21
KURRENTI ::: Ħarġa № 15 DIĊEMBRU 2010 KURRENTI paġna 1 F’din il-ħarġa ..... Editorjal ARTIKLI ĠODDA F’DIN IL-ĦARĠA... LC : il-Komunitajiet tagħna ST : Żmien ta’ l-Ħidma MSSP Il-Kebbies : is-Sens tal- Milied ĊAMYouths’ Got Talent WYD 2011 : l-Aħħar aħbarijiet Maligayang Pasko EU : Proġett ta’ Asif town -Żagħżugħ tas-Sena REEL Time Konnekxins : Ħarsa lejn il-Passat, Preżent u l- Futur ritrattRAKKONT Aqra aktar f’paġna 9 >>> Aqra aktar f’paġna 13 >>> Aqra aktar f’paġna 20 >>> Aqra aktar f’paġna 17 >>> Hello ħbieb, wasalna għal ħarġa oħra ta' Kurrenti. L-aħħar waħda għal din is-sena! Bħal dejjem ħarġa mimlija b'artikli li jolqtu il-gosti ta' kulħadd. Nixtieq nieħu din l- opportunità biex nirringrazzja lil dawk kollha li matul din is-sena taw il-kontribut tagħhom biex Kurrenti jibqa' jinforma lilkom il-membri ta' ĊAMYouths b'dak kollu li għaddej, fosthom lil kull min jikteb l-artikli, il-qarrejja tal-provi u lil sħabi t-tim ta' Konnekxins inkluż il- membru ġdid tagħna Clifton Azzopardi (Crossroads). F'isem it- tim kollu tagħna nixtiqilkom ilkoll Milied ħieni u Sena ġdida mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbkom! Awguri! Geraldine xxx

Kurrenti

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Publication of Camyouths

Citation preview

Page 1: Kurrenti

KURRENTI ::: Ħarġa № 15 DIĊEMBRU 2010

KURRENTI paġna 1

F’din il-ħarġa .....

Editorjal

ARTIKLI ĠODDA F’DIN IL-ĦARĠA...

LC : il-Komunitajiet tagħna

ST : Żmien ta’ l-Ħidma

MSSP

Il-Kebbies : is-Sens tal-Milied

ĊAMYouths’ Got Talent

WYD 2011 :

l-Aħħar aħbarijiet

Maligayang Pasko

EU : Proġett ta’ Asif town

Iż-Żagħżugħ tas-Sena

REEL Time

Konnekxins : Ħarsa lejn il-Passat, Preżent u l-Futur

ritrattRAKKONT

Aqra aktar f’paġna 9 >>>

Aqra aktar f’paġna 13 >>>

Aqra aktar f’paġna 20 >>>

Aqra aktar f’paġna 17 >>>

Hello ħbieb,wasalna għal ħarġa oħrata' Kurrenti. L-aħħarwaħda għal din is-sena! Bħal dejjem ħarġamimlija b'artikli li jolqtuil-gosti ta' kulħadd. Nixtieq nieħu din l-opportunità biexnirringrazzja lil dawkkollha li matul din is-senataw il-kontribut tagħhombiex Kurrenti jibqa' jinforma lilkom il-membrita' ĊAMYouths b'dakkollu li għaddej, fosthomlil kull min jikteb l-artikli, il-qarrejja tal-provi u lilsħabi t-tim ta' Konnekxins inkluż il-membru ġdid tagħnaClifton Azzopardi(Crossroads). F'isem it-tim kollu tagħnanixtiqilkom ilkoll Miliedħieni u Sena ġdidamimlija b'dak kollu litixtieq qalbkom! Awguri!

Geraldine xxx

Page 2: Kurrenti

KURRENTI

KURRENTI paġna 2

LEADERSHIP COMMITTEE

Jiktbu Audrey, Doreen, Adrian, Etienne u Fr.Karm

Dan l-aħħar aħna bdejna nduru l-komunitajiet kollha fi ħdan ĊAMYouths. Din qed tkun

esperjenza sabiħa ferm, li lilna qed ittina fuq xiex naħsbu imma ukoll qed inkomplu nagħrfukemm hemm sabiħ fil-komunitajiet u l-membri tagħna, kif ukoll f’dak kollu li nagħmlu.Waħda mill-mistoqsijiet li qed ikollna f’dawn il-laqgħat hija t-talba biex nagħtu definizzjoni ta’ĊAMYouths u dak li jsir fi ħdan ĊAMYouths. Il-problema tiġi għax kif ħa tispjega eżatt dak kolluli jiġri fil-ħajja tal-komunità u fil-ħajja ta’ ĊAMYouths speċjalment mad-dinja ta’ barra? Il-mistoqsija hija interessanti ukoll għax turi li hemm tfittxija ta’ indentità partikolari. Tweġibagħal din il-mistoqsija m’hiex faċli għax diffiċli tispjega fi ftit kliem dak kollu li hu ĊAMYouths.Post tajjeb minn fejn wieħed jibda jfittex hu l-istatut li sa mill-ewwel paragrafu jiddeskrivi fit-tulx’inhu ĊAMYouths.

Għalkemm ĊAMYouths għandu għan preċiż li jħaddan nies li jitrawmu fi tfittxija ta’ għixienkomunitarju, spiritwali u ta’ servizz lill-fqir, il-mod kif jitħaddnu dawn il-valuri huwa differentigħal kull komunità. Nixtiequ hawn infakkru kemm hu sabiħ li ĊAMYouths jibqa jkun post fejnnies differenti u diversi jiltaqgħu, jgħixu, jitolbu, jaħdmu u jaqsmu flimkien. Kemm hu sabiħ liaħna komunitajiet li ma nibżgħux nistaqsu u li nfittxu l-verità, li aħna nies li ma naċċettawx l-affarijiet b’mod faċli imma nkunu rridu mmorru iktar fil-qiegħ biex verament ngħixu dak li jkunuqed iwaslulna l-komunitajiet tagħna. Kemm hu sabiħ, għalkemm diffiċli, li kull komunità ssib il-mod tagħha kif tgħix il-ħajja spiritwali, komunitarja u ta’ servizz mingħajr ma hemm modwieħed li jista’ joħnoq iktar milli jagħti spazju.

Ejja ħalli nkomplu ngħixu din l-isbuħija li xi kultant hi diffiċli li tiddefinixxiha.Nixtiequ il-Milied hieni u s-Sena l-Ġdida mill-isbaħ lil kulħadd!

Page 3: Kurrenti

KURRENTI

KURRENTI paġna 3

tikteb Sharon Vassallo

SUPPORT TEAM

Għeżież ħbieb tiegħi,

Bħala membru f’Support Team dan hu l-ewwel artiklu tiegħi għalfuq Kurrenti. Biex nintroduċi naqra lili nnifsi għal dawk li forsi ma

jafunix, jien nagħmel parti mill-komunita` Amistad u għandi 28 sena. Ili nagħmel parti minn ĊAMYouths għal dawn l-aħħar 4

snin issa, fejn il-ħajra prinċipali li kelli biex inkun parti minnkomunita’ f’ĊAMYouths bdiet permezz ta’ esperjenzi ta’ volontarjat li għamilt ġewwa Napli fl-2005 u fl-2006 fejn

apprezzajt il-ħajja f’komunita’.

