1
leħħ il-Malti Folja eleronika b’tagħrif lingwisku, ortografiku, grammakali u kulturali dwar il-lingwa Malja maħruġa mid-Diparment tal-Mal fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju sabiex il-lingwa tagħna ngħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment u/jew diffikultà huma ġenlment milqugħa fuq [email protected] Skont ir-regoli tal-kitba Malja l-iMġarr, l-iStamperija, l-iSkozja u l-iSpjun huma kollha miktubin ħażin, filwaqt li l-iSprite hija tajba. Dan għaliex “meta jkollna nżidu l-vokali tal-leħen i bejn isem proprju li għandu jinkiteb bħall-oriġinal (jew reklam) u l-arklu, din inżiduha skont ir-regola tal-arklu tal-Mal imma nżommu wkoll l-ira kapitali tal-kelma fl-oriġinal. Għalhekk għandna niktbu l-iSpell, l-iStergene, l-iSprite.” Mela din ir-regola ntuża eċċezzjonalment u qiegħda biex bża’ għall-forma tal-ismijiet proprji barranin li ma ħadux għalkollox is-sura Malja u li għadhom jinkitbu bħall-oriġinal. Ikunu speċi ta’ “marka tad-dia”. Dan ma japplikax għal ismijiet proprji Maln (bħal l-Imġarr, l-Imsida, l-Imdina) jew ismijiet proprji ta’ nisel barrani li qagħdu għall-kitba Malja (bħal l-Iskozja, l-Imnarja). U wisq inqas għal nomi komuni integra, li jinkitbu sempliċiment l-istamperija, l-ispjun u l-istrajk. L-iMġarr, l-iStamperija, l-iSkozja, l-iSprite, l-iSpjundan il-kliem miktub tajjeb? Mela kelma sta’ bda b’ira żgħira u b’oħra kbira warajha? [email protected] LEĦĦ IL-MALTI [email protected] IS-SENNIEN: Dan kien isinn ix-xfafar tas-skieken, l-imqassijiet u għodda oħra. Kien jagħmel dan billi jdawwar mola (rota kbira) b’id waħda jew inkella billi jagħfas b’siequ pedala li kienet tkun fl-art, u b’id l-oħra jressaq l-oġġe lejn ir-rota biex isinnu. Kien idur fl-irħula b’karrea miġbuda minn ħmar. TAL-ĦALIB: Dan kien idur b’merħla mogħoż warajh speċjalment f’posjiet fejn in-nies ma kinux irabbu bhejjem. In-nies kienu jindunaw bih kemm mill- għajta egħu “Ħalib! Ħalib!” kif ukoll mill- ħoss ta’ qniepen żgħar marbun ma’ għonq il-mogħoż. B’sengħa kbira kien jiġbed lill-mogħża minn qrunha, jitbaxxa warajha, ipoġġi r-reċipjent fl-art u jaħleb direament ġo fih.

L iMġarr l iStamperija l iSkozja l iSprite l iSpjunkitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/26_lehha.pdf · U wisq inqas għal nomi komuni integrati, li jinkitbu sempliċiment

  • Upload
    others

  • View
    3

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: L iMġarr l iStamperija l iSkozja l iSprite l iSpjunkitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/26_lehha.pdf · U wisq inqas għal nomi komuni integrati, li jinkitbu sempliċiment

leħħ

il-Malti

Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali

dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San

Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment

u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq [email protected]

Skont ir-regoli tal-kitba Maltija l-iMġarr, l-iStamperija, l-iSkozja u l-iSpjun huma kollha

miktubin ħażin, filwaqt li l-iSprite hija tajba. Dan għaliex “meta jkollna nżidu l-vokali

tal-leħen i bejn isem proprju li għandu jinkiteb bħall-oriġinal (jew reklam) u l-artiklu, din inżiduha skont ir-regola tal-artiklu tal-Malti imma nżommu wkoll l-ittra kapitali

tal-kelma fl-oriġinal. Għalhekk għandna niktbu l-iSpell, l-iStergene, l-iSprite.”

Mela din ir-regola tintuża eċċezzjonalment u qiegħda biex tibża’ għall-forma tal-ismijiet proprji barranin li ma ħadux għalkollox is-sura Maltija u li għadhom jinkitbu bħall-oriġinal. Ikunu speċi ta’ “marka tad-ditta”. Dan ma

japplikax għal ismijiet proprji Maltin (bħal l-Imġarr, l-Imsida, l-Imdina) jew ismijiet proprji ta’ nisel barrani

li qagħdu għall-kitba Maltija (bħal l-Iskozja, l-Imnarja). U wisq inqas għal nomi komuni integrati, li jinkitbu

sempliċiment l-istamperija, l-ispjun u l-istrajk.

L-iMġarr, l-iStamperija, l-iSkozja, l-iSprite, l-iSpjun… dan il-kliem miktub tajjeb? Mela kelma tista’ tibda b’ittra żgħira u b’oħra kbira warajha?

leħħ[email protected] [email protected] [email protected] [email protected] LEĦĦ IL -MALTI [email protected]

IS-SENNIEN: Dan kien isinn ix-xfafar

tas-skieken, l-imqassijiet u għodda oħra.

Kien jagħmel dan billi jdawwar mola (rota

kbira) b’id waħda jew inkella billi jagħfas

b’siequ pedala li kienet tkun fl-art, u b’id

l-oħra jressaq l-oġġett lejn ir-rota biex

isinnu. Kien idur fl-irħula b’karretta miġbuda

minn ħmar.

TAL-ĦALIB: Dan kien idur b’merħla

mogħoż warajh speċjalment f’postijiet

fejn in-nies ma kinux irabbu bhejjem.

In-nies kienu jindunaw bih kemm mill-

għajta tiegħu “Ħalib! Ħalib!” kif ukoll mill-

ħoss ta’ qniepen żgħar marbutin ma’

għonq il-mogħoż. B’sengħa kbira kien

jiġbed lill-mogħża minn qrunha, jitbaxxa

warajha, ipoġġi r-reċipjent fl-art u jaħleb

direttament ġo fih.