1
SENA ĠUBILARI TA’ SAN ALWIĠI GONZAGA Il-Knisja qiegħda tniedi s-Sena Ġubilari ta’ San Alwiġi Gonzaga, fl-okkażjoni tal-450 sena mit-twelid tiegħu. Sa minn ċkunitu, missieru kien iħarrġu fl- armi iżda huwa ntebaħ li din ma kinitx it-triq li għandu jagħżel, u għalhekk, minkejja d-diffikultajiet li sab anke minn missieru, huwa ċaħad għall-wirt tiegħu u daħal fil-Kumpanija ta’ Ġesù biex, fi spirtu ta’ safa u ta’ umiltà, ikun ta’ servizz għall-proxxmu fl-imħabba ta’ Alla. Hu kien idur bil-morda u kien iġorr fuq spallejh il-morda bil-pesta, li mbagħad ittieħed minnha sakemm miet fl-età ta’ 23 sena. Ġie kkanonizzat mill-Papa Benedittu XIII. Għal din l-okkażjoni, l-Isqof Mons Mario Grech għamel talba lill- Penitenzerija Appostolika (fil-Vatikan) biex l-Insara fid-djoċesi jiksbu l- indulġenza plenarja u fl-istess waqt isiru midħla ta’ San Alwiġi Gonzaga u l- ispiritwalità ta’ Sant’Injazju. Din l-Indulġenza Plenarja tista’ tintrebaħ mill- 21 ta’ Ġunju 2018 sad-9 ta’ Marzu 2019, bil-kundizzjonijiet tas-soltu, jiġifieri qrara sagramentali, tqarbina u talba skont l-intenzjoni tal-Papa. Tista’ tiġi applikata wkoll b’suffraġju tal-Erwieħ tal-Purgatorju, bil- kundizzjoni li dawk li japplikaw l-indulġenza jmorru f’pellegrinaġġ fil- Knisja ta’ San Ġakbu jew fil-Knisja ta’ Manresa, fil-Belt Victoria, u jieħdu sehem fir-riti ġubilari jew għall-inqas jieqfu għal ftit ħin ta’ talb quddiem ix-xbieha ta’ San Alwiġi Gonzaga, esposta għall-qima pubblika, u jagħlqu bil-Missierna u l-Kredu u invokazzjoni lill-Verġni Marija u lil San Alwiġi Gonzaga. L-anzjani, il-morda u dawk kollha li, minħabba xi mard gravi ma jistgħux joħorġu mid-dar, jistgħu xorta waħda jirbħu l-Indulġenza Plenarja billi jindmu minn dnubiethom kollha bl-intenzjoni li ma jidinbux iżjed, iwettqu malli jkun possibbli t-tliet kundizzjonijiet tas-soltu, jingħaqdu spiritwalment maċ-ċelebrazzjonijiet ġubilari, u joffru t-talb u t-tbatijiet tal- ħajja tagħhom lil Alla l-ħanin. Billi San Alwiġi Gonzaga kien gie maħtur patrun taż-żgħażagħ, Mons. Isqof jagħmel appell biex nitolbu ħalli, bl-interċessjoni ta’ dan il-qaddis, is- Sinodu taż-Żgħażagħ li se jsir f’Ottubru li ġej iħalli l-frott mixtieq u anki jinbtu iktar vokazzjonijiet għall-ħajja saċerdotali u reliġjuża. Il-Ħadd 16.9.18 | 6:30am Vitorja, Toni u Manwel Grech. 7:45am Pawlu u Kelina Grech. 9:00am Konventwali - Ferdinandu, Tereżina u Kostantina Camilleri. 10:30am Ġużepp u Rita Magro. 12:00pm Jason u Emanuel Gatt. 6:00pm Francis, Mary u Domenic Grech. 