72

Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola
Page 2: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola
Page 3: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Werrej

3 Ittra mingħand P. Adolfo Nicolás

5 Daħla

9 ‘Mission Statement’

10 Konklużjonijiet

Il-Provinċja

15 Il-Kummissjoni tal-Ministeri

17 Kollaborazzjoni fi Ħdan l-Assistenza Tagħna

Is-Setturi Appostoliċi

19 Is-Settur tal-Appostolat Soċjali u l-Ambjent

23 Is-Settur tal-Ispiritwalità u d-Djar tal-Irtiri

26 Il-Kulleġġ San Alwiġi

30 Iċ- Chaplaincy tal-Università

36 Is-Settur taż-Żgħażagħ

39 Il-Promozzjoni tal-Vokazzjonijiet

43 Id-Djar u l-Komunitajiet Tagħna

47 L-Isfidi Ewlenin Quddiemna

Page 4: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola
Page 5: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola
Page 6: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Daħla

1. Wasalna fl-aħħar ta’ proċess li ħadilna kważi tliet snin, u li nistgħu ngħidu wassalna aktar lil hinn milli konna qed nistennew meta bdejnieh. Bil-għajnuna ta’ Alla, u bir-rieda tajba ta’ kulħadd, nistgħu ngħidu wkoll li għixnieh u kkonkludejnieh fil-paċi u l-konsolazzjoni.

2. Il-kuntest li fih imsejħin inwettqu l-missjoni tagħna huwa soċjeta’ li qed tinbidel, u li tħossha aktar imbiegħda mill-Knisja istituzzjoni u mit-tagħlim tagħha, minkejja l-ħafna reliġjożita’ esterna fid-drawwiet tradizzjonali tagħna. Dan ħareġ ċar ħafna matul il-kampanja tar-referendum fuq id-divorzju. Hija soċjeta’ nċerta li qed tfittex li tagħti sens lill-ħajja tagħha filwaqt li ssir aktar magħluqa fiha nnifisha u tibża’ minn dawk li huma differenti.

3. Il-Kumpanija fl-Ewropa għażlet l-evanġelizzazzjoni ta’ soċjeta’ dejjem aktar sekulari u d-djalogu bejn ir-reliġjonijiet bħala ż-żewġ fruntieri tagħha. Aħna, min-naħa tagħna, fassalna mission statement li jara li l-priorita’ tagħna f’dawn is-snin hija li ngħinu lill-oħrajn jagħmlu esperjenza ħajja ta’ Alla - mhux esperjenza maqtugħa mill-ħajja imma waħda li twassalhom għal għażliet konkreti favur il-fqar u r-rispett sħiħ tal-ħolqien. Nemmnu li bħalissa dan huwa l-akbar kontribut li nistgħu nagħtu lill-Knisja f’pajjiżna u lis-soċjeta’ tagħna.

Page 7: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

4. Dan nagħmluh f’sitwazzjoni fejn anke l-kuntest tagħna l-Ġiżwiti qed jinbidel b’rata mgħaġġla: qegħdin nonqsu fin-numru u ser inkomplu nonqsu fis-snin li ġejjin. Dan ma jfissirx li aħna tal-aħħar, għaliex aħna mberkin bi skolastiċi u saċerdoti żgħażagħ mimlija bi spirtu li jagħtina ħafna kuraġġ. Fl-istess ħin hija stedina għar-realiżmu, biex naċċettaw fil-paċi li ma nistgħux inkomplu nagħmlu dak kollu li konna nagħmlu, imma li nfittxu t-toroq ġodda li Alla qed jurina f’din is-sitwazzjoni: hija stedina biex ngħixu fi spirtu ta’ liberta’ akbar tal-qalb, ta’ fiduċja fil-Providenza ta’Alla li għoġbu jsejħilna f’dan iż-żmien.

5. Il-proċess twil li għaddejna minnu biex wasalna għal dan il-pjan ipprova jinvolvi lil kulħadd, biex nagħrfu flimkien id-dinja li qed ngħixu fiha u x’inhi s-sejħa ta’Alla għalina bħalissa. Kellna ħafna laqgħat, ta’ informazzjoni, talb u riflessjoni, waħedna, u mal-lajċi kollaboraturi tagħna. Sibna l-għajnuna ta’ esperti minn barra li għenuna u għamlulna ħafna kuraġġ li l-kontribut tagħna għadu importanti ħafna. Li tagħlaq xi ħaġa li tkun swiet ħafna xogħol qatt mhi xi ħaġa ħafifa, u nsellem lil dawk li ħassew weġgħat għal xi deċiżjonijiet li ttieħdu matul il-proċess.

6. Bidla importanti ħafna ser tolqot il-mod kif naħdmu flimkien. Ftit anqas minn 20 sena ilu, intagħażlu l-prioritajiet appostoliċi, li bil-mod il-mod issaħħu u ħadu forma dejjem aktar ċara u strutturata. Maż-żmien bdejna nindunaw li dan il-proċess kien wasal fl-aħħar tiegħu, għaliex dawn l-istrutturi saru dejjem aktar awtononi u konna qed nispiċċaw insibuha aktar diffiċli naħdmu flimkien.

Page 8: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Allura filwaqt li nżommu l-prioritajiet appostoliċi tagħna ser nibnu strutturi li jagħmluha aktar faċli u naturali naħdmu flimkien. Il-Kummissjoni tal-Ministeri ser taħdem b’mod li ġġib is-setturi kollha flimkien, u ser ikun hemm Bord wieħed ta’ tmexxija għal kull settur.

7. Kif tistgħu taraw, dan mhux pjan magħluq: hemm affarijiet li diġa’ bdew jaħdmu, bħall-Bord tal-Kulleġġ, u oħrajn li għad irridu nibnuhom, bħal fis-settur taż-żgħażagħ u tal-ispiritwalita’. Aħna wkoll parti minn did-dinja fejn diffiċli żżomm il-pass mal-bidliet, u biex nibqgħu rilevanti rridu nfittxu strutturi li huma miftuħa u flessibbli biżżejjed għat-tibdil.

8. Issa jibda, jew ikompli, il-mument tal-implimentazzjoni, li hija ħidma li tolqot lil kulħadd, b’modi differenti kif inhu msejjaħ minn Alla - min fit-tmexxija appostolika, min hu u jifforma ruħu għall-ħajja appostolika, min jappoġġja fis-servizz umli li ma tantx jidher, u min joffri t-tbatija tal-għeja tas-snin u tal-mard. Il-Vanġelu jinsisti li Alla jħares lejn il-qalb, u dik l-armla li tefgħet dak li kien jidher ftit kienet ikkontribwiet ħafna aktar minn dawk li kienu jidhru li qed jitfgħu ħafna aktar.

9. Nixtieq nagħlaq b’kelma ta’ ringrazzjament: l-ewwelnett lil Alla, li wassalna ħafna aktar milli konna kapaċi nistennew u naħsbu li ser nwettqu, u li wassalna f’atmosfera ta’ paċi u fiduċja. Nirringrazzja lilkom ilkoll li b’mod jew ieħor appoġġajtu dan il-proċess u mexxejtuh ’il quddiem, fit-talb personali, fil-laqgħat tal-komunita’ u tal-Provinċja;

Page 9: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

lill-konsulturi u lill-membri tal-Kummissjoni tal-Ministeri li kellhom sehem speċjali. Fost il-ħafna lajċi li mingħajrhom ma konniex naslu fejn wasalna nixtieq nirringrazzja b’mod speċjali lil Joe F.X. Zahra, lil Edward Warrington u lil Alison Vella għaliex emmnu ħafna fina u tawna għajnuna importanti ħafna, frott tal-esperjenza tagħhom.

