108

Leħen il-Qala Milied 2012

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Leħen il-Qala Milied 2012

Citation preview

Page 1: Leħen il-Qala Milied 2012
Page 2: Leħen il-Qala Milied 2012

A vast range of headboards / bedsall sizes available and even to clients specifications

+ + + =

Page 3: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

1

Il‑Kelma tal‑Arċipriet

Rev. Kan. Dr Joe Zammit

Jekk hemm xi poplu li jista’ jiddubita li l-fidi hija don gratwit ta’ Alla, Malta żgur li ma tistax tiddubita għax kif tgħidilna l-Kelma Ispirata fl-Atti tal-Appostli: Kien meħtieġ li naħbtu ma’ gżira.

U dan id-don gratwit wasal għandna wkoll wara elfejn sena ta’ taħbit li minnu ma kinux meħlusa missirijietna, imma li b’għaqal żammew sħiħ mal-pass tal-istorja ta’ Alla, mhux bħalma b’xorti ħażina għamilna sena ilu aħna. Aħna li preferejna nżommu l-pass tal-bnedmin milli ta’ Alla. U kif ma rajniex ħlief frott bnin meta ħarisna l-fidi, hekk sfortunatament ser inħabbtu wiċċna aħna u wliedna iktar minna, mal-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet tagħna meta bihom morna kontra l-liġi t’Alla, li ironikament, fiH aħna nemmnu!

Li madwarna hemm dlam forsi iktar sfiq minn dak li sab San Pawl meta ġie fostna ma nħossx li hi xi novità, imma issa x’ser nagħmlu biex nixegħlu d-dawl, id-dawl tal-fidi li skont l-Iskrittura hu r-rebħa tad-dinja. Il-fidi tagħna hija r-rebħa tad-dinja. Tiegħek u tiegħi. Jekk inti żagħżugħ l-università, jekk inti mara tad-dar, jekk inti saċerdot, jekk inti ħaddiem tal-id... tista’ ġġib id-dawl madwarek jekk inti mixgħul. Jekk jiena m’iniex rieqed u l-musbieħ mitfi. U nħalli lill-oħrajn barra mis-saltna t’Alla għax jien ukoll ma ninsabx fiha.

Ma ngħidx li aħna ma nemmnux... dal-knejjes kollha!, imma li aħna ma nafux kif nemmnu. Għax jekk jiena

dejjem nisħet... kif nista’ ngħid li nemmen f’Alla bħala Missier, li jħobb u għax iħobb iħenn u jipprovdi dejjem?

Imma dan ma jkunx biżżejjed jekk inrewwaħ biss il-ġamar li hemm fija. Fidi individwali mhix fidi. Alla hu Missier u għalhekk għandu lilna bħala wlied u ladarba aħna wlied tal-istess Missier aħna aħwa.

Huwa meta jiena nasal biex tant nemmen f’Alla li rrid nisimgħu - f’Ġesù u fil-Knisja tiegħu - u nqiegħed fis-seħħ dak li jgħidli - ‘agħmlu dak li jgħidilkom Hu’ - li ninduna li ħajti ħadet xejra ġdida u li kważi mingħajr ma nlissen kelma, ħajti jew aħjar il-ħajja ta’ Kristu fija, tiġbed bħal vortiċi l-ħajja ta’ dawk ta’ madwari, u mhux l-ewwel u qabel kollox ta’ dawk ta’ ma’ ġenbi fil-knisja imma dawk ta’ ma’ ġenbi fid-dar.

Allura hi l-familja li bħal fi żmien Ġesù tikkonverti għall-verità li hu Alla fost ġenerazzjoni pagana, imħassra, qarrieqa li tista’ tkun ukoll dik Maltija.

Għalhekk ma hemmx bżonn jerġa’ jiġi San Pawl fostna... imma int u jien nistgħu nkunu dawn ix-xandara l-ġodda tal-aħbar it-tajba, l-itjeb aħbar li l-bniedem ta’ kull żmien u età jixtieq jisma’: Alla hu Mħabba.

Ħalli l-ġenerazzjonijiet li ġejjin ikunu jistgħu jiktbu fuqna: U r-raħal kien jismu l-Qala.

“U l‑Gżira kien jisimha MALTA”

Page 4: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

2

Il-Kelma tal-Arċipriet 1Kelmtejn dwar l-Immakulata ta’ Lourdes 3Niċċelebraw l-elfejn sena mil-Mewt ta’ San Ġużepp 5Editorjal 6San Ġużepp Fostna 7Fuq Tlieta toqgħod il-Borma 11Frak ta’ Storja 14Katakeżi - Lq. 6; Vers 20-42 15English Speaking Corner 18“Niltaqgħu ma’ Kristu” 19GIC Attività Ekumenika fuq il-Passi tal-Konċilju 21Qabduha fuq il-Quddiesa 25Il-Vara tal-inżul ta’ Kristu f’wirja Nazzjonali 27Indulġenza Plenarja għas-Sena tal-Fidi 29Inawgurazzjoni Solenni tal-Konċilju Vatikan II 31Santa Marija tal-Qala 36Mid-Djarju ta’ Ġużepp Debono 37Servizz mill-Vatikan 39Programm tal-Kunċizzjoni 2012 44Programm tal-Milied 2012 46Apprezzament: Dun Lawrenz Theuma 48Apprezzament: Mons Ġorġ Bezzina 49Jikteb Dun Krystof Buttigieg minn Ruma 51Sonrisas fil-Peru 53Intervista ma’ E.T. Mons Isqof Mario Grech 57Gozo International Celebration 63O Żmien Ħelu 67Australian Qala Association 69Persunaġġi Qalin - Anton Buttigieg, P.E.P., M.Q.R. 71Tour/Pellegrinaġġ f’Ruma, Assisi u Cascia 75L-isfond storiku tal-prietka tat-tfal fil-Milied 81Ir-Rigal tal-Maġi 83Mard li jittieħed f’Għawdex fi żmien il-gwerra 85Rokna Letterarja 91Kronaka tal-Parroċċa 95Mill-Uffiċċju Parrokkjali 102Ritratt tal-Ħarġa 103

F’Din il‑Ħarġa

■ Direzzjoni u Amministrazzjoni: Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza San Ġużepp, Qala, Għawdex.

Tel/Fax: 2155 6684 • Mobile: 9940 3612■ Toħroġ tliet darbiet fis-sena, fix-xhur t’April, Awwissu u Diċembru,

u titqassam b’xejn iżda kull offerta tiġi aċċettata.■ Il-fehmiet li jistqarru l-awturi u l-korrispondenti tal-artikli li jiġu

ppubblikati m’humiex neċessarjament dawk tal-Bord Editorjali.■ Kull korrispondenza għandha tintbagħat lill-Bord Editorjali,

“Leħen il-Qala”, Dar Parrokkjali, Pjazza San Ġużepp, Qala, Għawdex, jew e-mail: [email protected]

■ Issettjat: Mario Bugeja. Mob: 9960 3167■ Stampat: A&M Printing Ltd. Qala. Tel: 2155 3217

Arċ. Kan. Joe ZammitChairman

Mario BugejaPubblikatur tar‑Rivista

Mary Josette XerriJoe Grima

Qari tal‑Provi

Lorne CremonaFrank Ion Magro

Ritratti

Euchar MizziEditur

Mary Josette XerriPhilip PisaniDoris Cutajar

Ġbir tar‑Reklami

Victor GrechFr. Charles Buttigieg

Membri

‑Lehen il‑QalaL-40 Sena • No. 113 - Serje E - No. 24 • Milied 2012

B o R D E D I to R JA L I

Fresh Fish Supplies

FISH MARKET

Mġarr Road, Għajnsielem, GozoTel: 21560 686 ‑ 21555 668 ‑ Fax: 21555 668 ‑ Mobile: 9943 9012

Page 5: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

3

Kelmtejn dwar l‑Immakulata ta’ Lourdesminn: Mons. Anton Gauci

Fil-ġrajjiet ta’ Lourdes naqraw li t-tfajla Bernadette fost l-oħrajn qalet dawn il-kelmiet: “Hemm hi, hemm hi, arawha!” Imbagħad wara li ħadet f’idejha l-ilma mbierek, l-istess tfajla kellmet lid-Dehra u qalet: “Jekk inti ġejja f’isem Alla, ersaq ’il hawn.” U għal dan il-kliem ta’ Bernadette, “il-Verġni baxxiet rasha aktar minn darba, tbissmet u resqet sa tarf il-blata. U billi semgħet l-isem ta’ Alla, wiċċha sar aktar imdawwal.”

Kittieba reliġjużi hawnhekk għamlu osservazzjoni. Innotaw li filwaqt li numru kbir ta’ bnedmin jitkellmu ħażin, jidgħu u jixħtu fuq l-isem qaddis ta’ Alla kliem mhux xieraq, l-Immakulata, meta semgħet l-istess isem, tbissmet u wiċċha ddawwal aktar!

L-Immakulata għażlet proprju l-aħħar ġranet tal-karnival sabiex tidher. Fis-sena 1858 fil-11 ta’ Frar kien ħabat dak li kien jissejjaħ “Giovedì Grass”, tmiem il-karnival. Għan-nuqqasijiet morali tal-karnival, Marija Santissima opponiet l-isplendur tas-safa u tas-sbuħija sopranaturali tagħha.

Dakinhar l-14 ta’ Frar kien il-Ħadd magħruf bħala “Kwinkwaġeżima”, l-ewwel fost it-tlett ijiem ta’ diżordnijiet. Jiġifieri l-Għerf ta’ Alla l-Imbierek kien qed ilaqqa’ il-ġrajjiet skont il-pjani tal-ħniena tiegħu.

Bernadette, oħtha Marija, seħbithom Giovanna u xi ħbieb ġew lura f’Massabielle u ġabu magħhom l-ilma mbierek sabiex, jekk terġa’ sseħħ id-dehra, jixħtu minnu fuq is-“Sinjura Sabiħa”. B’dan il-mod huma kienu qegħdin jaħsbu li, jekk il-ħaġa kienet biċċa tax-xitan, dan iċedi għall-ilma mbierek u jitlaq. Anzi huma fasslu wkoll il-kliem li kellhom jużaw huma u jroxxu l-ilma: “Jekk inti ġejja f’isem Alla, ersaq ’il quddiem; jekk qed jibagħtek ix-xitan, itlaq.” U malli seħħet id-Dehra, it-tfajla xeħtet l-ilma mbierek, filwaqt li qalet l-ewwel kliem. U d-dehra tas-sema tbissmet u resqet ’il quddiem.

Ġejja minn Alla:Kien ċar li l-ġrajja kienet ġejja minn Alla u f’ismu.

U tant kien l-isplendur tagħha, tant tiġbdek il-figura, li Bernadette ma ħassitx il-kuraġġ li tkompli kliemha.

Huwa veru li xi drabi x-xitan jingħata l-permess li jilbes ta’ anġlu tad-dawl. Iżda huwa anki veru li l-istess xitan ma jirreżistix quddiem is-sempliċità, it-talb, is-sinċerità tat-tfal u l-qawwa tal-ilma mbierek - dak is-sagramental li tuża l-Knisja sabiex tħarrab l-ispirti tad-dlamijiet u tal-iżball.

Proprju hawn il-kittieba reliġjużi jistaqsu aħna kif inġibu ruħna f’dawk il-ġranet ikkonsagrati mill-Knisja għall-penitenza u li l-istess Knisja topponihom għall-fdalijiet tal-paganiżmu li għadna nsibu fost l-istess insara. Tgħid mhuwiex veru li aħna b’xi mod nieħdu parti fl-abbużi tas-sensi skont l-ispirtu tad-dinja?!

Ejjew nirriflettu ftit anki aħna fuq l-istess Immakulata u t-tifsira tagħha, sabiex anki aħna nieħdu xi ġid mill-ġrajjiet ta’ Alla u l-iskop li għalih iseħħu.

L-Immakulata tgħallimna r-rispett lejn l-isem ta’ Alla. Ma hemm ebda dubju li l-isem ta’ Alla huwa qaddis. Huwa stess, Verità essenzjali, iddefinixxa lilu nnifsu “Qaddis” meta, fl-Iskrittura Mqaddsa, qal: “Jiena, il-Mulej, il-Qaddis tagħkom” (Is. 43,15).

Il-Profeta Isaija ra l-Mulej fuq tron għoli. Fuqu kien hemm is-serafini, kull wieħed b’sitt ġwienaħ: bi tnejn jgħattu wiċċhom, bi tnejn jgħattu riġlejhom u bi tnejn jittajru. U kienu jkantaw “Qaddis, qaddis, qaddis hu l-Mulej tal-eżerċti. L-art kollha mimlija bis-sebħ tiegħu” (Is. 6, 3).

Wara Alla u l-Anġli, l-Immakulata tiċċelebra l-qdusija tal-isem ta’ Alla: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej... għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu.” (Lq. 1, 46-49).

Page 6: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

4

Hekku r-raġuni li għaliha l-Immakulata, għall-kliem ta’ Bernadetta “Jekk inti ġejja f’isem Alla, ersaq ’il hawn, tbaxxi rasha b’rispett, titbissem u tidher imdawla f’wiċċha! Il-Qalb Immakulata tagħha, ħuġġieġa tal-imħabba ta’ Alla, ma tistax iżżomm meta tisma’ l-isem qaddis ta’ Alla minn fomm dik it-tfajla innoċenti!

U Aħna?U aħna kif nistmaw l-isem ta’ Alla? Kif inġibu

ruħna quddiem min jidgħi? Kif jirreaġixxi l-ispirtu tagħna? X’nagħmlu biex ma jseħħx it-tkasbir tal-Isem Qaddis ta’ Alla, biex inpattu għal dik l-offiża u anki nsalvaw lil dawk l-imsejkna erwieħ li jidgħu?

Ejjew nitolbu lill-Immakulata l-grazzja li nkunu sensibbli ħafna fil-ferħ meta nisimgħu l-Isem ta’ Alla u ta’ Marija jiġu mbierka! Ejjew anki nħossu niket meta narawhom ipprofanati u milquta bid-dagħa! Dan għandu jkun it-termometru tal-imħabba tagħna għal Alla u tal-għaqda tagħna miegħu.

Ejjew nirisolvu darba għal dejjem li ma nsemmux l-ismijiet ta’ Alla, ta’ Ġesù u ta’ Marija mingħajr riflessjoni u mingħajr ma nbaxxu rasna b’rispett! Il-Verġni Immakulata, li fid-dehriet ta’ Lourdes dehret b’mant abjad, taqlgħalna hi s-safa tant għażiż għaliha u għal Ġesù Binha.

Il-Madonna, meta tisma’ lil Alla jissemma’, tħoss, tbaxxi rasha, issir miksija bid-dawl. Imma aħna kemm-il darba kuljum nisimgħu l-isem ta’ Alla qisna ma smajna xejn, mingħajr l-iċken ħsieb tal-istess Alla li nkunu smajna jissemma’!

X’inhi l-kawża ta’ din in-negliġenza tagħna? Żgur li hija l-ftit imħabba li għandna lejn Alla! Min iħobb persuna, meta jismagħha tissemma’, jitqanqal u jitkebbes bħal l-istess Immakulata quddiem Bernadetta. Ejjew nitolbu lill-istess Alla jagħmilna tassew devoti tal-Isem Qaddis tiegħu! U dan fl-ispirtu li Ġesù stess għallimna biex bih nitolbu lill-Missier Etern tagħna: “Missierna li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek!”

Din hija l-grazzja li għandna nitolbu lill-Immakulata taqlgħalna. Li tgħallimna r-rispett lejn l-Isem Qaddis ta’ Alla. Anki li tgħinna sabiex nużawh bħala strument fid-difiża tagħna kontra l-assalti tax-xitan.

Fl-okkażjoni tat-tielet dehra, fit-18 ta’ Frar, Bernadetta qalet lill-Madonna dan il-kliem: “Sinjura, jekk għandek xi ħaġa x’tgħarrafni, jekk jogħġbok, iktibli fuq din il-karta min inti u x’tixtieq.” Allura l-Madonna tbissmet u qalet: “Dak li għandi x’ngħidlek ma hemmx bżonn li niktbu! Trid tkun tant twajba li tiġi hawn għal ħmistax-il ġurnata?” U, wara li Bernadetta qalet “iva”, Marija żiedet tgħid: “Ma nwegħdekx li tkun hienja f’din id-dinja, iżda fl-oħra.”

X’sempliċità u xi ħlewwa tal-Immakulata! Il-vera devozzjoni hija mibnija fuq is-sempliċità tal-qalb u tal-imġieba. Kien Ġesù stess li ddikjara hienja dawk ta’ qalbhom safja għax jaraw lil Alla.

L-Immakulata għażlet li turi ruħha lid-dinja permezz ta’ dik id-daqsxejn ta’ ragħajja mrobbija qalb in-ngħaġ u l-ħrief f’dik is-sempliċità li tant togħġob lil Alla. L-ispirtu ta’ din it-tfajla baqa’ f’purità assoluta.

X’lezzjoni għal dawk li jaħsbu li huma għorrief! Kellu raġun l-Ispirtu s-Santu jgħid “Min iżeblaħ lill-oħrajn jistmellu l-Mulej, imma lit-twajbin jagħtihom il-grazzja.” (Prov. 3, 34). Is-suppervja tonfoħ sal-punt li ma tippermettix li tiġina l-grazzja ta’ Alla, anzi tbiegħed lil Alla mir-ruħ. Proprju fuq l-erwieħ umli Alla jixħet ħarstu u jagħżilhom għall-meravilji ta’ mħabbtu.

Il-Madonna ma taċċettax li tikteb fuq karta, għax Alla jrid li tikteb fl-imħuħ u fil-qlub kliem etern. Għall-Immakulata biżżejjed tbissima biex fir-ruħ tnissel l-għerf tal-Qaddisin u tmexxina lejn rabtiet meraviljużi! Hi tbiddel il-veduti tad-dinja permezz ta’ tfal innoċenti u bla tagħlim, u dan biss għax dawn l-istess tfal jagħrfu jbaxxu rashom għal min jirrappreżenta lil Alla u jassoċjaw ruħhom ma’ Omm Ġesù fit-talb ferventi u innoċenti tagħhom.

L-Immakulata kienet taf li Bernadetta kienet tixbah lil dawk it-tfal innoċenti li Ġesù kien iħobb iżiegħel bihom u jgħid li s-saltna tas-smewwiet hija għal dawk li jixbħuhom.

Ejjew, mela, inpoġġu fil-ġenb il-piż tal-pretenzjonijiet tal-għerf tagħna! Ejjew nagħmlu ħilitna ħalli nilbsu t-tfulija spiritwali tant għażiża għal Alla u għall-Immakulata!

Meta Marija qalet lil Bernadetta “Trid tkun tant twajba li tiġi hawn għal ħmistax-il ġurnata?”, l-Immakulata wriet diskrezzjoni tant kbira li tħawwad is-suppervja tagħna. Marija setgħet “ikkmandat” lil Bernadetta li tmur hemm, iżda wriet rispett tal-għaġeb għal dik li hija libertà umana. Għax dak kollu li aħna nagħtu lil Alla għandu jkun effett ta’ volontà libera! Xejn “bilfors” fir-relazzjonijiet tagħna ma’ Alla l-Imbierek!

Il-Pjanijiet kollha ta’ Marija jiddependu issa mid-deċiżjoni ta’ Bernadette. Bħalma l-pjani divini tal-Fidwa darba kienu poġġew ir-realizzazzjoni tagħhom għal dak il-FIAT tal-Verġni ta’ Nazaret! L-Iskrittura Mqaddsa turina li Ġesù stess kien jimxi b’dan il-mod. Difatti kien qal lil dak iż-żagħżugħ: “Jekk trid ..... ejja u imxi warajja.” (Mt. 19, 21).

U x’kienet l-unika wegħda tal-Immakulata lil Bernadetta? Malli t-tfajla wegħdet li tmur hemm, il-Madonna qaltilha mingħajr tlaqliq “Ma nwegħdekx li tkun hienja f’din id-dinja, iżda fl-oħra.” ■

Page 7: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

5

Minn dejjem kelli mħabba speċjali lejn l-istudju dwar San Ġużepp, dan il-Kbir Patrijarka, ir-Raġel Ġust u Kastissmu ta’ Marija u Patrun tal-Knisja Universali. Dan għaliex jiena ġej minn parroċċa li hija ddedikata lil San Ġużepp u lil Marija Immakulata. Meta kont Ruma nistudja t-Teoloġija Biblika fl-Università tal-Ġiżwiti tal-Gregorjana, kont qrajt dwar il-ktieb apokrifu ‘L-Istorja ta’ San Ġużepp il-Mastrudaxxa’. Huwa ktieb li nkiteb fis-sekli tal-bidu u huwa prinċipalment diskors twil dwar il-mewta qaddisa ta’ San Ġużepp li jgħid li seħħet meta Ġesù kellu dawk id-19 u l-20 sena. Fil-fatt il-vanġeli jsemmu lil San Ġużepp meta Ġesù kellu tnax-il sena meta Ġesù ntilef fit-tempju u ma jsemmuhx iżjed meta Ġesù beda l-ħajja pubblika tiegħu ta’ madwar 30 sena, u għalhekk mela San Ġużepp miet bejn dan il-perjodu ta’ snin. Fil-fatt il-Knisja Kopta tal-Eġittu tiċċelebra l-mewt ta’ San Ġużepp fis-26 tax-xahar tagħhom ta’ Abib li jiġi t-2 ta’ Awwissu tagħna. Il-Knisja fl-Etjopja ukoll tiċċelebra l-festa tal-mewt ta’ San Ġużepp fis-26 tax-xahar tagħhom ta’ Hamle.

Il‑Kbir Patrijarka San Ġużepp… lejn is‑sena 2019‑2020

Niċċelebraw l‑elfejn sena mill‑mewt tiegħu!

U għalhekk dan kollu juri li s-sena 2019 u 2020 jaħbat l-elfejn sena mill-mewt jew aħjar mit-twelid għas-sema ta’ San Ġużepp. Jiena personalment għamilt talba lill-Kongregazzjoni tal-Kult Divin u tas-Sagramenti ġewwa Ruma biex jikkunsidraw li s-sena 2019 u 2020 tkun ‘Sena Ġużeppina’ bħalma kien sar ma’ San Pawl u għalhekk tkun sena ta’ riflessjoni kbira dwar din il-figura tant nobbli u qaddisa ta’ San Ġużepp fil-Knisja kollha. Fil-fatt irċevejt risposta mill-Vatikan li din il-proposta li ressaqt ser tiġi kkunsidrata u studjata. Tkellimt ukoll mal-Isqof tagħna l-E.T. Mons. Mario Grech u interessa ħafna ruħu b’din il-proposta ta’ ‘Sena Ġużeppina’. Għalhekk fi ftit snin oħra jekk Alla jrid għandna niċċelebraw festi kbar ad unur ta’ San Ġużepp. Dan jaħbat ukoll mal-150 sena mill-proklamazzjoni ta’ San Ġużepp bħala patrun tal-Knisja Universali mill-Beatu Papa Piju IX fl-1870. Jaħbat ukoll l-elf sena mill-kult Ġużeppin fl-Ewropa tal-Punent. Fil-parroċċa tagħna tal-Qala nkunu qed inħejju għall-50 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari ta’ San Ġużepp fl-1971. Din għandha tkun sena ta’ grazzja kbira għall-Knisja kollha u għad-devoti kollha ta’ San Ġużepp. ■

Fr Charles Buttigieg

Ittra mis-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan iffirmata mill-Isqof Angelo Becciu b’risposta għall-ittra ta’ Fr Charles

Page 8: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

6

Għeżież ħuti Qalin,

Din il-ħarġa ta’ Leħen il-Qala tal-Milied 2012, hija s-sitt waħda li qed tiġi ppubblikata minn dan il-Bord Editorjali – jiġifieri l-Bord il-ġdid għalaq sentejn. Bdejna bil-ħarġa tal-Għid 2011, li hija l-ewwel waħda ta’ matul is-sena u l-aħħar waħda hija dik tal-Milied.