7:15pm Salvu Galea. It-Tnejn 17.9.18 | 6:15am Mons. Ġużeppi Azzopardi u l-Familja (Fund. Kapit.). 7:00am Konventwali. 8:00am Carmelo Farrugia. 6:00pm Mimi, George Theuma u Neville Bajada. 7:15pm Grace u Laurence Cutajar. It-Tlieta 18.9.18 | 6:15am MaryAnne Grech. 7:00am Konventwali. 8:00am Salvu Galea. 6:00pm Ġużepp u Ċensa Xerri. 7:15pm Ġuża Vella. L-Erbgħa 19.9.18 | 6:15am Pawlu u Marija Sultana. 7:00am Konventwali. 8:00am Joseph Schembri. 6:00pm M’Angelo u Marija Camilleri. 7:15pm Karlu u Marija Vella. Il-Ħamis 20.9.18 | 6:15am Mary, George u Petrina Vella (Legat. Parr). 7:00am Konventwali. 8:00am George Xuereb. 6:00pm Francesca, Marija u Ġina Tabone. 7:15pm Dr Michael Grech. Il-Ġimgħa 21.9.18 | 6:15am Mons. Arċid. Giovanni B Gauci. 7:00am Konventwali. 8:00am, 6:00pm u 7:15pm Kelinu Zammit. Is-Sibt 22.9.18 | 6:15am Mons. Ġużeppi Gauci (Fund. Kapit.). 7:00am Konventwali. 8:00am Ġużepp, Ċensa Xerri u l-Familja Saliba. 6:00pm Elija Mercieca. 7:15pm Vivienne u Louis Abela. KNISJA KATIDRALI TAL-ASSUNTA - GĦAWDEX L-UFFIĊĊJU PARROKKJALI, PJAZZA TAL-KATIDRAL, -ĊITTADELLA GĦAWDEX. VCT 1822 | t: 2155 4101 (uffiċċju) / 2155 6087 (knisja) | E: [email protected] | w: www.gozocathedral.org | f: www.facebook.com/gozocathedral/ | ĦINIJIET TAL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (filgħaxija) 5:00-7:00pm | ARĊIPRIET: 7993 5314 AGĦTIHOM, MULEJ, IL-MISTRIEĦ TA’ DEJJEM ... Il-Familja Meilak toffri €20 għall-ispejjeż ta’ dan il -bullettin b’suffraġġju tal -għażiż tagħhom Mons. Arċid. Giovanni B. Gauci. Niftakru fih fit-talb tagħna. SEJĦA GĦALL-KARITÀ ... hemm aktar ferħ f’li wieħed jagħti milli jirċievi! Nagħmlu sejħa biex inwettqu karità mal -familji li huma fil-bżonn. Barra oġġetti tal -ikel għandna bżonn Baby Formula Milk tad-ditta 'Bebelec EC'. Neħtieġu wkoll saqqu ta' cot kif ukoll uniformijiet second hand tal-Gozo College. L-oġġetti tal -ikel jitħallew fil -kaxxa tal- Food Bank ħdejn in-niċċa tar-Redentur waqt li l-uniformijiet jitħallew l -uffiċċju parrokkjali. Nappellaw lil kulħadd biex jgħin kif jista’ u kemm jista’. Dak li nagħmlu mal -fqir, qegħdin nagħmluh ma’ Kristu nnifsu, u nkunu naħżnu teżori fis-sema! ĦARĠA BIT-TREN GĦALL-ANZJANI Nhar it-Tlieta 18 ta’ Settembru. It-tren titlaq minn quddiem il-każin tal-Banda Leone fid-8:45 am. Il-programm jinkludi quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja tal-Patrijiet Kapuċċini, ħin liberu fix-Xlendi u light refreshments fil-Country Terrace fl-Imgarr. Ħlas ta’ €7. Inħeġġu lil ħafna anzjani u romol biex jattendu.