Page 10: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Mission Statement tal-Ġiżwiti f ’Malta

Aħna l-Ġiżwiti f'Malta, li qed ngħixu f’soċjeta' dejjem iktar pluralista u globalizzata, imsejħa noffru lill-oħrajn esperjenza ħajja ta' Alla imnebbħa mill-ispiritwalita’ ta’ San Injazju, li twassalhom għal għażliet favur dawk li huma meqjusa l-iżgħar fis-soċjeta' u għal rispett sħiħ tal-ħolqien.

Għal dan il-għan:

Nagħmlu ħilitna biex nagħtu sehemna fil-missjoni tal-Kumpanija ta' Ġesu' madwar id-dinja.

Naħdmu fi ħdan il-Knisja lokali f'kollaborazzjoni ma' oħrajn, id f’id mal-lajci li jaqsmu magħna din il-missjoni.

Infittxu, permezz ta' riflessjoni serja u f’kuntatt mal-fqar, li nidħlu fi djalogu mal-kulturi ta’ llum, ukoll ma' min jaħsibha differenti mill-Knisja.

Nagħtu attenzjoni partikulari lill-ħidma tagħna maż-żgħażagħ.

Inħabirku biex il-ħajja komunitarja tagħna tkun sinjal ta' Kristu b'qalbu miftuħa għal kulħadd.

Page 11: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Konklużjonijiet

A. FUQ LIVELL TA’ PROVINĊJA

Permezz tal-mission statement għandna focus ċar li huwa rilevanti ħafna għall-ħidma kollha tagħna, skont ix-xewqat tal-aħħar Kongregazzjonijiet Ġenerali, u li madwaru nistgħu nibnu l-appostolat tagħna fl-oqsma differenti

Naħdmu aktar flimkien:

Il-Kummissjoni tal-Ministeri: Ser ikollna struttura ġdida li tgħinna biex nippjanaw u naħdmu ħafna aktar flimkien. Dan ser isir l-ewwelnett fuq livell ta’ Provinċja permezz tal-Kummissjoni tal-Ministeri li issa ser tkun aktar dedikata għall-ħidma appostolika milli għall-ippjanar kif kienet matul dawn l-aħħar snin.

Tintgħażel tema kull sena li madwarha nibnu proġetti u attivitajiet konkreti flimkien p.e. il-lajċi, it-tfal, il-formazzjoni tagħna.Nidħlu f’kollaborazzjoni aktar stretta mal-Provinċji tal-Assistenza tal-Ewropa ta’ Isfel, l-aktar fejn jidħlu

Page 12: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

l-ħidma maż-żgħażagħ l-oqsma soċjali u tal-ispiritwalita’ il-formazzjoni għall-kollaborazzjoni il-formazzjoni tan-nies tagħna

Inkomplu naħdmu biex insaħħu l-ħidma tagħna fil-komunikazzjoni, issa li għandna website waħda lifiha kważi tiġbor il-ħidma kollha tagħna.

Ser jitwaqqaf uffiċċju tal-fund raising bil-għajnuna tal-uffiċċju ċentrali tal-Kurja ta’ Ruma. Fl-istess ħin, nagħtu ħajja ġdida lill-uffiċċju tal-Benefatturi u dak tal-Missjonijiet. Inkomplu nfittxu kif nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi finanzjarji tagħna biex nagħtu appoġġ lill-appostolati tagħna.

Ser nistiednu lill-uffiċċji tagħna biex jiġu f’post wieħed. Dan jagħmilha aktar faċli li nużaw aħjar ir-riżorsi tagħna u li naħdmu aktar flimkien għaliex inku-nu aktar qrib ta’ xulxin.

Tingħata aktar importanza lill-formazzjoni perma-nenti tagħna l-Ġiżwiti u dik tal-kollaboraturi tagħna.

Nistennew id-dokument li ser joħroġ mill-Kurja fuq il-Provinċji biex niddixxernu fuq il-futur tal-Provinċja tagħna

Page 13: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

B. FUQ LIVELL TA’ SETTURI

1. Is-Settur Soċjali u l-Ambjent

Ser ikollna struttura ġdida li ġġib flimkien it-tliet taqsimiet preżenti tas-settur soċjali, li bdew proċess li ser iwassal biex ikollna prioritajiet tas-settur, bord wieħed ta’ tmexxija, eċċ.

Il-PFI u ċ-ĊFĠ jersqu aktar qrib ta’ xulxin sa ma jingħaqdu taħt direttur wieħed.

Il-JRS ikun aktar iffukat, u jittieħdu deċiżjonijiet meħtieġa biex ikollu futur sostenibbli.

2. Is-settur tal-ispiritwalità u d-djar tal-irtiri

Ser ikun hemm Bord wieħed li jġib iż-żewġt idjar u c-ĊSI flimkien. Infittxu sistemi ġodda ta’ tmexxija tad-djar tal-irtiri, li jippermettulna nżommu ż-żewġt idjar tal-irtiri li għandna bħalissa.Nieħdu deċiżjoni d-Direttur taċ-Ċentru jkunx involut ukoll fid-djar tal-irtiri.

3. Il-Kulleġġ San Alwiġi

Fil-Kulleġġ San Alwiġi tkompli l-ħidma ta’ tisħiħ tas-sistema l-ġdida integrata, taħt it-tmexxija tal-Bord. Il-kumpless sportiv issa għandu ħinijiet aktar ristretti.

Page 14: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Ser jinħatru Kapijiet tas-sezzjonijiet differenti biex ir-Rettur ikun jista’ jagħti aktar ħin għall-viżjoni tal-Kulleġġ u għall-formazzjoni tal-lajċi.

4. Iċ-Chaplaincy

Iċ-Chaplaincy ssir strument dejjem aktar importanti fl-appostolat tagħna fil-fruntieri mad-dinja taż-żgħażagħ u mad-dinja sekulari.

Il-ħidma intellettwali tkun aktar integrata fil-ħajja u l-ħidma taċ-Chaplaincy, li tieħu aktar responsabbiltá ta’ dan il-qasam tal-appostolat universitarju tagħna.

5. InYgo u Vokazzjonijiet

Nagħtu ħarsa mill-ġdid lill-InYgo, fid-dawl tal-esperjenza tal-aħħar snin fil-ħidma tagħna maż-żgħażagħ. Infittxu struttura ġdida, aktar ħafifa, li ssaħħaħ dak li ksibna.

Insaħħu l-impenn tagħna lkoll għall-promozzjoni tal-vokazzjonijiet.

6.Il-Bibljoteka Papa Ġwanni XXIII

Il-Bibljoteka Papa Ġwanni XXIII ser tgħaddi għand tal-

Page 15: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Mużew biex b’hekk issir aktar aċċessibbli għall-pubbliku. Il-Ġiżwiti jibqa’ jkollhom aċċess sħiħ għaliha

C. IL-KOMUNITAJIET TAGĦNA

Insaħħu l-komunitajiet tagħna billi nagħmluhom aktar sostenibbli, appostolikament, umanament u finanzjarjament

Nagħlqu l-komunita’ tal-Belt li ma għadhiex sostenibbli, u b’hekk insaħħu komunitajiet oħrajn

Il-komunita’ taż-Żejtun tfittex kif tkun aktar qrib tan-nies tal-post; nistudjaw għandhiex tkun parti minn komunita’ oħra.

D. L-ISFIDI EWLENIN

Sens ta’ missjoni aktar qawwi, aktar kuraġġuż

Il-kollaborazzjoni bejnietna u mal-oħrajn, u l-formazzjoni li din titlob

Il-formazzjoni permanenti

Il-post tal-lajċi fit-tmexxija

Page 16: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Funzjoni Ġdida għall-Kummissjoni tal-Ministeri

1. Din l-istruttura ġdida hija maħsuba biex twassalna nkunu aktar effettivi fit-twettiq tal-missjoni tagħna billi nagħmlu għażla ċara li naħdmu aktar flimkien.

