7
Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti (Aġent Kuntrattwali, FG IV) fl-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO) REF.: EASO/2016/CA/004 Pubblikazzjoni:Esterna Titolu tal-kariga:Koordinatur ta' Proġett 1. AĦNA L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (European Asylum Support Office) (minn hawn ‘l quddiem msejjaħ “EASO”), stabbilit mir-Regolament 439/2010 1 , isaħħaħ il-kooperazzjoni prattika tal- Istati Membri (UE) tal-Unjoni Ewropea fuq l-ażil, itejjeb l-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA) (Common European Asylum System (CEAS)) u jappoġġa l-Istati Membri li s-sistemi tal- akkoljenza u tal-ażil tagħhom jinsabu taħt pressjoni partikolari. Speċifikament, l-EASO jiffoka fuq tliet kompiti ewlenin: 1. Jappoġġa l-kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri fuq l-ażil l-aktar permezz ta’ taħriġ, attivitajiet ta’ kwalità, informazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini (country of origin information (COI)), statistika u analiżi, netwerks esperti speċjalizzati, sessjonijiet ta’ ħidma ta’ kooperazzjoni prattika, appoġġ tematiku dwar minorenni mhux akkumpanjati, traffikar tal-bnedmin u s-sessi; 2. Jappoġġa lill-Istati Membri taħt pressjoni partikolari permezz ta’ appoġġ ta’ emerġenza, inkluż l- iżvilupp ta’ timijiet ta’ appoġġ tal-ażil biex jassistu lill-Istati Membri tal-UE fl-immaniġġjar tal- applikazzjonijiet għall-ażil u fl-istabbiliment ta' faċilitajiet xierqa ta’ akkoljenza; 3. Jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-SEKA permezz tal-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prattiki, ifassal rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-ażil fl-UE li jkopri l-proċedura sħiħa tal-ażil fl-Istati Membri tal-UE u jadotta dokumenti tekniċi, dwar l-implimentazzjoni tal- acquis il-ġdid tal-UE dwar l-ażil. Iċ-ċart tal-organizzazzjoni tal-EASO tista’ tiġi kkonsultata fil-Programm ta’ Ħidma tal-EASO fis-sit web tal- EASO (www.easo.europa.eu). Il-kwartieri ġenerali tal-EASO jinsabu fil-Port tal-Belt Valletta (Malta). 2. NIPPROPONU 1 Ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 (ĠU L 132, 25.5.2010, p.11).

Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti ... · Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti (Aġent Kuntrattwali, FG IV) fl-Uffiċċju Ewropew ta’

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti ... · Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti (Aġent Kuntrattwali, FG IV) fl-Uffiċċju Ewropew ta’

Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti (Aġent Kuntrattwali, FG IV) fl-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO)

REF.: EASO/2016/CA/004

Pubblikazzjoni:Esterna Titolu tal-kariga:Koordinatur ta' Proġett 1. AĦNA

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (European Asylum Support Office) (minn hawn ‘l

quddiem msejjaħ “EASO”), stabbilit mir-Regolament 439/20101, isaħħaħ il-kooperazzjoni prattika tal-

Istati Membri (UE) tal-Unjoni Ewropea fuq l-ażil, itejjeb l-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni

tal-Ażil (SEKA) (Common European Asylum System (CEAS)) u jappoġġa l-Istati Membri li s-sistemi tal-

akkoljenza u tal-ażil tagħhom jinsabu taħt pressjoni partikolari.

Speċifikament, l-EASO jiffoka fuq tliet kompiti ewlenin:

1. Jappoġġa l-kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri fuq l-ażil l-aktar permezz ta’ taħriġ, attivitajiet ta’ kwalità, informazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini (country of origin information (COI)), statistika u analiżi, netwerks esperti speċjalizzati, sessjonijiet ta’ ħidma ta’ kooperazzjoni prattika, appoġġ tematiku dwar minorenni mhux akkumpanjati, traffikar tal-bnedmin u s-sessi;

2. Jappoġġa lill-Istati Membri taħt pressjoni partikolari permezz ta’ appoġġ ta’ emerġenza, inkluż l-iżvilupp ta’ timijiet ta’ appoġġ tal-ażil biex jassistu lill-Istati Membri tal-UE fl-immaniġġjar tal-applikazzjonijiet għall-ażil u fl-istabbiliment ta' faċilitajiet xierqa ta’ akkoljenza;

3. Jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-SEKA permezz tal-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prattiki, ifassal rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-ażil fl-UE li jkopri l-proċedura sħiħa tal-ażil fl-Istati Membri tal-UE u jadotta dokumenti tekniċi, dwar l-implimentazzjoni tal-acquis il-ġdid tal-UE dwar l-ażil.