Dakinhar il-Bord Editorjali kien adotta l-‘Policy’ li filwaqt li jagħraf l-‘istandard’ u l-preżentazzjoni tar-Rivista bħala tajbin u aċċettabli, jimpenja ruħu sabiex ikompli jtejjeb il-kwalità kif ukoll id-dehra ta’ din ir-Rivista. Dan ridna nagħmluh billi nimmiraw għal tliet punti prinċipali li huma:

• Insibu aktar kittieba rinomati u ta’ kalibru sabiex jikkontribwixxu bil-kitba tagħhom, kemm Għawdxin kif ukoll Maltin, waqt li nkomplu ninkuraġġixxu talenti lokali.

• Nippruvaw nippreżentaw artikli u ‘topics’ li jkunu kemm jista’ jkun attwali u ta’ interess kemm għall-qarrejja Qalin kif ukoll l-Emigranti tagħna u l-Barranin. Dawn jinkludu storja, reliġjon, stil ta’ ħajja, attwalità u divertiment. Qed noqogħdu attenti biex il-kitba kemm Maltija kif ukoll Ingliża tkun waħda korretta grammatikament.

• Ir-Rivista tkun ippubblikata fil-ħin u titqassam lill-familji kollha, almenu f’dik il-ġimgħa tal-Għid, tal-Festa tar-Raħal u tal-Milied u mhux wara.

Matul dawn is-sentejn b’umiltà ngħid li bil-mod il-mod qed jirnexxielna nilħqu l-għanijiet tagħna. L-awturi żdiedu sostanzjalment u huma nies magħrufa u ta’ kalibru, li nistgħu nsejħulhom ‘awtorità’ fil-kitba li jippreżentaw. Dawn huma kemm Għawdxin kif ukoll Maltin. Żidna l-varjetà tas-suġġetti li niktbu dwarhom fuq ir-Rivista. Inkludejna anke kitba bl-Ingliż għall-barranin li jgħixu fir-Raħal tagħna. Inkludejna wkoll ftit tan-nostalġija billi f’kull ħarġa nistampaw ritratt li jkollu aktar minn ħamsin sena u li jiddeskrivi xi nies jew attività li tifforma parti mill-istorja ta’ raħalna. Żidna anke xi paġni bil-kulur, waqt li l-Qoxra tkun dejjem stampata ‘glossy’ ovvjament bil-kulur bi stampa li b’xi mod tkun relatata mal-okkażjoni partikulari tal-ħarġa tar-Rivista. Għal dan kollu rrid ngħid grazzi mill-qalb lil sħabi membri tal-Bord, l-Arċipriet iċ-Ċerman, u l-kontributuri kollha li jikkontribwixxu f’din ir-Rivista Leħen il-Qala, kif ukoll lill-istampatur tal-biċċa xogħol sabiħa li qed jagħtina.

Din hi l-ħarġa tal-Milied, l-aħħar ħarġa tas-sena. Żmien sabiħ li jissimbolizza l-għaqda, l-imħabba, il-paċi u l-ferħ li jaf jagħti Ġesù Bambin. Żmien mimli attività reliġjuża, avvenimenti soċjali u serati ta’ divertiment. Żmien li fih niftakru f’dawk l-għeżież tagħna, f’dawk vulnerabbli u f’dawk li jgħixu fis-solitudini. Żmien li fih tispikka l-karità kristjana, is-solidarjetà u r-rikonċiljazzjoni mhux biss ma’ Alla l-Imbierek imma anke bejnietna l-bnedmin.

J’Alla l-Parroċċa tagħna tgħix dan l-Ispirtu Qaddis tal-Milied is-sena kollha imma b’mod speċjali matul dawn il-ġranet festivi. J’Alla l-familji tagħna jħossu dan il-ferħ qaddis u jgħadduh lil xulxin u lil qrabathom kollha, inklużi dawk morda, fl-isptarijiet, u anke dawk barra minn xtutna. Din hi festa li tinkludi lil kulħadd u li ma tħalli barra lil ħadd. Għax Ġesù ġie fid-dinja għal kulħadd. Ejjew nagħtu l-Milied u s-Sena t-Tajba lil kulħadd mill-qalb u mhux bix-xufftejn biss. B’hekk nagħtu Glorja lil Alla u niggarantixxu l-Paċi fl-art lilna lkoll ta’ rieda tajba.

Il‑Milied u s‑Sena t‑tajba.

Euchar Mizzi ‑ Editur.

L‑Editorjal

Għalaqna Sentejn!

Appell: Rivista Leħen Il‑QalaIl-Bord Editorjali tar-rivista “Leħen Il-Qala” għandu pjaċir jikkonferma li qed jagħmel kull ma jista’ sabiex ikompli jikkonsolida l-kwalità ġa tajba tar-Rivista. Mhux biss, iżda qed isir dak kollu possibbli sabiex din il-kwalità tkompli togħla u titjieb.

Kif wieħed jista’ jifhem dan isir b’żewġ modi; • b’investiment ta’ ħsieb, ippjanar u ħidma, u dan kollu qed isir fuq bażi volontarja, • b’investiment finanzjarju kemm f’dik li hija kwalità ta’ stampar kif ukoll kwalità tal-karta u l-preżentazzjoni. Dan qed

isir ukoll.

Għalhekk il-Bord jappella lilkom għeżież qarrejja regolari ta’ din ir-rivista, sabiex bħala apprezzament ta’ dan kollu, b’mod volontarju toffru xi ħaġa żgħira biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż involuti. Il-ġenerożità tal-Qalin m’hemmx għalfejn tistaqsi għaliha. Kunu ġenerużi mar-Rivista tagħkom.

Grazzi.Il-Bord Editorjali.

Page 9: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

7

“SAN ĠUŻEPP FoStNA”

Il‑Ħames Parti:(Jaqbad mill‑Ħarġa tal‑Festa 2012)

© kitba ta’ VICtoR GALEA

B. Il‑Folklor ta’ San Ġużepp

(ikompli)

f. Il‑Bastun ta’ San Ġużepp II.

1. Il‑ġilju ta’ San Ġużepp (Lilium candidum). Dal-ġilju abjad ħalib, li Vassalli jsejjaħlu s-susan, hawn min jafu bħala l-bastun ta’ San Ġużepp, kif ukoll il-ġilju ta’ San Ġużepp. It-Taljani jgħidulu l-ġilju ta’ Sant’Antnin u l-Ingliżi l-ġilju tal-Madonna. Dan għax kemm fil-vari u kemm

fl-inkwatri, dal-ġilju narawh kemm f’id San Ġużepp u kemm f’id Sant’Antnin ta’ Padova, filwaqt li fil-Lunzjata jkun f’id l-Arkanġlu Gabriel.

Safejn naf jien l-ewwel darba li pittur qiegħed il-ġilju l-abjad f’idejn San Ġużepp kien Giotto, (ċ.1266-1337), li fit-Tieġ tal-Madonna fil-kappella tal-Iskrovenji, Padova, għamillu ġiljuwa bi fjura waħda, b’ħamiema li skont il-leġġenda, ħarġet mill-bastun ta’ San Ġużepp, fuqha. Illum, barra li narawh iżomm il-ġilju l-abjad b’zokk qasir aħdar u mwerraq, lil San Ġużepp narawh ukoll bil-ġilju l-abjad f’tarf bastun twil u niexef.

Il-basla tal-ġilju ta’ San Ġużepp ma tixbahx lill-basla tal-ikel jew lill-basla tar-ranġis jew tal-ġaċinti, għax il-weraq abjad silġ tagħha, flok ikun marsus waħda mal-oħra, ikun imberraħ qisu qaqoċċa li tħalliet fuq ommha u fetħet ktieb.

Dal-ġilju, wara li jiftaħ fl-ewwel nofs ta’ Mejju, jistrieħ u jaqbad u jnixxef il-weraq biex jorqodlok sal-bidu tal-ħarifa, bħalma jagħmel il-basal tal-ikel u t-tewm, kif ukoll basal ieħor bħall-għansar u widint il-ħmar. Jekk il-basla taqlagħha, ngħidu aħna għal tal-Vitorja, tista’ tifraqha werqa, werqa, tgħattih

bil-ħamrija u ssaqqih sa ma tagħmel l-ewwel xita. Oħroġ il-għaġeb minn kull waħda toħroġ bsajla daqs nitfa, bajda jekk tmissha ttebbagħha, li biż-żmien tikber, u wara sentejn tarma toħroġ il-ġilju. L-istess ħaġa tista’ tagħmel lill-basla tal-ġilju ta’ Sant’Antnin, li hawn min isibu tat-trumbetti, għax tawwali, imma ma jarmix fwieħa daqs ta’ San Ġużepp.

Jien, b’kumbinazzjoni, skoprejt mezz ieħor kif tkattar il-ġilju bla tbatija. Wara li qtajt il-fjur min-nofs iz-zokk, billi jkun twil ġmielu, il-biċċa li kien baqa’ tajtha ġibda sħiħa u qaċċattha minn fuq ommha. B’hekk ġbart daqs żewġ tużżani zkuk u tlaqthom għad-dell taħt il-larinġa li għandi d-dar ta’ Marsalforn. B’għaġeb kbir tiegħi, wara xi żmien, fl-eqqel tas-sajf, għall-ħabta ta’ Santa Marija, ma nilmaħx kotra ta’ basal irqiq abjad daqs il-lift, li ġelben mill-għaqda tal-weraq maz-zokk imlaħħam, li kellu meraq maħżun biżżejjed biex setgħu joħorġu dawk il-bsajjel fin-nixfa u l-għomma ta’ sajf qieraħ.

Wara dan ħadt id-drawwa li kull sena niġbor dan il-basal daqs nitfa u nqassmu lil dak u lill-ieħor, biex kemm nista’, ftit ftit, inxerrdu m’Għawdex kollu. Ma għandniex xi ngħidu, dan il-ġilju bħal kull ġilju ieħor, ibid, u jekk lill-fjura tħalliha fuq ommha, tgħaqqad iż-żerriegħa.

Il-bjuda ta’ dal-ġilju hi xi ħaġa li tgħaġġbek. Dil-bjuda titkattar sew billi l-ġilju jleqq. Għall-fwieħa mbagħad, ftit hemm fjuri jisbquha, il-ġiljuwa ta’ San Ġużepp, jekk mhux il-qronfol ta’ tfuliti, għax tal-lum bonswa. Jista’ jkun li għalhekk il-pitturi qabdu u għażluha bħala simbolu tas-safa għal id San Ġużepp.

Ħalluni ngħidilkom kif kien tnissel is-susan skont il-leġġenda Spanjola ta’ Don Tristan. Hawnhekk tajjeb niftakru, li kemm qabel l-1500 u kemm wara, kellna nies jisimhom Stajnu u Żolda, taqsiriet ta’ Tristjanu

Page 10: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

8

u Iżolda, iż-żewġ maħbubin li titkellem fuqhom dil-leġġenda. Ir-Rumanza ta’ Don Tristan tgħidilna li kif fomm Iżolda kien marsus ma’ fomm Tristan, hu u jmut, bid-dmugħ li xerrdu t-tnejn saqqew il-friex, li minnu nibet is-susan, li bl-Ispanjol jgħidulu asucena, is-susana, mill-Għarbi bħalna. 2. Il‑berwieq ( A s p h o d e l u s aestivus).

F’xi nħawi t’Għawdex, bħar-Rabat, il-Munxar u ż-Żebbuġ, lill-berwieq isibuh il-bastun ta’ San Ġużepp, mhux biss għax is-sibbiela li toħroġ għal Frar, li timtela fjuri, togħla xi metru u nofs, imma għax il-fjura tkun bajda qisha tal-ġilju, għalkemm ikollha ħjut kannellin li jżewquha.

L-għajdut fuq il-berwieq jixbah ħafna lil dak li jingħad fuq l-għansar. Ngħidu

aħna, iż-Żebbuġ jgħidu li jekk

il-bastun ta’ San Ġużepp jitla’ dritt, annata tajba; jekk imgħawweġ,

annata ħażina. Dan

il-qawl il-Professur Aquilina jagħtih hekk: Meta titla’ l-berwieqa, l-annata tkun sabiħa.

Proverbju ieħor li nsibu fil-Kalendarju tal-Bidwi, xi mija u ħamsin sena ilu, jgħid li r-rimi tal-berwieq u t-tewm safi f’werqu, sena ta’ ebda taħsir. Imbagħad il-Patri Magri għandu: Iż-żahar fil-berwieq u t-tewm bla taħsir, tama qawwija li l-biedja tkun bla ebda tidkir. Dal-kliem, l-iktar il-kelma tidkir, li tfisser li meta jiddakkar bil-mard, fixkel mhux biss lil Magri, li kitibha ħażin titkir, imma lil kull min ġie warajh. Skont missieri, dal-qawl ifisser li jekk il-berwieq u t-tewm ma jintessux bin-nogħra, fungu mil-lewn is-sadid, iż-żara’ u l-ful, li jħobbu jmorru bin-nogħra la jitfaċċa Marzu, aktarx jibqgħu bla mimsusa u jwasslu kemm is-sbul u kemm l-imżiewet, b’wiċċ il-ġid.

Dan għax in-nogħra tħobb titfaċċa l-ewwel fuq il-berwieq u t-tewm, u wara, araha ddur għall-uċuh l-oħra. In-nogħra l-iktar li tixtered biċ-ċirċ sikwit u bl-indewwa li jġib miegħu r-riħ isfel. Meta l-ajru jżomm xott, bir-riħ fuq jonfoħ sikwit u b’hekk ma jaqax nida, mhux biss il-berwieq jimla ż-żerriegħa bħall-ġebel u t-tewm jagħmel ir-ras, imma magħhom tgawdi wkoll il-miżirgħa kollha.

Illum il-berwieq aktarx għadek issibu fil-qraten u xagħri li għadhom ma tgħattewx bil-bini u fil-ġnub blatin tal-widien u fl-irdajjem. Imma qabel ma tfaċċa l-bniedem fuq dawn il-gżejjer, fuq is-sebat elef sena ilu, minn Sqallija, il-berwieq aktarx kien jgħatti kollox, blat, ħamri u bajjad, bwar, imraġ u widien.

Għal dawn in-nies u dawk kollha li kienu jgħammru l-gżejjjer tal-Mediterran, il-berwieq kien sombor, l-iktar meta l-annata kienet tkun batuta mħabba n-nuqqas ta’ xita jew il-mard.. Fi żmien il-għaks u l-ġuħ, kien ikollhom

iduru għall-għeruq imlaħħma tal-berwieq maħżuna b’kull barka minn sena għal sena, u jikluhom. Iż-żrieragħ kotrana tiegħu wkoll kienu tajba għalihom biex itaffu l-ġuħ. Fil-gżejjer tal-Eġew, matul l-għaks li kienet ġabet

magħha l-invażjoni tal-Ġermaniżi wara l-1941, in-nies kellhom jerġgħu jduru għall-berwieq,

bħal ta’ Żmien il-Ħaġar.

Il-bniedem ta’ Żmien il-Ħaġar, mhux biss kien jgħaddi fil-berwieq, imma kien jemmen li kienu jikluh ukoll l-allat u l-erwieħ. Omeru, fl-Odissea, jgħid li l-mejtin kienu jispiċċaw fl-għelieqi tal-berwieq, asphodelos leimenes, bil-Grieg.

Għalhekk jien naħseb li l-ewwel nies li ġew hawn, barra l-ħamri, li għalihom kellu seħer liema bħalu, billi kienu jqisuh id-demm li kienet xerrdet id-Dea hi u tiled id-dinja, dik il-mara mġissma li nstabet

Page 11: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

9

fl-imqades tagħha, il-berwieq kellu dik ix-xi ħaġa biex jibnu l-imqades tagħhom u jidfnu lil nieshom f’postijiet bħax-Xagħra, Ta’ Ċenċ u x-Xewkija, Għawdex, u Ta’ Ħaġrat u l-bqija, Malta. Il-berwieq kien ifakkarhom li d-Dea, barra Dea tal-ħajjin kienet ukoll Dea tal-mejtin.

3. Il‑Ħatar ta’ San Ġużepp (Alcea rosea).Il-ħatar ta’ San

Ġużepp, xitla tal-ġonna, tal-familja tal-ħubbejża, il-malvaċji. Billi ma tikbirx ħlief fil-ġonna, jaħsbu li hi pastarda, taħlita ta’ żewġ ħubbejżiet oħra. Ilha li daħlet Malta għax isemmiha l-erbarju ta’ l-1787, fejn isejħilha bl-isem xjentifiku ta’ Althea rosa, kif konna nafuha sa m’ilux wisq.

Bħall-ħubbejz kollu għandha l-weraq artab u muswaf qisu bellus, imma ta’ din ikun naqra ikbar, meta tqis li ttellagħlek bastun m’ogħla raġel, jekk mhux iktar. Il-fjuri għandhom ħames petali roża bħal tal-ħubbejż, għalkemm hemm min ikun aħmar jew abjad. Bħalma wieħed jistenna mid-daqs taz-zokk, il-fjuri jkunu ħarira kbar, daqs tal-ħubbejż li jissaġġar, jekk mhux ikbar ukoll .

Il-ħatar ta’ San Ġużepp, bħal uħud mill-ħubbejż, iżomm minn sena għal sena, imma jwarrad sena iva u oħra le. Il-fjuri joħorġu xħin tibda tisħon id-dinja fir-rebbiegħa.

4. Il‑Freżja (Freesia refracta).Il-freżja, l-ewwel

darba li rajtha, kien fir-rebbiegħa tal-1952, meta kont il-Kulleġġ San Mikiel, Villa Pembroke, li kienet tmiss mal-Villa Rosa, San Ġorġ. Il-ħajt diviżorju tal-ġnien tal-kulleġġ kellu selħa li aħna l-istudenti konna naqbżu minnha għal ġol-villa l-oħra waqt il-lezzjoni tat-tpinġija. Il-freżja laqtitni, mhux

biss għax kienet ġdida għalija, imma għax rajtha tikber bejn ix-xquq ta’ ċangatura tal-mogħdijiet bla qies li hemm fil-villa, ħaġa li kont nistenna biss l-ingliża, ħaxixa pessma u perfda, li tagħmel hekk, u li bħalha kienet daħlet hawn mill-Afrika t’Isfel.

Il-freżja ssemmiet għal tabib Ġermaniż, li miet fl-1876, kunjomu Freese, li daħħalha l-Ewropa mill-Afrika t’Isfel. Sa fejn naf jien l-ewwel li kien daħħalha bħala kelma bil-Malti kien it-Tabib Enrico Magro fid-dizzjunarju tal-1906. Ġanni Borġ, botaniku u suprintendent tal-biedja, fl-1927, kiteb li minnha kien hemm il-ħlejjiet il-Buskett u fil-ġonna ta’ Verdala.

Il-freżja għandha mill-gladjola tal-ġonna u l-ħabb il-qamħ, li aħna l-Għawdxin insibuha l-qamħa, tal-famlija tal-iridaċji. Għalhekk il-basla ma tkunx bil-weraq imkebbeb u marsus ma’ xulxin bħal tal-ġilju, imma tkun biċċa waħda li jgħidulha korm. Fis-sajf, wara li twarrad fil-bidu tar-rebbiegħa, tagħmel iż-żerriegħa u tinxef. Tagħmel qatigħ bajd u għalhekk ma tridx tħalliha tikkoppa. Biex tħaxxen dal-bajd trid ittajrilha iż-żerriegħa malli taqa’ l-warda ħalli tinfexx fil-bajd li joħroġ minn taħt il-bajda l-kbira.

Biex dejjem toħroġ fjuri f’saħħithom u sbieħ, malli jaqleb it-temp fil-bidu tal-ħarifa, trid taqlagħha, issaffiha mill-basal l-irqiq u tħalli l-imdaqqas biss. L-irqiq tista’ tħawlu f‘mixtla għalih, ħalli jġib ruħu, iħaxxen u joħroġ il-ward sena oħra.

Jekk il-freżja tħalliha għad-dell fit-tul timrad. Għalhekk min jiżragħha fil-ħwat jew fil-qsari tajjeb iħalliha għax-xemx tal-ħarifa, u mbagħad, wara li l-ġurnata titwal u l-freżja tkun waslet biex tiftaħ, iddellilha biex il-fjuri jitgawdew iktar u t-tuba tibqa’ niedja, ħalli l-korm jilħaq jikber qabel ma tnixxef il-weraq. Meta mbagħad tkun fil-ġonna, imħawla mal-passaġġi jew mixtla mixtla, tajjeb ikollha ħdejha s-siġar li joħorfu fix-xitwa u jarmaw għar-rebbiegħa, biex ix-xemx, il-freżja teħodha fix-xhur tal-ħarifa u x-xitwa, u meta n-nhar jibda jidher sew, tiddellel bir-raħs il-ġdid tas-siġar.

Li l-freżja jgħidulha l-bastun ta’ San Ġużepp tismagħha l-Għasri. Jgħidulha hekk għax iz-zokk ikollu n-naħa ta’ fuq, fejn ikun kollu blanzuni, mgħawweġ bħall-bastun ta’ San Ġużepp, pastur tat-tafal, għarkupptejh mal-Madonna, ħdejn il-maxtura tal-Bambin, fil-grotta tal-presepju, dari. Dawk li kienu jagħmlu s-Sanġużeppijiet u l-Madonni tat-tafal dari, kienu jemmnu fil-leġġenda li San Ġużepp meta tgħarras kellu mad-disgħin sena. Għalhekk, barra li kienu jagħmluh xiħ għakka, bix-xagħar u l-leħja bojod qoton, kienu jagħmlulu bastun tax-xjuħ biex jistrieħ fuqu, bil-maqbad milwi, sewwasew kif narawh impitter fil-medju evu.

Tajjeb niftakru li l-freżja, isimha xjentifiku, Freesia refracta, ifisser il-freżja l-milwija. Billi kull xitla miz-zokk toħroġlok mal-għaxar fjuriet, il-parti l-milwija tkun twila mhux ħażin.

(ikompli fil-ħarġa tal-Għid 2013).

Page 12: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

10

Hardware Best

Quality Lowest Prices

Plot 24, Qasam Ta’ Dun Anton, Xagħra, Gozo.Tel: 2156 3457Fax: 2156 4285Mob: 9945 0523

Mario PortelliWoodWorks5 st Joseph street, Qala, GozoTel / Fax: 2156 2985

Manufacturers of High Quality Furniture and

Interior Fitments. We guarantee Excellent Craftsmanship

Page 13: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

11

minn: MoNS. ANtoN SULtANA, Arċipriet Emeritus tal‑Qala

Ingredjenti Spiritwali

Fuq tlieta toqgħod il‑borma!(9)

Fidi ‑ tama ‑ MħabbaMingħajr dawn it‑tlieta, m’aħniex “Insara”!Fil-11 ta’ Ottubru li għadda (2012), fuq xewqa u ordni tal-Papa Benedittu XVI, espressa u mxandra sena qabel permezz tal-Ittra Appostolika “Porta Fidei” tal-11 ta’ Ottubru 2011, għall-Knisja Kattolika Universali bdiet “Is‑Sena tal‑Fidi” li għandha tinżamm sal-24 ta’ Novembru tas-sena d-dieħla (2013) meta tagħlaq fis-sollennità ta’ Kristu Re.

Din hija u għandha tkun sena speċjali għalina lkoll, sena ta’ grazzja biex, kif qalilna l-Isqof tagħna fl-ittra ċirkulari (nru.26/2012) “matul din is-sena nfittxu li ngħaddu mill-‘bieb tal-fidi’ ħalli permezz tal-Knisja nerġgħu nidħlu f’għaqda ma’ Alla. Dan il-bieb huwa Ġesù Kristu!” Mela Kristu nnifsu huwa ċ-ċentru u l-iskop ewlieni ta’ din is-sena “providenzjali”, għax fi Kristu, il-Missier qalilna kollox u tana kollox, u fiH biss nistgħu nsibu “t-triq, il-verità u l-ħajja” tagħna bħala “nsara”, jiġifieri nemmnu fiH, ngħixu għaliH, u nimxu warajH jekk irridu naslu għas-salvazzjoni ta’ dejjem li Hu wegħidna.

Il‑Fidi weħidha mhix biżżejjed!Għalkemm kif jgħallimna San Pawl, “mingħajr fidi ma

nistgħux nogħġbu ’l Alla”, il-fidi weħidha ma tfisser xejn jekk mhix marbuta essenzjalment u tagħti l-frott tagħha ma’ żewġ virtujiet oħra teologali: it‑tama u l‑imħabba. Għax kif jgħallimna l-Appostlu Missierna fl-Ewwel Ittra tiegħu lill-Korintin, Kap 13: “Kieku għandi fidi sħiħa li ċċaqlaq il-muntanji u m’għandix imħabba, jien ma nkun xejn” (v: 2b), għax “tlieta huma li jibqgħu: il-fidi, it-tama u l-imħabba; u l-ikbar fosthom hi l-imħabba” (v:13).