Din hija għażla tal-Kumpanija universali, kif espressa fl-aħħar Kongregazzjonijiet Ġenerali u li tidher l-aktar bit-twaqqif fil-Kurja Ġenerali tas-Segretarjat ġdid għall-ħidma flimkien. Aħna msejħin inkunu bnedmingħall-oħrajn u wkoll mal-oħrajn.

Tkun sinjal ċar li aħna nemmnu li filwaqt li għandna appostolati differenti, il-missjoni tagħna hija waħda

Tgħinna nagħmlu użu aħjar mir-riżorsi tagħna issa li qed nonqsu, u nkunu aktar effettivi u ffukati f’dinja li qed issir aktar kumplessa.

Twassalna biex nimxu ‘l quddiem fil-kollaborazzjoni ta’ bejnietna u mal-lajċi

Page 17: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

2. L-għanijiet tal-Kummissjoni huma:

Li tippjana l-ħidma tas-sena tal-Provinċja, u tara li dan il-pjan ikun qed jitwettaq fis-setturi differenti.

Li tidentifika proġetti konkreti ta’ kollaborazzjoni bejn setturi differenti, preferibilment madwar tema waħda li tingħażel kull sena. Għal dan il-għan il-Kummissjoni tiddiskuti l-pjanijiet tas-setturi individwali kmieni biżżejjed, huma u jiġu fformulati.

Li tinkoraġġixxi l-kollaborazzjoni, u li tipprovdi opportunitajiet ta’ formazzjoni għal dan kemm għall-Ġiżwiti kif ukoll għall-lajċi

Tkun il-post fejn issir il-valutazzjoni ta’ dak li qed isir, u l-post fejn is-setturi differenti jkunu accountable

3. Il-Kummissjoni tkun magħmula mill-Provinċjal u mid-diretturi jew koordinaturi tas-setturi differenti. Bħalissa dawn is-setturi huma dawk tal-edukazzjoni, l-appostolat soċjali u l-ambjent, l-ispiritwalita’, l-Universita’ u ż-żgħażagħ u l-vokazzjonijiet. Il-Kummissjoni tista’ tistieden nies oħrajn biex jattendu għal-laqgħat tagħha.

Page 18: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Il-Kollaborazzjoni fi Ħdan l-Assistenza Tagħna

Fl-ittra tiegħu tas-17 ta’ Novembru 2010 li fiha l-Patri Ġeneral ħabbar it-trasferiment tal-Provinċja tagħna mill-Assistenza tal-Ewropa tal-Punent għal dik tal-Ewropa ta’ Isfel, huwa semma li jara din il-bidla bħala ‘stedina biex inkabbru u niżviluppaw il-kollaborazzjoni tagħna mal-Provinċja ġirien tagħna’.

Għal aktar minn 30 sena, l-iskolastiċi kollha tagħna ħadu parti mill-formazzjoni tagħhom fil-Provinċja Taljana, u mill-1989 sa issa huma għamlu l-ewwel erba’ snin tal-formazzjoni tagħhom – in-novizzjat u l-filosofija - f’din il-Provinċja. Din kienet inizzjattiva li tat riżultati tajbin, u nittamaw li tkun tista’ tkompli għal ħafna snin oħra.

Fl-istess ħin, kien hemm inizjattivi ’l hawn u ’l hemm mal-Provinċja Taljana u ma’ xi Provinċji Spanjoli f’oqsma differenti, u matul is-snin li ġejjin għandna nħabirku biex insaħħu dawn ir-rabtiet u nagħmluhom aktar formali.

Dawn huma l-oqsma fejn din il-kollaborazzjoni tidher li tista’ tħalli aktar frott għalina fiċ-ċirkustanzi tagħna bħalissa, kemm għaliex dawn huma oqsma fejn isir

Page 19: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

xogħol tajjeb ħafna fil-provinċji l-oħrajn kif ukoll għaliex huma oqsma li huma prioritarji għalina jew fejn il-bżonnijiet tagħna huma kbar:

il-ħidma maż-żgħażagħl-oqsma soċjali u tal-ispiritwalita’il-formazzjoni għall-kollaborazzjoniil-formazzjoni tan-nies tagħna

F’xi wħud minn dawn l-oqsma, bħall-ħidma maż-żgħazagħ, il-qasam tal-ispiritwalita’ u l-ħidma mar-refuġjati, aħna wkoll għandna x’noffru li jista’ jkun ta’ interess f’din il-ħidma ta’ kollaborazzjoni.

Għalhekk il-Provinċjal f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni tal-Ministeri jidħol f’kuntatt mal-Provinċjali l-oħrajn tal-Assistenza biex jiġu identifikati aħjar l-opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni konkreta, u jsiru programmi biex din isseħħ. Id-diretturi tal-opri għandhom jagħmlu kuntatti ma’ opri simili f’dawn il-provinċji u jesploraw dawn l-opportunitajiet u jfasslu ħidmiet konkreti flimkien.

Page 20: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Is-Settur tal-Appostolat Soċjali u l-Ambjent

Il-Missjoni tagħna

L-appostolat soċjali jaħdem biex tissaħħaħ l-għaqda bejn is-servizz tal-Fidi u l-promozzjoni tal-Ġustizzja f’Malta. Għal dan il-għan aħna nfittxu illi:

1. Niddixxernu l-preżenza tal-Mulej fil-fqar tas-soċjetà kontemporanja u nagħtu xhieda ta’ din il-preżenza fil-promozzjoni awtentika tal-ġustizzja.

2. Inżommu komunità ta’ inserzjoni fost persuni bi dħul baxx u dawk li huma esklużi soċjalment.

3. Nippromovu u niżviluppaw id-dimensjoni soċjali fi ħdan il-prioritajiet appostoliċi kollha tal-Ġiżwiti f’Malta.

4. Niżguraw li dawk li jaħdmu fl-appostolat soċjali, lajċi u l-Ġiżwiti,

Jagħtu kontribut siewi għall-ħidma tal-Knisja f’Malta biex tgħix l-għażla preferenzjali għall-fqar

Page 21: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Igħinu biex fl-istrutturi tas-soċjetà Maltija jikbru u jissaħħu b’mod li jidher il-ġustizzja u l-imħabba.

Matul dawn l-aħħar snin dan is-settur sar ħafna aktar magħruf u ċentrali fil-missjoni tal-Provinċja, l-aktar minħabba l-impenn tagħna favur l-immigranti. Huwa settur li jinkludi tliet fergħat – iċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja, l-Istitut Paulo Freire u s-Servizz tal-Ġiżwiti mar-Refuġjati – li mhux kollha kbar jew b’saħħithom indaqs. Hemm ukoll il-komunita’ taż-Żejtun, li għal dawn l-aħħar sentejn kienet magħmula minn tliet membri.

Din il-firxa tal-appostolat soċjali tal-Provinċja b’numru mhux żgħir ta’ Ġiżwiti impenjati fih, turi li hemm bżonn ta’ mpenn akbar biex f’dan is-settur jissaħħu l-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn il-fergħat differenti. B’hekk is-settur isir aktar b’saħħtu u sostenibbli.

Għal dan il-għan, ġie deċiż li jitwaqqaf Bord wieħed li jmexxi dan is-settur filwaqt li jirrispetta l-awtonomija xierqa ta’ kull fergħa fi ħdanu. Qabel dan jista’ jsir huwa importanti li s-settur jidentifika aħjar x’inhuma l-prioritajiet tiegħu.

