68

IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

  • Upload
    pink

  • View
    128

  • Download
    3

Embed Size (px)

DESCRIPTION

IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN. Festa ta’ San Mikiel. SAN MIKIEL. Kustodju u Difensur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija. Tislima lil San Mikiel u l-Anġli San Mikiel Arkanġlu, Difensur Qalbieni, - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Page 1: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN
Page 2: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

IT-TAJJEBIT-TAJJEBvvss

IL-IL-ĦAŻINĦAŻIN

Festa ta’Festa ta’ San San MikielMikiel

Page 3: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Kustodju u

Difensur tas-Soċjetà

tad-Duttrin

a Nisranij

a

SAN MIKIEL

Page 4: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Tislima lil San Mikiel u l-Anġli

San Mikiel Arkanġlu, Difensur Qalbieni, Kenn u ħarsien tagħna, Itlob ’l Alla għalina.

Page 5: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Lill-anġli ta’ Alla, kull ġieħ u glorja, għax lilu jaqdu u jagħtu qima: kull ġieħ u glorja.

Page 6: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Unur u glorja lilek, o ħelu San Mikiel Arkanġlu tagħna. Kbir hu tassew ismek kullimkien. Għal ismek jifirħu s-smewwiet titqawwa l-Knisja Militanti; jitfarraġ il-Purgatorju, u jitriegħed l-Infern b’rogħda ta’ biża’ antik għall-vittorja li int għamilt fuq l-għedewwa ta’ Alla li qatt u qatt ma tintesa’.

Page 7: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Episodju 1 L-IRVELL fis-SEMA

Page 8: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:

Alla fi tjubitu ħalaqna, lilna l-Anġli. Il-paċi, il-ferħ u l-ġustizzja huma s-saltna tagħna. Aħna qaddejja fil-preżenza tas-Sid tas-Sema.

F’ħin bla waqt ġriet fis-sema għajta ta’ ingratitudni kontra dan l-iżjed Għoli: “Ma nservix! Nitla’ u nkun bħall-iżjed Għoli!”

Page 9: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Għall-inġurja ta’ Satana ħarġet minn qalbi, b’ħeġġa u bi stqarrija sinċiera, il-kelma “Michael”, li bil-Lhudi tfisser “Min hu bħal Alla?” Kulħadd għadu jagħrafni b’dan l-isem li jferraħ lill-anġli kollha, li jfarraġ il-Purgatorju, li jqawwi bil-faraġ u bil-kuraġġ lill-Knisja.

Page 10: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Episodju 2 L-INNU

tar-REBĦA

Page 11: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:

Ħadd ma jista’ jagħder il-kobor tas-suppervja u tal-ħażen ta’ Satana u sħabu. Alla, li hu tant tajjeb u ħanin, fil-għerf bla qies tiegħu kellu jagħmel ġustizzja. Wara, mela, li missier il-gidba bi sħabu ma kellhomx iżjed post fil-ġenna, il-kori kollha tal-anġli kantajna l-qawwa ta’ Alla setgħani.

Page 12: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

O x’ġenn li ħadd ma jista’ jfisser li tqum u teħodha kontra Alla li biss l-opri ta’ subgħajh iriegħdu kull moħħ li jaħseb sew dwarhom! Kantajna ferħanin, persważi li ebda qawwa maħluqa ma tista’ qatt titfi l-glorja eterna t’Alla. “Min hu bħall-Mulej Alla tagħna ... li jitfa’ għajnejh lejn min hu umli u li jżomm iebes kontra min ikun supperv?

Page 13: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Episodju 3

Il-QADDEJJA BATTALA

Page 14: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:

Il-Ħallieq irid fedeltà lejh mill-ħlejjaq tiegħu u dan bi dritt assolut. Lilkom bnedmin takom il-prova għall-fedeltà tagħkom lejn il-liġi mqaddsa tiegħu eterna u li ma titbiddilx, magħmula biex biha tgħixu fil-paċi u tidħlu fil-wirt tat-tgawdija ta’ dejjem.

Page 15: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

O kemm hi magħġuba f’għajnejn l-Iktar Għoli l-umiltà, li t-talba ta’ l-umli titla’ quddiem it-tron divin, tieqaf, u ma titwarrabx qabel ma Huwa jagħti widen! Kemm hi magħġuba quddiem Alla l-umiltà li huwa jifhem, jgħolli lill-umli u jbaxxi s-suppervi! Kbir hu l-Mulej, u biss mill-umli hu mogħti kull ġieħ.

Page 16: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Episodju 4

L-INKURUN-AZZJONI

ta’ SAN MIKIEL ARKANĠLU

Page 17: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:

Bit-tkeċċija l-iżjed ġusta tal-anġli ribelli, li tkeċċew bi ħlas tas-suppervja tagħhom, bosta troni fis-saltna t’Alla baqgħu vojta. Allura Alla fl-għerf tiegħu qatagħha li jimliehom kollha bi kreaturi oħra maħluqin għax-xbieha tiegħu, kapaċi tal-grazzja divina, biex jieħdu sehem fil-hena eterna.