Support Team bħalissa għaddej bil-ħidma tiegħu fuq fejn jidħluoutreaches, u attivitajiet oħra fejn flimkien ma’ l-Activity Teamqed jiġu diskussi l-opportunitajiet. Ġiet organizzata attivita’ bejnSupport Team u Activity Team bħala team building fejn morna biħġarna ghand Puttinu Cares inżejnu l-ward tagħhom. Kienetesperjenza sabiħa fejn kulħadd għamel l-għalmu tiegħu biex dinl-attivita’ tkun suċċess. Filfatt, għas-sena 2011, għandna ħsiebbiex aktar attivitajiet simili jiġu organizzati ma'organizzazzjonijiet oħra u jkunu miftuħa għal ĊAMYouths kollu,biex b'hekk nżommu ukoll mat-tema ta' ĊAMKamp 2010"Crossing Bridges". Ma nistax ma nsemmix il-Carol singing li sarfl-isptar Mater Dei fejn din l-okkażjoni kienet miftuħa għalmembri ta’ ĊAMYouths. Ma ninsewx ukoll il-quddies tal-Milied liħa ssir ġewwa il-kappella Depiro, r-Rabat, fl-10.30pm. Wara l-quddiesa ħa jsir party bit-tema "Don't save it all for ChristmasDay" fil-canteen tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl. Permezzta’ dawn it-tliet attivitajiet, f'dawn iż-żminijiet tal-Milied ħankunu qed nesperjenzaw ukoll it-tliet valuri prinċipali ta'ĊAMYouths li huma Missjoni, Spiritwalita’ u Komunita’.F’dan iż-żmien tal-Milied kulħadd ikun impenjat u kulħadd ikungħaddej b’ħafna attivitajiet. Għalija dan iż-żmien hu żmien ta’ferħ u għaqda. Nżommu f’moħħna wkoll lil dawk in-nies li forsigħalihom ma jkunx tant żmien sabiħ u għalhekk għandnaniftakru naqra fihom ukoll.Nixtieq infakkarkom li jekk hemm xi ħadd li hu interessat lijagħmel parti mill-Activity Team, il-bibien huma dejjem miftuħingħal kulħadd. Kull ma tridu tagħmlu huwa li tavviċinaw lil LisaCamilleri tal-Crossroads!Sadanittant, jien min-naħa tiegħi nsellmilkom u nawguralkom il-festi it-tajba u dak kollu li tixtieq qalbkom għas-sena li ġejja!

Page 4: Kurrenti

KURRENTI

KURRENTI paġna 4

MSSP

Fid-19 ta' Jannar 1973,

is-Soċjeta' Missjunarja

ta' San Pawl tiġi

magħrufa uffiċjalment

mill-Vatikan bħala

Ordni Reliġjuż

Pontifiċju.

Page 5: Kurrenti

KURRENTI

KURRENTI paġna 5

IL-KEBBIES

jikteb Fr.Karm Debattista mssp

Kull sena nissuspetta li l-Milied qed jibda aktar kmieni mis-

soltu, isir dejjem aktar kummerċjali u dejjem anqas reliġjuż. Jidher li qed jitlef is-sens vera tiegħu. Allura x’nagħmlu? Inneħħuh la ma jistax jerġa' jmur lura għal li kien? Ngħidu liaħjar il-flus li naħlu fir-rigali u d-divertiment nagħtuhom il-foqra, u hekk noħorġu aktar sens fil-Milied?Imma rridu noqgħodu attenti biex ma nagħmlux dak li l-Ingliżijgħidu: to throw out the baby with the bath water – kważib’mod litterali. Għaliex għalkemm m'għadhiex festa daqshekkreliġjuża xorta hi festa b’ħafna aspetti pożittivi u jekk inkunugħaqlin nistgħu nagħtuhom aktar sens.U għalfejn għandna nagħmlu dan? Għas-sempliċi raġuni liaħna bħala bnedmin għandna niċċelebraw, nifirħu, u jkollingħid nitbellħu xi ftit kultant; li nerġgħu niskopru li għandnanaqsmu l-ferħ mal-oħrajn aktar milli nibqgħu bierdamagħhom.Hemm żminijiet fis-sena li huma hemm għall-ferħ, għall-familja, għall-ħbieb, għat-tiżjin, għal ikla tajba, u jkolli ngħidukoll: għal naqra ħela – anke Ġesù jċanfar l-appostli għaxskandalizzaw ruħhom bil-mara li ħliet il-fwieħa fuq riġlejh u bisithomlu. U jgħidilhom: "il-fqar dejjem magħkom", immallum mument li niċċelebraw. Il-Milied hu dan iż-żmien ta’ festa.

Il-Milied hu ċelebrazzjoni festiva, ċelebrazzjoni ta’ fidi u tama. Li tiċċelebra l-Milied b’ħafna tiżjin, u dawl, u ferħ u enerġijahu, ppermettili ngħid, att profetiku. Hu espressjoni ta’ fidi u tama. Għax għalkemm jidher li tlifna s-sens oriġinali tal-Milied, min jiċċelebra, jorganizza parties, jagħti r-rigali, jiekolid-dundjan, u jdoqq il-carols, u kull tip ta’ festività, qiegħedjgħid li aħna mhux qegħdin hawn f’din id-dinja ta’ mrar jewwied ta’ dmugħ għal dejjem. Ser jiġi żmien li ser niċċelebrawhekk għal eternità sħiħa u allura f’dan iż-żmien infakkru ’l xulxin li għad jiġi dan iż-żmien li għalissa niċċelebrawh bissgħal żmien qasir. Kull ċelebrazzjoni hi espressjoni ta’ fidi u tama għal dak li Alla ħejjielna għall-kumplament tal-eżistenzatagħna. U l-Milied hu profetiku anke' bħala żmien ta’ divertiment biss.

Page 6: Kurrenti

KURRENTI

KURRENTI paġna 6

jiktbu ROWENA u DORIANNE

“Il-ħolma tiegħi hija li fis-26

ta’ Frar 2012, f’għeluq is-26

sena tiegħi, niġri l-full Malta

Marathon, distanza ta’ 26.2

mil. Wara dik min jaf xi jkun

imiss...għad-differenza mit-

tlielaq, fil-ħolm ”there is no

finish line.”