Għalhekk f’din it-trijoloġija spiritwali li qed nikteb illum, għax dejjem “fuq tlieta toqgħod il-borma” (!), ma nistax insemmi biss il-fidi, anke jekk l-enfasi ta’ din is-sena speċjali qed issir fuq x’inhi u mhix il-vera “fidi”. Għax kif kien fisser tant tajjeb il-Papa Pawlu VI fl-Eżortazzjoni Appostolika tiegħu “Evangelii nuntiandi” (8 ta’ Diċembru 1975) f’paragrafu nru.15:

“Il-Knisja hija l-komunità li temmen, il‑komunità li tgħix fit‑tama u tikkomunikaha, u hi l-komunità tal‑imħabba tal‑aħwa, u għandha bżonn tisma’ bla heda dwar dak li għandha temmen, dwar għalfejn tittama, u dwar il‑kmandament ġdid tal‑imħabba. Il-Knisja hi l-Poplu ta’ Alla li jinsab fid-dinja, spiss ittentat mill-idoli, u għandha bżonn tisma’ lil Min ixandar ‘l‑opri kbar ta’ Alla’ li jikkonvertuha lejn il‑Mulej u tħossu jsejħilha mill-ġdid il-ħin kollu u jerġa’ jgħaqqadha Miegħu. F’kelma waħda dan ifisser li jekk il-Knisja trid iżżomm ħajja l-qawwa biex tħabbar l-Evanġelju, hi għandha bżonn tkun evanġelizzata biex tgħix il‑ħin kollu fil‑fidi, fit‑tama u fl‑imħabba”.

X’jgħidilna l‑Katekiżmu tal‑KnisjaMeta jitkellem dwar il-Virtujiet Teologali f’artiklu 7b,

il-Katekiżmu Ġdid tal-Knisja Kattolika li kien ġie approvat u ppubblikat 20 sena ilu (11 ta’ Ottubru 1992) mill-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II, insibu din it-tifsira.

“Il-virtujiet teologali (fidi, tama u mħabba) jħejju l-insara biex jgħixu f’relazzjoni ma’ Alla, li hu l-bidu,

l-motiv, u l-oġġett tagħhom. Huma s‑sisien tal‑ħajja morali tan‑nisrani, u

jsawru u jqawwu l-virtujiet morali...”

Page 14: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

12

Minn dan nikkonkludu li ma nistgħux nissejħu jew nippretendu li aħna “tassew” Nsara sempliċiment għaliex ġejna mgħammda, jew għax għamilna l-Preċett, jew għax iżżewwiġna fil-knisja, jew għax meta jogħġobna jew ifettlilna mmorru nisimgħu quddiesa nhar ta’ Ħadd ....! Jekk m’aħniex ngħixu ’l barra mill-bieb tal-knisja “f’relazzjoni intima ma’ Alla”, jew il-ħajja morali tagħna qed tkun kundizzjonata minn kif taħsibha d-dinja billi ngħixu, naħsbu u naġixxu skont kif jaqblilna jew skont kif tipproponielna d-dinja sekolarizzata li ma temminx u ma tqimx ’l Alla, allura aħna nsara biss tal‑isem! Jien nisrani tassew mhux għaliex immur il-knisja jew għax naf il-Kredu bl-amment, imma għaliex qed nipprova bis-serjetà li NGĦIX ta’ nisrani, f’kollox u dejjem, bla limiti jew kundizzjonijiet, kuljum u kullimkien, il‑prinċipji tal‑Fidi Nisranija skont il‑Vanġelu ta’ Sidna Ġesù Kristu u t‑tagħlim tal‑Maġisteru tal‑Knisja Mqaddsa.

Min jemmen kif irid (relativiżmu) jew jikser bl-addoċċ il-Kmandamenti t’Alla, it-tagħlim tal-Vanġelu u tal-Knisja Tiegħu, qed imur il-knisja bi drawwa biss u ftit li xejn jiswielu jekk mhux lest li jbiddel fehmtu u l-istil tal-ħajja pagana jew immorali li kuntent li jibqa’ jgħix fihom. “Jew Miegħi jew kontra Tiegħi, u min ma jiġborx Miegħi ixerred,” kien qal darba Ġesù!

Hemm ħafna li jaħsbu li jistgħu jkunu “nsara tajba” għax ma jidgħux jew għax forsi anke jgħidu r-Rużarju jew xi kurunella meta jfettlilhom, jew għax jiġu jbusu l-Kurċifiss fil-Ġimgħa l-Kbira... Imma mbagħad “addio” quddiesa nhar ta’ Ħadd, “addio” qrar u tqarbin,

“addio” prietki jew eżerċizzi, “addio” reliġjon... aħseb u ara kemm qed “jgħixu” fil-fidi, fit-tama u fl-imħabba, “is-sisien tal-ħajja morali ta’ kull nisrani”. X’jimpurtani x’jgħid il-Katekiżmu, il-Papa, l-Isqof jew il-qassisin!!!

Hekk qed jgħidu dawn bil‑fatti...Li tgħid: “jien nemmen f’Alla imma ma rridux

jindaħalli x’nagħmel u ma nagħmilx f’ħajti u b’ħajti! Dik biċċa tiegħi!”... Li tgħid: “jien immur il-quddies u nitqarben ukoll, imma l-ebda Papa jew Isqof m’għandu dritt jindaħalli kif għandi nifhimha dwar iż-żwieġ u d-divorzju, dwar ‘il-gay marriages’ u dwar l-abort, dwar l-IVF u l-ewtanasja... Dawk kwistjonijiet soċjali u politiċi, u l-Vanġelu ta’ Kristu ‘out-dated’ u l-Knisja għandha tagħlaq ħalqha għax ma tifhimx u mhux biċċa tagħha!!”... Jekk tirraġuna b’dan il-mod, ħaġa waħda ngħidlek: tGĦIDX LI INt NISRANI! Anke jekk għammduk! Anke jekk tiġi tqatta’ nofs siegħa nhar ta’ Ħadd fil-knisja! Anke jekk tippretendi li meta tmut għandhom jagħmlulek funeral sabiħ bħal ħaddieħor fil-knisja bil-kant, bis-santi, jekk mhux ukoll b’xi poeżija jew b’eloġju biex xi ħadd ibellagħhielna kemm kont ruħ tajba!!!

Mela x’jagħmlek “tassew” Nisrani?Mhux il-Magħmudija biss! Imma ħafna aktar minn

ftit ilma fuq rasek, aktar u aktar jekk ġejt mgħammed meta bil-kemm kien għadek ftaħt għajnejk għall-ħajja, aħseb u ara kemm stajt tiftaħ moħħok u qalbek għal Kristu!

Kieku kelli nagħtik tweġiba fil-qosor għall-mistoqsija t’hawn fuq, nista’ ngħidlek f’sentenza waħda: “Aqra sewwa u emmen u għix dak kollu li jgħidlek il‑Katekiżmu ġdid tal‑Knisja Kottolika, anke f’edizzjoni fil-qosor”! Imma għax naf jew nobsor li ftit huma dawk li għadhom jinteressaw ruħhom mill-qari bis-serjetà, ħlief forsi biex jaqraw il-ħmerijiet ta’ xi gazzetta jew rumanz mimli ħrejjef u ħolm, ikolli ngħidlek f’sentenza oħra qasira: “Għix ħajtek fil-Fidi, bit-Tama u bl-Imħabba. Dawn huma l-bażi u l-qofol tal-ħajja Nisranija kollha, mhux bil-kliem imma bil-fatti!”

1. Int “tassew Nisrani” daqskemm temmen:U skont l-istess Katekiżmu: “Il-fidi hi don t’Alla biex

nemmnu fiH u f’kulma rrivelalna permezz ta’ Ġesù Kristu (il-Vanġelu) u dak kollu li l-Knisja tgħidilna li għandna nemmnu (il-Kredu). Min jemmen ifittex dejjem li jkun jaf x’inhi r-rieda t’Alla... Iżda l-fidi hi mejta mingħajr l-għemil tajjeb (ara Ġakbu 2,28). Għaqda sħiħa u kontinwa ma’ Kristu titlob li l‑fidi tkun imsieħba mat‑tama u mal‑imħabba (nisranija)...” (Katek. 7b). Ma’ din it-tifsira fil-qosor, fil-bidu tal-Katekiżmu fl-Ewwel Sezzjoni, Kap Ċ jgħidilna wkoll li l-vera fidi, (1) hi qabel xejn rabta personali ma’ Alla, (2) fiduċja sħiħa f’Alla, (3) att uman b’azzjoni ħielsa li taċċetta l-verità t’Alla, (4) hi mibnija fuq il‑kelma t’Alla li ma jqarraqx, (5) twassalna għall-ġustifikazzjoni u għall-ħajja ta’

Page 15: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

13

dejjem, u (6) Hi l‑Knisja li twassal, tmantni u ssaħħaħ

il-fidi permezz t a t - t a g ħ l i m tagħha lil

uliedha, biex nilqgħuha bħala kelma rrivelata lilna minn Alla. Fuq kollox in-nisrani għandu jagħti xhieda tal-veritajiet li jemmen fihom, bil-kelma u bl-eżempju tal-ħajja tiegħu, biex iwassal il-fidi lil oħrajn.

2. Int “tassew Nisrani” daqskemm tittama:

Mal-fidi hemm marbuta l-virtù tat-tama, għax kif jgħidilna

l-Kardinal Timothy Dolan, Arċisqof ta’ New York, “it-tama trid toħroġ mill‑fidi... Ir-raġuni għala jiena bniedem ta’ tama hija preċiżament għaliex jien bniedem ta’ fidi... Il-fidi u t-tama huma essenzjali t‑tnejn flimkien” (ara “Il-Ħajja f’Għawdex” Aww – Sett. 2012, pp.26-27)

Imma x’inhi sew il-virtù tat-tama? Naraw x’jgħidilna fil-qosor il-Katekiżmu: “It-tama hi virtù teologali li biha nixtiequ u nistennew mingħand Alla, b’fiduċja sħiħa, l-ħajja ta’ dejjem u l-grazzji meħtieġa biex nilħquha: Inżommu sħiħ fl-istqarrija qawwija tat-tama tagħna, għaliex ta’ kelmtu huwa dak li għamlilna l-wegħda” (Lhud 10, 23). It-tama twieġeb għax-xewqa tal-hena li Alla qiegħed f’qalb kull bniedem. Bix-xandir tal-Beatitudnijiet (ara Matt. 5, 3-12 jew Luqa 6, 20-26), Ġesù refa’ t‑tama tagħna lejn is‑sema bħala

pajjiżna, waqt li wriena t-triq li jkollna ngħaddu minnha fost il-provi li magħhom niltaqgħu.

G ħ a l h e k k n i s t g ħ u n i t t a m a w

li għad niksbu l-glorja tal-Ġenna li Alla wiegħed lil dawk li jħobbuh u li jagħmlu r-rieda Tiegħu”.

3, Int “tassew Nisrani” daqskemm tħobb:

L-imħabba! Aktarx li m’hawnx suġġett aktar komuni u popolari fil-prietki li nisimgħu fi żmienna, u l-aktar virtù li qed nonqsu fiha

fi kliemna u f’għemilna! Għax meta tonqos il‑fidi, tonqos ukoll l‑imħabba lejn Alla u lejn xulxin, u fejn jiżdiedu d‑dnub u l‑korruzzjoni, l‑immoralità u l‑bruda lejn il‑prattika reliġjuża, stenna li l‑imħabba ser tkun tfisser biss sentimentaliżmu egoista u passjoni ta’ mument. Mhux ta’ b’xejn ħlomna bid-divorzju u issa wkoll bil-‘gay-marriages’, għax għal ħafna, l-imħabba tissrraf biss fis-sesswalità!

X’inhi sew il-vera mħabba? Hi virtù teologali, ikompli jgħidilna l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, “li biha nħobbu ’l Alla fuq kollox u l-proxxmu tagħna bħalna nfusna”. Għalhekk Ġesù jsejjaħ l-imħabba ‘kmandament ġdid’ (Ġwanni 13, 34) Qal li hu “ġdid” għax trid titgħallem tħobb ta’ nisrani fuq l-eżempju Tiegħu: “bħalma ħ a b b e j t k o m jien”. U żied jgħidilna: “Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi intom tibqgħu f’ imħabbti” (Ġwanni 15, 10). L-imħabba “vera” hi l-milja tal-perfezzjoni nisranija u mingħajrha xejn ma jkun jiswielna ta’ ġid (ara 1 Kor. 13, 1-4), lanqas il-kurunelli jew il-festi kbar u sbieħ lill-qaddisin! Il-fidi tagħna tiġi ppruvata fl‑imħabba vera tagħna, mhux fil-fanfarunati ta’ piki fuq l-isbaħ knisja jew l-isbaħ festa!

Konklużjoni:M’hemmx għalfejn ngħid aktar dwar dawn it-tliet

virtujiet fundamentali u essenzjali tal-ħajja “tassew” nisranija. Din is-Sena tal-Fidi għandha ddaħħalna f’sensina biex mal-fidi, li jeħtieġ tkun imsaħħa u ppurifikata f’kull wieħed u waħda minna permezz ta’ “evanġelizzazzjoni ġdida” kif jixtiequ l-Papa u s-Sinodu tal-Isqfijiet li sar f’Ruma f’Ottubru li għadda, mal‑fidi norbtu wkoll it‑tama u l‑imħabba. Inkella l-fidi li ngħidu li għandna ser tibqa’ biss superfiċjalità ta’ drawwiet u folklor, aktar milli ħajja ġenwina f’relazzjoni intima ma’ Kristu.

Min irid jifhem aħjar dak li nixtieq ngħid, nirrikkmandalu jaqra l-artikli sbieħ li qed jikteb Joe Rapa tal-Mixja Katekumenali ta’ kull xahar fir-rivista djoċesana “Il-Ħajja f’Għawdex”. Nagħlaq billi nikkwota vers tiegħu fl-artiklu li kiteb fil-ħarġa ta’ Ottubru li għadda:

“J’Alla din is‑Sena tal‑Fidi tnissel ċaqlieqa anke fl‑istrutturi tal‑parroċċi tagħna u tagħmel minnhom fabbriki ta’ fidi adulta fi Kristu, fidi matura aktar milli reliġjożità tradizzjonali, fidi ġenwina mibnija fuq konvinzjoni sħiħa ta’ ħajja nisranija skont il‑Vanġelu”.

Page 16: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

14

Fir‑Raħal tal‑Qala, (1947‑1957) (l‑ewwel parti)

Frak ta’ Storja (6)minn: Winston L. Zammit B.A.,(Hons.), P.G.C.E., M.A.

Fl-1946 il-qagħda tal-Qala, xejn ma kienet sabiħa. Dan joħroġ ċar minn nota dwar l-imsemmi raħal, fil-ħarġa tal-gazzetta ‘Għawdex’ tas-26 ta’ Mejju 1946, li kienet tgħid hekk:

“Fuq il-Qala, tgħid il-gvern jaf li Għawdex hemm raħal jismu l-Qala? Jekk kien jaf xi darba llum ċert li nesa ismu, għaliex kieku dan ir-raħal ma jinsabx fl-abbandun li fih jinsab. Triqat imħarbta, dwal xejn eċċ, eċċ. Għaliex it-triq tal-Qala ma tiġix miksija bl-asfalt?”1

Fl-1946 ir-raħal tal-Qala li ġie diskritt bħala raħal abbandunat, minnħabba l-istat li kien jinsab fih kellu tliet servizzi tal-gvern. Dawn kienu l-iskejjel primarji tal-bniet u tas-subien, l-għassa tal-pulizija2 u s-servizz tat-tabib tal-Berġa, li kien jaqdi t-tlett irħula tan-Nadur, Qala u Għajnsielem. Iżda f’Marzu 1946, din il-kariga kienet vakanti.3 Ir-raħal ma kellux is-servizz ta’ telefon kiosk.4

Popolazzjoni u Djar 1948‑1957:Miċ-ċensiment li sar fl-14 ta’ Ġunju 1948 nafu li

l-Qala kellha popolazzjoni ta’ 1,569 ruħ, 729 irġiel u 840 nisa.

Minn dan it-total ta’ 1,569 ruħ, 1303 kellhom seba’ snin jew iżjed. Minnhom 191 kienu jafu jaqraw biss, 676 kienu jafu jiktbu u jaqraw filwaqt li 436 kienu llitterati.5

Miċ-ċensiment li sar fl-1957, nafu li l-popolazzjoni kienet telgħet għal 1616 (749 rġiel u 867 nisa). Minnhom 1,548 kienu joqogħdu fir-raħal proprju u 68 fil-kampanja madwar ir-raħal. 6

Djar:In-numru ta’ djar fil-Qala esklużi lukandi u

istituzzjonijiet fl-1945, kien ta’ 411 imqassmin hekk:

• One Storey House 118• Two Storey House 250• Three Storey House 1• Flats 0• Rooms 427

Sa disa’ snin wara 1954, in-numru ta’ djar kien baqa’ l-istess 411. Dan juri li ma kienx sar żvilupp f’inħawi ġodda. Minn dan in-numru 400 kienu fir-raħal proprju u 11 kienu fil-kampanja madwar ir-raħal.8

Iċ‑ċensiment (1957) jagħtina tagħrif interessanti dwar id-djar tar-raħal.• Djar bil-provista tal-ilma u elettriku 130• Djar bil-provista tal-ilma biss 44• Djar bil-provista tal-elettriku biss 70

Ma jidhirx li kien hemm djar bil-komunikazzjoni tal-gass. Fir-raħal kien hemm 24 dar b’komunikazzjoni mad-drenaġġ filwaqt li 137 dar kellhom is-servizz tal-fossa.9

Fejn kienu jaħdmu l‑Qalin fl‑1949:Miċ-ċensiment tal-1948 nieħdu idea fejn

kienu jaħdmu uħud mill-Qalin. Il-Biedja kienet għadha importanti tant li nsibu li kien hemm 210 ruħ impenjati f’dan il-qasam. Fil-qasam tas-sajd kien hemm 22 ruħ, u dawn naturalment kienu jsorġu d-dgħajjes tas-sajd tagħhom f’Ħondoq ir-Rummien. Fil-qasam tal-bini kien hemm jaħdmu 22 ruħ.

Fil-qasam tal-Knisja bejn il-Kleru tal-Parroċċa u l-kunvent tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù kien hemm b’kollox 19, bejn Saċerdoti u Sorijiet. Għalliema kien hemm disa’ u erba’ kienu impjegati fil-qasam tas-saħħa. Impjegati mal-Gvern Ingliż u mal-Gvern Malti kien hemm ħdax.10

Referenzi:1 Għawdex. 26-V-1946 p. 1.2 D(ebates) L(egislative) A(ssembly) p.4259, P.Q. 658

Minn din il-mistoqsija nafu li fil-Qala kien hemm stazzjonat kuntistabbli wieħed biss.

3 Għawdex 6-VIII-1945 p.5, 31-111-1946 p.2.4 D.L.A. 27-1-1949 p.4094 P.Q. 622.5 Census of the Maltese Islands 14-VI-1948. pp. 6,9, 233.6 Census 1957, pp. 56, 228.7 Census 1948 op. cit. p.417.8 Census 1957, p. 228.9 IBID p. 20310 Census 1948, op. cit. p.p. 373, 381.

Page 17: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

15

Katekeżi

LUQA 6: Versi 20‑42minn: Ursula theuma

Il-katekeżi tal-lum hi maqsuma fi tliet partijiet:1. Il-hena veru u hena qarrieq2. L-imħabba lejn l-għedewwa3. Tiġġudikawx

F’din il-katekeżi sejrin naraw kemm it-tagħlim ta’ Ġesù hu għal kollox kontra dak li tgħallimna d-dinja.

Hena veru u hena qarrieq:Dan id-diskors jiġbor fih il-prinċipji ewlenin tal-Liġi

l-Ġdida u tal-ħajja nisranija. Il-Liġi l-Qadima, jiġifieri l-liġi morali jew l-għaxar kmandamenti, kienet liġi tajba għax mogħtija minn Alla, u għalhekk ma tistax titħassar anqas titbiddel. Imma kienet liġi nieqsa. Ma kinitx twiegħed ħlas fid-dinja l-oħra lil min iħarisha anqas thedded kastig lil min jiksirha. Premju u kastig kienu f’din id-dinja. Kienet liġi mogħtija lil Israel, il-poplu ta’ Alla, u għalhekk il-kmandament ‘ħobb lil għajrek’ kienu jżommuh għalihom biss u mhux għall-barranin ukoll. Kristu ma ġiex biex iħassar il-liġi, imma biex jagħtiha dik il-perfezzjoni li kien jonqosha, jagħtiha ħajja ġdida, jagħmilha liġi tal-bnedmin kollha, mibnija fuq l-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu u fuq it-tama tal-ħlas ta’ dejjem fil-ġenna. Ma naħsbux li Kristu qal dan id-diskors kollu f’darba. Aktarx li San Mattew għaqqad f’diskors wieħed ħafna tagħlim li Kristu qal f’ċirkostanzi differenti. San Luqa għandu ħafna bċejjeċ mid-diskors imxerred mal-Evanġelju kollu.

Din hi taqsira tal-istess diskors tal-muntanja li jinqara aktar fit-tul f’San Mattew. San Luqa li kiteb għal dawk li ma kinux Lhud, kellu bilfors iħalli barra dak li ma kienx jiftiehem ħlief mil-Lhud.

Lq.6, 21. “Henjin intom li issa bil-ġuħ, għax tkunu mxebbgħin. Henjin intom li issa tibku, għax għad tidħku”. Il-ġuħ u l-għatx tas-sewwa hi x-xewqa li wieħed jagħmel ir-rieda ta’ Alla. Din ix-xewqa Alla jħallasha kif sejrin naraw.

Salm 126, 5-6, iġibilna l-eżempju ta’ dawk li jiżirgħu bid-dmugħ, jaħsdu bil-għajjat ta’ ferħ. “Huma u sejrin, imorru jibku, iġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ, imma huma u ġejjin, jiġu b’għajjat ta’ ferħ, iġorru l-qatet f’idejhom”.

Is-Salmista jittama li din il-bidla ma ddumx ma ssir. Wara t-taħbit u l-qtigħ il-qalb ta’ issa, għad jiġi l-ferħ. Bħal dak il-ferħ li jħoss il-bidwi meta jara l-ġid li Alla jkun tefa’ fir-raba’ tiegħu. Wara l-qtigħ ta’ qalb li jkun għadda minnu, mindu żera’ l-għalqa tiegħu sa ma wasal żmien il-ħsad.

Hekk ukoll aħna, jekk nagħmlu r-rieda t’Alla, wara t-tbatija u l-qtigħ il-qalb ta’ din il-ħajja għad nidħlu fil-ferħ ta’ dejjem. Anzi minn din id-dinja nieħdu l-ħlas, għax ikollna l-paċi f’qalbna.

Is. 61, 3 U nsibu l-Profeta Isaija kien mibgħut minn Alla biex jagħti lil Lhud imjassra l-aħbar it-tajba

Hena Veru u Hena qarrieq, l‑Imħabba lejn l‑Għedewwa,

tiġġudikawx

Page 18: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

16

tal-ħelsien. Fil-Vanġelu nsibu lil Ġesù japplika dawn il-versi għall-missjoni tiegħu (ara Lq. 4, 18-19) għax il-ħelsien mill-eżilju ta’ Babel kien xbiha tal-ħelsien wisq aqwa li tana Ġesù mill-jasar tad-dnub.

Fl-Apok. 7, 16-17, naraw x’hemm lest għalina, dejjem jekk nagħmlu r-rieda t’Alla.

“Qatt ma jkollhom aktar u la ġuħ u lanqas għatx; ma tolqothomx u la xemx u lanqas ebda ħruq, għax il-Ħaruf, li hu f’nofs it-tron, jirgħahom u jmexxihom lejn għejjun ta’ ilma ħaj. U Alla jimsaħ kull demgħa minn għajnejhom”.