Page 18: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Kien ta’ ferħ, ġieħ u glorja tassew kbar għalija x’ħin Alla fil-kobor bla tarf tal-maestà tiegħu, qalli: “Hekk hu li aħna nqegħduk prinċep tal-armata tas-sema. F’idejk aħna nafdaw dawk il-bnedmin li wara l-provi tal-fedeltà lejna huma ordinati biex ikunu ċittadini tiegħek.”“

Page 19: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Episodju 5

Ir-REBĦAA MFAKKRAA

minn ĠESÙ u MARIJA SANTISSM

A

Page 20: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:

Tabilħaqq li qatt ma tista’ tintesa r-rebħa li aħna bil-qawwa divina ġibna fuq l-għedewwa tal-isem t’Alla. Infatti l-Imgħallem divin tal-bnedmin, li wera bil-kelma u bl-eżempju li l-umilta’ hi l-vera triq waħdanija meħtieġa għall-glorja eterna, semma’ l-valur tat-taqbida u tar-rebħa fuq Satana u sħabu.

Page 21: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Meta t-tnejn u sebgħin dixxiplu tiegħu ġew lura ferħanin u qalulu: “Mulej, ukoll ix-xjaten jintefgħu taħtna f’ismek!” Hu qalilhom: “Jiena kont qiegħed nara ’l Satana jaqa’ bħal sajjetta mis-sema”. Minn dal-kliem min ma jarax is-sebħ li rċieva minna Alla hu u jarana niġġieldu għall-ġieħ tiegħu?

Page 22: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

U l-kbira verġni ommu Marija Santissima f’mument ta’ ħeġġa mfawra minn qalbha, veru sakrarju ta’ l-Ispirtu s-Santu u tempju tal-Mulej, qalet: “Hu keċċa lill-imkabbrin minn fuq it-tron, u għolla lill-umli”. Għalhekk tassew ma jitfissirx l-unur tagħna għax qdejna ’l Alla b’vera fedeltà u b’veru radd il-ħajr lejh.

Page 23: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

L-iktar għeżież, noqogħdu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Ġesù Msallab ħdejn Marija Santissima Ommu, u nieħdu minnu tagħlim tal-ħajja eterna.

Kristu Sultan Imsallab Ejjew naduraw

L-iktar għeżież, itfgħu għajnejkom fuq l-Imgħallem Divin tagħkom u aqraw:

Page 24: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Tislima lil San Mikiel u l-Anġli

San Mikiel Arkanġlu, Difensur Qalbieni, Kenn u ħarsien tagħna, Itlob ’l Alla għalina.

Page 25: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Lill-anġli ta’ Alla, kull ġieħ u glorja, għax lilu jaqdu u jagħtu qima: kull ġieħ u glorja.

Page 26: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

L-UMILTÀ

Page 27: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Infatti Ġesù Kristu, ir-Re tal-glorja, wassal lilu nnifsu fix-xejn billi ndaħal bħal seftur biex imut għall-fidwa tal-bnedmin: ir-re jmut biex jeħles is-seftur, ibaxxi rasu għall-volontà ta’ Missieru u għall-uġigħat tal-bnedmin; il-ġebla li kienet mormija mill-bennejja.

Page 28: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Tagħlim fuq din il-Paġna

Umli min hu persważ li kollox

hu bil-qawwa ta’ Alla u għalhekk lil Alla biss

unur u glorja.

Page 29: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Tifel żgħirhuwa

mqiegħedmis-SapjenzaDivina

b’mudell għall-istudjufuq l-umiltà:dan ma jieħuqatt għalihbilli ma

jifhimxli hu xi ħaġa.

Page 30: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Il-ħsieb tal-mewt, il-ħmerijiet u d-dnubiet tal-bniedem, l-

inċertezza fuq kollox u l-eżempju ta’ Kristu jnisslu b’ċerta forza spirtu umli.

Page 31: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

L-umli huwa magħġub quddiem

Alla, eżaltat minnu u magħżul

biex ikun strument għall-unur

tal-isem divin; l-umli huwagħaref u jgħum fil-paċi.

Page 32: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Nipproponu illi spiss niftakru fix-

xejn tagħna billi nistqarru li aħna

tassew foqra fir-ruħ u fil-ġisem

jekk Alla ma jsostniniex f’kollox.