Mark Anthony Sammut Atleta

Meta qaluli biex nikteb fuq “it-talent tiegħek tal-ġiri”, l-

ewwel reazzjoni tiegħi kienet: “Imma dan mhux talent!” Jekktalent tifhimha bħala don li twelidt bih, dan żgur li mhux il-każ. Sa Novembru tas-sena l-oħra, apparti ż-żmien li għamiltnitrenja l-football, l-unika ġirja li kont għamilt f’ħajti kienet1500m fi Sports Day tas-sekondarja, u kien minn għalija li dikkienet long run.Minħabba li kont qed nagħmel il-President’s Award is-sena l-oħra, ridt nibda nipprattika xi sports darba fil-ġimgħa, u jienu ħabib tiegħi ddeċidejna li nibdew immorru niġru unippreparaw għall-ġirja mal-President għall-Istrina tas-sena l-oħra. L-ewwel darba għamilna jog ta’ 4km, u konna ħammutu. Però bil-mod il-mod bdejna nżidu d-distanza, ntejbul-ħin, u nistaqsu ‘l hawn u nfittxu ‘l hemm għamilna speċi ta’programm ta’ taħriġ, u dil-ġirja għamilnieha. U minn hemmnista’ ngħid li dan l-isport xorobna u sirt ma ngħaddixmingħajru.Fis-sajf tħajjart nipprova t-triathlon, minħabba li l-ġiri jonqosfis-sħana u tlielaq ma jkunx hemm. L-għawm kienet sfida.Ma kelli l-ebda idea tat-teknika u l-ewwel darba li mort il-pool kont nieqaf nistrieħ ma’ kull 25m wara li nkun blajtxebgħa ilma. Sal-aħħar tas-sajf irnexxieli nieħu sehem fiSprint Triathlon. F’Novembru li għadda, sena eżatt wara libdejt, ħadt sehem f’nofs maratona u ftit wara fil-MaltaInternational Marathon Challenge, li kienet esperjenza tal-ġenn fejn tagħmel 3 ijiem tiltaqa’ mal-istess atleti, kulħaddbit-tir li jtejjeb lilu nnifsu, jegħleb l-uġiegħ, u jegħleb ġisem lijibda jokrob biex jieqaf.Nittrenja mal-ħames darbiet fil-ġimgħa; kuljum jekk tkunġejja triathlon minħabba li trid tipprepara għal tliet sportsdifferenti: għawm, rota u ġiri. Nimxi mal-programm linagħmel għalija nnifsi jkun xi jkun, xita u sħana, ankè jekkġieli jkolli nqum fil-5.30am biex indaħlu fil-ġurnata tiegħi linormalment tkun pjuttost mimlija. Għalija l-ħin li noħroġniġri sar il-ħin tal-ġurnata fejn nieqaf, nimmedita u nirreflettifuq dak li nkun għaddej minnu, il-ħin li jfejjaqni minn ċertuħsibijiet negattivi, li jlaqqagħni man-natura, il-ħin fejn nitlobu niltaqa’ miegħi nnifsi għal kwiet, mingħajr mobiles xijtellfuni jew emails x’nirrispondi.

Page 7: Kurrenti

KURRENTI

KURRENTI Paġna 7

Renzo Kerr Cumbo Kowċ

Jekk għandi naħseb għaliex ninsab hawn illum il-ġurnata,

ikolli nħares ħafna lura u niftakar ħafna memorji zgħar ligħamlu d-differenza. Tinstema’ tad-daħq imma l-kartunsfamuż Holly e Benji kellu impatt tant kbir fuqi; li ta' madwardisa’ snin, f'familja li ma tafx tispelli l-kelma sport, għażilt linibda nittrejnja l-futbol. Minn hemm, għamilt għaxar sninnilgħab dan l-isport, b'sodisfazzjon li anke wassalni għal-trial man-nazzjonal tal-taħt it-tmintax-il sena u ankeddebuttajt fit-tielet diviżjoni ta' ħmistax-il sena. Barra l-futbol lgħabt diversi sports fuq livell kompetittiv. Hawnniftakar lill-mibki Michael Aquilina, li ntroduċieni għall-logħba tal-handball fl-età ta' tlettax-il sena, f'liema sport,f'sentejn biss spiċċajt, mingħajr naf kif, man-nazzjonal tal-kbar. Dan l-isport wassalni biex inwaqqaf kull sport ieħor ugħalhekk ta' dsatax-il sena bdejt nikkowċja l-futbol billi kontwaqaft nilgħab propju dik is-sena biex nikkonċentra fuq il-

handball.

Minn hemm ikkowċjajt ma’ diversi nurseries filwaqt likomplejt nilgħab handball sal-età ta’ 26 sena. L-injury u n-nuqqas ta' motivazzjoni li nerġa’ lura lejn il-logħba tal-handball, impenji bħad- degree, l-LC, id-drama u oħrajnkienu qed jieħdu preċedenza fuq il-handball; u anke fuq il-kowċing. Is-sena 2008 donnu kienet sinjal li jien għandinerġa’ nibda nikkowċja. Head coach ta' nursery lokalitalabni nibda nikkowċja l-Under 15's tal-istess nurseryfilwaqt li l-ħabib tagħna Kenneth Fiteni talabni nibdanikkowċja Trampi FC. Dħalt għat-tnejn li huma b'serjetàkbira. Fl-istess sena, waqt li kont qed nikkonsidra nibdiex il-Masters, nirrealizza li f'Università fl-Ingilterra joffru Mastersfil-kowċing u għażilt li nidħol għalih. Tgħiduli, dan mhuxqed titkellem fuq it-talent, imma fuq l-istorja ta'ħajtek. Filfatt dak hu propju l-punt. Jien ma naħsibx li tabibisir tabib għaliex jagħraf li għandu talent, imma għax iċ-ċirkustanzi u l-għażliet tiegħu iwassluħ hemm. Iċ-ċirkustanzi ta' ħajti, l-għażliet li għamilt wassluni biex illumil-ġurnata qed ninvesti bil-kbir fil-kowċing u nammetti ilbħalissa naraha bhala l-professjoni li nixtieq ngħix fiha.

Dan l-aħħar wara li spiċċajt eżami, plejer minn tiegħi saqsieni kif mort. Ir-risposta kienetsempliċi u reali: “Ma nafx ħabib. Naf ħaġa waħda. Jekk ma ngħaddix minn dan l-eżami,għażilt il-professjoni l-ħażinà.” Mhux l-istess jgħid l-istudent tal-mediċina jekk jeħel fl-ewwelsena tiegħu? Ikolli nammetti li jien minix iktar minn kowċ fl-ewwel sena tiegħi. Li naf huessenzjali, imma dak li ma nafx hu bil-wisq iktar importanti. Għalhekk, l-għan huwa wiehed:dak li nitgħallem iktar u naħdem bis-serjetà. Iċ-ċirkustanzi u d-deċiżjonijiet tal-futur biss serjgħiduli finalment din il-professjoni hix talent ukoll. Għalissa hija biss għażla.

