħtiha bħala varjeta tas-Senecio leueanthemifolius Poiret, jinkludi fiha pjanti minn Kreta, Sardinja u l-Libanu. Iżda dawn il-pjanti minn territorji oħra għandhom fjuretti ligulati mentri dawk Ibleo-Maltin m'għandhomx. Għal mument nippreferi ożomm is-Senecio pygmaeus distint minn dawn il-forom ligulati. Din il-pjanta ċkejkna ħafna tikber fuq l-irdumijiet u qrib il­baħar u tidher li hi rari.

160 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMIĊI TAL-GŻEJJER MALTIN

5. Ophrys oxyrrhynchos Todaro Familja: Orchidaceae

Din l-orkida għandha affinitajiet mal-Ophrys hoZoserica (B urmann) Greuter. L-aħħar li dehret f Malta kien fl-1966 (LANFRANCO, G., kummunikazzjoni personali) fparti minn Wied il-Għaselli ftit żmien wara nbelgħet minn barriera. Issa tikber biss fi Sqallija.

6. CaZendula suffruticosa Vahl subsp. fulgida (Rafin.) Ohle var. gussonii (Lanza) Ohle

Sinonimu: Calendula sicuZa Gussone Familja: Asteraceae (= Compositae)

Din hi pjanta endemika Ibleo-Maltija. SOMMIER u CARUANA GATTO (1915) ikkunsidraw il-pjanti Maltin bħala

differenti minn dawk ta' Sqallija u tawha l-isem ta' var. melitensis. OHLE (1974) fil-monografija tiegħu jgħaqqadha mal-var. gussonii.

Diskussjoni

Jekk wieħed jistudja l-flora Maltija fl-interita tagħha joħroġ ċar li l-affinitajiet ewlenin huma ma' Sqallija, b'mod speċjali mas-SE tal-gżira. Iżda jeżistu wkoll numru ta' elementi nord-Afrikani, Eġej u Iberiċi. Meta wieħed jifli l-endemiżmi b'mod speċjali l­paleoendemiżmi li huma fost l-iżjed elementi antiki tal-flora Maltija, joħroġ tagħrif ta' interess fitoġeoġrafiku notevoli.

Il-Palaecyanus crassifolius hi speċi iżolata u ma nistgħu

nirrelatawha ma' ebda speċi oħra tat-tribu taċ-Ċentaurineae. Meta tħaddidt ma' botaniċi speċjalisti fdan il-grupp smajt opinjonijiet konfliġġenti u għaldaqstant ma jidhirlix li qiegħed f'pożizzjoni li noqgħod nipotettiżża jekk ma jkollniex informazzjoni iżjed

konkreta dwar id-dinamika evoluttiva ta' dan il-grupp. Il­Cremnophyton lanfrancoi hi speċi oħra iżolata ferm. Aktarx li l­grupp li tappartjeni fih evolva fambjenti desertiċi fl-orjent. Il­ġeneru Darniella li f Malta hawn l-unika speċi Ewropea tiegħu, id­Darniella melitensis, hu essenzjalment Nord-Afrikan u jkopri wkoll il-Lvant Nofsani u l-kosta Atlantika tal-Marokk. Iżda jippenetra wkoll sas-Saħara (Darniella glomerata (Maire) Brullo) (BRULLO,

EDWIN LANFRANCO 161

1984). Il-ġeneru Chiliadenus rappresentat f'Malta mill-Chiliadenus bocconei huwa essenzjalment Nord-Afrikan iżda jilħaq ukoll il­kosta Franko-Iberika tal-Mediterran u teżisti speċi Saħarana ukoll (BRULLO, 1979). L-endemiżmi l-oħrajn jappartjenu għall-gruppi mxerrda fil-Mediterran.