Iċ-ċart tal-organizzazzjoni tal-EASO tista’ tiġi kkonsultata fil-Programm ta’ Ħidma tal-EASO fis-sit web tal-

EASO (www.easo.europa.eu).

Il-kwartieri ġenerali tal-EASO jinsabu fil-Port tal-Belt Valletta (Malta).

2. NIPPROPONU

1 Ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 (ĠU L 132, 25.5.2010, p.11).

Page 2: Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti ... · Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti (Aġent Kuntrattwali, FG IV) fl-Uffiċċju Ewropew ta’

L-EASO ser jibda l-implimentazzjoni ta' programm reġjonali fl-Istrument ta' Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni II (IPA II) dwar l-immaniġġjar ta' migrazzjoni sensittiva għall-protezzjoni fil-Punent tal-Balkani u t-Turkija. Il-proġett ser jiġi implimentat fil-qafas tad-dimensjoni esterna tal-EASO. L-għan tal-proġett huwa li jistabbilixxi sistemi ta' asil kompatibbli u sensittivi għall-protezzjoni bħala parti mill-immaniġġjar tal-migrazzjoni speċjalment fil-Punent tal-Balkani. Il-programm huwa ffinanzjat mill-IPA II bil-Frontex bħala l-aġenzija ewlenija u l-EASO bħala koapplikant, iżda bħala l-aġenzija ewlenija ta' implimentazzjoni għal ċerti interventi. Il-Programm beda uffiċjalment fl-1 ta' Jannar 2016 u sejjer jiġi implimentat fuq perjodu ta' 36 xahar. L-EASO għalhekk qed ifittex li jistabbilixxi tim għall-implimentazzjoni tal-proġett għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-parti tal-EASO tal-Programm. It-tim tal-implimentazzjoni tal-proġett sejjer ikun imwaqqaf fi ħdan l-istruttura taċ-Ċentru tal-EASO għall-Appoġġ Operazzjonali (COS) bħala parti mill-fokus tad-Dimensjoni Esterna u sejjer jaħdem ukoll mill-qrib mal-partijiet interessati kollha tal-Programm Reġjonali, eż. il-Frontex, il-Kummissjoni Ewropea, il-UNHCR u l-IOM. Il-Koordinatur tal-Proġetti sejjer jaħdem fil-COS taħt ir-responsabbiltà ġenerali tal-Kap tal-COS u s-superviżjoni diretta tal-Koordinatur tal-COS responsabbli mill-Punent tal-Balkani. Il-Koordinatur tal-Proġetti se jkun mistenni li jkun preżenti regolarment fir-reġjun tal-Punent tal-Balkani (diversi missjonijiet, kemm qosra kif ukoll għal perjodu ta' żmien twil huma mistennija li jikkoordinaw ma' msieħba oħra tal-proġett fil-qasam). Il-Koordinatur tal-Proġett se jkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-proġett inklużi l-kompiti li ġejjin:

L-immaniġġjar ta' kuljum, l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' attivitajiet tal-proġett;

Il-komunikazzjoni ma' msieħba, partijiet ikkonċernati, esperti, kuntratturi tal-proġett dwar oqsma relatati ma' attivitajiet tal-proġett (jiġifieri abbozzar ta' ittri ta' stedina, aġendi ta' laqgħat, eċċ.);

Il-koordinazzjoni ta' arranġamenti loġistiċi u amministrattivi ta' laqgħat, taħriġ, workshops, żjarat ta' studju u attivitajiet oħrajn tal-proġett fir-reġjun;

Il-monitoraġġ tal-baġit u mmaniġġjar amministrattiv fl-implimentazzjoni ta' kuljum tiegħu;

L-abbozzar ta' narrattivi u rapporti finanzjarji u monitoraġġ/evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-proġett rilevanti;