Page 8: Kurrenti

KURRENTI

paġna 8

JEKK TRID TKUN TAF MUR F’PAĠNA 21 >>>

Page 9: Kurrenti

KURRENTI

KURRENTI paġna 9

Jiktbu Fr.Stephen Mifsud u Br.Bernard Falzon ESPERJENZI

Dan il-Milied huwa t-tieni wieħed tiegħi fil-

Filippini. L-ewwel wieħed kien fis-sena 2000u nassigurakom li ma kinetx esperjenzafaċli. Għalkemm it-tiżjin ma jonqosx u l-kanttal-Milied tibda tisimgħu sa mill-1 ta’Settembru, għall-missjunarju il-Milied hużmien iebes biex tgħixu, speċjalment jekktkun fil-bidu, il-bogħod mill-familja u l-ħbieb,u fi sħana sajfija. Fl-istess ħin inħoss li jista’jkun speċjali kif kien speċjali t-twelid ta’Ġesu. Għal Marija u Ġużeppi, it-twelid tat-tarbija tagħhom żgur ma kienx faċli … il-bogħod mir-raħal tagħhom ta’ Nazareth, il-bogħod mill-familja u l-ħbieb f’mument tantdelikat. U dan li qed nitlob f’dan it-tieniMilied tiegħi: li din il-festa li tfakkar twelidhekk umli u diffiċli imma fl-istess ħin speċjali,tkun għalija żmien fejn nesperjenza il-verusens tal-Milied… it-tama u l-ferħ fil-MulejĠesu, Alla magħna. Għal grazzja t’Alla din is-sena minix waħdi għax hawn komunita’ ħajjau żagħżugħa.

FR.STEPHEN MIFSUD mssp

Il-Milied fil-Filippini … jibda f’Settembru u ma

jispiċċa qatt! Nixtieq naqsam magħkom żewġesperjenzi żagħar.

Tradizzjoni fost il-Filipinos fi żmien il Milied hija ligħal 9 ijiem qabel il-Milied tiġi ċċelebrata quddiesaspeċjali filgħodu kmieni. Jissejħu Simbang Gabi(dawn mass) u jibdew għal madwar l-4:00am. Il-Milied li għadda, bejn b’kurżita u bejn għax stedinniħabib, għamilt sforz u qomt kmieni. Ltqajt miegħu xisiegħa qabel għax qalli li ma nsibux siġġu … kelluraġun għax konna minm tal-aħħar li sibna post bil-qiegħda. Il-knisja kompliet timtela … kulħadd poġġafejn seta’, u min ma setax baqa’ bil-wieqfa. Nies mill-isquatters, morda, sinjuri, tfal, familji. Qatt ma kontrajt il-knisja mimlija daqshekk, l-anqas fil-Ħdud!Forsi għal ħafna hija biss tradizzjoni, biss forsi tfisseraktar min hekk … tal-anqas għalija, qalb ir-rassa fl-erbgħa ta’ filgħodu, fissret ħafna.

Il-festa tal Milied, ta’ Ġesu bambin, mhux ċċelebratabiss fil-25 ta Diċembru. Tissejjaħ bħala d-devozzjonilejn Santo Niño, devozzjoni impurtata mil-missjunarji ewropej fis-seklu sittax. Personalmentma jolqtunix ħafna d-devozzjonijiet … qatt ma kienuparti mill-mod kif nesprimi l-fidi tiegħi. Pjuttost forsiinħares lejn id-devozzjonijiet bħala prodott ta’ fidisempliċi, tat-tfal - xi ħaġa li kbirt minnha! Iżda SantoNiño wrieni li kont żbaljat. Tgħallimt li l-fidi sempliċita’ ħafna Filippinos, espressa b’devozzjonijiet bħaldik lejn Santo Niño, mhix fidi tat-tfal! Waqtesperjenza li għamilt ġo sptar għal-fqar kont niltaqa’ta’ kuljum ma’ morda li la jafu jekk humiex se jfiequ,u lanqas kif ser iħallsu l-kont tal-mediċina. Kontnibqa’ mistgħaġeb bil-mod kif il-fidi tagħhom,f’Santo Niño, hija sors ta’ tama u kuraġġ. Forsif’mumenti diffiċli, Ġesu bambin, fqir, żgħir, fraġli,jixbah ħafna lilhom.

BR.BERNARD FALZON mssp

Page 10: Kurrenti
Page 11: Kurrenti

KURRENTI

KURRENTI paġna 11

ESPERJENZIjiktbu Elaine Sultana u Mark Anthony Sammut

Tmien xhur oħra u nkunu fi triqitna lejn Spanja biex ningħaqdu mal-pellegrini l-oħra fiċ-

ċelebrazzjoni ta’ Jum iż-Żgħażagħ. Mix-xahar li għadda l-KDŻ bdew jiġbru d-deposits ta’ dawk lihuma interessati jattendu għal din l-attivita’ u kull min hu interessat għadu fiċ-ċans li jagħmel id-deposit tiegħu. Il-preparamenti għaddejin ġmielhom u dawk l-affarijiet li jistgħu jitqiesu bħala l-ingredjenti essenzjali tal-WYD qiegħdin jieħdu l-forma tagħhom ukoll.

Ma jistgħax jonqos li avveniment bħal ma huwa l-WYD ikollu l-innu tiegħu, iżda b’differenza għalavvenimenti oħra, kull WYD ikollha innu assoċjat magħha, skond it-tema ta’ dik is-sena. L-innugħall-WYD 2011 jismu “Firmes en la fe” li tfisser Saħħa fil-fidi. Huwa innu lil Kristu Ġesu’, bi kliemta’ tifħir u b’messaġġ sabiħ ħafna. Firmes en la fe huwa minnu nnifsu talba lil Sidna Ġesu’ biexjgħinna fit-triq tal-fidi u jsaħħaħ l-għeruq tagħna fil-Kristjaneżmu. L-innu tal-WYD 2011 tistgħussibuh faċilment fuq il-website uffiċjali tal-WYD, kif ukoll tistgħu ssegwu l-kliem minn dan il-link:

http://www.madrid11.com/images/stories/descargar/himno/english_version.pdf.

Min-naħa tagħna, bħala CAMYouths, qegħdin nistennew b’ħeġġa kbira li jasal Awissu, biexniċċelebraw flimkien, għall-ewwel darba dan l-avveniment. Mix-xahar id-dieħel il-KDŻ jibdajifformola l-iskeda tal-vjaġġ lejn Spanja u bħala CAMYouths ser ikollna s-sehem tagħna fil-pjanijiet għall-vjaġġ. Aħna nkomplu naġġornawkom filwaqt li nħeġġukom tibagħtu l-ideattagħkom fuq [email protected]

Tislijiet

Page 12: Kurrenti

KURRENTI

KURRENTI paġna 12

EU OPPORTUNITIES jikteb Etienne Micallef

Il-Proġett ta' ĊAMYouths u l-MSSP fil-Pakistan

F'din il-ħarġa xtaqt inwassal aħbarijiet dwar

il-proġett li għaddej bih ĊAMYouths flimkienmas-Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl (MSSP)fil-Pakistan. Kif ħafna minnkom jafuĊAMYouths qed jgħin lill-MSSP fil-Pakistanpermezz ta' fondi li ngħataw mill-Ministerutal-Affarijiet Barranin ta' Malta biex titkabbarl-iskola De Piro fir-raħal li jismu Asif Town 2 lijagħmel parti mill-belt kbira ta' Lahore fil-Pakistan. Kif tistgħu taraw fir-ritratti li hawn,il-binja qed tieħu forma u x-xogħol miexi.