Huma qegħdin quddiem Alla u Alla qiegħed magħhom. Ma jbatux iżjed. It-tbatija tispiċċa darba għal dejjem. Kristu jimlihom b’kull ġid u Alla hu għalihom għajn ta’ kull ferħ. Xi ħlas kbir hemm jistenniena!

Lq.6, 22. “Henjin intom meta minħabba Bin il-Bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, igħajrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina”, u Ġesù jkompli jgħid lill-Appostli: Gw. 15, 19, “Li kontu tad-dinja, id-dinja tħobb dak li hu tagħha, imma billi m’intomx tad-dinja, imma ħadtkom mid-dinja, għalhekk tobgħodkom id-dinja”.

Id-dinja li f’San Ġwann hi d-dinja ħażina, għax ma taqbilx mat-tagħlim ta’ Ġesù; tobgħod il-ħbieb ta’ Ġesù, bħalma bagħdet lil Ġesù. Għax mhumiex min-nies tagħha. Jekk id-dinja mxiet ħażin ma’ Ġesù, ser timxi tajjeb mal-appostli u ma’ dawk li jimxu wara Ġesù, li huma inqas minnu? U Ġesù jkompli jgħid lill-appostli; Ġw. 16, 2. “Ikeċċukom mis-sinagogi; u tiġi wkoll is-siegħa meta kull min joqtolkom jaħseb li qiegħed jagħti qima ’l Alla”.

Ġesù iħabbrilhom minn qabel minn xiex kellhom jgħaddu u jagħmlilhom il-kuraġġ biex ma jitħawdux u jgħidilhom: “Tibżgħux meta jagħmlu għalikom u joqtlukom, għax minn għalihom qegħdin tiksru l-liġi. Qawwu qalbkom u ttamaw fija”.

Iżjed, in-nisrani li jbati għal Kristu għandu jifraħ għax għandu fih l-Ispirtu ta’ Alla li jagħtih il-glorja ta’ dejjem.

Lq. 6, 23. ikompli jgħidilna: “Dakinhar li jiġrilkom hekk, ifirħu u aqbżu bil-ferħ, għax araw, ħlaskom kbir ikun fis-sema. L-istess għamlu missirijietkom lill-profeti”.

Milli rajna Ġesù jwiegħed il-premju lil min ibati għalih. Anke fil-Kron. 36, 16, insibu li huma kienu jiddieħku bil-mibgħutin tiegħu, imaqdru kliemu, u jkasbru l-profeti tiegħu, sa ma saħnet il-korla tal-Mulej għall-poplu tiegħu, hekk li ma setgħux jeħilsuha aktar. U San Mattew jurina meta qal għalihom: Mt. 23, 30-31 u tgħidu, “Kieku konna fi żmien missirijietna ma konniex nissieħbu magħhom u nxerrdu demm il-profeti’, u b’hekk weħidkom tagħtu xhieda li intom ulied il-qattiela tal-profeti!”

Li jibnu u jżejnu l-oqbra tan-nies tajba mhix ħaġa ħażina. Il-ħażin hu, li huma ulied dawk li qatlu l-profeti;

uliedhom fil-ġisem u fil-qalb. U bħal wlied agħar mill-missirijiet, huma għad joqtlu l-aqwa fost il-profeti – lil Kristu. Lq.6, 24. Imma ħażin għalikom intom il-għonja għax il-faraġ tagħkom ħadtuh.

Dawn is-saħtiet huma l-maqlub tal-barkiet u jinqraw f’San Luqa biss. Aktarx li fost il-ġemgħa kien hemm xi Fariżej li kien ħaqqhom dak it-theddid. U Ġakbu jkompli jheddidhom u jgħidilhom: Ġak. 5, 1. “Ejjew issa, intom il-għonja ibku u ixhru fuq il-għawġ li ġej fuqkom”.

Il-ġid fih innifsu mhux ħażin, sakemm wieħed ikun akkwistah onestament u mhux bil-qerq, u sakemm wieħed jużah tajjeb u jgħin lil min m’għandux.

Dawn huma l-għonja ħżiena, li jerdgħu demm il-fqir u qalbhom marbuta mal-ġid tad-dinja. Jaħasra għalihom! X’kont iridu jagħtu!

Lq. 6, 26. “Ħażin għalikom meta kulħadd isemmikom fil-ġid. Għax l-istess għamlu missirijietkom lill-profeti foloz!” U, Ġak. 4, 4, jkompli: “Nisa adulteri! Ma tafux li l-ħbiberija mad-dinja hija l-għadu ta’ Alla? Min mela jrid isir ħabib mad-dinja huwa l-għadu ta’ Alla”. Iż-żienja skont San Ġakbu huma n-nies tad-dinja. Huma dawk li jħallu ’l Alla u l-liġi tiegħu biex imorru wara d-dinja u l-pjaċiri tagħha. Bħal mara li tħalli lil żewġha biex tmur ma’ ieħor. Alla u d-dinja huma għedewwa ta’ xulxin. Min iħobb ’il wieħed ma jistax iħobb l-ieħor. Jien wara min qed nimxi, wara d-dinja bil-pjaċiri, t-tagħlim u l-modi kollha tagħha jew wara Alla u t-tagħlim tiegħu?

Imħabba lejn l‑għedewwa:Lq. 6, 27. “Imma lilkom li qegħdin tisimgħuni,

ngħidilkom; ‘Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom”.

Mhix ħaġa ħafifa li tħobb u tagħmel il-ġid lil min jobgħodok. Iżda l-imħabba nisranija tħaddan lil kulħadd, ħbieb u għedewwa u tagħmilna wlied Alla li hu ħanin ma’ kulħadd. Ġesù tana l-eżempju – minn Alla sar bniedem, ħa l-passjoni u l-mewt ħarxa fuq is-salib għalina, meta aħna konna għedewwa tiegħu. Dan biex jagħmilna wlied Alla.

Il-Prov. 25, 21. Jgħidilna: “Jekk il-għadu tiegħek bil-ġuħ, itimgħu; jekk inhu bil-għatx, isqih. Il-ħniena li turi lejn l-għadu tiegħek iġġiegħlu jrattab qalbu u ddawru lejk”.

Rum. 12,20. Fl-ittra tiegħu lir-Rumani San Pawl jgħidilna; “Mhux biss aħfru lill-għedewwa, imma agħmlulhom il-ġid ukoll. B’hekk aktar iġġiegħlu jħoss it-tjubija tiegħek, bħal ġamar fuq rasu, u jrattab qalbu”.

Lq. 6, 28. Bierku lil min jisħitkom, itolbu għal min iżeblaħkom. U fl-ittra tiegħu San Pawl lir-Rum. 12, 12, jgħidilna: Bierku ’l dawk li jagħmlu għalikom, bierku u la tisħtux. Xtiequ dejjem il-ġid u mhux id-deni lill-għedewwa tagħkom.

Page 19: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

17

Lq. 6, 29. Ikompli jgħidilna: “Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu”, u jkompli Lq. 6, 31 “Kif tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, hekk ukoll agħmlu intom lilhom”.

Mt.7, 12 jgħidilna: “Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom”. Nimxu aħna b’dan il-mod? Jew lili ma rridx min iweġġagħni, jagħmilli azzjonijiet ħżiena u jien ħa nweġġa’ bi lsieni, b’għemili u bl-imġieba tiegħi? Qed nuru rispett u mħabba ġenwina lejn il-proxxmu speċjalment lejn l-għedewwa tiegħi? U jkompli.

Lq.6, 35. “Imma intom ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid, isilfu bla ma tistennew xi ħaġa lura, u l-ħlas tagħkom ikun kbir, u tkunu wlied Alla l-għoli li hu tajjeb mal-ingrati u l-ħżiena”.

tiġġudikawx:Lq. 6, 37. “Tġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati;

tikkundannawx u ma tkunux ikkundannati; aħfru u ssibu l-maħfra”.

Ma għandniex inċanfru u nikkundannaw bl-aħrax, biex Alla ma jagħmilx hekk ukoll magħna. Kulħadd għandu l-ħtijiet tiegħu. Għax naraw ħtija żgħira ta’ ħaddieħor u ma narawx ħtija kbira tagħna? Kemm aħna ħfief biex niġġudikaw u nikkundannaw!

Mt. 6, 14. “Għax jekk taħfru lin-nies ħtijiethom, jaħfrilkom ukoll missierkom li hu fis-smewwiet”. Alla jaħfer, imma aħna nsibuha bi tqila biex naħfru l-ħtijiet ta’ ħaddieħor. Anzi ġie li nsibuha bi tqila wkoll biex naħfru lilna nfusna. Għalhekk nitilfu l-paċi ta’ qalbna.

Ġesù jwissina u jgħidilna, Mk. 4, 24. “Oqogħdu attenti x’tisimgħu!” Għandna ħafna tagħlim li jmur kontra t-tagħlim ta’ Ġesù. Noqogħdu attenti!

Lq. 6. 39. Qalilhom parabbola: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra?” Il-Fariżej kienu jitħabtu biex idaħħlu l-pagani fil-liġi tagħhom. Iżda meta xi ħadd jaqleb għal magħhom, fl-eżempju ħażin tagħhom kien isir agħar minnhom. Ħuti noqogħdu attenti!

Lq. 6, 40. “Id-dixxiplu m’huwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu, imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu”.

Ġw. 13, 16. “Tassew, tassew ngħidilkom, m’hemm l-ebda qaddej aqwa minn sidu u l-ebda mibgħut akbar minn min bagħtu”. Kristu ried jagħti lezzjoni ta’ umiltà, imħabba u ndafa tar-ruħ.

U jekk lil Ġesù għajruh u ppersegwitawh, l-appostli m’għandhomx jistennew li jkollhom xorti aħjar. Jekk id-dinja mxiet ħażin ma’ Ġesù ser timxi tajjeb mal-appostli u l-ħbieb tiegħu li huma inqas minnu?

L‑Arċipriet u l‑Kleru flimkien

mal‑Bord Editorjali jawguraw

Milied Qaddisu Sena Ġdida 2013

mimlija bil‑Barka ta’ Alla

lill‑parruċċani kollha

Page 20: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

18

to our English Speaking Residents:

Christmas a time for solidarityDear Friends,

It seems to me that only a few weeks ago we were celebrating our feast, but actually here I am again, addressing you through our Magazine “Leħen il-Qala”, in our Christmas edition. Surely this is the best time of the year for meeting people and sharing our warmest wishes with them, with their beloved ones and their extended families, neighbours and friends.

As we all know, Christmas is a time for solidarity with people suffering from solitude not only at home but also in the community. It is a time to practice charity in its widest sense. Time to visit sick people and those retired owing to old age at home, at some Old People’s Homes, or in Hospitals. Charity has no frontiers, so it enters Prison cells, why not! Charity remembers people who live in institutions which cater for persons with special needs, or those suffering from mental disabilities. It makes them all happy to receive a visitor. To have someone to listen and talk to them. Those of us who have already been practising these kind acts during the Christmas period will attest to a wonderful feeling of well being, of peace within their hearts. The kind of peace that only comes through the act of giving and sharing. We need not be rich to do this, as what most people need and appreciate most is not our money but a little bit of our time.

Christmas is a time where we stop and look around us. We see the excited faces of little children and feel the loss of our own innocence. We may go to parties where everything glitters, and yet feel alone in spite of all the people. There is no magic wand. The magic is inside us and it is called Faith. Faith in the birth of a little child who changed the world.

Christmas is a season of peace and blessings, but peace and blessings are not gifts we buy ourselves or receive. They are feelings which we carry within our hearts. And the strange truth is, that we only feel them when we ourselves give them to others. The more we give the more we receive. So for those of us who are new to this concept of giving, I say there’s no time like the present, no better time than Christmas time. You may be surprised how happy you can make someone just by sharing a bit of time with him.

In October, H.H. Pope Benedict XVI, has declared this year as The International Year Of Faith. This is very important for the whole World, not only for Christians. Because Faith is Conscience and Conscience is the regulator which tells us what is good and what is bad. What we should do and what we shouldn’t do. For us Christians, faith is everything. Faith leads us to the love of God and invites us to cherish this love between our families, between our communities and extends it also to all humanity. Faith gives us hope, patience, forgiveness, power to reconcile with God and with one another. In one word, Faith is true life.

On behalf of the Editorial Board, I take this opportunity to give each and everyone of you, readers of “Leħen il-Qala”, residents and friends who visit us so frequently and your beloved ones, a Very Happy and Blessed Christmas and a Prosperous New Year, full of joy, peace and goodwill. May the Good Lord give us another year of good health, peaceful families and above all, a life of harmony at home and within our community of our beloved locality of Qala.

I wish you all a Very Happy Christmas and a Prosperous New Year!

Euchar MizziEditor

E‑mail: [email protected]

Page 21: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

19

“Niltaqgħu ma’ Kristu” minn: Angelo Xuereb

Minkejja t-tibdil mgħaġġel li s-soċjetà tagħna qiegħda tgħaddi minnu, l-Milied għad għandu importanza kbira fil-ħajja ta’ ħafna.

Inġibu quddiem għajnejna lil Ġesù tarbijaĦafna jippruvaw jiċċelebraw din il-festa b’diversi

modi; bil-presepju, bis-siġra tal-Milied, min jarma xi Bambin sabiħ, ikliet u parties. Il-Milied huwa festa li għandha għeruq fondi fil-kultura tagħna. Iżda matul dan iż-żmien għandna nistaqsu wkoll jekk aħniex qegħdin niltaqgħu ma’ Kristu verament jew nibqgħu fejn inkunu.

Matul dan iż-żmien għandna nġibu ħafna quddiem għajnejna lil Kristu fil-għar ta’ Betlem bil-Verġni Marija u San Ġużepp miegħu. Din ix-xena mhijiex xi ħaġa tal-artisti jew tat-tfal iżda hija verità ta’ fidi. Fil-Kredu tal-Appostli nistqarru: “U f’Ġesù Kristu Ibnu wieħed Sidna. Li kien ikkonċeput mill-Ispirtu s-Santu, twieled minn Marija Verġni.” U fil-Kredu ta’ Niċea-Kostantinopli jiġifieri dak li ngħidu fil-quddiesa nhar ta’ Ħadd nistqarru: “Niżel mis-smewwiet għalina l-bnedmin u

għall-fidwa tagħna, u ħa l-ġisem bis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu, twieled minn Marija Verġni u sar bniedem.” San Ġwann tas-Salib jgħidilna li fl-Inkarnazzjoni hemm l-ogħla u l-aktar għerf sabiħ tal-opri ta’ Alla.

Fil-quddies tal-Milied meta s-saċerdot jgħid dawn il-kelmiet, ninżlu għarkupptejna. Verament li aħna xxurtjati li Ġesù ġie fostna bħala bniedem. Jiġifieri t-tieni persuna tat-Trinità ġiet fostna u ħadet in-natura ta’ bniedem. Iżda jekk ngħidu dan mhux biżżejjed. Ġesù ġie fostna biex aħna mmorru għand Alla.

Proprju dan il-ħsieb ifakkarni fil-ġrajja ta’ Ġakobb li nsibu rrakkontata fil-kapitlu 28 tal-Ġenesi. Ġakobb raqad f’post sagru u ħolom li qiegħed jara sellum wieqaf fl-art u l-quċċata tiegħu tmiss mas-sema u l-anġli telgħin u niżlin miegħu. U lemaħ il-Mulej wieqaf ħdejh.

Billi Sidna Ġesù Kristu sar bniedem f’kollox bħalna minbarra mid-dnub aħna qrobna lejn Alla. Is-sellum ta’ Ġakobb bl-anġli telgħin u neżlin minnu jurina

Page 22: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

20

kemm id-distanza bejn Alla u l-bniedem sfat fix-xejn permezz tal-Inkarnazzjoni. Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann insibu miktub: “Lil Alla għadu ħadd ma rah; imma għarrafhulna l-Iben il-waħdieni ta’ Alla li hu fi ħdan il-Missier” (Ġw 1, 18). Sidna Ġesù Kristu stess jgħidilna: “Min jara lili jkun jara lil min bagħatni Missieri” (Ġw 12, 45).

Ġesù jrid jidħol f’ħajjitnaDan huwa tagħlim sabiħ fuq Ġesù u l-miġja tiegħu

fl-art, li f’din is-sena tal-fidi għandna nimmeditaw b’mod speċjali. Iżda daqshekk mhux biżżejjed. Il-kontemplazzjoni ta’ Ġesù tarbija trid twassal biex Ġesù jidħol fil-ħajja tagħna. Kull bniedem li hawn fid-dinja għandu storja li għadda minnha, il-preżent li qiegħed jgħix u l-aspirazzjonijiet tiegħu għall-futur. Ġesù qiegħed jistedinna biex jidħol fil-fond ta’ qalbna fl-esperjenzi kollha tal-ħajja li ġarrabna u nagħmlu lilu ċ-ċentru ta’ ħajjitna. Min jaf kemm-il darba tajna importanza lill-ħwejjeġ ta’ ftit valur u lil Ġesù tajnieh post anqas ta’ importanza!

Meta niltaqgħu verament ma’ Ġesù nsiru nħobbuh aktar b’mod li nistgħu ngħidu ma’ San Pawl: “Ngħix, imma mhux iżjed jien, iżda jgħix fija Kristu” (Gal 2, 20). L-ewwel nett il-laqgħa tagħna ma’ Ġesù tħalli fina l-paċi. Dan ma jfissirx li ma ngħaddux aktar mill-ebda tbatija iżda kull esperjenza li nġarrbu sew pożittiva sew negattiva tkun: “fi Kristu, bi Kristu u ma’ Kristu.” Il-bniedem li jsib il-paċi jkun sab teżor u Alla dejjem jagħti l-paċi lil min jagħmel ir-rieda tiegħu.

Il-laqgħa ma’ Kristu sseħħ permezz tar-riflessjoni, is-skiet u fuq kollox permezz tal-Ewkaristija. Meta Ġesù twieled il-Verġni Marija fisqietu u medditu f’maxtura li minnha kienu jieklu l-annimali. Hekk naraw li Ġesù twieled biex isir ikel għalina. Huwa stess jgħidilna: “Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jien nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja” (Ġw 6, 51).

Meta niltaqgħu ma’ Kristu ma nkunux kuntenti li ltqajna miegħu aħna iżda nippruvaw li nieħdu lill-oħrajn għandu. Meta Sant’Indrija mar wara Ġesù stieden lil ħuh San Pietru biex imur wara Ġesù u ħadu għandu. L-istess għandna nagħmlu aħna. Inwasslu lil Ġesù fl-ambjent li fih ngħixu: fil-familja, fuq ix-xogħol u fil-postijiet tad-divertiment.

Il-festa tal-Milied iġġib fina l-ferħ iżda forsi jkun hawn min minħabba ċirkostanzi personali ma jistax jiċċelebra dawn il-festi. Dawn għandhom jiftakru li Ġesù ġie fid-dinja għal kulħadd u s-sustanza tal-ferħ tal-Milied huwa dak spiritwali. Anki min huwa għaddej minn xi dieqa jista’ jgawdi l-paċi tal-qalb. Jekk nifhmu li l-ferħ tal-Milied huwa xi ħaġa materjali biss inkunu għadna ma fhimniex il-misteru ta’ din il-festa.

Il‑laqgħa’ ma’ Kristu hija realtà preżenti u futuraMatul il-festi tal-Milied niftakru ħafna x’ġara elfejn

sena ilu fil-għar ta’ Betlem. Dan huwa importanti peress li t-twelid ta’ Kristu huwa xi ħaġa storika u biddlet l-istorja tal-bniedem. Niftakru wkoll xi jfisser it-twelid ta’ Ġesù fil-preżent; jiġifieri waqt kull quddiesa jsir Milied ieħor. Sant’Alfonz Maria de Liguori jgħidilna: “Huwa jitwieled kuljum fis-sagrament permezz tal-qassis u permezz tal-kelmiet tal-konsagrazzjoni. L-altar huwa l-presepju u hemmhekk immorru biex nitrejqu bil-ġisem tiegħu.”

Niftakru li Ġesù twieled verament u għandu jerġa’ jiġi fil-glorja. Fil-quddiesa s-saċerdot jgħid: “Inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej, inxandru bil-ferħ il-qawmien tiegħek, nistennewk sa ma tiġi fil-glorja” jew “kull darba li nieklu dal-ħobż u nixorbu dal-kalċi, inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej, sa ma’ tiġi.”

Il-laqgħa ma’ Ġesù li nagħmlu f’ħajjitna tippreparana biex niltaqgħu miegħu; jekk immutu fil-grazzja ta’ Alla niltaqgħu ma’ Ġesù, tant li San Ġorġ Preca jgħidilna: “O x’siegħa feliċi li fiha naraw il-wiċċ tant mixtieq, li jifforma l-għaxqa tal-qaddisin”.

Page 23: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

21

“L‑imħabba ta’ Alla għalina dehret f’dan li l‑Iben waħdieni ta’ Alla ntbagħat fid‑dinja mill‑Missier sabiex magħmul bniedem jagħti l‑ħajja mill‑ġdid u jiġbor f’wieħed lin‑nisel kollu tal‑bnedmin billi jifdih.” (Unitatis Redintegratio nru.2)

Għoxrin Edizzjoni tal‑‘Gozo International Celebration’

fil‑Parroċċa tal‑Qala… Attività Ekumenika fuq il‑Passi

tal‑Konċilju Vatikan IIminn: Fr. Charles Buttigieg

Dan l-aħħar seba’ snin fil-parroċċa tal-Qala bl-inizjattiva tal-Arċipriet il-Kan. Dr Joe Zammit flimkien ma’ kumitat apposta parrokkjali ġew organizzati diversi edizzjonijiet tal-‘Gozo International Celebration’ għaż-żminijiet tal-Għid, tal-Festa u tal-Milied. Fil-Milied ta’ din is-sena tiġi ċċelebrata jekk Alla jrid il-21 edizzjoni wara li ġew organizzati b’suċċess kbir 20 edizzjoni. Wieħed mill-membri ko-fundaturi ta’ din l-attività huwa l-mibki s-Sur Horace Mercieca. Il-kumitat attwali tal-GIC huwa magħmul mill-Arċipriet tal-Qala Kan. Dr Joe Zammit, Dr Franco Mercieca, Dr Ray Xerri u Fr Charles Buttigieg. L-għan prinċipali ta’ din l-attivita’ organizzata mill-Parroċċa tal-Qala hija l-ħidma ekumenika, li tgħaqqad diversi nsara u nies ta’ reliġjonijiet u kulturi differenti taħt ċelebrazzjoni waħda. Fil-parroċċa tal-Qala ta’ madwar elfejn ruħ wieħed isib bħalma jsib f’Malta u Għawdex, nies insara oħra bħal Protestanti u Ortodossi u nies ta’ reliġjonijiet oħra bħala Musulmani, Buddisti, Induwisti, reliġjonijiet Asjatiċi u Lhud.

L-Ekumeniżmu kien wieħed mill-ewlenin għanijiet tal-Koncilju Vatikan II li sar ħamsin sena ilu kif jidher bil-promulgazzjoni tad-Digriet dwar l-Ekumeniżmu, “Unitatis Redintegratio” tal-21 ta’ Novembru 1964. Wara l-konċilju, barra li ħarġu ħafna dokumenti dwar dan is-suġġett, ir-relazzjonijiet fraterni ma’ ħutna mifrudin tjiebu u għalhekk inħass il-ħtieġa li jissaħħu dawn il-punti ta’ għaqda ekumenika anke lokalment.