Dan ser isir f’żewġ fażijiet:

L-ewwel fażi: fejn immexxu proċess li tulu nindirizzaw l-issues, naraw fejn irridu naslu, u naqblu dwar il-kif ghandu jsir dan;

Page 22: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

It-tieni fażi: fejn l-istess Bord ikompli l-proċess billi jiffaċilita` t-twettiq ta’ tibdil li jkun ġie miftiehem fl-ewwel fażi.

Fil-qosor:

Fażi I: Permezz ta’ bord proviżjorju jitmexxa proċess li jwassal għal:

a) analiżi tal-issues,

b) qbil dwar x’inhuma l-ħtiġijiet li jridu jiġu indirizzati,

ċ) proposta ta’ prijoritajiet u mod kif dawn naslu biex inwettquhom,

d) parir dwar xi struttura għandu jkun hemm biex tara li jkun hemm sostenibbilta` u koordinament ta’ dak li jkun ġie maqbul.

Din il-parti tal-proċess titlesta sa nofs Ottubru 2011.

Fażi 2: Jinħatar Bord mill-Provinċjal, li l-funzjoni tiegħu tkun skont kif joħroġ minn Fażi I d). Idealment dan il-Bord ikun kontiwazzjoni ta’ dak li nkunu wasalna għalih f’Fażi I. Il-kompożizzjoni tiegħu tkun magħmula mid-Diretturi Ġiżwiti tal-fergħat differenti fis-settur, lajċi u Ġiżwiti oħrajn u Chairman estern.

Page 23: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Ġie deċiż ukoll li ċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja u l-Istitut Paulo Freire joqorbu aktar lejn xulxin sa ma jsiru ħaġa waħda, b’direttur wieħed.

Il-JRS ikun aktar iffukat, u jittieħdu deċiżjonijiet meħtieġa biex ikollu futur sostenibbli.

Page 24: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Is-Settur tal-Ispiritwalità u d-Djar tal-Irtri

IL-MISSJONI TAGĦNA

Aħna nimpenjaw ruħna li ngħinu lil ħutna l-bnedmin, ġejjin minn kull ambjent, klassi u kundizzjoni, u lil dawk li minħabba tibdil fil-valuri u mentalità sekularizzata qed jiddgħajfu fil-fidi tagħhom, biex jiltaqgħu ma’ Alla f’esperjenza ta’ intimità u libertà personali. Dan nagħmluh billi nħaddmu l-għodda li fdalna l-Mulej fl-Ispiritwalità Injazjana, b’mod speċjali l-Eżerċizzi Spiritwali.

Il-qasam tal-ispiritwalita’ huwa ċentrali fil-missjoni tal-Provinċja tagħna kif qegħdin nifhmuha bħalissa: l-għan tal-missjoni tagħna huwa li nagħtu lill-oħrajn ‘esperjenza ħajja ta’ Alla’. Dan jidher mill-fatt li hawn interess dejjem akbar, u l-inizzjattivi ġodda li ħadna f’dawn l-aħħar snin biex inkomplu nxerrdu din l-ispiritwalita’ dejjem intlaqgħu tajjeb.

Fl-istess ħin, f’dan il-qasam jidhru ċerti dgħufijiet li jistgħu jsiru aktar serji fis-snin li ġejjin, u li tajjeb li naffrontawhom

Page 25: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

minn issa. Hemm żewġ mistoqsijiet ewlenin li rridu nwieġbu matul dawn is-snin li ġejjin biex l-istrutturi tagħna jibqgħu dejjem effettivi għat-twettiq tal-missjoni tagħna: kif nistgħu inżommu ż-żewġt idjar tal-irtiri li għandna, u x’inhi r-rabta bejn dawn id-djar u ċ-Ċentru ta’ Spiritwalita’.

Jinħass il-bżonn ta’ ħsieb ġdid fuq is-sistemi ta’ tmexxija tad-djar tagħna tal-irtiri, li jistgħu jispiccaw jiħdulna l-enerġija u l-attenzjoni kollha.

Irridu nsaħħu l-offerta tagħna biex inxerrdu l-ispiritwalita’ tagħna anke fost dawk li ma jiġux fid-djar tagħna tal-irtiri, l-aktar fil-parroċċi u fi gruppi oħrajn li jitolbuna għajnuna. Dan diġa’ qed isir permezz tal-Appostolat tat-Talb, il-PIM, il-KĦN, u ħafna ħidma ta’ pastorali diretta.

Inkomplu noffru l-kors ta’ formazzjoni fl-Ispiritwalita’ Injazjana, filwaqt li nfittxu modi oħrajn kif niffurmaw nies f’dan il-qasam b’korsijiet ta’ kwalita’ imma anqas impenjattivi. Tibda taħdem l-inizzjattiva ġdida ta’ Evanġelizzazzjoni msejsa fuq it-taħriġ ta’ operaturi parrokkjali fil-konversazzjoni spiritwali ta’ San Injazju.

Dan il-proċess ser isir f’żewġ fażijiet:

L-ewwel fażi fejn immexxu proċess li tulu nindirizzaw l-issues, naraw fejn irridu naslu, u naqblu dwar il-kif ghandu jsir dan;

T-tieni fażi fejn l-istess Bord ikompli l-proċess billi jiffaċilita t-twettiq ta’ prioritajiet li jkunu ġew identifikati fl-ewwel fażi.

Page 26: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Fil-qosor:

Fażi I: Permezz ta’ bord proviżjorju jitmexxa proċess li jwassal għal:

a) analiżi tal-issues,

b) qbil dwar x’inhuma l-ħtiġijiet li jridu jiġu indirizzati,

ċ) proposta ta’ prijoritajiet u mod kif dawn naslu biex inwettquhom,

d) parir dwar xi struttura għandu jkun hemm biex tara li jkun hemm sostenibilta` u ko-ordinament ta’ dak li jkun ġie maqbul.

Din il-parti tal-proċess titlesta sal-aħħar ta’ Novembru 2011.

Fażi 2: Jinħatar Bord mill-Provinċjal, li l-funzjoni tiegħu tkun skont kif joħroġ minn Fażi I d). Idealment dan il-Bord ikun kontiwazzjoni ta’ dak li nkunu wasalna għalih f’Fażi I. Dan ikun magħmul mid-Diretturi tad-djar tal-irtiri u taċ-Ċentru ta’ Spiritwalita’, lajċi u Ġiżwiti oħrajn mis-settur, u Chairman estern.

Page 27: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Il-Kulleġġ San Alwiġi

IL-MISSJONI TAGĦNA

Imnebbħin mill-Ispiritwalità Injazjana, il-komunità edukattiva tixtieq tagħti formazzjoni inklussiva u sħiħa - spiritwali, intellettwali, affettiva, soċjali u fiżika - li tgħaddi lill-istudenti valuri Nsara u umani, li jagħmluhom kapaċi jagħrfu jħossu mal-oħrajn, l-aktar mal-fqar, u lesti jimpenjaw ruħhom biex jagħtu servizz siewi.

L-akbar sfida għall-Kulleģģ San Alwiģi hija li issa dan il-Kulleģģ, fis-sezzjoni Primarja u Secondarja, huwa skola ta’ abilità mħallta: din l-isfida ta’ integrazzjoni fuq il-livelli kollha hija tabilħaqq reali. Il-Bord tal-Kulleģģ li twaqqaf f’Settembru li għadda u li qed iwettaq dan l-isforz qed jaħdem tajjeb: qed jiddiskuti u jieħu deċiżjonijiet fuq problemi importanti dwar il-viżjoni u l-ħajja tal-Kulleģģ.