Il-formulazzjoni u l-aġġornament tal-pjanijiet tax-xogħol u abbozzar tal-ippjanar tar-riżorsi;

Il-kuntatt mal-imsieħba tal-proġett, b'mod partikolari mal-Kummissjoni Ewropea u l-Frontex, dwar rekwiżiti amministrattivi u finanzjarji;

L-immaniġġjar tal-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tax-xogħol tal-fornituri ta' servizzi esterni kkuntrattati sabiex iwettqu attivitajiet speċifiċi tal-proġett (jiġifieri, traduzzjoni ta' moduli ta' taħriġ, interpretazzjoni matul workshops, materjali ta' viżibbiltà);

L-appoġġ għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet fuq l-art (inklużi żjarat apposta fil-pajjiżi msieħba) b'mod flessibbli ħafna u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet kollha tal-EASO;

Il-provvediment ta' kontribuzzjoni strateġika speċifika u konsulenza lis-superviżur tal-proġett

Page 3: Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti ... · Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti (Aġent Kuntrattwali, FG IV) fl-Uffiċċju Ewropew ta’

dwar l-iżvilupp u l-immaniġġjar tal-proġett;

It-twettiq ta' kwalunkwe obbligu ieħor meħtieġ fl-interess tal-proġett.

3. QEDGĦIN INFITTXU

A) Kriterji tal-eliġibbiltà Il-kandidati sejrin jiġu kkunsidrati eliġibbli għall-għażla fuq il-bażi ta’ dawn il-kriterji formali li ġejjin li għandhom jiġu ssodisfati sad-data ta' skadenza għall-applikazzjonijiet:

1. Ikollhom livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompleti ta’ mill-inqas 3 snin, iċċertifikati b’diploma2 u, wara li jkunu kisbu d-diploma universitarja, ikollhom mill-inqas sena ta’ esperjenza professjonali xierqa;

2. Ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew tan-Norveġja;

3. Ikunu intitolati għad-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini;

4. Ikunu wettqu kwalunkwe obbligu impost fuqhom mil-liġijiet dwar is-servizz militari;

5. Għandhom ikunu jafu tajjeb ħafna waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE u għandu jkollhom għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa oħra minn dawn il-lingwi sal-punt meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet li jirrigwardaw il-kariga;

6. Jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-karattru għall-obbligi involuti3;

7. Ikunu fiżikament b’saħħithom biex iwettqu l-obbligi relatati mal-kariga4.

B) Kriterji tal-għażla

Jekk il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti f’taqsima A) Il-kriterji ta’ eliġibilità huma ssodisfati, il-kandidati se jiġu evalwati fuq il-bażi tal-kriterji tal-għażla li ġejjin. L-iktar kandidati xierqa evalwati fuq il-bażi tal-kriterji tal-għażla se jiġu mistiedna għal intervista. Essenzjali

1. Esperjenza professjonali fl-immaniġġjar ta' proġetti, preferibbilment fl-oqsma tal-bini tal-kapaċità ta' sistemi tal-asil u l-akkoljenza u l-migrazzjoni;

2. Esperjenza professjonali fl-implimentazzjoni ta' proġetti ffinanzjati mill-UE/immaniġġjar ta'

għotjiet mill-UE;

2 Jiġu kkunsidrati biss titli ta’ studju li jkunu ngħataw fl-Istati Membri tal-UE jew li huma s-suġġett ta' ċertifikati ta’ ekwivalenza maħruġin mill-awtoritajiet fl-Istati Membri msemmija biss. 3 Qabel il-ħatra, il-kandidat li jintgħażel jintalab jipprovdi estratt mill-fajl tiegħu tal-pulizija. 4 Qabel il-ħatra, il-kandidat li jintgħażel għandu jiġi eżaminat medikament minn wieħed mill-uffiċjali mediċi tal-istituzzjonijiet sabiex l-EASO ikun jista' jkun ċert li l-kandidat jissodisfa r-rekwiżit tal-Artikolu 28(e) tar-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Page 4: Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti ... · Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti (Aġent Kuntrattwali, FG IV) fl-Uffiċċju Ewropew ta’

3. Esperjenza professjonali fl-abbozzar ta' rapporti ta' monitoraġġ/evalwazzjoni, rapporti finanzjarji u narrattivi ta' proġett u dokumenti oħrajn ta' sostenn;