Is-subendemiżmi wkoll joffru informazzjoni ta' sinifikat kbir. Ta' min jir,mota li bi-eċċezzjoni possihhli tll' sp~ri ta' liken, il-Collema meliteum Jatta, ma teżisti ebda speċi li hi endemika għal Sardinja/ Korsika u Malta. Kull senjalazzjoni simili fil-passat (p.e. l-Allium parciflorum Viv.) kienet dovuta għal żball ta' identifikazzjoni. Forsi aktar sorprendentement, ma jidher li teżisti ebda pjanta vaskulari endemika ta' Pantellerija u Malta; bħal fil-każ ta' qabel kull senjalazzjoni simili kienet dovuta għal żball jew ineżattezza (p.e. l­Anthemis urvilleana). L-uniku endemiżmu Kosyro-Malti jidher li jinvolvi waħda mill-Muski, it-Thamnium cosyrense Bottini endemika ta' Pantelleria, li jidher li f'Malta teżisti taħt il-varjeta mefitense Bottini (BOTTINI, 1907) iżda din tidher li hi rari ħafna u m'għandniex materjal biex fuqha nistabilixxu l-istatus ta' dan it­taxon. Għall-kuntrarju jidher li hawn element qawwi ta' endemiżmi Pelago-Maltin u Sikulo-Maltin. Jidher ukoll li m'hawnx endemiżmi ristretti għal Malta u xi parti limitata ta' l-Afrika ta' Fuq. L-aktar pjanta li tqarreb lejn din is-sitwazzjoni hi l-Plantago bombycina Decaisne (= Plantago crypsoides Boiss.), speċi ta' stat4s inċert li barra mill-Gżejjer Maltin (hi partikolarment komuni fuq Kemmuna) tikber biss fl-Afrika ta' Fuq fejn skond PIGNATTI (1982) hi mferrxa mhux ħażin.

Nagħlaq dan l-istudju b'appell biex dawn il-pjanti uniċi għall­Gżejjer Maltin jiġu mħarsa rigorożament. Dawn huma parti importanti tal-wirt nazzjonali ta' Malta u huma wkoll parti mill­patrimonju dinji fdat f'idejna sabiex inħarsuh għall-ġejjieni. Jekk tintilef waħda minn dawn l-ispeċi, xejn ma jkun jista' jerġa' jġibha lura - tkun qabdet it-triq tad-dinosawri.

BIBLJOGRAFIJA:

ALEXANDER J.C.M. (1979). Mediterranean species of Senecio section Senecio and Delphinijolius. Notes Roy. 80t. Gard. Edinb., 37 (3): 387 - 482.

BARTOLO, G.; BRULLO, S. & PAVONE, P (1986). Allium lopadusanum (Liliaceae) a new species from Lampedusa (Sicily). Willdenowia, 11: 89- 93.

162 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMIĊI TAL-GŻEJJER MALTIN

BAUMANN, H. (1977). Eine bislang unbekannte Ophrys sphecodes - Sippe auf den Maltesischen Inseln. Die Orchideen der Randgebeite des Europaischen. Florenbereiches; Die Orehidee, Sonderheft Dez. 1977: 64 - 69.

BECK von MANNAGETIA, G. (1930). Orobanchaceae in ENGLER, A. Das P[lanzenreieh, IV, 261, 248pp + 24 figs. Leipzig.

BEGUINOT, A. (1907). Diagnoses Romulearum novarum vel minus cognitum. Engler' s Bot J ahr., 38: 322 - 339.

BERTOLONI, A. (1829). Flora Melitensis Thesaurus ... Curante Stephano Zerapha Med. Doct. Fasc. 1°. Annali di Storia Naturale, 11; 359 -360.

BOCCONE, P. (1674). Ineones et deseritiones rariorum plantarum Siciliae, Melitae, Gallie et Italiae. xiii + 96pp. London.

BORG, J. (1927). Deseriptive Flora of the Maltese Islands. 864pp. Government Printing Office, Malta.

BORG, J. (1935). A Third Supplement to the descriptive Flora of the Maltese Islands. Arehivium Melitense, 9(4): 239 - 245.