Bagħtulna dawn ir-ritratti u informazzjonidwar x'qed jiġri, kemm Fr. Pierre, li hu s-Superjur tal-MSSP fil-Pakistan u kif ukoll Fr.Gerald; li wara li ħalla Malta issa qiegħed il-Pakistan u qed jieħu ħsieb l-iskola De Piro. Il-bini l-ġdid li qed jinbena permezz tal-fondi libgħatna aħna ħa jintuża għal proġett ta'tagħlim ta' tfajliet żgħażagħ li ma jistawximorru l-iskola aktar filgħodu, minħabba lijkunu qed irabbu lil trabi u tfal żgħar fil-familji tagħhom. F'din il-binja l-ġdida ħa jkunhemm klassijiet biex isiru lezzjonijiet għaldawn it-tfajliet u ċentru ta’ kura għat-tfal fejnjinżammu t-tfal li jkunu qed jieħdu ħsieb it-tfajliet li jiġu.

Fi kliem Fr. Gerald, din il-binja issa qedisejħulha ĊAMYouths Block u wasal biexjitlesta x-xogħol tal-bini. Qalilna wkoll li għalnofs Frar il-kuntrattur intrabat li jagħti ċ-ċwievet tal-post b'kollox lest ġewwa fih. Ir-ritratti li qed taraw juru l-proċess mill-bidutax-xogħlijiet sa xi ħames ġimgħat ilu.

Sliem

Page 13: Kurrenti

KURRENTI

KURRENTI paġna 13

ESPERJENZI

jikteb Henry-Franz Gauci

Fit-28 ta’ Novembru 2010, Sarah Borg ġiet ippremjata bl-unur ta’

Żagħżugħa tas-Sena, premju mogħti mill-Fondazzjoni OASI. Għal dan l-unurSarah ġiet innominata mill-Grupp Flimkien Naslu għax-xogħol volontarju litagħmel ma’ persuni b’diżabilita. Hija rebħet dan l-unur minn fost 9 nominati għall-fatt li mhux biss tgħin lil dawn il-persuni fl-attivitajiet ta’ kuljum imma ukoll għaliex taħdem ħafna u tinkoraġġihom biex jemmnufihom infushom u jkunu parti mis-soċjetà. Bħala eks-membru taċ-ĊAMYouths fil-komunità tal-NRG ħadna din l-opportunità biex nintervistawlil Sarah u taqsam magħna din l-esperjenza.

Henry: Sarah, l-ewwelnett nixtieq nifraħlekgħall-unur li għadek kif ġejt mogħtija. Kemmili nafek dejjem kont involuta u għaddejjaminn xogħol volontarju għall-ieħor: ma’persuni b’diżabilità intelletwali, mar-refuġjatijew ma’ persuni bi problemi soċjali. X’bedajħajjrek tagħmel dan ix-xogħol volontarju?

Sarah: Grazzi tal-kummenti tiegħek. Bdejtnagħmel xogħol volontarju meta bdejt l-istudji tiegħi fl-Università. Minn dejjem kontnipprova nagħmel ħilti fl-istudju u kontinqatta’ ħafna ħin nistudja iżda dejjem xtaqtnagħmel xi ħaġa li togħġob lili u li tagħtinisodisfazzjon. Waħda minn sħabi li kienet ftitikbar minni fl-età u li diġa kellha esperjenzaf’dan il-qasam kienet kellmitni fuq grupp ta’persuni bi bżonnijiet speċjali. Bilmod il-modjien bdejt niltaqa ma’ dawn il-persuni u fiżmien qasir malajr drajna lil xulxin. Bl-għajnuna ta’ sħabi, bdejna norganizzawavvenimenti biex ngħinu lil dawn il-persunijintegraw fis-soċjetà permezz ta’opportunitajiet differenti. Ma’ żmien mhuxbiss kibret il-ħbiberija tagħna iżda ukoll bdejtnitgħallem ħafna affarijiet li stajt nirranġasabiex ngħin lil dawn il-persuni aħjar fil-ħajjatagħhom.

Page 14: Kurrenti

KURRENTI

KURRENTI paġna 14

Henry: Xi jfisser għalik dan l-unur li ngħatajt?

Sarah: Nemmen li ħadd ma jistenna xejn lura meta wieħed jagħmel xogħol volontarju iżda ma nistax ngħid li ma ħadtx gost b’dan l-unur. Għalija kienet esperjenza ġdida f’ħajti u ħadt gost lidin l-organizzazzjoni qed tagħti din l-opportunità liż-żgħazagħ bħali. Jien ċerta li hawn ħafnażgħażagħ li jagħmlu ħafna xogħol volontarju u jgħinu fis-socjetà allura importanti linapprezzaw u nirrikonoxu dan il-valur fiż-żgħażagħ ħalli mhux dejjem nisimgħu affarijiet ħżienabiss.

Henry: X’inhu x-xogħol li tagħmel mal-Grupp Flimkien Naslu u l-persuni b’diżabilità?Sarah: Jiena parti mis-Supporters Grupp u Coordinator fil-Grupp Flimkien Naslu. Bħalacoordinator, jien flimkien ma’ żewġ coordinators oħra niltaqgħu mal-membri tal-kumitat tal-Grupp Flimkien Naslu u flimkien ikollna laqgħa kull erba’ ġimgħat. F’dawn il-laqgħat jiġudiskussi ħafna affarijiet differenti bħal attivitajiet li jkunu għaddejin f’dak il-perjodu, proġetti, attivitajiet u proġetti għall-futur, problemi etc.... Peress li aħna qegħdin tlett coordinators ix-xogħol jinqasam iktar faċilment. Ġeneralment jien nieħu ħsieb l-attivitajiet tal-grupp, kemmdawk soċjali kif ukoll dawk li fihom isir xi ġbir ta’ fondi. Ġewwa l-Grupp Flimkien Naslu issibukoll is-Supporters Grupp li huwa magħmul minn xi tmien tfajliet li jagħtu l-għajnuna tagħhomfuq bażi volontarju ukoll. Wara li l-affarijiet ikunu ġew diskussi mal-membri tal- kumitat, is-Supporters Grupp iħejju laqgħa biex jaraw kif jistgħu jgħinu lill-membri tal- Grupp FlimkienNaslu u fl-istess ħin jagħtuhom l-għajnuna xierqa mingħajr indħil żejjed. Għalkemm ippruvajtnispjega x-xogħol tiegħi f’dan il-grupp, ma nistax ngħid eżattament x’inhu l-irwol jew xogħoltiegħi għax dan ivarja skond il-bżonnijiet li jkun hemm fil-grupp.