4. Esperjenza professjonali f'kollegament ma' partijiet interessati internazzjonali u f'komunikazzjoni

ta' integrazzjoni;

5. Għarfien eċċellenti tal-lingwa Ingliża kemm miktuba kif ukoll mitkellma;

6. Esperjenza professjonali f'ambjent internazzjonali u multikulturali. Ta' vantaġġ

1. Esperjenza professjonali f'pożizzjoni relatata mal-obbligi msemmija hawn fuq f'Istituzzjoni Ewropea, Aġenzija Ewropea jew Korp Ewropew;

2. Grad postuniversitarju miksub f'qasam rilevanti għall-kompiti u l-obbligi imsemmija hawn fuq;

3. Familjarità mas-sistema tal-akkwist pubbliku tal-UE u l-immaniġġjar tal-kuntratti;

4. Esperjenza ta' xogħol f'pajjiżi terzi, preferibbilment fil-Punent tal-Balkani u/jew fit-Turkija;

5. Għarfien tal-lingwi: Serb u Kroat/Albaniż/Tork. Jekk jintgħażlu għal intervista, fl-intervista l-kandidati se jiġu wkoll ivvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

1. Għarfien tal-politiki u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-asil, b'mod partikolari kif inhuma relatati mad-Dimensjoni Esterna tas-CEAS;

2. Esperjenza ta' mmaniġġjar ta' proġetti, inkluża l-kapaċità tal-immaniġġjar u l-koordinazzjoni ta'

diversi proċessi simultanji;

3. Ħiliet eċċellenti fl-ippjanar u fis-solvien ta' problemi u l-kapaċità li jipprijoritizzaw ix-xogħol u li jiksbu riżultati anki meta jkunu taħt pressjoni;

4. Attenzjoni għad-dettall, kunfidenzjalità, integrità u diskrezzjoni;

5. L-abbiltà li jaħdmu b’mod effettiv f’tim multidixxiplinarju f’ambjent multikulturali u multilingwi;

6. L-abbiltà li jużaw applikazzjonijiet u tagħmir tal-uffiċċju elettroniċi (word processing,

spreadsheets, preżentazzjonijiet, komunikazzjoni elettronika, internet eċċ.);

7. Għarfien dwar il-missjoni u l-organizzazzjoni tal-EASO.

L-abilità tal-kandidat li jikkomunika bl-Ingliż miktub, u l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi relatati mal-impjieg sejrin jiġu vvalutati wkoll f'eżami bil-miktub.

Page 5: Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti ... · Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti (Aġent Kuntrattwali, FG IV) fl-Uffiċċju Ewropew ta’

4.GĦAŻLA U ĦATRA

Ir-Regolament li jipprovdi l-bażi legali għall-EASO ġie adottat f’Mejju 2010 (Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 132 tad-29.5.2010).

L-eliġibbiltà tal-kandidati sejra tiġi evalwata minn Kumitat għall-Għażla skont il-konformità mal-kriterji kollha ta’ eliġibbiltà sad-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

L-applikazzjonijiet tal-kandidati eliġibbli sejrin jiġu evalwati wkoll skont il-kriterji tal-għażla. Wara dik il-valutazzjoni, il-kandidati li huma kklassifikati l-aħjar jistgħu jiġu mistiedna għal eżami tal-kompetenza bil-miktub u għal intervista, li se ssir fil-biċċa l-kbira bl-Ingliż.

L-intervista sejra tikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:

Abbiltajiet tal-aptitudni u tal-lingwa ġenerali sal-limitu meħtieġ għall-prestazzjoni tad-doveri tagħhom skont l-Artikolu 12.2(e) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (Conditions of Employment of other Servants of the European Communities (CEOS));

Kompetenzi speċifiċi b’referenza għall-profili tal-applikanti f’konformità mal-kriterji tal-għażla ta' dan l-Avviż tal-Post Battal.