BOTIINI, A. (1907). Sulla Briologia delle Isole Italiane. Webbia, 2: 345 - 402. BOTSCHANTSEV, V. (1976). Conspectus specierum sectionis Coeeosalsola Fenzl

generis Salsola L. Nov. Syst. PI. Vase. (Leningrad), 13: 74 -102. BRULLO, S. (1979). Taxonomic and nomenclatural notes on the genera Jasonia

Cass. and Chiliadenus Cass. (Compositae). Webbia, 34(1): 289 - 308. BRULLO, S. (1980). Taxonornic and nomenclatural notes on the genus Limonium

in Sicily. Botaniska Notiser, 133: 281-193. BRULLO, S. (1984). Taxonomic considerations on the genus Darniella

(Chenopodoaceae). Webbia, 38: 311- 328. BRULLO, S. (1988). Misclleneous notes on the genus Limonium

(plumbaginaceae). Willdenowia, 17: 11-18. BRULLO, S.; LANFRANCO, E. & PAVONE, P. (1982). Allium lojaeonoi sp.

nov. e sue affinita con Allium parci[lorum Viv. Webbia, 35(2): 296 - 306. BRULLO, S.: LANFRANCO, E.; PAVONE, P. & RONSISVALLE, G. (1988).

Taxonomical notes on the endemic flora of Malta. Giorn. Bot. Ital., 122, suppI. 1:9.

BRULLO, S & PAVONE, P. (1985). Taxonomic considerations on the genus Desmazeria (Gramineae) with description of a new species: Desmazeria pignattii, Willdenowia, 15: 00 - 106.

BRULLO, S. & PAVONE, P. (1987). Seilla dimartinoi spec. nov. (Liliaceae) from Larnpedusa and its relationships with Seilla sieula Tin. Candollea, 42: 613 -620.

BRULLO, S. & PAVONE, P. (1987a). Cremnophyton lanfraneoi, a new genus and species of Chenopodiaceae from Malta. Cnadollea, 42: 621 - 625.

BRULLO, S. & PA VONE, P. (1988). Hyoseris fruteseens, a new species from Gozo (Malta). Candollea, 43: 717 -726.

CARUANA GATIO, A. (1892). Albinism and colour variation in Maltese wild flowers. Mediterranean naturalist, 2: 276-277. Malta.

CASSINI, H. (1825). Myriadene. Diet. Se. Nat., 37: 34-36. CSECA, G. (1969). Ricerche citotassonomiche delle Euphorbiaceae: Euphorbia

spinosa L., E. bivone Steud., E. melitensis Parl., E. aeanthothamnos Heldr. et Sart. Giorn. Bot. Ital., 103(3): 205 - 263.

CIFERRI, R. & GIACOMINI, V. (1950). Nomenclator Florae Italieae, ParsPrima: 99, Ticini.

DE CANDOLLE, A.P. (18376). Prodromus systemis naturalis regni vegetabilis, VI: 102. Paris.

EDWIN LANFRANCO 163

DEL PRETE, C. (1984). The genus Ophrys L. (Orchidaceae) in Italy: Check list of the species, subspecies and hybirds (Contribution to the knowledge of the Italian Orchidaceae XII). Webbia, 37(2): 249 - 257.

DOSTAL, J. (1973). Preliminary notes on the subtribe Centaureinae. Acta Bot. Acad. Sci. Hung., 19(1-4): 73 -79.

DOSTAL, J. (1975). New nomenċlatural combinations and taxa of the Compositae subtribe Centaureinae in Europe. in HEYWOOD, V.H. (ed.): Flora Europaea. Notulae systematicae ad Floram Europaeam spectantes no. 18. Bot. l. Linn. Soc., 71: 191-210.

DUMONT D'URVILLE, J. (1822). Enumeratio plantarum quas in insulis Arcipelagi aut littoribus Ponti Euxini annis 1819 et 1820 collegit atque detexit. Extr. Memores de la Sociere Linntienne de Paris, I (vii + 135pp).

DUTHIE, J.F. (1874). On the Botany of the Maltese islands in 1874, part 1. lour. Bot. (London), 1874: 321- 326.

DUTHIE, J.F. (1875). On the Botany of the Maltese Islands in 1874, part 2. lour. Bot. (London), 1875: 36-42.

DUTHIE, J.F. (1875a). Notes on the flora of the Islands of Malta, Gozo, Comino, Cominotto ... Il Barth, 1 (anno 111); 541-544. Malta.

FAURE, G. (1916). Catalogu tal- Pianti indigene. Li Storia ta Malta u Għaudex: 1098-1102, Valletta.