Waħda mill-prijoritajiet ewlenija hija dik ta’ l-addattament tal-kurrikulu għall-ħtiģijiet tal-istudenti,

Page 28: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

waqt li tisgura li l-istudenti kollha jkunu jistgħu jistudjaw dawk is-suģģetti li jħossuhom tajbin skont il-kapaċitajiet tagħhom. Hekk, l-iskola qed toffri lil dawk l-istudenti jkunu se jitilghu fit-Tielet Klassi Sekondarja grupp ģdid u varju ta’ suggetti b’mod li l-istudenti jkollhom varjetà ta’ għażliet. Fl-Iskola Primarja, il-kurrikulu ģie adattat hekk li issa l-Kulleģģ joffri formazzjoni aktar sħiħa minn dik l-edukazzjoni akkademika diretta lejn l-eżamijiet.

Il-Bord tal-Kulleģģ waqqaf kummissjoni biex tevalwa il-kriterji preżenti għad-dħul fis-Sixth Form, u tressaq proposti.

Il-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola Sekondarja, tas-Sixth Form u tal-kumpless tal-isports.

L-użu tajjeb tal-kliem u l-kitba huwa aspett importanti fil-ħajja tal-Kulleģģ, speċjalment fost l-istudenti żghar. Din is-sena bdejna proģett ģdid msejjah “Fast Forward” li qed jintuża biex jgħin l-istudenti jkunu fluwenti fil-qari u l-kitba tal-Ingliż. Qed jagħti r-riżultati mixtieqa.

Permezz tal-Programm Arrupe ta’ Formazzjoni Soċjali, li din is-sena ģie mdaħħal fl-Iskola Sekondarja,

Page 29: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

il-Kulleģģ ta’ San Alwiģi jittama li jagħmel l-istudenti jsiru aktar konxji soċjalment. L-istudenti kollha tal-Ewwel Klassi għandhom sessjoni fil-ģimgħa fejn jitgħallmu u jiddiskutu problemi soċjali differenti, u b’hekk il-Kulleģģ jkun qed jikkontribwixxi biex l-istudenti jsiru aktar konxji tal-problemi soċjali taż-żgħażagħ.

L-isport huwa valur ċentrali ieħor tal-Iskola tagħna. Issa li fil-Kulleģģ il-playground ta’ ģewwa ģie kompletament ristrutturat, il-Kulleģģ jista’ joffri attivitajiet lil studenti b’kapaċitajiet fiżiċi differenti. Joffri wkoll attivitajiet ta’ koordinament permezz ta’ moduli mwaqqfa apposta.

L-isfidi prinċipali għas-snin li ģejjin huma:

Il-ħatra ta’ Heads ta’ Setturi ģodda, sabiex ir-Rettur ikollu aktar żmien għall-iżvilupp tal-viżjoni tal-Kulleģģ u għall-formazzjoni Injazjana tal-Lajċi.........................

Il-formazzjoni Injazjana u professjonali tal-membri kollha tal-Istaff, Ġiżwiti u Lajċi.................................

Il-formulazzjoni ta’ Pjan Pastorali integrat għas-sezzjonijiet kollha sabiex il-Kulleģģ ikun jista’ joffri

Page 30: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

formazzjoni pastorali sħiħa.......................................

Pjan dettaljat għall-iżvilupp tal-parti tal-Playground ta’ barra.

Page 31: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Iċ-Chaplaincy tal-Università

IL-MISSJONI TAGĦNA

L-għan taċ-Chaplaincy huwa li jgħin lill-membri tal-Università ta’ Malta jikbru bħala individwi u bħala komunità tal-Knisja biex jiċċelebraw u jgħixu il-messaġġ ta’ Kristu. Il-ministeru ta’ l-evanġelizzazzjoni huwa indirizzat lill-Università kollha permezz ta’ djalogu ma’ setturi differenti, impenn għall-ġustizzja, speċjalment fejn jidħlu l-foqra, qima lejn Alla, opportunitajiet ta’ edukazzjoni għall-iżvilupp tal-fidi, dejjem fid-dawl tad-dixxerniment tar-rieda t’Alla.

Strutturi

L-istrutturi tat-tmexxija li hemm bħalissa qed jaħdmu tajjeb, u għandhom jinżammu: il-Kunsill taċ-Chaplaincy jiltaqa’ darba fix-xahar biex jiddiskuti l-problemi li jinqalgħu, jwettaq pjanijiet bil-quddiem, jiżgura li nżommu il-viżjoni tagħna u li nittrattaw dak li nħossu li hu meħtieġ....................................

Min-naħa tiegħu it-Tim taċ-Chaplaincy jwettaq il-ħidma

Page 32: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

meħtieġa ta’ kull jum flimkien ma’ studenti u gruppi, l-iżjed dawk tal-KĦN.

Nerġgħu nagħtu l-ħajja lill-Grupp tal-Impenn għall-Ġustizzja, u jkun hemm ukoll tibdil fit-tmexxija. Dan il-grupp ikun proattiv u jittratta problemi li jaħarqu, mhux biss dawk tal-ħtiġijiet tal-istudenti iżda wkoll dawk ta’ firxa aktar wiesgħa. Jista’ jsir użu aħjar mill-media kollha biex jintlaħqu aktar nies. Naraw jekk dan il-grupp nibdewx insejjħulu Grupp tal-Ġustizzja u Kommunikazzjoni...........................................

Issa li l-Università tejbet id-Dipartment tar-Riżorsi Umani u li dan qed jorganizza ħafna mill-attivitajiet għall-istaff amministrattiv, iċ-Chaplaincy għandha taħdem biex tiżviluppa r-rabtiet tajba li diġà għandha ma’ dan id-dipartment u tinvolvi ruħha fejn ikun meħtieġ.

Biex nilħqu aktar nies

Iċ-Chaplaincy tagħmel ħilitha kollha biex tilħaq l-istudenti ġodda, kemm Maltin kif ukoll barranin, billi torganizza attivitajiet varji kemm qabel il-bidu tas-sena akkademika u matul l-ewwel ġimgħa kif ukoll matul is-sena kollha: dawn huma l-Encounters tal-istudenti, li nippruvaw nestendu għall-fakultajiet kollha, u l-Opportunitajiet ta’ Xogħol Voluntarju f’Malta matul is-sena u fl-Ewropa u fl-Afrika matul is-sajf.

Page 33: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Formazzjoni

Dan hu fattur essenzjali fil-ħidma taċ-Chaplaincy, u jsir fuq livelli differenti: esperjenzi ta’ għejxien fil-komunità tal-Ġiżwiti, formazzjoni spiritwali permezz tal-irtiri varji li noffru matul is-sena, Ġimgħat ta’ Talb Iggwidat matul l-Avvent, Riflessjonijiet tar-Randan għall-istudenti u għall-istaff amministrattiv u tekniku bil-Malti u bl-Ingliż għall-akkademiċi, Engaged Encounters (Korsijiet ta’ Kana għall-għarajjes), studju tal-Bibbja....................................................................

Inizjattiva partikulari li rnexxiet u li nixtiequ niżviluppaw hija dik tal-Gruppi ta’ Riflessjoni Nisranija, fejn gruppi ta’ lecturers man-nisa jew l-irġiel tagħhom jiltaqgħu darba fix-xahar biex jirriflettu u jaqsmu bejniethom l-esperjenzi tagħhom bħala akkademiċi Nsara..................................................................

Appostolat Intellettwali........................................................

L-appostolat intellettwali huwa wieħed mill-preferenzi appostoliċi tal-Kumpanija universali. F’dan il-mument tal-ħajja tal-Provinċja jidher li dan l-aspett tal-missjoni tagħna l-aħjar ikun f’idejn ic-Chaplaincy tal-Università. Din tkompli tintegra dan l-aspett fil-missjoni ġenerali tagħha fi ħdan l-Università. Dan ma jneħħix ir-responsabbiltà tal-appostolati l-oħra kollha li jagħmlu ħilithom biex ikunu ministeri istruwiti (learned ministry).