Il-kandidati mistiedna għal intervista se jkunu meħtieġa li jġibu magħhom id-dokumenti oriġinali u kopji jew kopji ċċertifikati uffiċjalment tagħhom elenkati hawn taħt:

Dokument li jagħti prova taċ-ċittadinanza tagħhom (eż passaport);

Ċertifikati li jattestaw il-kwalifiki professjonali u edukattivi tagħhom, b’mod partikolari dawk li jagħtu aċċess għall-profil in kwistjoni;

Evidenza dokumentarja tal-esperjenza professjonali tagħhom wara d-data li fiha l-kandidat ikun kiseb il-kwalifika li tagħti aċċess għall-profil in kwistjoni, li tindika b’mod ċar id-dati ta’ bidu u ta’ tlestja, kemm jekk full-time jew part-time, u n-natura tal-kompiti mwettqa.

Il-Kumitat għall-Għażla se jipproponi lista qasira tal-kandidati magħżula lill-Awtorità tal-Ħatra, li mbagħad tiddeċiedi dwar il-ħatra tal-kandidat magħżul u dwar l-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva għall-kariga rreklamata. Il-kandidati għandhom jinnotaw li l-inklużjoni fuq il-lista ta’ riżerva ma tiggarantixxix ir-reklutaġġ. Ir-reklutaġġ se jkun ibbażat fuq id-disponibbiltà tal-karigi u l-baġit.

Il-lista ta’ riżerva għal din il-kariga se tkun valida sal-31 ta’ Diċembru 2016 u tista’ tiġi estiża skont id-diskrezzjoni tal-Awtorità tal-Ħatra.

Qabel ma jiffirma l-kuntratt, il-kandidat magħżul sejjer jintalab jagħmel eżami mediku obbligatorju minn wieħed mill-uffiċjali mediċi tal-istituzzjonijiet sabiex l-EASO jkun jista' jserraħ rasu li l-kandidat jissodisfa r-rekwiżit tal-Artikolu 28(e) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

5. OPPORTUNITAJIET INDAQS

L-EASO japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċetta applikazzjonijiet mingħajr distinzjoni fuq bażi ta’ sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, fatturi ġenetiċi, lingwa, reliġjon, opinjoni politika jew kull opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.

6. KONDIZZJONIJIET TAL-IMPJIEG

Page 6: Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti ... · Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti (Aġent Kuntrattwali, FG IV) fl-Uffiċċju Ewropew ta’

L-Aġent Kuntrattwali sejjer jinħatar mid-Direttur Eżekuttiv fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Għażla u wara l-proċedura tal-għażla. Il-kandidat sejjer jiġi reklutat bħala Aġent Kuntrattwali skont l-Artikolu 3a tas-CEOS għal perjodu ta’ 24 xahar li jista’ jiġġedded. Il-kariga tal-Aġent Kuntrattwali inkwistjoni se titqiegħed fil-grupp FG IV. It-tiġdid tal-kuntratt huwa soġġett għat-tiġdid tal-għotja assenjata għall-proġett. Il-kandidati magħżula li jiġu rreklutati sejrin jgħaddu minn perjodu ta’ prova inizjali ta’ disa’ xhur. Il-ħlas għal Aġent Kuntrattwali, FG IV (pass 1) jikkonsisti minn salarju bażiku ta’ EUR 3,246.7 peżat skont il-koeffiċjent ta' korrezzjoni (għal Malta bħalissa 84.5 %) issupplimentat bi gratifiki varji, inkluż il-gratifika tal-espatrijazzjoni u tal-familja. Is-salarji tal-membri tal-persunal huma soġġetti għal taxxa tal-Komunità mnaqqsa fis-sors. Il-membri tal-persunal huma eżentati mit-taxxa nazzjonali fuq is-salarji u huma membri tal-iskemi tal-Komunità dwar is-sigurtà soċjali u l-pensjoni. Għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal temporanju jekk jogħġbok irreferi għal CEOS: - lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:1962R0031:20140101:MT:PDF. Il-post tal-impjieg huwa l-Port tal-Belt Valletta (Malta).

7. IL-PROĊEDURA TAL-APPLIKAZZJONI

Sabiex l-applikazzjonijiet ikunu validi, il-kandidati għandhom:

Jużaw u jimlew b’mod xieraq il-formola tal-applikazzjoni uffiċjali pprovduta fuq is-sit web tal-EASO

Jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom bil-posta elettronika lil: [email protected] sad-data ta' għeluq

Is-suġġett tal-ittra elettronika għandu jinkludi r-referenza ta’ dan il-post battal, segwita mill-kunjom tal-kandidat.