Page 33: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Episodju 6

L-UNUR miċ-

ĊITTADINI tas-SEMA lil

SAN MIKIEL

Page 34: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:

Fl-inkurunazzjoni tiegħi, x’ħin ġejt magħżul mexxej ta’ dawk kollha li għandhom jidħlu fil-glorja, x’ħin Alla fada f’idejja l-erwieħ kollha li għandhom ikunu milqugħin, b’tant ħlewwa qegħdli f’idejja ‘Il-ktieb tal-ħajja tal-Ħaruf’. O, kemm ismijiet għeżież!

Page 35: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Fl-ewwel paġna hu mqiegħed l-ewlieni fost il-predestinat għall-glorja: Kristu Ġesù. Imbagħad il-kbira Ommu, u f’din l-ewwel paġna hemm iddikjarat li kull min għandu ismu fil-”Ktieb tal-Ħajja” matul ħajtu jeħtieġ li jagħti, qima u barka lil Marija Santissima.

Page 36: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Episodju 7

Il-KALVARJU

Page 37: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:

Ħaġa tassew tal-akbar għaġeb li Alla jsir bniedem u jmut għall-kreaturi tiegħu! Jiena u sieħbi Gabrijel konna maġenb Ġesu’, wieħed kull naħa tas-Salib fuq il-Kalvarju, naraw u naduraw it-tjubija u l-ġustizzja t’Alla lejkom il-bnedmin, x’ħin biex jifdikom, qiegħed għall-mewt lil Ibnu.

Page 38: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Rajna u stagħġibna fuq il-ġustizzja ta’ Alla x’ħin ir-Re tal-glorja, miksi bid-dnubiet tad-dinja kollha, smajnieh igħajjat mis-salib: “Alla tiegħi, Alla tiegħi. għaliex tlaqtni?” U meta Kristu qal: “Huwa mitmum!” rajna r-renju ta’ satana fuq l-art jiġġarraf għal dejjem.

Page 39: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Malli l-Feddej tagħkom li xtrakom bid-demm prezzjuż divin tiegħu mejjel rasu u miet, aħna rajna tiela’ bħal inċens maħruq fin-nar, li kontinwament kien u jibqa’ jgħajjat quddiem it-tron tas-Santissima Trinità: “Paċi, maħfra u saħħa.

Page 40: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Inti ġejt Feddej, lilek radd il-ħajr bil-kbir, għax vittma oħra ma setgħetx tasal biex tħallas b’mod xieraq u denn lill-Ġustizzja divina, u tneħħi d-dnub tad-dinja!”

Page 41: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Episodju 9. KRISTU FIL-LEMIN T’ALLA L-MISSIER

Episodju 8

KRISTU fil-LEMIN ta’

ALLA l-MISSIER

Page 42: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:

“Għajn ta’ bniedem qatt ma rat, widna ta’ bniedem qatt ma semgħet, lanqas qatt daħal f’qalb ta’ bniedem x’lesta Alla għal dawk li jħobbuh”.

Page 43: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Kif immela bniedem jista’ jifhem il-kobor tar-rebħa ta’ Kristu x’ħin hu rċieva mingħand Alla l-Missier l-unur u l-glorja bi ħlas tal-umiljazzjonijiet li ġarrab fid-dinja biex jagħti sebħ lill-Missier!

Page 44: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Jista’ forsi bniedem jifhem il-ferħ ta’ qlubna x’ħin aħna l-anġli rajna fil-lemin t’Alla l-Missier lil Kristu, imqiegħed avukat u saċerdot għall-maħfra u ħniena lejn il-bnedmin, bi tpattija ta’ l-offiżi kollha tagħhom?

Page 45: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Minn tant deni li Satana, malizzjuż u qattiel, fehem jikkaġuna lill-bnedmin, ġibed fil-fatt fuqhom ilkoll l-aqwa ġid, l-akbar unur li aħna l-anġli f’kull dinjità tagħna ma jistax ikollna: jiġifieri li jissejħu wlied Alla.

Page 46: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Alla nnifsu lanqas ma staħa jissejjaħ wieħed mill-aħwa tal-bnedmin. Għalhekk hi vleġġa terribli għall-misħutin dimonji s-sentenza Verbum Dei caro factum est, għax permezz ta’ Kristu, kull ħila, kull forza ntfietlu lix-xitan għal dejjem.

Page 47: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Qima u radd il-ħajr mill-bnedmin kollha lis-Sinjur Ġesu’ Kristu, unur u glorja għal dejjem. Jistqarr kull ilsien li s-Sinjur Ġesù Kristu huwa fil-glorja t’Alla l-Missier.

Page 48: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Episodju 9. KRISTU FIL-LEMIN T’ALLA L-MISSIER

Episodju 9L-INKURUNAZZJONI ta’

MARIJA SANTISSIMA

Page 49: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta:

Wara d-daħla ta’ Kristu fis-sema rebbieħ bil-kbir fuq il-mewt, fuq Satana u fuq id-dinja, aħna b’ħerqa kbira konna nistennew l-omm tiegħu biex tissieħeb fil-glorja wara li tant kellha sehem fit-tbatijiet miegħu.