L‑GĦAQDA tAL‑INSARAL-impenn ekumeniku tal-Knisja Kattolika hu mibni fuq il-prinċipji duttrinali mħabbrin mill-Konċilju Vatikan II. It-tħabrik għall-għaqda bħala tweġiba lil Alla li qed isejjaħ lill-insara kollha, “ħa jkunu lkoll ħaġa waħda”, il-Konċilju juri l-Knisja bħala l-Poplu l-ġdid ta’ Alla. Issa kull knisja partikulari hi magħquda fiha nnifisha u fix-xirka tal-Knisja Waħda, Qaddisa, Kattolika u Appostolika. Il-kattoliċi meta jużaw kliem bħal: knejjes oħra, komunitajiet ekkleżjali oħra, ikunu jirreferu għal dawk li m’humiex f’xirka sħiħa mal-Knisja Kattolika u jkunu jtennu l-konvinzjoni tagħhom u jistqarru l-fidi tagħhom. L-għan aħħari tal-moviment

ekumeniku hu l-għaqda li titlob xirka li tidher bejn l-insara kollha. Il-Kattoliċi huma għalhekk mistiedna biex iwieġbu skont id-direttivi tar-ragħajja tagħhom biex jingħeleb il-periklu tal-indifferentiżmu u tal-proselitiżmu. Alla waħdu jista’ jiġbor f’għaqda waħda l-insara kollha, għax Hu l-Missier ta’ kulħadd. L-importanti hu li f’dil-ħidma flimkien, il-kattoliċi fid-dinja kollha jgħinu lil xulxin b’ubbidjenza sħiħa għall-kmandament tal-Mulej. Dan isir bl-għarfien tal-Iskrittura, tal-istorja tal-firdiet u ta’ l-isforzi li saru għar-rikonċiljazzjoni. Għandha għalhekk issir fuq livell ta’ kull djoċesi fil-formazzjoni tal-fidili kollha dwar dan l-aspett. Dan hu l-futur tal-Knisja! Dan isir prinċipalment bis-smigħ u l-istudju tal-kelma t’Alla, bil-predikazzjoni, bil-katekeżi, bil-liturġija u bil-ħajja spiritwali. L-ambjenti adatti għal din il-formazzjoni huma l-familja, il-parroċċa, l-iskola, u l-gruppi ekkleżjali.

IL‑PAStoRALI tAS‑SAGRAMENtI Dan l-aħħar fil-parroċċa tal-Qala kellna persuna protestanta li saret Kattolika. Xi persuni protestanti ukoll jattendu magħna għall-quddiesa ta’ nhar ta’ Ħadd. Għalhekk dan jitlob minna l-Kattoliċi li nagħtu xhieda awtentika u fejn nistgħu naħdmu flimkien anke fir-rigward tal-pastorali tas-sagramenti.

Il-magħmudija ġġib dik ir-rabta sagramentali tal-għaqda bejn dawk kollha li, bi Kristu, twieldu mill-ġdid. Għalhekk hu importanti li l-magħmudija tingħata bl-istess mod minn kulħadd. Hemm bżonn isir djalogu li jista’ jwassal

Page 24: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

22

għal dikjarazzjonijiet flimkien li juri l-magħmudijiet ta’ xulxin. Magħmudija dejjem issir f’xi knisja determinata. Qatt m’għandha tingħata minn żewġ ministri li jappartjenu għall-knejjes differenti, imma jistgħu jieħdu sehem flimkien billi wieħed jamministra u l-ieħor jieħu sehem bħal ngħidu aħna jaqra l-lezzjoni jew igħid xi talba. Il-parrinijiet iridu jkunu wkoll membri tal-Knisja. Jekk tkun ta’ komunità ekkleżjali oħra tista’ tkun xhud iżda flimkien ma’ parrinu jew parrina Kattolika. Adult li jixtieq isir Kattoliku, l-ewwel irid isir stħarriġ biex jaraw il-magħmudija li ngħatatlu kinitx valida jew le. Bħala regola l-adulti għandhom jiġu mgħammdin waqt il-lejl qaddis tal-Għid.

It-talb flimkien hu mezz tassew mill-aqwa biex tintalab il-grazzja tal-għaqda. Dan jista’ jsir ukoll biex juru lil Alla l-ħtiġijiet u t-taħsib li jaqsmu bejniethom dwar il-paċi, id-dinjita’ tal-familja, il-faqar, il-vjolenza...jew inkella biex jiċċelebraw flimkien xi festa nazzjonali u xi ċelebrazzjonijiet oħra. It-talb flimkien u t-tisħib fil-kult liturġiku jitlob li jkun hemm ċerta ‘reċiproċità’.

Minħabba li l-Knisja tal-Lvant għandha is-suċċessjoni appostolika, għandha għalhekk is-Saċerdozju u l-Ewkaristija - għandhom sagramenti veri. Il-problema tal-Ortodossi hija l-primat tal-Papa. Għalhekk Kattoliku li fiżikament jew moralment ma jistax jintlaħaq minn ministru Kattoliku, jista’ jirċievi s-sagramenti mingħand Ministru tal-Knisja tal-Lvant. (aktar u aktar l-aħħar sagramenti). Issa Kattoliku li jixtieq jirċievi l-Ewkaristija mal-insara tal-lvant għandu jirrispetta kemm jista’ jkun id-dixxiplina tal-lvant, u jista’ jagħmilha ta’ lettur. L-istess igħodd għall-Ortodoss li jixtieq jirċievi l-Ewkaristija mal-insara Kattoliċi. Infatti fil-festa tal-Qalb ta’ Ġesu tal-2012 il-kant tal-quddiesa fil-parroċċa tal-Qala kien animat minn kor kbir ta’ Ortodossi Russi. Dawn l-Ortodossi kienu preżenti waqt il-quddiesa u anke fil-purċissjoni li saret bis-Sagrament bis-sehem tal-kant tagħhom.

Meta nitkellmu minn żwiġijiet imħallta nifhmu meta parti tkun Kattolika u l-parti l-oħra tkun nisranija mgħammda però li mhix f’xirka sħiħa mal-Knisja Kattolika. F’każ ta’ żwieġ imħallat kulħadd b’mod speċjali s-saċerdot għandu r-responsabbiltà li jgħinhom. Dan jagħmlu billi jirrispetta l-qagħda speċjali ta’ kull koppja u l-kuxjenza tagħhom. Għandu jgħinhom jevitaw kull qagħda ta’ indifferenza reliġjuża billi jipprattikaw u jkunu jafu aħjar il-konvinzjonijiet u t-tagħlim reliġjuż tat-tnejn. Għandu jwassalhom biex jaraw id-diffikultajiet u hekk jaslu għall-ftehim qabel iż-żwieġ dwar il-magħmudija u l-edukazzjoni Kattolika tat-tfal li jista’ jkollhom, kif ukoll dwar ir-regoli preżenti fiċ-ċelebrazzjoni tar-Rit Kattoliku tat-tieġ fil-Knisja.

KoLLABoRAZZJoNI EKUMENIKAMeta l-insara jgħixu u jitolbu flimkien ikunu qed jagħtu xhieda ta’ dik il-fidi li għandhom. Meta l-insara jaħdmu flimkien, fil-katekeżi, fil-qadi bl-imħabba, ikunu qed

jagħmlu bil-fatti dak li hu propost mid-digriet fuq l-ekumeniżmu. L-insara ma jistgħux jagħlqu qalbhom għall-ħtiġijiet ikbar tal-bnedmin, però n-nuqqas ta’ xirka sħiħa, qed tilimita l-ħidmiet tal-insara kollha flimkien. Għalhekk, għandhom isiru Fora u Strutturi ta’ kollaborazzjoni ekumenika biex ħidma ma ssirx darbtejn u ma jkunx tkattir bla bżonn ta’ strutturi amministrattivi, imma programmi u inizjattivi li jsiru flimkien. Id-Djalogu Ekumeniku hu fil-qalba tal-kollaborazzjoni ekumenika u jinsab fis-suriet kollha. Il-bdil u l-impenn ma’ xulxin hu wieħed mill-elementi essenzjali tad-djalogu. Element essenzjali ieħor hu li dawk kollha li qed jiddjalogaw iħossuhom ilkoll indaqs. Bid-djalogu jsiru jafu aktar lil xulxin, u jagħrfu d-differenzi u jippruvaw ineħħuhom. Għandu jsir kull sforz biex jinstab l-aħjar mod ħalli r-riżultati tad-djalogu jitwasslu lill-membri kollha tal-Knisja.

Il-Bibbja hi “strument mill-aqwa fl-idejn setgħana ta’ Alla biex tinkiseb dik l-għaqda li l-Feddej joffri lill-bnedmin kollha”. Għalhekk għandhom isiru Ġimgħat tal-Bibbja u tingħata dejjem iktar importanza fil-parroċċi u f’kull djoċesi il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda tal-Knejjes Insara. Wieħed irid iqis sewwa d-diffikultajiet u d-differenzi li jġib l-użu ekumeniku tal-Iskrittura però minkejja dan wieħed għandu jfittex testi liturġiċi komuni għall-iskop tal-ekumeniżmu, speċjalment f’ċelebrazzjoni ekumenika komunitarja.

Kollaborazzjoni pastorali f’qagħdiet partikulari bħal per eżempju fil-pastorali tal-isptarijiet, tal-ħabsijiet, tas-suldati, ta’ kumplessi industrijali u fil-ħidma missjunarja. Kollaborazzjoni ekumenika fid-djalogu ma’ reliġjonijiet oħra, fil-ħajja soċjali u kulturali, fl-istudju flimkien ta’ problemi soċjali u morali, fil-qasam tal-iżvilupp tal-ħtiġijiet tal-bniedem u tal-ħarsien tal-ħolqien.

IX‑XEWQA tA’ KRIStU U tAL‑MADoNNA Hija x-xewqa ta’ Ġesù li l-imgħammdin kollha jkunu ħaġa waħda. Din hija x-xewqa ukoll tal-Madonna. Hija dik l-Omm li dejjem trid tara lil uliedha jifirħu flimkien; “Billi ma kienx fadal iżjed inbid, Omm Ġesù qaltlu: “Ma għandhomx inbid.” Fuq kollox għax hija Omm tgħaqqadna lkoll flimkien fit-talb; “U lkoll qalb waħda kienu jitolbu …ma’ Marija, omm Ġesù…” Żgur għalhekk inkunu qed immorru kontra x-xewqa ta’ Ommna Marija li tatna lil Ġesù għall-għaqda tal-umanita` kollha, li npoġġuha bħala ostaklu għall-unità nisranija. Marija hi mudell ta’ unità fit-totalità tagħha.

BiblijografijaThe Christian Faith in the Doctrinal Documents of the Catholic Church, ed. J. Neuner - J. Dupuis, New York 1982.

Decrees of the Ecumenical Councils, II. ed. Norman P. Tanner, London 1990.

Id-Dokumenti tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II, Edizzjoni Studia, 1982.

HIRE RICHARD P. Our Christian Faith. One, Holy, Catholic and Apostolic, Indiana 1977.

Page 25: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

23

Reverendu Dun Joseph, Irċivejt l-ittra tiegħek bid-data tal-11 t’Ottubru li fiha inti ddiskrivejt fid-dettall l-inizjattiva interessanti li sseħħ fil-parroċċa tiegħek, il-Gozo International Celebration, li se jkollha l-21 edizzjoni tagħha fis-16 ta’ Diċembru 2012 bit-tema ‘Alla Hu Mħabba’ Jien nikkunsidra l-għażla li tibdel il-komunità kristjana f’pjattaforma miftuħa u li tilqgħek li tippromovi skambju u konoxxenza reċiproka bħala waħda kuraġġuża u li timmira għal bogħod, għax tibni mentalita’ miftuħa fl-inkontru mal-ieħor, ladarba nkunu lesti b’mod sinċier li nsiru nafu l-ieħor u nħallu lill-ieħor isir jafna. Mis-sensibbiltà tal-moħħ u tal-qalb titwieled ix-xewqa li nitkellmu dwar il-fidi u l-kultura tagħna mingħajr inibizzjonijiet, u l-ħerqa biex naċċettaw li l-ieħor jagħmel l-istess. Din tassigura li nisimgħu lil xulxin, bla biża’, u nifhmu lil xulxin permezz ta’ dak li nagħmlu fil-ħajja ta’ kuljum. L-iskambju ta’ tislima, ta’ tbissima, il-qsim ta’ ħsieb ideffsu fid-djalogu dawk il-passi żgħar li jwasslu ’l bogħod ħalli jiltaqgħu flimkien dawk kollha, li jemmnu u li ma jemmnux, li jikkultivaw l-isperanza ta’ ko-eżistenza paċifika bejn il-popli, kulturi u reliġjonijiet. Jiena nagħmillek il-kuraġġ biex tkompli u tintensifika din l-esperjenza waqt li nbierek lilek u l-parroċċa u nsellem minn qalbi lil dawk kollha li jipparteċipaw.

KARDINAL GIANFRANCo RAVASI President

Page 26: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

24

Xerriil-Bukkett

Bar - Restaurant Pizzeria

Zewwieqa Road, Qala - GozoTel: 2155 3500 • Fax: 2156 5394

Mob: 9949 0679E-mail: [email protected]

Gelluxa SupplieS ltdGeneral Merchant

Store A, N.B. Grunju Street,

Qala, Gozo

T: 2155 1555F: 2155 4273M: 9982 4300

E: [email protected]

Tel: 2155 4941Mob: 9946 0725 9988 5457

For all kind of Concrete Works Crane Hire

Mario Camilleri“Camilleri Family” 21,

Independence Street, Qala, Gozo.

in-najsi

Page 27: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

25

Qabduha fuq i l ‑QuddiesaLanqas tobsorha!

minn: Mons. Salv Grima

Waqaf ħdejhom ħabib antik li kważi kienu nsewh għal kollox daqs kemm kien ilu msiefer. Imma mill‑ewwel irnexxielhom jirbħu l‑ħbiberija mill‑ġdid u dritt il‑memorji marru lura għal għexieren ta’ snin. Għal xi żmien kienu anki abbatini flimkien u dik it‑tifkira baqgħet stampata f’moħħhom.

“Allura, x’tgħidilna dwar is‑safar tiegħek? Ħajja oħra hux?” staqsieh wieħed minnhom.

“Pajjiż kbir, distanzi twal, xogħol u taħbit, mentalita` oħra u għaddejjin!”

“Tiltaqgħu xejn flimkien il‑Maltin, u anki l‑Għawdxin sintendi? Qed ngħid għal xi okkażjoni ta’ festa, ikla jew biex tiċċelebraw xi ħaġa”.

“Għal daqshekk għandna l‑każin frekwentat ħafna. Min jieħu ħsieb huwa tal‑affari tiegħu, u spiss ikollna anki xi attivita` speċjali. Erħilu ħa jistieden il‑kappillan ukoll. Taf kemm hu minn tagħna! Dak hekk ikun jixtieq ħalli jiltaqa’ magħna”.

“Hawn il‑ħajja xort’oħra, għalkemm tbiddlu ħafna ż‑żminijiet ukoll. Tiftakar kemm konna

nħabirku bejnietna min minna jgħin l‑iktar quddies?”

“La ġejna f’dan, tafu li għadni nagħti daqqa t’id fil‑knisja hemm ukoll? Nagħmlu minn qalbi, speċjalment il‑Ħdud u l‑Festi. Imma anki meta niltaqgħu l‑każin ħassejna l‑bżonn li l‑ewwel nieħdu sehem fil‑Quddiesa, billi l‑knisja hi fil‑qrib”.

“Nistħajlek toffri l‑għajnuna tiegħek. Hekk nafek. U l‑kappillan mhux ser jgħidlek le”.

“Mhux waħdi, għax hemm tnejn oħra li

nippreparawlu kollox flimkien. Ninsabu kuntenti għax anki dawk li jissieħbu magħna għandhom kliem ta’ apprezzament”.

“Qed tgħaġġibna. Min jaf għaliex? Konna naħsbu li ftit tħabblu raskom fuq hekk”.

“Ngħidilkom din. M’għandkomx idea kemm inżommu quddiem għajnejna li l‑Quddiesa nħossuha tagħna lkoll, mhux tas‑saċerdot biss. X’irrid ngħid? Mill‑bidu jistedinna biex nindirizzawha għal xi intenzjonijiet, xi bżonnijiet tal‑mument, jew xi ġrajjiet li jkunu għadhom kemm seħħew, anki ndaħħlu lil Malta, u fuq kollox ifehimna li

Page 28: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

26

dawn l‑affarijiet m’għandniex iħossuna barranin għalihom, bħallikieku Kristu ma jimportahx minna, mill‑ħajja u l‑istorja tagħna l‑bnedmin. Ma nafx jekk hux qed nispjega ruħi sewwa”.

“Qed nifhmuk. Trid tgħid kemm hi sabiħa l‑għajnuna biex wieħed iqis i l‑Quddiesa f’rabta ma’ dak li wettaq Kristu kif ukoll ma’ dak li qed jiġri madwarna. Imma hawn għandna wisq idea li l‑Quddiesa hija xi ħaġa tal‑obbligu, u xejn iżjed”.

“Ma jfissirx li kulħadd jifhem mill‑ewwel dak li qed ngħidilkom, imma l‑kappillan iħobb jirripeti li dak li wettaq Kristu mhix opra żgħira jew għal ftit min‑nies. Hija għal kulħadd u għal kullimkien”.

“U x’tgħidilna rigward il‑Ħdud u l‑Festi?”

“Hawn jiġu wkoll dawk li għall‑ewwel iħossuhom xi ftit barranin. Il‑kappillan ma jipprovax jinsisti fuq l‑obbligu, imma fuq il‑Jum li għandu jkun b’differenza. Jum li tqaddes bil‑qawwa ta’ Kristu rebbieħ. Laqgħa importanti li qed tħejjina għall‑qawmien tagħna wkoll. Il‑ferħ qaddis li għandna nħossu għas‑sejħa li saritilna. Il‑ġlieda u r‑rebħa bl‑għajnuna ta’ Kristu fuq id‑dnub li għadu jaħkem fina u fostna. Jum il‑mistrieħ li jfakkarna

fl‑opra tal‑ħolqien minn Alla u l‑providenza kbira tiegħu. L‑interess lejn l‑aħwa u xi għemejjel ta’ ħniena. Il‑ħsieb u l‑għożża tal‑ħajja tal‑familja. L‑awgurju ta’ paċi ta’ Kristu rxoxt. Il‑ħeġġa u l‑moħħ għas‑smigħ tal‑Kelma ta’ Alla…..”

“Allajbierek kemm tiftakar! Bħalxejn iqabbdek tagħmilha ta’ animatur?”

“M’hemm xejn ħażin. U int, m’għedtilna xejn”.

“Jien ftit ninteressa ruħi minn dak li qed tgħidu. Kemmkemm nittawwal sal‑knisja nhar ta’ Ħadd. Mur ġiebni bħalek, min jarani!

“Għaliex qed tistagħġeb? Lill‑kappillan tagħna diġa` smajnieh kemm‑il darba jgħid li dis‑Sena tal‑Fidi għandha tkun rigal għal kulħadd. Għaliex għalik le? Dak rigal kbir u li hemm bżonn nibżgħu iktar għalih u nissaħħu fih”.

“Isma’, x’jien nisma’? Qed iddoqq il‑Quddiesa. Sejrin x’imkien? Kuraġġ, immorru flimkien. Issa hu ż‑żmien. Dak li nagħmlu nsibu. Hekk kienu jgħidulna l‑ġenituri tagħna. Tiftakru?”

“Tlaqna. Il‑Bambin bagħtek illum!”

Page 29: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

27

Bla dubju ta’ xejn il-kult tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-vari tal-Ġimgħa l-Kbira huwa fost l-aktar qawwi, popolari u devozzjonali fostna l-Maltin u l-Għawdxin. Kemm missirijietna, kif ukoll fiż-żminijiet tal-lum issib bosta li jinvestu fl-arti sagra, l-aktar dik abbinata mar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa.

Proġett kbir u ambizzjuż abbinat ma’ dan iż-żmien ta’ riflessjoni u devozzjoni kien ilu ħafna jberren fil-garigori ta’ moħħi, iżda dejjem rajtu impossibbli li jseħħ minħabba li kull Belt u raħal ikunu impenjati ferm fi żmien ir-Randan. Grazzi għal Notte Bianca dan il-proġett seħħ u seta’ jara d-dawl.

L-idea kienet li ngħaqqdu sett vari b’elementi minn kull Belt u raħal u norganizzaw Wirja Nazzjonali ta’ vari proċessjonali tal-Ġimgħa l-Kbira. Meta tarraft xi ħaġa dwar dan il-proġett mad-dilettanti u anke esperti, kulħadd qatagħli qalbi li dan iseħħ minħabba l-orgolju li kulħadd għandu lejn is-sett tiegħu. Ma qtajtx qalbi u fassalt erba’ kriterji li abbażi tagħhom stajt immexxi mingħajr problemi b’sodisfazzjon għal kulħadd.

Oriġinaljament il-wirja kienet intenzjonata għal Malta, peress li seta’ jingħaqad sett tajjeb mill-erbatax-il lokalità ġo Malta li fihom tiġi organizzata purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. L-erba’ kriterji li fuqhom intgħażel is-sett Nazzjonali kienu dawn:• Uniċità – fejn hemm statwi uniċi bl-ebda

rappreżentazzjoni simili f’postijiet oħra

• Livell artistiku – hemm konsensus fuq ċertu kapolavuri

• Devozzjoni – bla dubju li hemm ċertu devozzjoni qawwija f’postijiet u lejn rappreżentazzjonijiet aktar minn oħrajn

• Inklużjoni – li kull Belt u raħal f’Malta li għandhom sett vari tal-Ġimgħa l-Kbira jkunu inklużi f’din il-wirja Nazzjonali.

Sadanittant ċertu lokalitajiet f’Għawdex ukoll urew ix-xewqa li jieħdu sehem, iżda dan ma kienx possibbli minħabba problemi loġistiċi u wkoll peress li l-istatwi proposti kienu diġa qed jiġu rappreżentati minn lokalitajiet f’Malta. Iżda malajr innutajt li Għawdex seta jiġi inkluż taħt il-kriterju tal-uniċità peress li kemm fil-Qala kif ukoll fin-Nadur hemm żewġ statwi uniċi li l-episodju tagħhom mhux rappreżentat f’Malta.

Mill-ewwel ċempilt lill-Arċipriet tal-Qala, il-Kan. Dr Joe Zammit biex il-vara tal-inżul ta’ Kristu mis-salib tipparteċipa f’din il-wirja. L-Arċipriet deher entużjast ferm iżda l-ewwel ried li jikkonsulta mal-kollegi tiegħu kif xieraq. Qalli wkoll li l-idea hija sabiħa ħafna speċjalment meta tqis ukoll li ser taħbat mal-ftuħ tas-Sena tal-Fidi. Dun Joe ma damx ma reġa’ ġie b’risposta pożittiva.

Meta bdejt nitkellem mad-dilettanti Maltin dawn mal-ewwel bdew juru entużjażmu biex fostna nilqgħu din l-istatwa tal-Qala mas-sett Nazzjonali, speċjalment meta

Notte Bianca 2012

Il‑vara tal‑inżul ta’ Kristu minn fuq is‑salib waqt il‑wirja Nazzjonali ta’ sett vari proċessjonali tal‑Ġimgħa Mqaddsa

Noel D’Amato ‑ organizzatur tal‑Wirja.

Page 30: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

28

tqis li ħafna minnhom kien għad ma kellhomx l-opportunità li s’issa jarawha fir-realtà. Il-wirja ttellgħet fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt bejn is-Sibt 29 ta’ Settembru (l-okkażjoni tan-Notte Bianca) sal-Erbgħa it-3 t’Ottubru. Il-vara tad-depożizzjoni waslet mill-Qala Għawdex permezz ta’ container il-Ħamis 27 ta’ Settembru wara nofsinhar. Hekk kif waslet fostna mill-ewwel daru magħħa bosta entużjasti kif ukoll turisti li mill-ewwel bdew jieħdu numru ta’ ritratti. Il-vara żarmata tpoġġiet ġo post fis-Santwarju tistenna lill-Qalin biex filgħaxija jiġu jarmawha kif suppost. Min-naħa tagħna konna ħejjejna pjattaforma soda skont il-qisien li ġew mogħtija lilna biex tkun taqbel mal-kumplament tas-sett.

Hekk kif spiċċat il-quddiesa tas-6.30pm numru ta’ żgħażagħ mill-Qala ġew kollha entużjasti biex jarmaw din il-vara. Dak il-ħin kienu ġejjin ukoll vari minn bosta lokalitajiet oħra f’Malta bin-nies tagħhom. Kulħadd dar mal-Qalin japprezza dan il-ġmiel ta’ statwa kif ukoll biex jagħtu daqqa t’id fejn hemm bżonn.