Applikazzjonijiet mhux kompleti sejrin jiġu skwalifikati u sejrin jiġu trattati bħala mhux eliġibbli. Il-kandidati li jużaw l-istess applikazzjoni biex japplikaw għal iżjed minn kariga waħda jiġu skwalifikati wkoll.

Jekk jogħġbok innota li l-proċess tal-għażla jista' jieħu diversi xhur.

Dokumenti ta’ sostenn (eż. kopji ċertifikati tal-lawrji/diplomi, referenzi, provi ta’ esperjenza, eċċ) m’għandhomx jintbagħtu f’dan l-istadju iżda għandhom jiġu sottomessi meta jintalbu fi stadju aktar tard tal-proċedura.

Sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-għażla, il-korrispondenza kollha għall-kandidati li tikkonċerna dan il-post battal se tkun bl-Ingliż.

Taħt l-ebda ċirkostanza m’għandhom il-kandidati javviċinaw lill-Kumitat għall-Għażla, b’mod dirett jew indirett, dwar dan ir-reklutaġġ. L-Awtorità tal-Ħatra tirriserva d-dritt li tiskwalifika lil kull kandidat li jinjora din l-istruzzjoni.

Page 7: Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti ... · Kariga Vakanti għall-kariga ta' Koordinatur tal-Proġetti (Aġent Kuntrattwali, FG IV) fl-Uffiċċju Ewropew ta’

Data ta’ għeluq:

Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija l-10 ta’ Mejju 2016 fi 13:00h, 27 ta’ Gunju 2016 fi 13:00 (Ħin ta’ Brussell). L-EASO mhuwa se jqis l-ebda applikazzjoni li tasal wara din id-data u ħin.

L-applikanti huma rrakkomandati ħafna li ma jistennewx sal-aħħar ġurnata biex jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom, minħabba li konġestjoni tal-internet jew xi difett fil-konnessjoni tal-internet jistgħu jwasslu għal diffikultajiet fis-sottomissjoni. L-EASO ma jistax jinżamm responsabbli għal kwalunkwe dewmien minħabba dawn id-diffikultajiet.

Jekk f’xi mument fil-proċedura jiġi stabbilit li hemm xi informazzjoni skorretta pprovduta mill-kandidat, il-kandidat inkwistjoni jiġi skwalifikat.

8. PROTEZZJONI TAD-DATA

L-għan tal-ipproċessar tad-data sottomessa mill-kandidat huwa li jimmaniġja l-applikazzjoni(jiet) tal-kandidat fid-dawl ta’ selezzjoni minn qabel u ta’ reklutaġġ minn qabel fl-EASO.

L-EASO ma jippubblikax l-ismijiet tal-kandidati magħżula fuq il-listi ta’ riżerva. Madanakollu, huwa possibbli li, għall-finijiet tar-reklutaġġ u ta’ skopijiet ta’ ppjanar relatati, il-membri tat-tim amministrattiv tal-EASO jista’ jkollhom aċċess għal-listi ta’ riżerva u, f’każijiet speċifiċi, għall-formola ta’ applikazzjoni ta’ kandidat (mingħajr id-dokumenti ta’ sostenn, li jinżammu b'kunfidenzjalità mid-dipartiment tal-persunal). Il-fajls tal-applikazzjoni ta' kandidati mhux reklutati jinżammu għal sentejn mid-data ta' skadenza tal-lista ta’ riżerva u wara dan iż-żmien dawn jinqerdu.

L-informazzjoni personali mitluba sejra tiġi pproċessata b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data.

9. PROĊEDURI TA’ APPELL

Jekk kandidat jikkunsidra li hu jkun ġie affettwat ħażin minn deċiżjoni partikolari, hu jista’ jressaq ilment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u s-CEOS, fl-indirizz li ġej: Id-Direttur Eżekuttiv EASO - Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil MTC Blokk A, Winemakers Wharf, Il-Port il-Kbir Valletta, MRS 1917 Malta

L-ilment għandu jitressaq fi żmien tliet xhur. Il-limitu ta' żmien għall-bidu ta’ din it-tip ta’ proċedura jibda jiddekorri minn meta l-kandidat jiġi nnotifikat bl-att li jaffettwa lilu/lilha b’mod ħażin.