Page 50: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Kien għalina tassew kbir l-unur x’ħin Kristu tana l-ordni sabiex b’idejna ndaħħlu fostna, bir-ruħ u bil-ġisem, lil dil-kreatura l-iżjed ipprevileġġata. Min fost il-bnedmin jista’ jifhem il-laqgħa glorjuża li kellha, b’mod speċjali mill-Iben divin tagħha?

Page 51: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Hu, mimli radd il-ħajr, hekk mar ifaħħarha: “Int tistħoqq li tirċievi minni unuri u glorja: kif nista’ jiena ngħollik iżjed x’ħin għażiltek b’Ommi vera, jiena veru Alla ħaj u jista’ kollox? Xejn ma joħroġ minn dis-saltna tas-sema u lanqas xejn ma jidħol ħlief permezz tiegħek.”

Page 52: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Inti t-teżoriera tal-grazzji tiegħi, is-smewwiet u l-art huma tiegħek. Jiena nipproklamak u ninkurunak vera reġina ta’ l-anġli u tal-bnedmin u tal-kreaturi kollha!” B’inkini profondi quddiem ir-reġina tagħna, b’unur kbir, urejna s-sottomissjoni tagħna lejha.

Page 53: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Illum nifirħu b’mod speċjali ma’ San Mikiel u mal-Anġli sħabu; infaħħruhom u nberkuhom għax jinsabu ħbieb denji t’Alla.

Tifħir, unur u glorja lil San Mikiel Arkanġlu u lill-Anġli kollha, u ringrazzjamenti lil Alla għal kulma għamel magħhom.

Page 54: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Alla tagħnaAlla Qaddis

Alla tagħnaAlla Qawwi

Alla tagħnaAlla Immortali

Lilu waħdu s-setgħa, it-tifħir u l-ferħ għal dejjem ta’ dejjem.

Amen.

Page 55: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Qaddis! Qaddis! Qaddis! Alla tal-eżerċti.Is-smewwiet u l-art mimlija bil-glorja tiegħek.Hosanna fl-ogħla tas-smewwiet.

Page 56: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Leħen San MikielMICHAEL

Page 57: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Ħalli jiftakar Satana li huwa għandu l-eżistenza minn

Alla l-aktar għoli, u li ħadd ma

jista’ jkun bħal

dan l-iktar għoli.

MICHAEL

Page 58: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Ebda qawwa ma tista’ tnaqqas

mill-glorja ta’ dejjem ta’ Ġesù Kristu, Iben dak li

jista’ kollox u tal-Verġni Marija.

MICHAEL

Page 59: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Ħtija tassew hienja, mill-ħażen ta’ Satana lill-ewlenin ġenituri tal-bnedmin, kienet dik li għamlet l-Iben ta’ Alla nnifsu ħuhom.

MICHAEL

Page 60: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Id-dwejjaq tar-ruħ u t-tbatija tal-ġisem, magħmula lill-bniedem mill-mibegħda ta’ Satana, huma kawża ta’ kuruna ta’ glorja akbar.

MICHAEL

Page 61: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Satana ma jistax jaqla‘ l-paċi u l-mistrieħ, b’ebda mod u b’ebda sforz, lanqas jekk ifakrrak il-qaddejja ta’ Alla nfushom.

MICHAEL

Page 62: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Dak li qal: “Ma nservix!”, bil-ħażen u bit-taħwid tiegħu, iwassal biex jitwettqu l-ġudizzji t’Alla li ħadd ma jista’ jifhem.

MICHAEL

Page 63: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Tifħir, unur, u glorja għal dejjem ta’ dejjem lil Alla waħdu, li jilqa’ lill-umli u jkeċċi lill-kburin.

MICHAEL

Page 64: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem. Ammen.

MICHAEL

Page 65: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Tislima lil San Mikiel u l-Anġli

San Mikiel Arkanġlu, Difensur Qalbieni, Kenn u ħarsien tagħna, Itlob ’l Alla għalina.

Page 66: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Lill-anġli ta’ Alla, kull ġieħ u glorja, għax lilu jaqdu u jagħtu qima: kull ġieħ u glorja.

Page 67: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Inkunu man-naħa Inkunu man-naħa tat-tajjebtat-tajjeb

Page 68: IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

Kull nhar ta’ Ħamis Kull nhar ta’ Ħamis qed ikun hawn qed ikun hawn

nofs siegħa talb nofs siegħa talb ta’ San Ġorġ Preca, ta’ San Ġorġ Preca, fl-10 a.m. fil-kappella fl-10 a.m. fil-kappella

tal- tal-Midalja Mirakuluża,Midalja Mirakuluża,

il-Blata l-Bajda.il-Blata l-Bajda. Kulħadd hu Kulħadd hu

mistieden.mistieden.