Henry: Kif sibt ruħek tgħin f’dan il-grupp?Sarah: Xi seba’ snin ilu, ħabiba tiegħi li hija psikologa u li kienet taħdem fis-settur mal-persunib’diżabiltà, kienet laqatni ma’ xi membri tal-kumitat tal-Grupp Flimkien Naslu u minn dakinharbdejt nagħmel xogħol volontarju ma’ dan il-grupp. Bi żmien bdejt insir nafhom sew, bdejtnidra xi affarijiet u l-esperjenza bdiet tgħini sabiex inkun nista ngħin iktar lil dan il-grupp.

Page 15: Kurrenti

KURRENTI

KURRENTI paġna 15

Henry: X’kien l-ewwel xogħol volontarju li għamilt?Sarah: L-ewwel xogħol volontarju kien ukoll ma’ persuni b’diżabiltà. Kont mort ngħin lilħabibti f’ċentru għall-persuni b’diżabiltà li kienu qed jippreparaw żifna għal xi lejla speċjali fil-lokalità tagħhom.

Henry: Kif jaffettwalek il-ħajja tiegħek il-volontarjat?Sarah: Jien naħseb li fil-ħajja importanti li dak li tkun qed tagħmel dejjem tagħmlu minn qalbeku mhux biex in-nies jgħidulek prosit. Jien dejjem nagħti l-100 % tiegħi kemm fuq ix-xogħol u kemm f’affarijiet oħra li fil-ħajja jagħmluni kompluta bħal ma hu l-volontarjat. Meta nkun qednipprepara xi ħaga jew nippjana xi ħaga vera nkun qed nieħu interess u nkun irrid nagħti l-aħjarpossibli għax ovvjament irrid li dawn in-nies li nkun qed ngħin jkollhom l-aħjar f’ħajjithom. Jienma nqisx ruħi bħala Coordinator jew Supporter biss fil-gruppijiet li ilni nafhom bħal ma hu l-Grupp Flimkien Naslu iżda issa li ilna snin nafu lil xulxin inqishom bħala ħbieb tiegħi u dejjemnħossni ferħana li ħa niltaqa’ magħhom.

Henry: Kemm hija diffiċli, bl-istil ta’ ħajja li aħna mdawwrin biha, li xorta ssib il-ħin u l-ħeġġabiex tagħmel volontarjat?Sarah: Diffiċli immens. Filfatt jien l-unika ħaġa li iżżomni lura milli nagħmel xi affarijiet bħalattivitajiet jew proġetti oħra apparti l-flus huwa l-ħin. Meta norganizzaw xi ħaga irridu nibdewnaħsbu minn ħafna qabel u l-preparamenti jieħu ħafna ħin speċjalment meta qegħda taħdemma’ persuni b’diżabiltà għax kull persuna li għandha diżabilta’ għanda ukoll il-bżonnijiet tagħha lijvarjaw minn tal-oħrajn.

Issib xi diffikultajiet meta tkun ħa tagħmel, jew tkun qed tagħmel xogħol volontarju? Jekk iva, xi jkunu dawn id-diffikultajiet u kif tegħlibhom?

Peress li l-grupp huwa grupp volontarju hemm id-diffikultà tal-flus. Il-persuni b’diżabiltàgħandhom ħafna xewqat u jixtiequ jesperjenzaw l-affarijiet li anke aħna nieħdu pjaċir nagħmlubħal ma hu s-safar. Ħafna minnhom li għadhom żgħażagħ huma mċaħħdin minn ħafna affarijietli jaraw liż-żgħażagħ jagħmlu. Diffikulta oħra li nsib huwa l-ħin li s-supporters jkollhomdisponnibli mill-ħin liberu tagħhom.

Id-diffikultajiet negħlubhom flimkien billi ngħinu lil xuxlin, infittxu min jista jgħina, nispjegaw lilmembri tal-grupp xi jkun għaddej u nagħmlu kuraġġ lil xulxin biex nkomplu ngħinu lil dan il-grupp.

Page 16: Kurrenti

KURRENTI

KURRENTI paġna 16

Għal xi żmien kont parti minn ĊAMYouths. Wieħed mis-sisien ta’ ĊAMYouths hija l-Missjoni. Taħseb li dan iż-żmien fiċ-ĊAMYouthsaffetwak biex tagħmel il-volontarjat?

Iva ħafna. Filfatt wara l-ewwel esperjenza tiegħi fil-volontarjat f’Maltajien kont mort Napli , żewġt is-sjuf wara xulxin mas-sorijiet ta’ Madre Tereża. Għalkemm kont għadni żgħira u immatura, ċerta li din l-esperjenza u s-snin li għamilt jien f’ĊAMYouths għenuni ħafna nikber .

Ħa nkun daqxejn l-avukat tax-xitan! Iż-żgħażagħ Maltin magħrufin li, speċjalment fix-xhur tas-Sajf, numru kbir minnhom jagħtu ħinhom għax-xogħol volontarju. Iżda hawn min jistaqsi għaliex għandu jipparteċipaf’xogħol volontarju meta din l-għajnuna għandha tiġi minn xi awtoritajietbħal Gvern jew organizzazzjonijiet oħra u mhux toqgħod tistenna li jkunhemm nies li jagħmlu dan b’mod volontraju. Oħrajn jaħsbu li iktar ma nagħtu għajnuna, speċjalment f’volontarjat barra mill-pajjiż, iktar qedinġibu lil dawn in-nies jiddependu fuqna. X’taħseb inti fuq dawn il-kummenti?Ma naħsibx li għax xi ħadd jagħti l-għajnuna lil xi ħadd ieħor dan ħa jiġidipendenti fuq il-voluntiera. Hemm xi nies neqsin mis-social skills u tagħlim bażiku fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum allura huwa importanti li niesbħal ma huma l-voluntiera jgħallmu lil dawn in-nies sabiex imbagħadjkunu jistgħu jibdew jfendu għal rashom. Apparti minn hekk, jien naħsebli tajjeb li l-Gvern u organizzazzjonijiet oħra jagħtu l-għajnuna xierqa fejnhemm bżonn iżda jekk possibli, tajjeb ukoll li ż-żgħażagħ jesperjenzaw il-volontarjat f’ħajjithom għax ħafna żgħażagħ jgħixu f’ħajja materjali wisqu mimlija b’enerġija negattiva waqt li l-volontarjat jista jgħin b’ħafnamodi.

Kemm il-darba nisimgħu lil min jgħid ‘meta tagħmel xogħol volontarjuiktar tirċievi milli tagħti’. X’taħseb inti fuq dan?

Naqbel ħafna. Ħadd mill-voluntiera ma jagħmel il-volontarjat bl-għan liħa jieħu xi ħaġa lura iżda meta int qed taħdem ma’ persuni, qed tagħti u taħdem b’imħabba kbira, ċerta li għal dawn il-persuni int tkun qedtagħtihom id-dinja u b’hekk huma ħa jtuk mill-ftit li jistgħu jagħtu, li hija l-att ta’ imħabba li tissupera kull ħaġa materjali li xi ħadd jista’ jtik.

Hemm xi episodju fix-xogħol volontarju tiegħek li tibqa’ tiftakar?