Hekk kif intramat fil-post u sa minn qabel fetħet il-wirja din l-istatwa meraviljuża mal-ewwel bdiet tiġbed l-attenzjoni ta’ kulħadd u dan għal bosta raġunijiet: stil, artistrija, kobor kif ukoll suġġett. Bla dubju ta’ xejn kienet waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin ta’ din il-wirja. Bħal ma sar mal-istatwi l-oħra din l-istatwa inxtegħlet b’dawl partikulari kif ukoll saret riċerka mis-Sur Charles Coleiro biex waqt il-wirja jinqara fuqha kummentarju skont kif ġej:

L‑INŻUL MIS‑SALIB – Il‑Qala GħawdexRiflessjoni: “L‑inżul tiegħek minn fuq is‑salib għal fi ħdan ommok Marija, iqanqalni biex nilqgħek u ngħożżok fi ħdani”

Din hi vara oħra unika fis‑sett ta’ vari tal‑Passjoni fil‑Gżejjer Maltin. L‑Inżul ta’ Kristu minn fuq is‑salib hi vara b’seba’ figuri u nħadmet fil‑kartapesta f’Barċellona, Spanja fl‑2002. Kienet inxtrat mid‑Ditta Mar Statue Sacre ta’ Ruma u issa żżejjen is‑sett fil‑Knisja Arċipretali tal‑Qala.

Il‑persunaġġi rappreżentati f’din il‑vara huma: Kristu, San Ġwann, Nikodemu, Ġużeppi D’Arimatea, il‑Madonna, Marija Maddalena u Marija Cleofa.

Fil‑Qala il‑purċissjoni bil‑vari tal‑Passjoni toħroġ nhar Ħadd il‑Palm filgħaxija fit‑toroq ta’ dan ir‑raħal u tkun qed tiġi akkumpanjata b’marċi funebri mill‑banda tal‑Qala ‘Ite ad Joseph’.

Din il-wirja żaruha numru kbir ta’ nies kif ukoll bosta persuni distinti. Kulħadd kellu kliem ta’ tifħir għal din l-istatwa kapolavur li tinsab fil-parroċċa tal-Qala. Serqet il-qlub ta’ bosta, kemm mill-att devozzjonali kif ukoll artistiku. Bla dubju li din l-istatwa kienet waħda mill-akkwisti kbar u ċentru ta’ attenzjoni ta’ din il-wirja Nazzjonali.

Page 31: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

29

Ftit ġranet qabel il-ftuħ tas-Sena tal-Fidi, il-Vatikan ħabbar li l-Papa Benedittu XVI ser jagħti indulġenza plenarja għal din is-sena. Din l-indulġenza tista’ tintrebaħ mill-11 ta’ Ottubru 2012, il-ġurnata meta tiftaħ is-sena, sal-ġurnata tal-għeluq tal-istess sena fil-24 ta’ Novembru 2013, festa ta’ Kristu Re. Id-digriet tal-Vatikan jgħid hekk: ‘F’għeluq il-ħamsin sena mill-ftuħ solenni tal-Konċilju Vatikan II il-Papa Benedittu XVI iddikjara l-bidu ta’ Sena iddedikata għall-istqarrija tal-fidi vera u l-ħarsien tagħha, permezz tal-qari ta’ – u iktar aħjar meditazzjoni fuq – id-Digrieti tal-Konċilju u l-artikli tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika. Billi l-għan ewlieni hu li n-nisrani jikber fil-qdusija u jilħaq l-ogħla livell ta’ perfezzjoni li jista’ jilħaq f’din il-ħajja, allura jista’ jikseb ġid immens mir-rigal kbir tal-Indulġenzi li, bis-saħħa mogħtija lilha minn Kristu, il-Knisja toffri lil kull wieħed u kull waħda, li joqogħdu għall-kundizzjonijiet normali, u jħarsu d-devozzjonijiet magħżula għar-rebħ ta’ dawn l-indulġenzi.’

X’INHI L‑INDULĠENZA: L-użu tal-indulġenzi għandu rabta tassew kbira

mal-effetti tas-sagrament tal-Penitenza (Il-qrar). Għalhekk tajjeb li nifhmu sew x’inhi l-indulġenza. Il-Papa Pawlu VI fl-Ittra Appostolika tiegħu dwar l-indulġenzi jgħid hekk; ‘L-indulġenza hi l-maħfra quddiem Alla tal-piena taż-żmien li kienet tistħoqq minħabba dnubiet li tagħhom ġa tħassret il-ħtija. Maħfra li n-nisrani b’dispożizzjoni tajba jikseb taħt ċerti kundizzjonijiet determinati, permezz tal-ħidma tal-Knisja li, bħala dispensatriċi tal-fidwa, tqassam u tapplika bl-awtorita’ tagħha t-teżor tal-merti ta’ Kristu u tal-qaddisin’. Biex nifhmu aħjar, meta n-nisrani midneb jindem sinċerament u jersaq għall-qrar, id-dnub tiegħu jinħafirlu. Iżda xorta jrid ipatti għan-nuqqasijiet tiegħu. L-ewwel hemm it-tewba li jagħti s-saċerdot fil-konfessjonarju u li l-penitent hu obbligat li jagħmilha. Barra minn hekk hemm il-piena taż-żmien, jiġifieri li l-penitent irid ipatti sakemm għadu fil-ħajja permezz ta’ talb, penitenzi, sagrifiċċji, u opri tajba għan-nuqqasijiet tiegħu. Jekk jgħaddi għall-ħajja eterna u jkun għadu ma pattiex, allura jrid ipatti fil-Purgatorju sakemm jissaffa mid-dnubiet tiegħu.

Ma niżbaljawx u naħsbu li din il-piena hi vendetta fuqna min-naħa ta’ Alla imma toħroġ min-natura stess tad-dnub. Bħalma fil-ħajja obbligati nħallsu l-ħsara li nagħmlu, hekk ukoll obbligati li nħallsu għad-dnubiet tagħna. Tant li l-midneb li juri sogħba u konverżjoni li jkunu ġejjin minn imħabba kollha ħeġġa, jasal biex jeħles għal kollox mill-piena tiegħu u ma jibqagħlux xi jħallas. U hawnhekk li tidħol l-indulġenza. Indulġenza tista’ tkun parzjali jew plenarja skont jekk teħlisx parti mill-piena taż-żmien li kienet tistħoqq għad-dnubiet jew tneħħija kollha. L-indulġenza tista’ tintrebaħ kemm għall-ħajjin kif ukoll għall-mejtin. Nirbħu kull xorta ta’ indulġenzi billi nosservaw l-obbligu marbut ma’ kull indulġenza partikulari. Biex nagħtu eżempju dan l-obbligu jista’ jkun reċita ta’ talba, vista fi knisja, talba marbuta ma’ xbieha tal-Madonna jew xi qaddis/a eċċ. Xi drabi tista’ tkun attendenza għal xi funzjoni. Kultant it-tul ta’ żmien hu preskritt bħal per eżempju ċertu numru ta’ ġranet ta’ indulġenza marbuta ma’ talba. Kultant, tant ikunu kbar l-indulġenzi marbuta ma’ talb partikulari li ħadd ma jista’ jqishom. L-indulġenzi marbuta mar-reċita tar-rużarju, u mal-quddiesa huma bla tarf. Sew jekk huma ftit, sew jekk inhuma ħafna l-indulġenzi jpattu għaż-żmien tal-piena li n-nisrani jkun jistħoqqlu għan-nuqqasijiet tiegħu li kienu ġa ġew maħfura lilu meta resaq għall-qrar. L-indulġenzi li nirbħu nistgħu noffruhom kemm biex titpatta l-piena tagħna stess, kemm ta’ oħrajn ħajjin, u iżjed u iżjed għall-erwieħ tal-purgatorju.

Indulġenza Plenarja għas‑Sena tal‑Fidi

Minn: Josette Buttigieg

Page 32: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

30

L‑INDULĠENZA PLENARJA FIS‑SENA tAL‑FIDIHu tassew rigal kbir li l-Knisja qiegħda tagħtina

f’din is-Sena ta’ Fidi, rigal li jista’ jiswa lilna, kif ukoll lill-proxxmu tagħna, ħajjin u mejtin. Mhux talli l-Knisja qiegħda tagħtina dan ir-rigal, iżda wkoll tagħtina diversi modi kif nistgħu nirbħuh anke għal ħafna drabi. Biex inkomplu fuq dak li rajna diġà fid-digriet tal-Vatikan, dan id-digriet ikompli hekk; ‘Matul is-Sena tal-Fidi li ttul mill-11 ta’ Ottubru 2012 sal-24 ta’ Novembru 2013 indulġenza plenarja għall-maħfra tal-piena taż-żmien għad-dnubiet, mogħtija mill-ħniena t’ Alla u applikabbli wkoll għall-erwieħ tal-fidili mejtin, tista’ tintrebaħ mill-fidili kollha, li b’indiema sinċiera jersqu għall-qrar u għat-tqarbin u jitolbu skont il-fehmiet tal-Papa.

a. Kull darba li jisimgħu mill-anqas tliet prietki waqt Missjonijiet inkella jattendu tliet lezzjonijiet ta’ tagħlim fuq l-Atti tal-Konċilju jew l-Artikli tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, li jsiru fi knisja inkella f’xi post ieħor adattat.

b. Kull darba li jinvistaw, waqt pellegrinaġġ, bażilka Papali, Katakombi Kristjani, knisja kattidrali, inkella knejjes jew santwarji magħżula mill-isqof tal-post u hemmhekk jieħdu sehem f’ċelebrazzjoni reliġjuża, inkella joqogħdu għal tul ta’ ħin raġonevoli f’talb u meditazzjoni u jispiċċaw bit-talba tal-Missierna, il-Kredu jew xi forma oħra tal-professjoni tal-fidi, invokazzjonijiet lill-Madonna u skont il-post invokazzjonijiet lill-Qaddisin, Appostli jew Qaddisin Patruni.

c. Kull darba li fi ġranet iffissati mill-ordinarju tal-post għas-Sena tal-Fidi, fi knisja jew post simili, jieħdu sehem f’ċelebrazzjoni solenni tal-Ewkaristija, jew il-Liturġija tas-Sigħat u jispiċċaw bi stqarrija tal-fidi taħt forma valida.

d. F’ġurnata li jagħżlu huma, matul is-Sena tal-Fidi, iżuru b’devozzjoni l-post fejn irċevew il-magħmudija u hemmhekk iġeddu l-wegħdiet tal-magħmudija taħt forma valida.

L-isqfijiet djoċesani jistgħu ukoll f’ġurnata l-iżjed adattata mis-Sena tal-Fidi inkella waqt ċelebrazzjoni solenni, jagħtu l-barka papali b’indulġenza plenarja. Id-digriet tal-Vatikan jispiċċa billi jgħid li dawk li jew minħabba mard inkella xi raġuni oħra valida ma jistgħux iħallu l-post fejn qegħdin, jistgħu huma wkoll jirbħu indulġenza plenarja jekk ‘magħqudin fil-ħsieb u l-ispirtu ma’ fidili oħrajn, speċjalment f’ħinijiet meta l-kliem tal-Papa jew l-Isqof ikunu qed jiġu trasmessi bit-television jew radju…..jgħidu l-Missierna, Kredu jew stqarrija valida tal-Fidi, u talb ieħor marbut mal-għan tas-Sena tal-Fidi u fl-istess ħin joffru t-tbatijiet u s-sofferenzi tagħhom bħala tpattija.■

Page 33: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

31

Ħuti għeżież,

1. Tifraħ Ommna l-Knisja għax, b’don speċjali tal-Providenza Divina, wasal fl-aħħar il-jum tant mixtieq meta, fuq il-qabar ta’ Pietru, għad-dell tal-Verġni Omm Alla, li tagħha llum qed niċċelebraw bil-ferħ id-dinjità materna, qed jiftaħ solennement il-Konċilju Ekumeniku Vatikan II.

Il‑Konċilji Ekumeniċi fil‑Knisja2.1. Il-Konċilji kollha – kemm l-għoxrin Ekumeniċi u kemm

tant oħrajn Provinċjali u Reġjonali li mhux ta’ min iwarrab – li ġew iċċelebrati tul il-medda tas-sekli, jixhdu għall-ħajja attiva tal-Knisja Kattolika u jinsabu mnaqqxa bħal imsiebaħ jixegħlu fl-istorja tagħha.

2.2. Huwa u jsejjaħ din l-assemblea grandjuża, is-Suċċessur l-aktar riċenti u umli tal-Prinċep tal-Appostli, li qed ikellimkom, irid jipproponi li jirriafferma għal darb’oħra l-Maġisteru tal-Knisja, li qatt ma jiżbalja u jibqa’ sat-temma taż-żmien; Maġisteru li f’dan il-Konċilju qed jippreżenta ruħu b’mod straordinarju lill-bnedmin kollha li hawn fid-dinja, waqt li jżomm f’moħħu d-differenzi, l-eżiġenzi, u l-opportunitajiet tal-epoka kontemporanja.

2.3. Huwa u jiftaħ dan il-Konċilju universali, il-Vigarju ta’ Kristu, li qed ikellimkom, iħares, kif hu naturali, lejn

l-imgħoddi, u kważi jaqra l-leħen imħeġġeġ u inkuraġġanti: għalhekk bil-qalb kollha jaħseb fil-merti tal-Papiet li għexu fi żminijiet eqdem u iktar riċenti, u li mill-assemblej tal-Konċilji, miżmuma kemm fil-Lvant u kemm fil-Punent mir-raba’ seklu għall-Medju Evu u sa żmienna, għaddewlna x-xhieda ta’ leħen hekk għażiż u solenni. Huma jħabbru bla heda t-trijonf ta’ dik is-Soċjetà umana u divina, jiġifieri tal-Knisja, li ġġorr l-isem, id-doni tal-grazzja u l-valur kollu tal-Feddej Divin.

2.4. Jekk dan hu motiv ta’ ferħ spiritwali, xorta ma nistgħux niċħdu l-fatt li fil-linja twila ta’ dsatax-il seklu din l-istorja sfat imdella minn bosta mumenti ta’ diqa u mrar. Kien u għadu jiswa dak li x-xwejjaħ Xmuni b’leħen profetiku qal lil Marija Omm Ġesù: “Hu għad ikun il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna…, sinjal li jmeruh” (Lq 2:34). U Ġesù nnifsu, meta kien kiber fl-età, wera biċ-ċar kif fiż-żmien kellhom iġibu ruħhom il-bnedmin miegħu, meta lissen dawk il-kelmiet misterjużi: “Min jisma’ lilkom, jisma’ lili” (Lq 10:16). U qal ukoll: “Min mhux miegħi, hu kontra tiegħi; u min ma jiġborx miegħi, ixerred” (Lq 11:23), kif insibu miktub f’San Luqa, li jagħtina wkoll l-espressjonijiet li kkwotajna ta’ qabel.

2.5. Wara kważi għoxrin seklu, is-sitwazzjonijiet u l-problemi tant gravi li l-umanità jeħtieġ taffronta ma nbidlux; fil-fatt Kristu għandu dejjem il-post ċentrali tal-istorja u

INAWGURAZZJONI SOLENNITAL-KONĊILJU EKUMENIKU VATIKAN IT-TIENI

DISKoRS tAL‑QDUSIJA tIEGĦU ĠWANNI XXIIIIl‑Ħamis 11 ta’ Ottubru 1962

Sessjoni I

Traduzzjoni mit‑Taljan għall‑Malti ta’ Francesco Pio Attard

Page 34: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

32

tal-ħajja: il-bnedmin jew jisimgħu minnu u mill-Knisja, u hekk igawdu mid-dawl, it-tjieba, l-ordni ġust u l-ġid tal-paċi; jew inkella jgħixu mingħajru u jiġġildulu u jibqgħu b’għażla tagħhom barra mill-Knisja, u għalhekk jinħoloq fosthom taħwid, ir-relazzjonijiet bejn xulxin isiru diffiċli, u jfeġġ il-periklu ta’ gwerer imdemmija.

2.6. Kull meta jiġu ċċelebrati, il-Konċilji Ekumeniċi jipproklamaw f’forma solenni din ir-rabta ta’ Kristu mal-Knisja tiegħu u jxerrdu ma’ kullimkien id-dawl tal-verità, imexxu fit-triq it-tajba l-ħajja tal-individwi, ta’ dawk li jgħixu fil-familji u tas-soċjetà, iqajmu u jqawwu l-enerġiji spiritwali, u jgħollu ’l fuq l-erwieħ għall-ġid veru u li jibqa’ għal dejjem.

2.7. Aħna u nikkontemplaw l-epoki suċċessivi tal-umanità tul dawn l-għoxrin seklu tal-era Kristjana, quddiemna jidhru x-xhieda ta’ dan il-Maġisteru staordinarju tal-Knisja, jiġifieri tal-Konċilji universali. Din id-dokumentazzjoni tinsab miġbura f’bosta volumi ta’ imponenza liema bħalha, u ta’ min iqisha bħala teżor qaddis, li jinsab miżmum fil-Belt ta’ Ruma u fl-aktar bibljoteki ċelebri tad-dinja kollha.

oriġni u kawża tal‑Konċilju Ekumeniku Vatikan II3.1. Dwar l-oriġni u l-kawża tal-avveniment kbir li

għalih għoġobna nsejħulkom, biżżejjed insemmu mill-ġdid ix-xhieda, ċertament umli, imma li aħna nistgħu niżguraw bħala ppruvata: l-ewwel darba li ħsibna f’dan il-Konċilju kien kważi f’leħħa ta’ mument, u mbagħad għarrafna bih bi kliem sempliċi lill-Kulleġġ Imqaddes tal-Kardinali f’dak il-jum hieni tal-25 ta’ Jannar 1959, festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, fil-Bażilika Patrijarkali tiegħu fuq Via Ostiense. Dawk li kienu preżenti ħassewhom mill-ewwel kommossi, bħallikieku kien idda xi raġġ ta’ dawl sopranaturali, u dan urewh ilkoll bil-ħarsa ta’ ħlewwa fuq wiċċhom u f’għajnejhom. Fl-istess ħin xegħel mad-dinja kollha interess qawwi, u l-bnedmin kollha bdew jistennew kważi bla sabar iċ-ċelebrazzjoni tal-Konċilju.

3.2. F’dawn l-aħħar tliet snin twettqet ħidma intensiva biex jitħejja l-Konċilju, bl-għan li nindagaw b’iktar preċiżjoni u kullimkien liema hi, f’dan iż-żmien li qed ngħixu fih, il-qagħda tal-Fidi, tal-prattika reliġjuża, tas-sitwazzjoni tal-komunità Kristjana u fuq kollox Kattolika.

3.3. Mhux ta’ b’xejn li dan iż-żmien ta’ tħejjija għall-Konċilju jidhrilna li kien kważi l-ewwel sinjal u don tal-grazzja tas-Sema.

3.4. Mixgħula mid-dawl ta’ dan il-Konċilju, il-Knisja tixtieq tikber, kif nittamaw, fl-għana spiritwali u, hi u tikseb il-ħeġġa għal enerġiji ġodda, tħares b’ċertezza lejn iż-żminijiet li ġejjin. Fil-fatt, bl-introduzzjoni opportuna ta’ ċerti bidliet u bl-impenn għaref tagħha fl-għajnuna reċiproka, il-Knisja tixtieq li l-bnedmin, il-familji u l-ġnus tabilħaqq idawru ħsiebhom lejn ir-realtajiet sopranaturali.

3.5. Għalhekk hu dmir tagħna li rroddu ħajr minn qalbna lil Dak li minnu ġej kull ġid għaċ-ċelebrazzjoni ta’ dan il-Konċilju, u nfaħħru bl-hena kollu l-glorja ta’ Kristu l-Mulej, li hu Sultan rebbieħ u etern taż-żminijiet u l-ġnus kollha.

L‑opportunità li niċċelebraw il‑Konċilju4.1. Hemm imbagħad ħaġa oħra, Ħuti għeżież, li jiswa li

rressqu għall-kunsiderazzjoni tagħkom fuq dan l-argument. Biex ngħollu aktar l-hena qaddis li f’din is-siegħa solenni qed jolqot lil qlubna, jixraq li nosservaw quddiem din l-assemblea grandjuża li l-ftuħ ta’ dan il-Konċilju Ekumeniku qed iseħħ propju f’ċirkostanzi ta’ żmien favorevoli.

4.2. Fil-fatt spiss jiġri, kif diġà rajna aħna u nwettqu ta’ kuljum il-ministeru appostoliku tagħna, li, mhux b’inqas offensiv għal widnejna, jaslilna l-kliem ta’ xi wħud li, għalkemm mixgħula b’żelu kbir għar-reliġjon, jivvalutaw il-fatti mingħajr biżżejjed oġġettività u ġudizzju prudenti. Fil-kundizzjonijiet attwali tas-soċjetà umana, huma ma jaraw xejn aktar ħlief rovina u nkwiet; joħorġu jgħidu li żminijietna huma wisq agħar meta nqabbluhom mas-sekli ta’ qabel; u jaslu wkoll sal-punt li jġibu ruħhom bħallikieku ma kellhom xejn x’jitgħallmu mill-istorja, li hi l-għalliema tal-ħajja, u bħallikieku fi żmien il-Konċilji ta’ qabel kollox mexa ħarir f’dak li għandu x’jaqsam mad-duttrina Nisranija, mal-morali, mal-libertà ġusta tal-Knisja.

4.3. Lilna jidhrilna li fermament m’għandniex naqblu ma’ dawn il-profeti tal-isfortuna, li dejjem iħabbru l-agħar, donnhom qed jilmħu joqrob l-aħħar tad-dinja.

4.4. Fil-qagħda preżenti tal-ġrajjiet umani, fejn l-umanità donnha dieħla f’ordni ġdid tal-affarijiet, iktar għandna naraw il-pjanijiet misterjużi tal-Providenza Divina, li jseħħu f’kull żmien permezz tal-għemejjel tal-bnedmin, u spiss lil hemm minn dak li dawn ikunu jistennew, waqt li bl-għerf tagħhom jużaw kollox, anki l-ġrajjiet koroh tal-bnedmin, għall-ġid tal-Knisja.

4.5. Dan wieħed faċli jasal għalih jekk iqis b’attenzjoni x’inhuma llum il-problemi u l-perikli ta’ natura politika u ekonomika. Dawn iżommu lill-bnedmin hekk mehdija, li jbiegħdu l-interessi u t-tħassib tagħhom mill-fatt reliġjuż, li jappartieni lill-Maġisteru mqaddes tal-Knisja. Żgur li din l-imġiba mhix nieqsa mill-iżball, u għalhekk bir-raġun kollu m’għandhiex tiġi approvata. Madankollu, ħadd ma jista’ jiċħad li dawn is-sitwazzjonijiet ikkawżati tal-inqas għandhom dan il-vantaġġ, li hekk tneħħew dawk il-bosta impedimenti li bihom fi żminijiet oħra wlied din id-dinja kienu spiss ifixklu l-azzjoni ħielsa tal-Knisja. Biżżejjed daqqa t’għajn ħafifa lejn l-istorja ekkleżjastika biex nosservaw

Page 35: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

33

biċ-ċar kif l-istess Konċilji Ekumeniċi, li l-ġrajjiet tagħhom huma miktuba b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-Knisja, spiss ġew iċċelebrati mhux mingħajr diffikultajiet gravi u motivi ta’ diqa minħabba l-indħil xejn f’postu tas-setgħa ċivili. Fil-fatt xi drabi l-Prinċpijiet ta’ din id-dinja ġenwinament offrew li jieħdu f’idejhom il-ħarsien tal-Knisja, imma wisq drabi dan seħħ ukoll bi ħsara u periklu spiritwali, għax spiss dawn kienu mmexxija minn kalkoli politiċi u taw wisq kas tal-interessi tagħhom.

4.6. Nistqarru li llum aħna milquta minn diqa kbira għax fostkom hemm nieqsa bosta Rgħajja tal-Knisja, wisq għeżież għalina, li minħabba fil-Fidi ta’ Kristu huma marbuta fil-ktajjen jew imxekkla minn ostakli oħra, u li t-tifkira tagħhom iġġegħilna ngħollu quddiem Alla talb ħerqan għalihom; minkejja dan, b’tama u faraġ kbir għalina, qed naraw iseħħ quddiemna l-fatt li l-Knisja, maħlula sa fl-aħħar minn tant impedimenti profani tas-snin l-imgħoddija, minn dan it-Tempju tal-Vatikan, bħal minn Ċenaklu ieħor tal-Appostli, permezz tagħkom tista’ tgħolli ’l fuq leħinha, mimli b’awtorità u maestà.