FIORI, A. & PAOLETTI, G. (1896-1090). FloraAnalitica d'ltalia, 5 vols., Padova. GRECH DELICATA, J.C. (1853). F/ora Melitensis. xvi + 49pp. Malta. GULIA, G. (1855-56). Repertorio Botanico Maltese. viii + 49pp. Malta. GULIA, G. (1874). Maltese Botany: Chenopodiacae. Il Barth, I (anno IIl): 462.

Malta. GUSSONE, J, (1844). Florae Siculae Synopsis, 2: 451-452. Neapoli. HASLAM, S.M.: SELL. P.D. & WOLSELEY, P.A.W. (1977). A F/ora to the

Maltese Islands. !xxi + 560pp. Malta University Press. KRAMER, K.U.; WESTRA, L.Y.Th.; KLIPHUIS, E. & GADELLA, Th. W.J.

(1972). Floristic and cytotaxonomic notes on the flora of the Maltese Islands. Acta Bot. Neerl., 21 (1): 54- 66.

LANFRANCO, E. (1984): The Succulents of Gozo. Kakti u Sukkulenti Oħra, 26: 25 -30, Malta.

LANFRANCO E. (1987). Jewels of the Maltese Flora: Plan ts endemic to the Maltses Islands. Spectra, New Lyceum Science Magazine, 5: 2 - 11 + cover, Malta.

LANFRANCO, E. (1989). The Maltese Cliff-Orache - Cremnophyton lanfrancoi - a new genus and species of flowering plant from the Maltese Islands. Potamon, 17: 185 - 188. Malta.

LANFRANCO, E. (1989a). The Flora, in SCHEMBRI, P.J. & SULTANA, J. (eds.): Red Data Bookforthe Maltese Islands. Ministry of Education , Malta. (fl­istampa).

LANFRANCO, G. (1977). Field Guide to the Wild Flowers of Malta, viii + 23pp + 65 plates. Malta.

LINNAEUS, C. (1753). Species Plantarum, Tom. I. Holmiae.

LINNAEUS, C. (1763). Species Plantarum, ed. 2. Holmiae. LINNAEUS, C. (1867). Mantissa Plantarum. Holmiae. MINISSALE, P & SPAMPINATO, G. (1987). Segnalazioni di piante nuove per la

flora di Lampedusa.lnform. Bot. Ita!., 19(2): 136 -143. Firenze. NYMAN, C.F. (1881). Conspectus F/orae Europaea: 648. Orebro.

164 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMICI TAL-GŻEJJER MALTIN

OHLE, H. (1974). Sudeuropaisches perenniscrende Calenula - Sippen. Fedde's Repertorium, 85(4): 245 - 283.

PACE, J. & PACE, M. (1980). Letter to G.M. Wignacourt to Marino dated 16th January 1693. and Blondel's report after his visit to Gozo after the earthquake (Valletta 20 Giungo 1693) Wirt Missirijietna, 2: 2 - 3 [Din l-Art Ħelwa, Gozo Branch].

PAMPANINI, r. (1909). Nuovo Giorn. Bot. Ital., 1090: 36-37. PARLATORE, F. (1869). Flora Italiana, 4: 479. Firenze. PI GN ATTI, S. (1980). Note Critiche sulla Flora d 'Italia, Ultimi appunti miscellanei.

Giorn. Bot. Ita!., 113(5/6): 359 - 368. PIGNATTI, S. (1982). Flora d'Italia, 3 vols. Edagricole, Bologna. SOMMIER, S. (1908). Le Isole Pelagie, Lampedusa, Linosa, Lampione e la loro

flora, con un elenco completo delle piante di Pantelleria. 345pp. Stab. Pellas. Firenze.

SOMMIER, S. & CARUANA GATTO, A. (1915). Flora Melitensis Nova. viii + 502pp. Stab. pellas. Firenze.

TENORE, M. (1811). Prodromo della Flora Napolitana: 61. Napoli. TUTIN, T.G. et al (eds.) (1968). Flora Europaea, 2: 220-432. Cambridge. ZERAPHA, S. (1827). Flora Melitensis Thesaurus, fasc. 1. Iv + 36pp. Valletta.