Meta l-persuni b’diżabiltà jgħidulek ‘Inħobbok’ u taf li jfissruha.

Min irid jgħin fil-Grupp Flimkien Naslu kif jista’ jagħmel dan?

L-għajnuna fil-Grupp Flimkien Naslu tista’ tkun varja minn għajnunafinanzarja peress li issa qed nibdew naħsbu biex ikollhom post fejn dan il-grupp jista’ jiltaqa’ kif ukoll attivitajiet fejn dawn il-persuni b’diżabiltàjkunu mistiedna. Wieħed jkun jista’jikkuntattjani [email protected].

Page 17: Kurrenti

KURRENTI paġna 17

Jikteb Clifton Azzopardi

KURRENTI

INFORMAZZJONI

Alien huwa film tal-fantaxjenza u l-orrur li ħareġ fl-1979. Id-

direttur tal-film Ridley Scott dak iż-żmien kien għaddej minnperijodu ferm produttiv f’dan il-qasam ċinematografiku għaliexbarra Alien, tliet snin wara, idderieġa wkoll Blade Runner. It-tnejn huma kkunsidrati bħala passi ta’ ġgant fl-istorja taċ-ċinema. Dan għaliex it-temi li jesploraw, l-istil ta‘ filming u aspettioħra li nsibu fihom, influwenzaw ħafna films li ġew warajhom.

Għalkemm dak iż-żmien, it-teknoloġija ma kinitx avvanzata daqstal-lum, ma tistax ma tammirax il-fatt kif dawn in-nies li ħadmufilms bħal Alien u użaw l-għodda li kellhom għad-dispożizzjonitagħhom bl-aħjar mod biex ħolqu dinjiet, vetturi u ħlejjaq li fil-film jidhru reali. Ħafna drabi kien ikollhom jużaw pupazzi jewinkella atturi stess li jiksuhom bil-mejkap u kostumi għall-film.Illum sirna naraw ħafna films fejn mostri u ħlejjaq oħra jinħolqubil-kompjuter u jidhru veru foloz. Infatti, ħafna diretturi tal-films,bħal Guillermo Del Toro, dejjem emmnu li biex iżommu l-kredibilità għandhom jużaw mejkap u kostumi, u CGI mill-anqas.

Il-mużika u n-nuqqas tagħha f’ċertu partijiet hija wkoll kruċjalibiex toħloq it-tensjoni f’Alien. Is-soundtrack qatt ma tieħu post l-azzjoni jew dak li jkun għaddej mill-plot. Ċertu mumenti ta’ skietikexkxuk aktar milli kieku kien hemm xi melodija fl-isfond litissuġġerixxi mument t’orrur.

Alien jeħodna fuq vettura spazjali bl-isem ta’ Nostromo,għaddejja fl-ispazju waqt li ġġorr ammont kbir ta’ ġebel b’metallu minerali oħra mhux maħduma , fi triqitha lejn id-dinja minnpjaneta oħra jisimha Thedus. Fil-vettura jkun hemm ekwipaġġ ta’seba’ min-nies li kollha jkollhom xi rwol partikulari x’jaqdu. Insirunafu li din il-vettura jinqalgħulha problemi tekniċi u l-ekwipaġġjkollu jniżżilha fuq pjaneta oħra fil-qrib biex isirulha xi tiswijiet.Fuq din il-pjaneta jsibu vettura oħra hekk kif parti mill-ekwipaġġjoħroġ jagħmel spedizzjoni. Jidħlu f’din il-vettura u wieħedminnhom isib għadd ta’ bajd kbir aljen. Bid-dawl tat-torċ li jkolluf’idejh ‘tfaqqas’ waħda minn dawn il-bajd.

Page 18: Kurrenti

X’jiġri wara nħallih għalikom, però nixtieq ngħaddi xi punti oħra importanti dwar dan il-film.Il-karattru tas-seba’ membri tal-ekwipaġġ b’xi mod jew ieħor ifiġġ f’ħafna u ħafna filmst’azzjoni li baqgħu joħorġu wara minn Hollywood. Dawn, illum il-ġurnata saru sterjotipi umeta tkun imdorri tara dan it-tip ta’ films mingħajr ma’ trid jibda jirnexxielek taqta’ minimissu jmut jew min ħa jsalva. Apparti min dan l-aspett li forsi jagħmilha faċli għal min qedjara l-film biex ibassar x’se jiġri f’siltiet minnu, għandek l-idea li togħġobni ħafna li Scott rarijuri l-aljen sħiħ, iżda biex iqajjimlek il-kurżità juri partijiet minnu. Infatti l-aktar aspett lijolqotni f’Alien huwa l-atmosfera li joħloq id-direttur biex idaħħlek fid-dinja tal-film. Il-filmukoll jibda jwieġeb xi mistoqsijiet bil-mod, iżda ħafna mill-mistoqsijiet jibqgħu ma jsibuxtweġiba. Guillermo Del Toro, f’dokumentarju dwar l-awtur HP Lovecraft jitkellem dwar l-influwenza li kellha At the Mountains of Madness (novella ta’ Lovecraft) fuq Ridley Scott,għaliex id-direttur issellef ħafna minnha biex ħoloq Alien. Lovecraft, il-ħallieq tal-istorja tal-orrur moderna kien kiteb li l-akbar tip ta’ biża’ hija l-biża’ minn dak li mhux magħruf u Scottta’ sikwit jilgħab bil-perċezzjoni ta’ min qed jara l-film billi jaħbi u jikxef dettalji f’Alien.

KURRENTI

KURRENTI paġna 18

Page 19: Kurrenti

KURRENTI

KURRENTI paġna 19

Jikteb Nathan Gatt

Ħarsa lejn Konnekxins: Passat, Preżent u Futur.

Għalkemm ili (kważi) mill-bidu ta’ ĊAMYouths

involut f’diversi aspetti ta’ dak li kien l-IT Team(għal żmien magħruf ukoll bħala l-Webteam),fil-passat kont inħoss li kienet missjonipjuttost solitarja tiegħi u ta’ ftit individwi oħramatul is-snin li jkollna tim ta’ nies li jkunujieħdu ħsieb il-website, mailing lists, eċċ. perodan dejjem kien limitat minħabba nuqqas ta’riżorsi (inklużi dawk umani).Madanakollu, il-Leadership Committeepreċedenti kien wera nteress li jimbottasabiex, kif jgħid il-Malti, il-website tingħata‘palata tajba’ u, matul l-2007, bdejnaniddiskutu sabiex naraw min iktar kien lest lijagħti sehmu f’dan ir-rwol sabiexnamministraw l-website(www.camyouths.com), il-mailing lists, talbietgħal kontenut grafiku u diversi affarijeitoħrajn.Kien fid-29 t’Ottubru 2007, li seba’ membri(inkluż jiena) fi ħdan ĊAMYouths ltqajna ma’Renzo Kerr Cumbo (dak iż-żmien membru tal-Leadership Committee) sabiex niddiskutu unqassmu ix-xogħlijiet bejnietna. Dan kienproprju l-bidu tal-Media & CommunicationsTeam il-ġdid - dak li llum huwa magħruf bħalaKonnekxins.Għalkemm l-ħsieb kien li nibnu tim sabiexnbiddlu l-website, l-ideja żviluppat ħafna iktaru Konnekxins talab lill-membri sabiex jagħtu l-kummenti u l-idejat tagħhom. Dan wassalgħal bidu ta’ diversi proġetti fosthom l-oriġinita’ Kurrenti.Matul is-snin inbidlu l-maġġoranza tal-membriu għalkemm ir-rwol ta’ Media &Communications Team kien ġie propost lil-Leadership Committee preċedenti, dan sabruħu fl-istatut ta’ ĊAMYouths matul l-Assemblea Ġenerali 2010.