Page 34: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Is-seminar li kellna s-sena l-oħra Il-fidi f’Malta Pluralista kien suċċess, u nixtiequ li dan ikun organizzat kull sena fil-programm taċ-Chaplaincy.

Din tikkomplimenta il-Lejliet ta’ Mistoqsija u Tweģiba (Q&A) li dejjem marru tajjeb ħafna. F’dawn il-laqgħat l-istaff u l-istudenti jkollhom l-opportunita’ jisimgħu u jistaqsu lill-persuna esperta fuq tema attwali........................................

Il-liturġija

Dejjem fhimna l-Liturġija bħala fattur ta’ importanza kbira fil-ħidma taċ-Chaplaincy, kemm f’okkażjonijiet speċjali bħalma huma l-Quddies tal-Gradwazzjoni u tal-Inawgurazzjoni, kif ukoll tal-mumenti l-kbar tas-sena liturģika. Fl-istess ħin, il-liturġiji ta’ kuljum u ta’ tmiem il-ġimgħa huma opportunitajiet ta’ formazzjoni reali, u huma apprezzati ħafna.

Il-Ħajja Soċjali......................................................................

Is-snin fl-Università huma wkoll żmien fejn iż-żgħażagħ jiżviluppaw it-talenti soċjali tagħhom u jinfetħu għal veduti u stili ta’ ħajja differenti. Iċ-Chaplaincy flimkien mal-KSU u mar-rappreżentanti tal-Università jilqgħu din l-isfida billi jorganiżżaw ħafna attivitajiet soċjali li jlaqqgħu ż-żgħażagħ flimkien, ħafna drabi b’għan kulturali jew altrwistiku: DVD nights, il-kampanja ‘Christmas Spirit on Campus’, l-iljieli b’tema kull xahar nhar ta’ Sibt wara l-Quddiesa tad-9 p.m., u

Page 35: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

l-attivitajiet ta’ fundraising fejn jinģabru flus b’risq ix-xogħol voluntarju barra minn Malta.

L-Isfidi prinċipali għall-ġejjieni ..............................................

Il-bidla fil-kultura qed ikollha effett qawwi fuq il-mod kif nimxu aħna u fuq dawk li rridu nilħqu. Għalhekk jinħtiģilna neżaminaw is-sitwazzjoni u naddattaw ruħna għal żmienna. Xi ftit mill-isfidi li qed naraw huma:

1. li nassiguraw li Chaplaincy ma tkunx tidher biss bħala l-post tat-‘tajbin’, imma tkun dak il-post fejn kull min qed ifittex jista’ jikber fuq il-livelli kollha tal-ħajja speċjalment fil-fidi.

2. li noħolqu qalb l-istudenti u l-istaff sens akbar ta’ kuxjenza soċjali u ta’ ċittadinanza attiva.

3. li nkunu aktar preżenti qalb l-istudenti u fil-kampus wkoll meta insibu ostilità jew konfrontazzjoni. M’għandniex nibżgħu.

4. li nkunu proattivi quddiem it-tibdil fis-soċjetà speċjalment dwar il-possibiltà ta’ proposti li jistgħu jsiru fuq kwistjonijiet bħall-abort, l-ewtanasja, u ż-

Page 36: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

żwieġ bejn nies tal-istess sess. Għandna nkunu fuq il-fruntiera filwaqt li nħallu spazju għad-djalogu.

5. li nsibu modi kif iċ-Chaplaincy issir parti mis-sistema tal-edukazzjoni akkademika u toffri korsijiet mhux obbligatorji għal min jixtieqhom, fuq temi bħalma huma l-ġustizzja soċjali, ix-xogħol voluntarju, l-influwenza tal-valuri u l-għażliet, il-Knisja u l-ambjent, u l-bqija. Dan ikun mezz tajjeb biex tinbidel il-figura taċ-Chaplaincy minn dik ta’ ċentru ta’ spiritwalità għal dik ta’ ċentru ta’ tagħlim ta’ fidi u kultura.

6. li nkunu mezz ta’ kuntatt ma’ denominazzjonijiet oħra Nsara u mhux Insara. Infittxu toroq ġodda biex nilħqu l-istudenti kollha u l-istaff kollu, billi noħolqu “ċentru ta’ kura spiritwali” waqt li nżommu l-identità tagħna.

Page 37: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Is-Settur taż-Żgħażagħ

IL-MISSJONI TAGĦNA

Fid-diversita’ tal-ħidma tagħna ma’ kategoriji differenti ta’ żgħażagħ u f’etajiet differenti, infittxu kif noffrulhom esperjenzi u opportunitajiet ta’ riflessjoni biex iż-żgћażagћ jikbru:

fil-libertà, bil-formazzjoni, fit-talb, bil-liturġija u bl-akkumpanjament spiritwali,

fis-sens ta` komunità,

fl-gћażla preferenzjali tal-fqar.

Inkomplu naħdmu biex insaħħu l-kollaborazzjoni u l-komunikazzjoni permezz tan-network InYgo imġedded, fejn insaħħu l-ħidma tagħna billi naqsmu r-riżorsi u ma nirduppjawx attivitajiet li jistgħu isiru flimkien.

1. Nagħtu attenzjoni lill-ħidma tagħna maż-żgħażagħ: dan il-kliem mill-mission statement tagħna jikkonferma l-għażla li nqisu l-impenn tagħna f’dan is-settur fost ix-

Page 38: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

xogħlijiet ewlenin tal-Ġiżwiti Maltin. Nemmnu li għandna kuntatt tajjeb mad-dinja taż-żgħażagħ permezz tal-Kulleġġ San Alwiġi, iċ-Chaplaincy tal-Università, il-Young Communities Team fi ћdan il-Kommunitajiet Ħajja Nisranija u s-sezzjoni żgћażagћ fi ћdan l-Istitut Paulo Friere. Jidhrilna li l-isforzi tagħna qed iwieġbu għal dak li qed ifittxu ħafna żgħażagħ.

Minħabba li d-dinja taż-żgħażagħ tinbidel il-ħin kollu, irridu nkunu nafu niddixxernu kontinwament kif naħdmu magħhom, kif nimxu magħhom u nindirizzaw il-mistoqsijiet u x-xewqat tagħhom biex ngħinuhom jaslu għand Kristu u jkunu ta’ servizz lis-soċjeta’.

Aktar minn 10 snin ilu, fis-sena 2000, twaqqaf InYgo, network li jikkoordina l-ћidma pastorali tal-Ġiżwiti maż-żgћażagћ u li jgћin lill-membri ta` dawn is-setturi jsaћħu l-identità Injazjana tagћhom. Inygo jlaqqa’ flimkien il-mexxejja tal-fergħat differenti flimkien ma’ xi żgħażagħ u lajċi oħra biex filwaqt li jirrispettaw l-awtonomija ta’ kulħadd, ifasslu viżjoni komuni u jiltaqgħu f’attivitajiet flimkien.

Imxejna ħafna ’l quddiem u f’dan is-settur issaħħew il-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn il-fergħat differenti tan-network, u mhemmx dubju li matul dawn is-snin issaħħet ħafna l-kwalita’ tal-formazzjoni li nagħtu liż-żgħażagħ u twessgħet il-firxa ta’ attivitajiet li noffrulhom.

2. Issa jidher li wasal il-mument li nagħtu ħarsa mill-qrib lejn InYgo biex inġeddu l-viżjoni u l-istrutturi tiegħu: b’hekk ikunu ta’ servizz akbar għall-formazzjoni Injazjana taż-

Page 39: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

żgħażagħ u ta’ għajnuna akbar għall-fergħat differenti tan-network.

3. Għal dan il-għan huwa importanti li s-settur, immexxi mill-InYgo Core Group jidentifika aħjar x’inhuma l-prioritajiet tiegħu u x’inhi l-aħjar struttura għan-network bħalissa.