L‑għan ewlieni tal‑Konċilju: li jħares u jxerred id‑duttrina5.1. Dak li iktar minn kull ħaġa oħra jinteressa lill-Konċilju

hu li d-depożitu mqaddes tad-duttrina Nisranija jitħares u jiġi mgħallem f’għamla iżjed effikaċi.

5.2. Din id-duttrina tħaddan lill-bniedem kollu, magħmul minn ruħ u ġisem, u lilna, li ngħixu fuq din l-art, tordnalna li ngħixu bħala pellegrini mexjin lejn is-Sema pajjiżna.

5.3. Dan juri b’liema mod għandha tkun ordnata din il-ħajja fid-dinja, sakemm, wara li nkunu wettaqna d-dmirijiet tagħna, li għandna lejn il-Belt tal-art u dik tas-Sema, naslu biex nilħqu l-għan imwaqqaf għalina minn Alla sa minn qabel. Fi kliem ieħor, il-bnedmin kollha, kemm bħala individwi u kemm bħala soċjetà, sakemm din il-ħajja tippermettilhom, huma fid-dmir li jitħabtu bla waqfien biex jiksbu l-ġid tas-Sema, u biex jagħmlu dan jinqdew bir-realtajiet ta’ din l-art, b’mod imma li l-użu tal-ġid li jgħaddi ma jippreġudikax il-ferħ etern tagħhom.

5.4. Hu tabilħaqq minnu li l-Mulej għamel din l-eżortazzjoni: “Fittxu l-ewwel is-Saltna ta’ Alla u l-ġustizzja tiegħu” (Mt 6:33). Dan “l-ewwel” jesprimi lejn fejn għandhom ikunu diretti fuq kollox l-isforzi u t-tħassib tagħna; imma ma nistgħux lanqas inwarrbu għall-ġenb il-kelmiet l-oħra li nsibu dritt wara f’dan il-kmand tal-Mulej: “u dan kollu jingħatalkom ukoll” (Mt 6:33). Fir-realtà, fil-Knisja dejjem kien u għad hemm dawk li, anki jekk jiddedikaw ruħhom bil-qawwa kollha għall-prattika tal-perfezzjoni evanġelika, fl-istess ħin jagħtu l-kontribut tagħhom b’riżq il-progress ċivili, biex mill-eżempji ta’ ħajjithom u tal-inizjattivi ta’ ġid tagħhom għall-karità, jitqawwa u jistagħna mhux ftit dak kollu li hu l-ogħla u l-iktar nobbli fis-soċjetà umana.

5.5. Imma biex din id-duttrina tilħaq il-bosta oqsma tal-attività umana, li jmissu mal-individwi, il-familji u l-ħajja soċjali, qabel xejn hu meħtieġ li l-Knisja ma twarrab qatt

ħarsitha minn fuq il-wirt qaddis tal-verità li hi rċiviet minn dawk ta’ qabilha; u fl-istess ħin hemm bżonn li tħares ukoll lejn il-preżent, li jġib miegħu sitwazzjonijiet u modi ġodda ta’ ħajja, u fetaħ toroq ġodda għall-appostolat Kattoliku.

5.6. Għalhekk il-Knisja ma baqgħetx indifferenti quddiem dawn il-kixfiet meraviljużi tal-ġenju uman u għal dak il-progress ta’ ideat li minnu ngawdu l-lum, lanqas ma żammet lura milli ġenwinament tapprezzahom; imma, hija u ssegwi b’attenzjoni dawn il-fatti, ma tieqaf qatt twissi lill-bnedmin biex, ’il fuq mill-ġibdiet tar-realtajiet viżibbli, jgħollu għajnejhom lejn Alla, għajn ta’ kull għerf u ta’ kull ġmiel, biex dawk li għalihom intqal: “Imlew l-art u aħkmuha” (ara Ġen 1:28), ma jinsewx dak il-kmandament kbir: “Lill-Mulej Alla tiegħek biss għandek tadura u lilu biss taqdi” (Mt 4:10; Lq 4:8), biex hekk il-ġmiel li jgħaddi tal-ħwejjeġ maħluqa ma jżommx lura l-progress veru.

B’liema mod għandha tiżviluppa d‑duttrina llum6.1. Ħuti għeżież, wara din il-premessa hu ċar x’inhu

mistenni li jagħmel il-Konċilju Ekumeniku f’dak li għandu x’jaqsam mad-duttrina.

6.2. Il-wieħed u għoxrin Konċilju Ekumeniku – bl-għajnuna effikaċi u importanti ta’ persuni li jeċċellaw fix-xjenzi tad-dixxiplini mqaddsa, tal-eżerċizzju tal-appostolat u tar-rettitudni fl-imġiba – jixtieq jgħaddi d-duttrina Kattolika sħiħa, bla tnaqqis jew tagħwiġ, li, minkejja d-diffikultajiet u l-kontroversji, saret wirt komuni għall-bnedmin. Dan il-fatt mhux milqugħ minn kulħadd, imma qed nipproponuh bħala offerta ta’ teżor l-aktar abbundanti lil dawk kollha ta’ rieda tajba.

6.3. Imma aħna m’għandniex biss inħarsu dan it-teżor prezzjuż, bħallikieku kien jinteressana biss mill-qedem tiegħu, imma, b’ħidma sfiqa, mingħajr biża’, jeħtieġ nissoktaw fil-ħidma li l-epoka tagħna qed titlob minna, u nħabirku fil-mixja li l-Knisja ilha tterraq għal kważi għoxrin seklu.

6.4. Imma l-ħidma tagħna lanqas tikkonsisti, bħala għan primarju, f’li niddiskutu xi wħud mit-temi prinċipali tad-duttrina ekkleżjastika, u hekk nerġgħu niftakru b’aktar dettall f’dak li għallmu l-Missirijiet u t-teoloġi antiki u moderni

Page 36: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

34

u li ovvjament nassumu li intom ma warrabtux, imma jinsab minqux fil-menti tagħkom.

6.5. Biex sempliċiment nidħlu f’diskussjonijiet simili ma kienx hemm bżonn jissejjaħ Konċilju Ekumeniku. Fil-preżent, allura, hu meħtieġ li f’dawn iż-żminijiet tagħna t-tagħlim Nisrani kollu jiġi eżaminat mill-ġdid, b’ruħ serena u kalma, mingħajr ma jitnaqqaslu xejn, b’dak il-mod eżatt ta’ kif wieħed jaħseb u jifformula l-kliem li jispikka fuq kollox fl-atti tal-Konċilji ta’ Trento u Vatikan I; hu meħtieġ li l-istess duttrina tiġi eżaminata b’mod iktar wiesa’ u profond u li l-erwieħ jiġu iktar mgħaddsa fiha u mgħarrfa dwarha, kif jixtiequ tabilħaqq dawk kollha li ġenwinament jemmnu fil-verità Kristjana, Kattolika, Appostolika; hu meħtieġ li din id-duttrina ċerta u li ma tinbidilx, li dwarha għandu jkun hemm kunsens fidil, tiġi approfondita u murija skont ma hu mitlub miż-żminijiet tagħna. Mela, altru d-depożitu tal-Fidi, jiġifieri l-veritajiet li jagħmlu parti mid-duttrina mqaddsa tagħna, u altru l-mod li bih jiġu mħabbra, dejjem, imma, fl-istess sens u l-istess tifsira. Ta’ min jagħti importanza kbira lil dan il-metodu u, jekk meħtieġ, jiġi applikat bis-sabar; hemm bżonn li tiġi addottata dik l-għamla ta’ espożizzjoni li l-aktar tikkorrispondi għall-Maġisteru, li l-karattru tiegħu hu prinċipalment pastorali.

B’liema mod niġġieldu l‑iżbalji7.1. Fil-ftuħ ta’ dan il-Konċilju Ekumeniku Vatikan II, hu

evidenti iktar minn qatt qabel li l-verità tal-Mulej tibqa’ għal dejjem. Minn żmien għall-ieħor nilmħu, fil-fatt, li l-fehmiet dubjużi tal-bnedmin huma f’kuntrast ma’ xulxin u spiss l-iżbalji jgħibu ftit wara li jqumu, bħal ċpar li jdub mas-sħana tax-xemx.

7.2. M’hemm l-ebda żmien li fih il-Knisja ma wrietx ruħha kontra dawn l-iżbalji; spiss ikkundannathom ukoll, xi drabi b’severità l-aktar qawwija. Fi żminijietna, l-Għarusa ta’ Kristu tippreferi tuża d-duwa tal-ħniena flok taqbad l-armi tas-severità ħarxa; hi temmen li għandha tara x’inhuma l-bżonnijiet tal-lum, billi turi b’mod iżjed ċar il-valur tat-tagħlim tagħna iktar milli tikkundanna. Mhux għax aħna

neqsin minn duttrini foloz, fehmiet u perikli minn xiex inħarsu ruħna u li għandna nopponu; imma għax dawn kollha huma f’kuntrast hekk miftuħ mal-prinċipji retti tal-onestà, u taw frott li jwassal għall-mewt hekk li llum il-bnedmin f’daqqa waħda donnhom bdew jistmerruhom, speċjalment dawk il-forom ta’ eżistenza li jinjoraw lil Alla u l-liġijiet tiegħu, għax iqiegħdu wisq fiduċja fil-progressi tat-teknika u jfasslu l-ġid tal-bniedem biss fuq il-kumditajiet tal-ħajja. Il-bnedmin qed jagħrfu dejjem iżjed li d-dinjità tal-persuna umana u l-perfezzjoni naturali tagħha hi kwistjoni ta’ importanza kbira u diffiċli ħafna tasal għaliha. Dak li jiswa fuq kollox hu li huma tgħallmu mill-esperjenza li l-vjolenza esterna mħaddma kontra l-oħrajn, il-qawwa tal-armi u s-supremazija politika assolutament m’humiex biżżejjed biex jirrisolvu għal kollox il-problemi kbar li jitturmentawhom.

7.3. Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, il-Knisja Kattolika, waqt li b’dan il-Konċilju Ekumeniku terfa’ fl-għoli l-musbieħ tal-verità Kattolika, tixtieq turi ruħha bħala omm mimlija mħabba għal kulħadd, twajba, tistabar, imqanqla mill-ħniena u mit-tjieba lejn l-ulied li nfirdu minnha. Lill-umanità mħabbta minn tant tiġrib hi tgħid dak li qal Pietru lil dak il-fqajjar li talbu l-karità: “Fidda u deheb m’għandix, imma minn dak li għandi sa nagħtik: fl-isem ta’ Ġesù Kristu ta’ Nazareth, qum u imxi!” (Atti 3:6). Fi kliem ieħor, il-Knisja ma toffrix lill-bnedmin ta’ żminijietna għana li jintemm, lanqas twegħidhom ferħ tad-dinja biss; imma tqassam il-ġid tal-grazzja sopranaturali, li jgħolli lill-bnedmin għad-dinjità ta’ wlied Alla u huwa ħarsien qawwi u għajnuna li tagħmlilhom ħajjithom iżjed umana; tiftaħ l-għejun tad-duttrina abbundanti tagħha, li biha l-bnedmin, imdawla mid-dawl ta’ Kristu, jirnexxilhom jifhmu fil-profond huma min huma tassew, b’liema dinjità huma mżejna, lejn liema destinazzjoni mexjin; fl-aħħar nett, permezz ta’ wliedha turi ma’ kullimkien il-kobor tal-imħabba Nisranija, li xejn ma jiswa iżjed minnha biex neqirdu ż-żerriegħa tal-firda, xejn mhu effikaċi daqsha biex inġibu ’l quddiem l-għaqda, il-paċi ġusta u l-fraternità bejn kulħadd.

Nippromovu l‑għaqda fil‑familja Nisranija u umana8.1. Din ix-xewqa tal-Knisja li xxerred u tħares il-verità

ġejja mill-fatt li, skont il-pjan ta’ Alla, “li jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biex jagħrfu l-verità” (1 Tim 2:4), mingħajr l-għajnuna tad-duttrina rivelata kollha l-bnedmin ma jistgħux jaslu għal għaqda sħiħa u soda tal-erwieħ, li minnha jiġu l-vera paċi u l-fidwa ta’ dejjem.

8.2. Sfortunatament il-komunità tal-Insara għadha ma laħqitx b’mod sħiħ u perfett din l-għaqda viżibbli fil-verità. Il-Knisja Kattolika tħoss li hu dmir tagħha tħabrek b’mod attiv biex jitwettaq il-misteru kbir ta’ dik l-għaqda li Kristu Ġesù bi kliem ħerqan talab lill-Missier tas-Sema meta kien qorob is-sagrifiċċju tiegħu; hi tgawdi minn sliem l-aktar ħelu għax taf li tinsab magħquda intimament ma’ Kristu f’dak it-talb; iktar minn hekk, tifraħ mill-qalb meta tara li dawn l-invokazzjonijiet qed jagħmlu iżjed frott kotran anki fost dawk li jinsabu ’l barra mill-ħitan tagħha. Jekk inqisu sew, din l-istess għaqda, li Kristu talab għall-Knisja tiegħu, donnha kważi tiddi b’raġġ tripliku ta’ dawl sopranaturali

Page 37: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

35

u salvifiku, li miegħu jikkorrispondu: l-għaqda tal-Kattoliċi bejniethom, li hemm bżonn tinżamm soda u tiddi bħala eżempju; imbagħad, l-għaqda li tikkonsisti fit-talbiet u t-tamiet ħerqana li bihom l-Insara mifruda minn din is-Sede Appostolika jixtiequ li jkunu magħquda magħna; u fl-aħħar, l-għaqda mibnija fuq l-istima u r-rispett li għandhom lejn il-Knisja Kattolika dawk li jsegwu d-diversi għamliet ta’ reliġjon li għadhom m’humiex Insara.

8.3. F’dan id-dawl – minkejja li l-bnedmin kollha li jitwieldu diġà ġew mifdija mid-demm ta’ Kristu – wieħed għandu biex isewwed qalbu li sa issa parti kbira mill-familja umana għad m’għandhiex sehem minn dawk l-għejun ta’ grazzja sopranaturali li jinsabu fil-Knisja Kattolika. Għalhekk għall-Knisja Kattolika, li d-dawl tagħha jdawwal il-ħwejjeġ kollha u li mill-qawwa tal-għaqda sopranaturali tagħha tgawdi l-komunità umana kollha, nistgħu napplikaw perfettament il-kelmiet sbieħ ta’ San Ċiprijanu: “Mimlija bid-dawl, il-Knisja ta’ Kristu xxerred ir-raġġi tagħha fuq id-dinja kollha; imma dan hu dawl wieħed li jilma kullimkien, u hekk ma titkissirx l-għaqda tal-ġisem. Twessa’ l-friegħi tagħha fuq l-art kollha għall-ġid kotran, tkabbar bil-ħeġġa l-għejun tagħha biex inixxu b’abbundanza; imma waħda hi r-ras, waħda l-oriġni u waħda l-omm fertili għall-frott imbierek: minnha tnissilna, nerdgħu mill-ħalib tagħha, u ngħixu mill-ispirtu tagħha” (De Catholicæ Ecclesiæ unitate, 5).

8.4. Ħuti għeżież, dan hu li qed jipproponi l-Konċilju Ekumeniku Vatikan II, li, hu u jiġbor flimkien l-aqwa enerġiji tal-Knisja u b’żelu jħabrek biex il-bnedmin jilqgħu bl-aħjar mod il-bxara tas-salvazzjoni, kważi jħejji u jsaħħaħ it-triq għall-għaqda tal-familja umana, li hi bħal fundament neċessarju biex il-Belt ta’ din l-art issir tixbah iktar lill-Belt tas-Sema “li s-sultan tagħha hu l-verità, il-liġi tagħha hi l-imħabba, u l-kobor tagħha hi l-eternità” (Santu Wistin, Ep. CXXXVIII, 3).

Konklużjoni9.1. U issa “niftħu fommna għalikom” (2 Kor 6:11, Vlg),

għeżież Ħutna fl-Episkopat. Hawn aħna llum miġbura f’din il-Bażilika tal-Vatikan, fejn jinsab il-fus tal-istorja tal-Knisja: fejn issa s-Sema u l-art jingħaqdu f’tgħanniqa waħda, hawn fuq il-qabar ta’ San Pietru, qrib l-oqbra ta’ tant Predeċessuri Mqaddsa tagħna, li l-irmied tal-fdalijiet tagħhom f’din is-siegħa solenni donnu jrid iqum bi tkexkixa misterjuża ta’ ferħ.

9.2. Il-Konċilju li qed jiftaħ hu għall-Knisja bħal jum mimli dija ta’ dawl mill-isbaħ. Bilkemm għadu sebaħ: imma ruħna donnha diġà qed tmiss ħelu ħelu mal-ewwel raġġi tax-xemx li tielgħa! Hawn kollox jispira qdusija, iqanqal l-hena. Fil-fatt nistgħu nikkontemplaw kwiekeb li bid-dawl tagħhom jgħollu l-maestà ta’ dan it-tempju, u dawn huma intom, skont ix-xhieda tal-Appostlu Ġwanni (ara Apok 1:20); u għalikom jiddu l-gandlieri tad-deheb madwar il-qabar tal-Prinċep tal-Appostli, li huma l-Knejjes fdati lilkom (ara Apok 1:20). Nilmħu wkoll il-personalitajiet l-aktar denji li ġew Ruma mill-ħames kontinenti, jirrappreżentaw il-pajjiżi tagħhom, u li jinsabu hawn preżenti b’rispett kbir u fi stennija ħelwa.

9.3. Għalhekk nistgħu ngħidu li l-qaddisin u l-bnedmin qed jikkoperaw fiċ-ċelebrazzjoni tal-Konċilju: il-qaddisin mis-Sema impenjaw ruħhom li jħarsu fuq il-ħidmiet tagħna; il-fidili, li jgħollu quddiem Alla talb ħerqan; u intom ilkoll, billi tilqgħu bil-ħeffa l-ispirazzjonijiet sopranaturali tal-Ispirtu s-Santu, li tintefgħu b’ruħkom u b’ġisimkom biex il-ħidmiet tagħkom iwieġbu b’mod sħiħ għax-xewqat u l-ħtiġijiet tad-diversi popli. Biex dan iseħħ, huma mitluba minnkom il-paċi serena tar-ruħ, l-armonija fraterna, il-moderazzjoni fl-inizjattivi, il-korrettezza fid-diskussjonijiet, u l-għerf f’kull deċiżjoni.

9.4. Jalla l-impenn u l-ħidma tagħkom, li għandhom fuqhom mhux biss l-għajnejn tal-popli, imma anki t-tamiet tad-dinja kollha, jikkorrispondu fil-wisa’ max-xewqat u l-aspettattivi.

9.5. Alla li tista’ kollox, fik inqiegħdu l-fiduċja kollha tagħna, u mhux fil-qawwa tagħna. Ħares bi tjieba fuq dawn ir-Rgħajja tal-Knisja tiegħek. Id-dawl tal-grazzja tiegħek tas-Sema jkun magħna fid-deċiżjonijiet li nieħdu u fil-liġijiet li nfasslu; u ddumx ma tisma’ t-talbiet li nagħmlulek fl-għaqda tal-Fidi, kemm b’leħinna u kemm ġo qalbna.

9.6. O Marija, Għajnuna tal-Insara, Għajnuna tal-Isqfijiet, li mħabbtek doqniha dan l-aħħar b’mod partikulari fit-tempju ta’ Loreto, fejn ġejna nqimu l-Misteru tal-Inkarnazzjoni, bl-għajnuna tiegħek agħmel li dan il-Konċilju jkollu tmiem hieni, tajjeb u ta’ ġid; flimkien mal-Għarus tiegħek San Ġużepp, mal-qaddisin Appostli Pietru u Pawlu, mal-qaddisin Ġwanni l-Battista u l-Evanġelista, idħol għalina quddiem Alla.

9.7. Lil Ġesù Kristu, Feddej wisq maħbub tagħna, Sultan etern tal-ġnus u taż-żminijiet, imħabba, setgħa u glorja għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

[AAS 54 (1962), pp. 785-795]

Page 38: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

36

Issa li ninsabu biss ftit xhur ’il bogħod milli niċċelebraw l-Anniversarju tat-325 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa - Santa Marija tal-Qala, ħassejt il-ħtieġa li nikteb kelmtejn fil-qosor, dwar dak kollu li ġara tliet mija u ħamsa u għoxrin sena ilu.

L-ewwel wieħed mid-dokumenti tal-Isqof Fra Davide Cocco Palmieri, li kollha kemm huma jitkellmu dwar it-twaqqif tal-erba’ parroċċi ġodda: ‘Żebbuġ, Sannat, Xagħra u Qala’, huwa dak tal-4 ta’ Mejju 1687 jiġifieri madwar sena qabel ma twaqqfu l-erba’ parroċċi li għadni kif semmejt.

Dan id-dokument inkiteb eżattament wara l-ewwel Viżita Pastorali tal-Isqof f’Għawdex. Jidher li dakinhar għall-Isqof Palmieri, is-soluzzjoni għas-sitwazzjoni reliġjuża fil-gżira Għawdxija kienet li jitwaqqfu erba’ parroċċi ġodda: fiż-Żebbuġ, fix-Xagħra, f’Sannat u oħra fil-Qala. Billi dawn l-inħawi kienu mbiegħda mir-Rabat, il-bżonn li jitwaqqfu dawn il-parroċċi kien ħafna akbar. F’dokument mill-aktar qadim li llum jinsab ippubblikat (ara: “Il‑Matriċi Kolleġġjata tal‑Assunta u l‑Ewwel Parroċċi t’Għawdex”, 1975, pp. 118‑120), il-parroċċi kellhom bżonn isiru f’Santa Margerita ta’ Sannat, f’Sant’ Anton Abbati tax-Xagħra, f’Santa Marija tal-Qala u f’Santa Marija tal-Mirakli fiż-Żebbuġ. F’dan id-dokument l-Isqof semma xi djar li kienu mxerrdin mal-kampanja kollha ta’Għawdex u qal hekk: “…uħud minn dawn id-djar huma erba’ mili jew aktar bogħod mir-Rabat ”. Din il-kwotazzjoni tirreferi biċ-ċar għad-djar tal-Qala minħabba li ebda raħal Għawdxi m’hu imbiegħed mir-Rabat iktar minn erba’ mili ħlief ir-raħal tal-Qala. Skont il-kitba tal-4 ta’ Mejju 1687 nafu li n-nies tal-erba’ rħula msemmija ma qatgħux milli jitolbu bla waqfien biex ikollhom l-istat ta’ parroċċa. Fid-dokument tal-Isqof naraw li bħala rimedju għas-sitwazzjoni, Mons. Cocco Palmieri għażel lil Dun Ewġenju Azzopardi biex jagħmilha ta’ viċi parroku fl-irħula taż-Żebbuġ, tax-Xagħra, ta’ Sannat u tal-Qala.