X’qed jiġri issa?Matul dawn l-aħħar tliet snin, it-tim ta’Konnekxins inbidel ħafna u l-maġġoranza tal-membri li kienu attendew għal dik l-ewwellaqgħa, illum m’għadhomx fit-tim. Appartijien, Konnekxins illum huwa magħmul minndawn il-membri wkoll:Geraldine Powell (Crossroads) li tikkordinabl-għajnuna ta’ Clifton Azzopardi(Crossroads) il-kontenut ta’ kull ħarġa ta’Kurrenti;Diane Mifsud (Equinox) li hi mgħejjuna minnNicolai Gatt (Agora) u Ruth Mamo(Crossroads) sabiex jikkrejaw kwalunkwekontenut grafiku li nintalbu (eż: posters,banners, eċċ) kif ukoll id-disinn ta’ kull ħarġata’ Kurrenti; Ma’ dawn nixtieq nżid il-ħafnanies li jgħinuna fosthom nies li jiktbu l-artikli,jagħmlu l-qari tal-provi kif ukoll jgħinunaf’diversi aspetti tekniċi u li jkollhom ċertaesperjenza fihom.Illum ir-rivista Kurrenti waslet biex tagħlaq it-tielet sena tagħha bil-ħruġ ta’ u din il-ħmistax-il ħarġa u l-appuntament kiendejjem puntwali kull xahrejn u nofs b’ħamesħarġiet fis-sena. Il-ħarġiet kollha jinsabu fil-website tagħna u hemmhekk tistgħu tarawkif evolviet din ir-rivista.Apparti din ir-rivista, hemm ħafna xogħol liqed isir f’diversi aspetti u li pero’ ma jidhirxfosthom talbiet għal tibdil fil-mailing lists,aġġornamenti u aħbarijiet li jitpoġġew fil-website, komunikazzjoni ma’ persuni minnbarra ĊAMYouths li jitolbu nformazzjoni fuql-esperjenzi ta’ volontarjat li ĊAMYouthsjoffri u ħafna oħrajn.

Page 20: Kurrenti

KURRENTI

KURRENTI paġna 20

Inħarsu ‘l quddiem...L-istatut jaqsam ir-rwoli tal-Media & Communications Team f’erbgħa oqsma u dawn huma l-pjainijiet f’kull wieħed minn dawn l-oqsma:

Ġestjoni u Amministrazzjoni t’InformazzjoniApparti l-amministrazzjoni tal-mailing lists, l-istatut jipprovdi wkoll li dan it-tim jieħu ħsiebiżomm lista aġġornata tal-membri fi ħdan ĊAMYouths. Dan hu proġett li qed jiġi ppjanatbħalissa u li għandkom tibdew tirċievu nformazzjoni dwar dan il-proċess matul ix-xhur li ġejjin.

Disinn u BrandingDan ir-rwol qed jiġi żviluppat bħalissa u filwaqt li nkomplu nipprovdu kontenut grafiku lildiversi teams (eż: Support Team u Activity Team) jew attivitajiet, nixtiequ norganizzaw rwieħnaaħjar sabiex nipproteġġu l-brand (kemm preżenti u bi preparazzjoni għall-brand il-ġdidaladarba l-proċess tal-bdil tal-isem jiġi konkluż). F’dan il-qasam, ikkonfermajna l-parteċipazzjoniu l-għajnuna ta’ żewġ membri esperti f’dan il-qasam: Paul Mizzi (Jóvenes) u Noel Falzon (NRG).

Publikazzjoni tal-KontenutDan ir-rwol ssaħħaħ sew matul dawn l-aħħar sentejn. Issa wasal iż-żmien li nibdew nħarsulejn mezzi oħra biex nwasslu l-messaġġ tagħna u ma’ dan qed norbot il-proġett tal-website. Dan il-proġett tpoġġa ftit fuq l-ixkaffa peress li nafu li, ladarba jinbidel l-isem, se jkunhemm bżonn li tinbidel ukoll il-website u allura ser norbtuh ma dak l-avveniment. Li hu żgurhu li hemm il-ħsieb li jkollna tim wieħed li jieħu ħsieb il-publikazzjoni tal-kontenut fuq mediadifferent (eż: website, rivista, eċċ).

Ġestjoni ICTPersonalment minn dejjem kont involut f’dan ir-rwol u b’diversi modi dejjem pruvajtnippromwovi l-użu tat-teknoloġija biex nilħqu lil kulħadd filwaqt li nħaffu x-xogħoltagħna. Madanakollu hemm diversi proġetti ppjanati li permezz tagħhom inkunu nistgħunorganizzaw lilna nfusna aħjar kif ukoll jippermettulna li nikbru mar-rata li biha qiegħed jikberĊAMYouths - fuq dawn pero’ mhu se nżid xejn aktar għalissa.

L-aħħar kelmaIl-Leadership Committee qed jagħti sehmu sabiex jissaħħaħ l-operat ta’ dan it-tim u nsibu għajnuna kbira mingħandhomsabiex nwettqu dak li hemm pjanat - għaldaqstantnirringrazzjahom! F’isem sħabi, nixtieq ukoll nirringrazzja lilkull min ta sehmu matul dawn it-tliet snin u lil dawk kollha liser jagħtu sehemhom fis-snin li ġejjin.Kif jidher ċar hawn fuq, hemm ħafna proġetti nteressanti liwieħed jista’ jagħti sehmu fihom u nixtieq li nara iktarmembri jieħdu nteress f’dan. Għaldaqstant, min irid ikunparti minn din l-esperjenza, jibgħat email [email protected] u nweġbuh lura kemm jista’jkun malajr. Biex nagħlaq, f’isem it-tim ta’ Konnekxins,nixtieq sliem, paċi u saħħa lil kull wieħed u waħda minnkomu l-familji tagħkom matul dan il-perjodu tal-Milied u għas-sena l-ġdida!

Page 21: Kurrenti

KURRENTI

KURRENTI paġna 21

ARKIVJI

ritrattRakkontDoreen Saliba

2004Dan huwa ritratt fi tmiem iċ-ĊAMKamp 2004 -tradizzjoni li għadha għaddejja sal-ġurnata ta’llum...