Dan ser isir f’żewġ fażijiet:

Fażi 1: Permezz tal-Core Group preżenti ta’ InYgo jitmexxa proċess li jwassal għal:

a) tfassil ta’ viżjoni ta’ kif il-fergħat jistgħu jaħdmu aktar qrib u flimkien

b) proposta ta’ kif l-istruttura għandha tinbidel biex jkun hemm koordinament tajjeb mingħajr ma noħolqu moviment ġdid

Din il-parti tal-proċess titlesta sa Ottubru 2011, meta jinħatar il-koordinatur il-ġdid tan-network.

Fażi 2: Il-Core Group jibda jimplementa dak li jkun deċiż fil-Fażi 1, bit-tibdil neċessarju fl-istruttura kemm tal-Core Group kif ukoll ta’ timijiet oħra u bil-viżjoni ġdida li tkun tnisslet. InYgo jibda billi jfassal proposta ta’ prijoritajiet għas-settur u programm ta’ kif se naħdmu flimkien matul dawn is-snin.

Page 40: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Il-Promozzjoni tal-Vokazzjonijiet

IL-MISSJONI TAGĦNA............................................

Li ngħinu aktar u aktar qlub ġenerużi ħa jaslu biex jiskopru, jagħrfu u jsegwu s-sejħa tal-Mulej Ġesù biex jimxu warajh u f’intimità personali jissieħbu mal-missjoni tiegħu.

B’mod partikulari ngħinu biex dan iseħħ f’dawk li huma msejħa għall-ħajja konsagrata fi ħdan il-Kumpanija ta’ Ġesù, għas-servizz tal-Knisja.

Il-promozzjoni tinħtieġ żmien u fiduċja. “Żmien” li wieħed “jaħli” ġol-għalqa tad-dwieli tal-Mulej ma’ dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jsiru jafu aktar, bla ma jimpenjaw ruħhom għalissa, waqt li għadhom jissieltu magħhom infushom interjorment. U “fiduċja” fil-Mulej li jmiss il-qlub u jsejjaħ, għax din hi ħidma kollha kemm hi tiegħu u fiha aħna biss għodda. Ma nistgħux noħolqu vokazzjonijiet, iżda jeħtieġ li nħarsuhom b’ħafna mħabba, paċenzja u talb.

Page 41: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Waqt li l-ħidma tagħna maż-żgħażagħ tibqa’ l-art fertili fejn iż-żerriegħa tista’ tinżara’ u għalhekk hija parti importanti u integrali tal-ħidma tagħna bħala promuturi, m’għandniex ninsew il-ħtieġa li “nrabbu” vokazzjonijiet. Dan isir permezz ta’ laqgħat personali, ras imb’ras, ma’ dawk iż-żgħażagħ li jkunu qed jfittxu r-rieda t’Alla f’ħajjithom.

Għaldaqstant, bħala parti mill-promozzjoni tal-vokazzjonijiet, għandna naħdmu biex ngħinu dawn iż-żgħażagħ ikomplu jfittxu ħa jifhmu aktar fil-fond xi jrid Alla minnhom, u ngħinuhom jikbru fl-imħabba tagħhom lejh.

Dan nagħmluh permezz ta’

Laqgħat ta’ talb ta’ kull xahar għal dawk li qed jikkunsideraw il-ħajja reliġjuża, kif ukoll għal kull min irid jiġi biex jitlob għall-vokazzjonijiet.

Paġna tal-facebook fejn darba fil-ġimgħa jidher messaġġ Injazjan għar-riflessjoni personali. Hekk ukoll jidher xi materjal ieħor li jista’ jkun ta’ interess għal dawk li jinteressaw ruħhom, kif ukoll stedin għal laqgħat speċifici. / ‘Link’ mal-Webpage tal-Provinċja tagħna.

Darba fix-xahar quddiesa f’nofsinhar fiċ-Chaplaincy tal-Università, u quddiesa filgħodu fil-Kulleġġ San Alwiġi,

Page 42: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

biex nitolbu għall-vokazzjonijiet speċjalment għal dawk tal-Provinċja tagħna....................................................

Il-promozzjoni u l-bejgħ ta’ kotba ta’ talb. Nużaw dan il-mezz bħala okkażjoni biex inżuru skejjel u nippromwovu l-vokazzjonijiet waqt il-lezzjonijiet tar-Reliġjon.

Ħidma ta’ volontarjat barra minn Malta, u f’Malta għal dawk li qed jfittxu.

Irtiri fis-silenzju

Direzzjoni personali

Nistiednu studenti biex ‘jiġu u jaraw’ il-kommunitajiet tagħna speċjalment għal waqtiet qosra u spontanji, nistidnuhom għall-ikel mal-komunità.

Sessjonijiet speċifiċi għal dawk interessati fil-Kumpanija biex nagħtuhom bażi aktar soda u biex noffrulhom kotba x’jaqraw.

Ninvestu flus għax-xiri ta’ kotba tajbin (speċjalment dwar il-ħajja ta’ San Injazju), kotba li jistgħu jkunu mogħtija lill-istudenti interessati kemm fil-kampus kif ukoll fi skejjel oħra........................................................

Page 43: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Ninvolvu ruħna fi programmi tal-media li jistgħu iservu ta’ pjattaforma biex in-nies isiru jafuna, u hekk inkunu għajn ta’ informazzjoni għas-semmiegħa.....................

Niffrekwentaw gruppi differenti ta’ żgħażagħ sabiex nippromwovu l-vokazzjoni għall-Ġiżwita, u għal dan tajjeb li jkollna xi forma ta’ cards/bookmarks ta’ talb li nagħtuhom bħala promozzjoni.

Tajjeb li minn żmien għall-ieħor infakkru lill-komunitajiet tal-Ġiżwiti u l-ħbieb tagħna fil-bżonn ta’ talb u ħidma għall-promozzjoni tal-vokazzjonijiet għall-Kumpanija ta’ Ġesù. Inħeġġu lill-komunitajiet li jkunu miftuħin ħa jilqgħu żgħażagħ fosthom, u jaqsmu ħajjithom u t-talb tagħhom magħhom. Nagħtu materjal għat-talb komuni lill-komunitajiet, u l-ħbieb u l-familji tagħna jkunu mħeġġin jingħaqdu magħna fit-talb għall-vokazzjonijiet.

Page 44: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Id-Djar u l-Komunitajiet Tagħna

Fil-konsultazzjoni li saret mal-membri tal-Provinċja, Id-djar u l-komunitajiet tagħna kien il-punt li l-aktar issemma bħala urġenti u importanti.

Il-Kumpanija ta’ żmienna tħares lejn il-ħajja komunitarja bħala parti mill-missjoni tal-Ġiżwita, dik li torbot flimkien il-missjoni u l-identita’ tagħna, u li tiġbed lejha lill-oħrajn, l-aktar liż-żgħażagħ, biex ‘jiġu u jaraw’ il-ħajja tagħna, u anke jissieħbu magħna (KĠ35, d.2, 19). Matul dawn is-snin ser naħdmu biex insaħħu l-komunitajiet u l-ħajja komunitarja tagħna biex b’hekk insaħħu l-identita’ u l-missjoni tagħna.

A. Il-komunitajiet tagħna

In-numru ta’ membri tal-Provinċja tagħna ser ikompli jonqos, u għalhekk huwa importanti li nistabbilixxu kriterji ta’ dixxerniment kif insaħħu l-kontribut tad-djar u l-komunitajiet għall-missjoni tal-Provinċja.

Page 45: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

1. Irridu nassiguraw li l-komunitajiet tagħna jkunu sostenibbli, appostolikament, umanament u finanzjarament. Importanti li jkun hemm biżżejjed membri biex ir-ritmu tal-ħajja komunitarja jibqgħu possibbli fil-prattika.