KATIDRALI TAL-ASSUNTA - GĦAWDEX - … · L Settembru. It SENA ĠUBILARI TA’ SAN ALWIĠI GONZAGA Il-Knisja qiegħda tniedi s-Sena Ġubilari ta’ San Alwiġi Gonzaga, fl-okkażjoni

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: KATIDRALI TAL-ASSUNTA - GĦAWDEX - … · L Settembru. It SENA ĠUBILARI TA’ SAN ALWIĠI GONZAGA Il-Knisja qiegħda tniedi s-Sena Ġubilari ta’ San Alwiġi Gonzaga, fl-okkażjoni

SENA ĠUBILARI TA’ SAN ALWIĠI GONZAGA

Il-Knisja qiegħda tniedi s-Sena Ġubilari ta’ San Alwiġi Gonzaga, fl-okkażjoni tal-450 sena mit-twelid tiegħu. Sa minn ċkunitu, missieru kien iħarrġu fl-armi iżda huwa ntebaħ li din ma kinitx it-triq li għandu jagħżel, u għalhekk, minkejja d-diffikultajiet li sab anke minn missieru, huwa ċaħad għall-wirt tiegħu u daħal fil-Kumpanija ta’ Ġesù biex, fi spirtu ta’ safa u ta’ umiltà, ikun ta’ servizz għall-proxxmu fl-imħabba ta’ Alla. Hu kien idur bil-morda u kien iġorr fuq spallejh il-morda bil-pesta, li mbagħad ittieħed minnha sakemm miet fl-età ta’ 23 sena. Ġie kkanonizzat mill-Papa Benedittu XIII.

Għal din l-okkażjoni, l-Isqof Mons Mario Grech għamel talba lill-Penitenzerija Appostolika (fil-Vatikan) biex l-Insara fid-djoċesi jiksbu l-indulġenza plenarja u fl-istess waqt isiru midħla ta’ San Alwiġi Gonzaga u l-ispiritwalità ta’ Sant’Injazju. Din l-Indulġenza Plenarja tista’ tintrebaħ mill-21 ta’ Ġunju 2018 sad-9 ta’ Marzu 2019, bil-kundizzjonijiet tas-soltu, jiġifieri qrara sagramentali, tqarbina u talba skont l-intenzjoni tal-Papa. Tista’ tiġi applikata wkoll b’suffraġju tal-Erwieħ tal-Purgatorju, bil-kundizzjoni li dawk li japplikaw l-indulġenza jmorru f’pellegrinaġġ fil-Knisja ta’ San Ġakbu jew fil-Knisja ta’ Manresa, fil-Belt Victoria, u jieħdu sehem fir-riti ġubilari jew għall-inqas jieqfu għal ftit ħin ta’ talb quddiem ix-xbieha ta’ San Alwiġi Gonzaga, esposta għall-qima pubblika, u jagħlqu bil-Missierna u l-Kredu u invokazzjoni lill-Verġni Marija u lil San Alwiġi Gonzaga.

L-anzjani, il-morda u dawk kollha li, minħabba xi mard gravi ma jistgħux joħorġu mid-dar, jistgħu xorta waħda jirbħu l-Indulġenza Plenarja billi jindmu minn dnubiethom kollha bl-intenzjoni li ma jidinbux iżjed, iwettqu malli jkun possibbli t-tliet kundizzjonijiet tas-soltu, jingħaqdu spiritwalment maċ-ċelebrazzjonijiet ġubilari, u joffru t-talb u t-tbatijiet tal-ħajja tagħhom lil Alla l-ħanin.

Billi San Alwiġi Gonzaga kien gie maħtur patrun taż-żgħażagħ, Mons. Isqof jagħmel appell biex nitolbu ħalli, bl-interċessjoni ta’ dan il-qaddis, is-Sinodu taż-Żgħażagħ li se jsir f’Ottubru li ġej iħalli l-frott mixtieq u anki jinbtu iktar vokazzjonijiet għall-ħajja saċerdotali u reliġjuża.