2. Sa fejn huwa possibbli, il-maġġoranza tal-membri jkunu involuti fl-appostolat prinċipali tal-komunita’. Fl-istess ħin, tkun ħaġa tajba li jkun hemm membri oħrajn involuti f’ħidmiet oħrajn.

3. Tajjeb ukoll li wieħed iżomm f’rasu l-lokalita’ tad-Dar u r-rabta tal-komunita’ ma’ din il-lokalita’.

4. Inħallu spazju fid-djar tagħna tagħna għall-ospitalita’ ta’ Ġizwiti minn djar u provinċji oħra, biex ma jingħalqux fihom infushom.

5. Hux dar/xogħol tal-“fruntieri”.

6. Fejn nistgħu inħallu, jew ma nintrabtux ma’, attivitajiet oħra li mhumiex direttament marbutin ma’ wieħed mis-setturi appostoliċi ewlenin.

B. Tisħiħ tal-ħajja komunitarja:

1. San Injazju jfakkarna li ‘l-aqwa mezz... ta’ rabta bejn il-membri bejniethom u mar-ras tagħhom hija l-imħabba lejn Alla u Sidna Ġesù Kristu (Kost. 671), għall-għaqda. Il-KĠ 35 tgħidilna li ‘l-Kumpanija trid il-ħin kollu tapprofondixxi u iġġedded il-ħajja tagħha tal-ubbidjenza’ (D4, n.1), li l-

Page 46: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

Kostituzzjonijiet tagħna jaraw li għandha ‘sehem kbir’ biex nilħqu din il-għaqda (Kost 659)..............................................

2. Insaħħu dawk l-istrutturi li jgħinu biex ikun hemm spirtu komunitarju u kwalita’ aħjar tal-ħajja komunitarja: l-Ewkaristija flimkien, it-talb tal-komunita’, nofs ta’ nhari ta’ ġabra u talb, perjodi ta’ mistrieħ u ċelebrazzjoni għall-komunita’, ġurnata fil-ġimgħa dedikata lill-komunita’ fejn kulħadd ikun preżenti, eċċ.

Il-laqgħat tal-komunita’ għandhom jolqtu aspetti differenti tal-ħajja tagħna, billi ma jkunux biss laqgħat organizzattivi imma wkoll ta’ formazzjoni, informazzjoni, ippjanar u fuq kollox ta’ qsim ta’ ħajjitna.

Inkomplu norganizzaw laqgħat bejn komunitajiet differenti, tnejn tnejn jew tlieta tlieta, kemm laqgħat ta’ talb kif ukoll ta’ formazzjoni flimkien.

3. Isir sforz biex jissaħħaħ ir-rwol tas-superjur lokali kif titlob l-aħħar Kongregazzjoni Ġenerali (d 4, n. 49-50; d 5 n. 33-39). Dan irid jiġi emfasizzat aktar mill-Provinċjal l-aktar fil-viżti tiegħu lill-komunitajiet. Min-naħa tiegħu, is-superjur iqis il-kura tiegħu għall-komunita’ bħala l-missjoni ewlenija tiegħu. Dan ikollu bżonn ukoll ta’ ministru, ekonomu u, fejn il-komunità tkun imdaqqsa biżżejjed, ta’ konsulturi.

Page 47: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

4. Aspett importanti tal-ħajja komunitarja hija l-ospitalità, kemm lejn Ġiżwiti kif ukoll lejn lajċi u reliġjużi oħrajn. Filwaqt li nirrispettaw il-karattru speċifiku ta’ kull komunita’ u tal-missjoni tagħha, infittxu li l-komunitajiet tagħna jkunu miftuħin għal dawk li naħdmu magħhom u għalihom: iż-żgħażagħ, il-fqar u l-kollaboraturi tagħna fuq kollox. Dan huwa kontribut importanti għall-ħidma għall-vokazzjonijiet.

5. Kull sena kull komunità għandha tfassal il-proġett komunitarju tagħha, li tiddiskutih matul il-viżta tal-Provincjal.

Page 48: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

L-Isfidi Ewlenin Quddiemna

Id-dinja li ngħixu fiha tpoġġi quddiemna ħafna sfidi; nixtiequ nsemmu dawn li ġejjin bħala fost l-ewlenin:

1. Aħna msejħin mill-Knisja biex inkunu fil-fruntieri, li dejjem huwa post ftit jew wisq inċert u perikoluż. Għalhekk il-ħajja tagħna titlob minna sens ta’ missjoni aktar qawwi u aktar kuraġġuż. L-inċertezza ta’ madwarna twassal lil xi wħud fil-Knisja biex jidealizzaw l-imgħoddi u jfittxu kif jerġgħu lura lejh bħala soluzzjoni. Għalina hija sejħa għal aktar kuraġġ kreattiv, mibni fuq relazzjoni ħajja ma’ Ġesu’ u spirtu ta’ liberta’ fid-dixxerniment appostoliku........................................

2. Sfida oħra ewlenija hija l-kollaborazzjoni bejnietna u mal-oħrajn, li l-Kumpanija ta’ llum issejħilna għaliha b’qawwa kbira (KĠ 35, d.6). Dan huwa sinjal qawwi fih innifsu f’dinja kompetittiva u individwalista, li twarrab lil min hu dgħajjef u tfaħħar lil min jilħaq bil-ħila tiegħu. Nafu tajjeb li dan l-ispirtu ma jiġix waħdu imma jitlob minna spirtu ta’ ċaħda, u ħiliet li rridu naħdmu għalihom. Għalhekk matul dawn is-snin irridu

Page 49: Jesuits in Maltaresources.jesuit.org.mt/wp-content/uploads/2011/10/Pjan... · Web viewIl-finanzi tal-Iskola Primarja huma għaddejjin minn proċess biex jingħaqdu ma’ dawk tal-Iskola

nieħdu aktar bis-serjeta’ l-formazzjoni għall-kollaborazzjoni, kemm bejnietna kif ukoll bejnna u l-lajċi.

3. Meta nsibu rwieħna mgħobbija żejjed bix-xogħol, malajr ninsew il-ħtieġa tal-formazzjoni permanenti. Din hija sfida oħra ewlenija jekk irridu nibqgħu kapaċi nwieġbu għad-dinja dejjem tinbidel ta’ madwarna. Il-Kumpanija ta’ llum tifhem il-formazzjoni permanenti mhux biss bħala xi ħaġa intellettwali, imma bħala xi ħaġa li ġġedded il-persuna kollha kemm hi, fuq livelli differenti: dak personali, spiritwali, ta’ integrazzjoni dejjem akbar; fuq il-livell intellettwali, bl-akkwist ta’ tagħlim ġdid, ta’ aġġornment teoloġiku; u fuq il-livell ta’ ħiliet personali u professjonali. Filwaqt li nagħmlu użu tajjeb tal-opportunutajiet li nsibu f’pajjiżna, infittxu l-għajnuna ta’ provinċji oħrajn li għandhom aktar mezzi u esperjenza minna.

4. Il-post tal-lajċi fit-tmexxija hija sfida oħra għas-snin li ġejjin. Diġa’ għandna xi esperjenza ta’ dan: iċ-Chairman tal-Bord tal-Kulleġġ u d-direttur tal-JRS huma lajċi, imma hija triq li rridu niħduha aktar bis-serjeta’. Il-Kumpanija fi provinċji oħrajn għandna ħafna esperjenza li nistgħu ninqdew biha biex l-għażliet tagħna u t-tħejjija tagħhom isiru b’mod li jħallu frott appostoliku tajjeb filwaqt li jsaħħu l-identita’ Ġiżwita u Injazjana tal-opri tagħna.