Il-Ħadd 16.9.18 | 6:30am Vitorja, Toni u Manwel Grech. 7:45am Pawlu u Kelina Grech. 9:00am Konventwali - Ferdinandu, Tereżina u Kostantina Camilleri. 10:30am Ġużepp u Rita Magro. 12:00pm Jason u Emanuel Gatt. 6:00pm Francis, Mary u Domenic Grech. 7:15pm Salvu Galea. It-Tnejn 17.9.18 | 6:15am Mons. Ġużeppi Azzopardi u l-Familja (Fund. Kapit.). 7:00am Konventwali. 8:00am Carmelo Farrugia. 6:00pm Mimi, George Theuma u Neville Bajada. 7:15pm Grace u Laurence Cutajar. It-Tlieta 18.9.18 | 6:15am MaryAnne Grech. 7:00am Konventwali. 8:00am Salvu Galea. 6:00pm Ġużepp u Ċensa Xerri. 7:15pm Ġuża Vella. L-Erbgħa 19.9.18 | 6:15am Pawlu u Marija Sultana. 7:00am Konventwali. 8:00am Joseph Schembri. 6:00pm M’Angelo u Marija Camilleri. 7:15pm Karlu u Marija Vella. Il-Ħamis 20.9.18 | 6:15am Mary, George u Petrina Vella (Legat. Parr). 7:00am Konventwali. 8:00am George Xuereb. 6:00pm Francesca, Marija u Ġina Tabone. 7:15pm Dr Michael Grech. Il-Ġimgħa 21.9.18 | 6:15am Mons. Arċid. Giovanni B Gauci. 7:00am Konventwali. 8:00am, 6:00pm u 7:15pm Kelinu Zammit. Is-Sibt 22.9.18 | 6:15am Mons. Ġużeppi Gauci (Fund. Kapit.). 7:00am Konventwali. 8:00am Ġużepp, Ċensa Xerri u l-Familja Saliba. 6:00pm Elija Mercieca. 7:15pm Vivienne u Louis Abela.

KNISJA KATIDRALI TAL-ASSUNTA - GĦAWDEX L-UFFIĊĊJU PARROKKJALI, PJAZZA TAL-KATIDRAL, IĊ-ĊITTADELLA GĦAWDEX. VCT 1822 | t: 2155 4101 (uffiċċju) / 2155 6087 (knisja) | E: [email protected] |

w: www.gozocathedral.org | f: www.facebook.com/gozocathedral/ | ĦINIJIET TAL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (filgħaxija) 5:00-7:00pm | ARĊIPRIET: 7993 5314

AGĦTIHOM, MULEJ, IL-MISTRIEĦ TA’ DEJJEM ... Il-Familja Meilak toffri €20 għall-ispejjeż ta’ dan il-bullettin

b’suffraġġju tal-għażiż tagħhom Mons. Arċid. Giovanni B. Gauci.

Niftakru fih fit-talb tagħna.

SEJĦA GĦALL-KARITÀ ... hemm aktar ferħ f’li wieħed jagħti milli jirċievi! Nagħmlu sejħa biex inwettqu karità mal-familji li huma fil-bżonn. Barra oġġetti tal-ikel

għandna bżonn Baby Formula Milk tad-ditta 'Bebelec EC'. Neħtieġu wkoll saqqu ta' cot

kif ukoll uniformijiet second hand tal-Gozo College. L-oġġetti tal-ikel jitħallew fil-kaxxa tal-

Food Bank ħdejn in-niċċa tar-Redentur waqt li l-uniformijiet jitħallew l-uffiċċju parrokkjali.

Nappellaw lil kulħadd biex jgħin kif jista’ u kemm jista’. Dak li nagħmlu mal-fqir, qegħdin

nagħmluh ma’ Kristu nnifsu, u nkunu naħżnu teżori fis-sema!

ĦARĠA BIT-

TREN GĦALL-

ANZJANI Nhar it-Tlieta 18 ta’

Settembru. It-tren

titlaq minn quddiem

il-każin tal-banda

Leone fid-8:45am. Il-

programm jinkludi

quddiesa fis-

Santwarju tal-

Madonna tal-Grazzja

tal-Patrijiet Kapuċċini,

ħin liberu fix-Xlendi u

light refreshments fil-

Country Terrace fl-

Imgarr. Ħlas ta’ €7.

Inħeġġu lil ħafna

anzjani u romol biex

jattendu.

ĦARĠA BIT-TREN

GĦALL-ANZJANI Nhar it-Tlieta 18 ta’

Settembru. It-tren titlaq

minn quddiem il-każin

tal-Banda Leone fid-8:45

am. Il-programm jinkludi

quddiesa fis-Santwarju

tal-Madonna tal-Grazzja

tal-Patrijiet Kapuċċini,

ħin liberu fix-Xlendi u light

refreshments fil-Country

Terrace fl-Imgarr. Ħlas ta’

€7. Inħeġġu lil ħafna

anzjani u romol biex

jattendu.