Fi ftit kliem rajna kif kien inħass il-bżonn li jitwaqqfu erba’ parroċċi ġodda f’Għawdex. Dan kollu jixhdu l-ewwel dokument tal-Isqof Cocco Palmieri tal-4 ta’ Mejju 1687 wara li għamel l-ewwel Viżita Pastorali tiegħu f’Għawdex.■

Aktar dwar it‑twaqqif tal‑Parroċċa:

“Santa Marija tal‑Qala”(S.tae Mariae de la Cala)

L‑Ewwel Dokument tal‑Isqof Cocco Palmieri ‑ 4 ta’ Mejju 1687minn: Gabriel Vella

Page 39: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

37

Mid‑Djarju ta’ {u\epp Debono (21)Miġbura u ppreżentata minn: Euchar Mizzi

Ir‑Raba’ Kapitlu ‑ L‑Ewwel Parti

F’din ir‑raba’ u l‑aħħar parti tad‑Djarju ta’ Ġużepp Debono, ser nipproduċi kronoka ta’ twelidijiet, żwiġijiet u mwiet li seħħew fil‑Qala sena b’sena, u li jinsabu rreġistrati fil‑Djarju msemmi u li jibda mis‑sena 1940, jiġifieri 72 sena ilu. Ma’ dawn ser jidhru wkoll xi notamenti oħra relatati dejjem mal‑Qala. Jista’ jkun li jkun hemm xi duplikazzjonijiet żgħar, peress li dawn in‑notamenti huma meħuda mid‑djarju magħruf ‘Personal & Local Items’ Book 2 li jibda mill‑1 ta’ Jannar 1940. Niskuża ruħi għal xi ineżattezzi li jistgħu jitfaċċaw peress li kif diġà għedt drabi oħra, dawn id‑djarji qatt ma nkitbu b’xi intenzjoni li jiġu ppubblikati, imma bħala passatemp u għax iz‑Ziju Ġużepp kien jinteressa ruħu fil‑Qala u f’dak kollu li jseħħ fir‑raħal sew avvenimenti u mumenti ta’ ferħ kif ukoll dawk ta’ niket. Mela nibdew dan ir‑raba’ kapitlu:

05.01.40 Il-Vapur Royal Lady beda bil-vjaġġi tiegħu bejn Għawdex u l-Marfa Malta.

19.01.40 Miet Michael Bartolo ‘tal-Faħal’ li kien ġuvni.

24.01.40 Miet Toni Attard ‘ta’ Rosi’ li kien armel.

20.01.40. Miet Salvu Xuereb ‘Is-Sur Ċikk’.

28.02.40 Mietet Katarina Xuereb ‘tal-Ħarti’.

02.03.40 Miet Randu Camilleri ‘Taħħan’ fl-Isptar.

11.03.40 Mietet Ġużeppa Said ‘ta’ Gejtan, li kienet armla.

21.03.40 Twieldet it-tieni tifla ta’ Anthony Buttiġieġ – is-Surmast, Ġiuseppina.

01.04.40 Illum waslet f’Għawdex Ambulanza għall-isptar t’Għawdex.

06.04.40 Sar iż-żwieġ bejn Salvu Micallef u Gaetana Portelli ‘tal-Brumi & Blis’.

17.04.40 Mietet Maria Mizzi ‘tal-Patrijarka’ li kienet xebba.

23.04.40 Illum kellna Vaganza Pubblika fl-okkazjoni tal-Ġublew tal-fidda tal-Arċisqof.

25.04.40 Sar iż-żwieġ bejn Ġanni Tewma ‘tax-Xirmi’ u Carmela Xerri ‘tat-Tirutej’.

30.04.40 Sar iż-żwieġ bejn Ġużepp Buttiġieġ ‘tal-Makku’ u M’Ross Xerri ‘tal-Furnara’.

03.05.40 Mietet Grazia Falzon ‘tal-Pajċa’ f’Malta li kienet xebba.

10.05.40 Mietet Loreta Attard ‘ta’ Ferħana’ f’Malta li kienet xebba.

12.05.40 Miet Micheal Anġelo Xuereb ‘tal-Mużrut’.

14.05.40 Mietet Anna Mifsud ‘taz-Zoppa’ li kienet armla.

21.05.40 Illum fis-2.00am, beda l-ħin tas-Sajf – mexa b’siegħa ’l quddiem.

27.05.40 Mil-lum daħal fl-effett il-‘Curfew’ li bih in-nies ma setgħux ikunu barra bejn il-11.00pm u l-5.00am. Dan sar b’effett tal-Gwerra li pajjiżna kien involut fiha.

01.06.40 L-Iskejjel ingħalqu bħala prekawzjoni minħabba l-‘air-raids’ tal-għadu u damu magħluqa sal-14 t’Ottubru 1940.

02.06.40 Fis-6.00pm Mons Ġużeppi Pace mexxa pellegrinaġġ minn Pjazza Sabina għas-Santwarju Ta’ Pinu, li għalih attendew minn Għawdex kollu.

06.06.40 Miet Ġużepp Cutajar ‘il-Pe’’ li kien armel.

08.06.40 Sar iż-żwieġ bejn Manweli Portelli ‘tal-Merill’ u Mananni Falzon ‘taċ-Ċaqna’.

13.06.40 Miet Ġużepp Xerri ‘taċ-Ċapott’ li kien armel.

15.06.40 Sar iż-żwieġ ta’ Ġużepp Azzopardi ‘ta’ Natal’.

16.06.40 Sar iż-żwieġ ta’ Antonio Xerri ‘Kumajru’.

20.06.40 Miet Ċikku Portelli ‘taz-Zopp’ li kien armel.

00.07.40 Mietet Roża Azzopardi ‘ta’ Natal’ li kienet xebba.

22.08.40 Miet LORD STRICKLAND.

19.09.40 Miet Frenċu Mizzi ‘ta’ Ġorbos’.

28.09.40 Mietet Ġużeppa Pisani ‘tal-Ħatch’ f’Malta.

29.09.40 Il-Pajjiż qaleb għall-ħin tax-xitwa fis-2.00am.

Page 40: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

38

27.10.40 L-Isqof beda żjara Pastorali fil-Qala. Saret il-Griżma lit-tfal fis-6.00am.

28.10.40 L-Isqof żar l-Iskola Primarja tas-Subien u staqsa mistoqsijiet dwar ir-reliġjon.

29.10.40 Mietet Anġela Buttigieg ‘ta’ Siesu’.

04.11.40 Illum vaganza mogħtija mill-Isqof t’Għawdex tal-vista Pastorali fil-Qala.

18.11.40 Mietet Filomena Falzon ‘tal-Bett’ li kienet xebba.

23.11.40 Il-vapur SS. Franco beda bil-vjaġġi S-Sibt 12.30pm mill-Port il-Kbir lejn Għawdex, u nhar ta’ Tnejn fis-6.30am minn Għawdex lejn il-Port il-Kbir f’Malta.

24.11.40 Miet Rafiel Mizzi ‘tal-Laċċu’ li kien armel.

03.12.40 Sar iż-żwieġ ta’ Pawla Grech ‘ta’ Ħawwiefa’.

05.12.40 Mietet Anġela Buttigieg ‘tal-Lollu’ f’Malta.

12.12.40 Miet Toni Xerri ‘taz-Zelz’ f’Malta.

13.12.40 Miet Anġlu Buttiġieġ ‘ta’ Satun’ li kien armel.

24.12.40 Peress li ninsabu fil-Gwerra l-quddiesa tal-Milied saret fil-5.00pm waqt li t-tqarbin sar fis-6.00pm. Irridu niftakru li dari t-tqarbin kien dejjem isir wara l- quddies u mhux waqt il-quddiesa bħal ma jsir illum.

25.12.40 Miet Francis Buttiġieġ ‘tal-Makku’.

(It-Tieni parti li tkopri s-sena 1941, tkompli fil-ħarġa tal-Għid 2013)

Salvu Camilleri & Sons Ltd.

(Tan‑Najsi)

Suppliers of Ready Mix Concrete, Crane Hire

Ready Mix Plant: 2156 0346Residence: 2155 1485

Mobile: 9949 5378

“Camilleri House”Belveder Street, QALA

Lord Strickland

Page 41: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

39

Imma llum ser niltaqgħu mal-Prefett tal-Biblijoteka Appostolika Vatikana, r-Reverendu Monsinjur Cesare Pasini. Saċerdot umli u dejjem bi tbissima fuq fommu. Ejja naraw x’kellu xi jwieġeb għal-mistoqsijiet tiegħi.

1. Min hu r‑Reverendu Monsinjur Cesare Pasini? Min hu? Jien saċerdot tad-Djoċesi ta’ Milan, ordnat fl-1974. Studjajt tliet snin f’Ruma fl-Istitut Pontifiċju u għalhekk imħejji biex ngħallem dwar il-Padri tal-Knisja. F’dak iż-żmien ma kienx hemm istitut apposta. L-Augustinianum kien għadu qed jieħu l-ewwel passi tiegħu u għalhekk jien studjajt hemm. U għalhekk ksibt din il-formazzjoni daqsxejn orjentali, tal-Knejjes tal-Lvant. U wara t-tagħlim tal-Missirijiet tal-Knisja fis-seminarju u wara (lħaqt) Viċi-Prefett tal-Libreria Ambrosiana sal-25 ta’ Ġunju tal-2007.

2. Kif twieldet il‑vokazzjoni saċerdotali tiegħek?Twieldet b’mod sempliċi ħafna. Bħal meta jitwieldu xewqat profondi fi ħdan ħajja nisranija normali marbuta ma’ parroċċa, marbuta wkoll b’kuntatti ta’ spiss mal-ambjenti tal-assoċjazzjonijiet. Niftakar li bħala tifel kull filgħodu fis-sebgħa, fis-sebgħa u nofs, inservi l-quddies fiċ-ċpar ta’ Milan… Hekk f’ħin minnhom tinbet xi intuwizzjoni.

DaħlaIl-Biblijoteka Appostolika Vatikana hija l-biblijoteka li s-Santa Sede ffondat fil-Vatikan sa mis-seklu erbatax eżattament fil-pontifikat tal-Papa Nicolo V, Tomaso Parentucelli li kien ħadem ħafna sabiex il-Knisja jkollha l-ewwel librerija moderna tagħha.

Madankollu kien il-Papa Sistu IV li ddikjara l-uffiċjalizzazzjoni tal-Biblijoteka Appostolika Vatikana permezz tal-Bolla Ad decorem militantis Ecclesiae, datata 15 ta’ Ġunju 1475.

Tlett ijiem wara, l-istess Papa kien ħatar lil Bartolomeo Sacchi magħruf aħjar bħala Platina bħala l-ewwel Prefett ta’ din il-biblijoteka.

Is-swali li fihom hija ospitata din il-biblijoteka huma mżejna bil-ġenjalità ta’ pitturi ta’ fama rinaxximentali bħal Melozzo ta’ Forli, Antoniazzo Romano, u l-aħwa ċelebri Domenico u David Ghirlandaio, artisti li għexu bejn l-1430 u l-1525.

Fil-fatt fil-ħin li kont qiegħed nikteb dan l-artiklu l-Papa ħabbar in-nomina tal-Arċisqof Franċiż Jean Louis Brugues O.P., imwieled f’Bagnerres de Bigorre bħala l-Arkivista u l-Biblijotekarju l-ġdid tal-Knisja Kattolika Appostolika Rumana. Qabel, dan il-prelat kien iservi fil-Kongregazzjoni tal-Edukazzjoni Kattolika fir- rwol ta’ Segretarju. Dan seħħ wara li l-Papa aċċetta r-riżenja tal-Kardinal Raffaele Farina, sależjan ta’ 79 sena li rriżenja minħabba li kien għalaq il-75 sena, liema età hija l-limitu meta prelat għandu jippreżenta r-riżenja tiegħu lill-Papa skont kif hu stabbilit fil-liġi kanonika.

L-awtur mal-Prefett, r-Reverendu Monsinjur Cesare Pasini

Bartolomeo Sacchi magħruf aħjar Platina

Il-pittur ċelebri Domenico Ghirlandaio

Il-Librerija Ambrosjana

Servizz mill‑Vatikan (1)

Il‑Biblijoteka Apostolika Vatikana

Insiru nafu lill‑Prefett, ir‑Reverendu Monsinjur Cesare PasiniPrefett tal‑Biblijoteka Appostolika Vatikana

© Frank Zammit

Page 42: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

40

3. tista’ tirrakkonta xi aneddotu taż‑żmien meta kont seminarista? Anedottu partikolari le għaliex kelli ħajja ordnata u regolari ħafna. Nista’ ngħid ukoll li kienet kostruttiva, pożittiva, trankwilla. Mhux hekk? Dażġur... dan li mhux aneddotu hu element li ġegħelni nirrefletti. Dħalt fir-raba’ sena tal-ġinnasju jiġifieri kelli erbatax-il sena u dak iż-żmien għal min ried, is-seminarju kien jibda fil-prima medja u għalhekk tliet snin qabel ma dħalt jien.

Min kien jidħol kienu jgħidulu novizz. Konna tletin novizz fil-klassi li mit-terza media kont titla’ fil-kwarta ginnasio. U għalhekk konna mija u sebgħin student fil-kwarta ginnasio. Meta sħabi kienu bdew fil-prima media kienu mitejn. Wara l-għażliet, is-selezzjoni, id-deċiżjonijiet ta’ tfal għadhom żgħar jistgħu jinbidlu. Għalhekk konna qegħdin iffullati fis-seminarju u għaddejt il-kwinta ginnasio nofs f’San Pietru u nofs f’post ieħor. Lanqas ma setgħu jiġbru klassi flimkien għax kellhom jużaw l-ispazji kemm jistgħu. Kien żmien ta’ vokazzjonijiet qawwi ħafna.

4. Kif waslitlek in‑nomina ta’ Prefett tal‑Biblijoteka Appostolika Vatikana? Waslitli b’telefonata biex jitolbuni n-numru tal-mowbajl għaliex is-Segretarju tal-Istat ried ikellimni direttament, immedjatament. Billi ma kontx nuża l-mowbajl ta’ spiss, kienet problema fuq l-oħrajn biex inkun aċċessibbli. Fil-fatt ma tkellimt ma ħadd ħlief is-Segretarju tal-Istat li qalli li kelli appuntament għall-21 ta’ Ġunju fis-Segreterija tal-Istat. Għedtlu: “Kollox sew, iżda għaliex?” “Ma nafux”. Fil-21 ta’ Ġunju sirt naf għaliex. Kien li stajt nilħaq Prefett tal-Biblijoteka. Qalli: “Trid tiddeċiedi minnufih għax il-Papa se jżur il-Biblijoteka fil-25 ta’ Ġunju u jkollu jsemmi n-nomina tiegħek. Hekk. Kont għadni kemm nixtri iżjed xkaffi għall-kotba għad-dar xi ġimgħa qabel.

5. X’ifisser li tkun prefett tal‑Biblijoteka Appostolika Vatikana?Ifisser li tipprova tmexxi din il-Biblijoteka skont it-tradizzjoni tagħha, skond is-servizz li tat tul is-sekli, li tat lill-istudjużi f’isem il-Knisja. U f’ċertu sens, f’isem il-Papa stess peress li hi l-Biblijoteka tal-Papa. Titlob li wieħed jidħol fil-ħafna inizjattivi, mekkaniżmi u komplessità tagħha. Hemm ħamsa u disgħin impjegat

tal-fiss u oħrajn li jikkollaboraw, li jaħdmu fil-koperattiva ta’ disinfestazzjoni eċċetra u għalhekk hi realtà tassew komplessa fejn hemm kollaborazzjoni f’livelli differenti. Mill-viċiprefett, fuqu hemm il-biblijotekarju… kulħadd jaħdem b’kapaċità kbira u nista’ ngħid ukoll b’ħafna dedikazzjoni u għaqal. L-istaff hu motivat u kompetenti ħafna. Dan jippermetti lill-prefett li ma jitgħaffiġx taħt il-piż ta’ din l-organizzazzjoni kollha li hemm bżonn bħala biblijoteka... mhux bħala kapaċità ta’ persuna waħda għax ħadd ma jista’ jippretendi li jkollu tant kapaċitajiet…imbagħad hemm il-laboratorju tar-restawr fotografiku. Hemm il-katalogazzjoni tal-manuskritti u tal-(oġġetti) stampati, hemm il-muniti. Il-medalji huma realtà varjata għall-aħħar u trid issir id-diġitalizzazzjoni. Għalhekk huma oqsma kompletament differenti li wieħed irid jiffaċċjahom kull wieħed skont l-ambjent tiegħu, skont il-kriterji tiegħu, ir-regoli tiegħu. Nista’ ngħid li hu xogħol ta’ tim iżda wkoll ta’ flimkien b’xeħta mill-iżjed umana, ta’ familja, li mbagħad jippermettilna li naffrontaw ħidma bħal din serenament.

6. Liema huma l‑miri tal‑illustri prefettorat tiegħek?Naħseb li għandhom ikunu dawk tal-Biblijoteka u dawk tal-Biblijoteka minn dejjem mit-twaqqif tagħha. Biex infissirhomlok, huma dawk ta’ Biblijoteka li taqdi lill-istudjużi u bil-kapaċità li tikkonserva dak kollu li għaddewli biex inħarsu mhux biss dak li hu ġid kulturali iżda bħala stil ukoll, li nħarsu u ngħixu bil-kapaċità u l-għodod li għandi llum. U għalhekk dawk l-aspetti kollha tat-tip informatiku li nista’ nuża llum biex ngħarraf lill-barranin jew biex norganizza s-servizz, id-diversi modi ta’ aċċess jew il-materjal komputerizzat jew mod ieħor. Nista’ ngħid li hu servizz li jipprova jikkonferma dak li hemm fl-ispirtu ta’ din l-istituzzjoni u waqt li jikkonfermah ifittex li jrendih fattibbli llum bl-għodod l-iżjed moderni u l-iżjed elaborati li għandna llum. Għandna niftakru li din l-istituzzjoni għandha nifs universali. U nifs umanistiku, l-umaniżmu jgħid li kull ħaġa li tagħmel għandha tkun imsejsa fuq il-bniedem, it-tagħlim, ir-riċerka, fin-nofs dejjem il-bniedem. Ir-riċerka għandha ssir dejjem b’mod xieraq. Ma nfittxux li nagħmlu xi spot

Il-Biblijoteka Appostolika Vatikana

Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI jżur il-Biblijoteka Appostolika Vatikana

Page 43: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

41

pubbliċitarju jew li nsibu xi ħaġa li malajr iġġibek quddiem id-dinja kollha. Hi ħidma fit-tul, ta’ sabar, xi kultant immerija, dejjem iċċekkjata minn ħaddieħor. Inti tfittex, ifittex ħaddieħor, u bil-mod il-mod ir-(riċerka) tinfetaħ lil kulħadd billi xi ftit kollha kemm aħna qegħdin nagħmlu dan ix-xogħol ġejjin mnejn ġejjin jew għaliex hi kultura miftuħa għad-djalogu u biex tiltaqa’ ma’ kulturi oħra. Imbagħad hemm l-universalità tal-oqsma tal-għerf u mhux tal-kultura tal-filosofija jew tar-reliġjon tal-kristjaniżmu. Hi l-kultura tal-oqsma kollha, tal-istorja, tal-letteratura, tal-mediċina, tad-dritt, liema oqsma jikkompetu biex jirriċerkaw biċċiet mill-verità, żerriegħa tal-verità. U mwettqa bi spirtu nisrani mingħajr ma nimponih lill-mistednin tiegħi... jfisser li fir-riċerka dejjem wieħed jitqarreb lejn dak il-Logos il-kbir li hi l-kelma vera, awtentika u definittiva. Kull min jirriċerka jersaq (lejha) u Pawlu VI kien jgħid u Benedettu XVI fl-aħħar messaġġ tiegħu tal-2010 (qabel miegħu) li kull min jirriċerka għandu xi ħaġa monastika fih. U qal hekk minħabba d-dixxiplina li titlob minnek ir-riċerka. Ma tiħux frott minnufih, trid tiddedika l-ħin, l-enerġija u t-tbatija, mhux hekk? Għaliex bilkemm wieħed jintebaħ li jkun qed jersaq lejn Alla, jaf jew ma jafx, u mingħajr ma dan ikun ifisser xi nuqqas ta’ aċċettazzjoni lejn persuni li ġejjin mnejn ikunu ġejjin fit-twemmin jew fl-ideoloġija jew livell soċjali jew ħaġ’oħra. U l-istess nafu f’din il-ħidma ta’ għerf.

7. Kif inhi organizzata il‑Biblijoteka?Hi organiżżata fi tliet dipartimenti u diversi uffiċċji oħra billi l-biblijoteki antiki għandhom il-kotba iżda jiġbru wkoll materjal ieħor. Bħallikieku l-għerf jiġbed lejh aspetti oħra tal-għerf. B’kollox it-tliet dipartimenti huma dak tal-manuskritti li fi ħdanu fih kemm il-kodiċi manuskritti kemm il-manuskritti li għandhom parti mill-arkivju. U għalhekk hemm dawn iż-żewġ oqsma fid-dipartiment tal-manuskritti. Id-dipartiment tal-(materjal) stampat, dawk li għandu l-akbar numru ta’ oġġetti, il-manuskritti huma mija u tmenin elf: tmenin elf il-kodiċi manuskritti u mitt elf il-manuskritti tal-arkivju. Allura jsiru mija u tmenin elf. Fost il-materjal stampat għandna miljun u sitt mitt elf oġġett stampat. In-numru hu kbir iżda wkoll meta mqabbel ma’ (dak) tal-akbar istituzzjonijiet. In-numru tal-biblijoteki l-kbar ta’ Pariġi jew ta’ Londra kollha għandhom il-ġabra tal-istat u għalhekk għandhom numru ħafna akbar iżda hi kwistjoni ta’ kwantità tal-kwalità tal-volumi marbuta ma’ ċerti oqsma. Aħna għandna probabbilment il-qasam l-iżjed importanti tad-dinja f’volumi marbuta mal-epoka umanistika rinaxximentali: erba’, ħames mitt, sitt mitt elf, kemm bħala manuskritti kemm bħala stampati. Id-dipartiment tal-(materjal) stampat fih l-istampi, l-inċiżjonijiet, il-mammiet tal-inċiżjonijiet tal-istampi, id-disinji. Għandna ġabra sinjura ta’ disinji, dawk tal-Bernini minn tal-ewwel. Bejn stampi u disinji naslu għall-mitt elf. Imbagħad hemm it-tielet dipartiment; manuskritti, stampati u medaljieri jiġifieri muniti u medalji, dan ukoll sinjur ħafna. Biex ngħid is-sewwa kienet sinjura ħafna iżda mbagħad inġarret għal Pariġi fi żmien Napuljun u għalhekk

kellha… fil-fatt ma nġabitx lura… kellha tinġabar... iżda bħalissa sinjura ħafna kemm f’medalji ta’ żmien ir-Rumani kemm f’muniti Rumani kemm f’muniti tal-Papiet. Meta ġie Napuljun ħa biċċa minn kollox (Biblijoteka u Arkivju Siġriet) mill-manuskritti, mill-arkivji, mill-volumi stampati. Sostanzjalment kollox inġab lura ħlief kif għedtlek.

8. Għal min hi miftuħa l‑Biblijoteka?Il-Biblijoteka hi miftuħa għall-istudjużi kollha appuntu ġejjin mnejn ikunu ġejjin, ta’ kull twemmin, ta’ kull qasam ta’ riċerka jekk ikunu jistgħu juru li huma kompetenti u ppreparati. Ukoll minħabba li kieku kellu jiġi xi ħadd li mhux preparat kif jixraq ma jkunx jaf kif jaħdem u kif juża l-materjal tagħna. U għalhekk ikun hemm problemi miż-żewġ naħat. Min jiġi u mhux imħejji għar-realtà speċifika ta’ din l-istituzjoni jqegħedna fir-riskju li nagħtuh f’idejh materjal delikat li għandu jiġi ttrattat b’ċertu mod (u mhux) minn nies li mhumiex imħarrġa. Għalhekk issir verifika tal-karattru kulturali tal-persuna li tiġi, tat-taħriġ kulturali. Jekk ikun professur li jgħallem kollox sew, jekk ikun student fl-università, li hu l-grad l-iżjed baxx, ma jistax jiġi jekk mhux għax ikollu jistudja ċertu materjal li jkun hawn speċifikament. F’każ bħal dan il-professur tiegħu irid jiktbilna biex jagħmel tajjeb għalih.

9. Sewwa sew x’inhu l‑patrimonju li tikkonserva l‑Biblijoteka? Semmejt din il-kwantità ta’ manuskritti, ta’ volumi stampati, inċiżjonijiet, stampi, muniti, medalji, nista’ ntenni n-numru. Għandna tmenin elf manuskritt, mitt elf oġġett fl-arkivju u miljun u sitt mitt elf volum stampat li minnhom tmint elef u disa’ mija inkunamboli (stampati qabel l-1500) imbagħad tliet mitt elf stampa, disinji u xi mija u ħamsin elf, tliet mitt elf munita-medalja. Inżid ukoll li fil-biblijoteka hemm tpinġija, l-iżjed ritratti, per eżempju tal-Kardinali minn nofs is-seklu ħmistax li kellhom dan ir-rwol fil-biblijoteka u għalhekk fis-sala pubblika u f’xi uħud mhux pubbliċi għandna s-sekwenza kollha ta’ dawn it-tpinġijiet u xi oħrajn fil-biblijoteka. Din mhix l-ispeċjalità tagħna iżda hawn dawn ukoll. Qabel żmienna il-biblijoteka kellha wkoll gallerija, l-hekk imsejħa gallerija tal-Biblijoteka fil-Mużew tal-Vatikan. U għalhekk kellha materjal ieħor l-hekk imsejjaħ mużew sagru u l-mużew profan li beda jinġabar mis-seklu sittax. Illum dan kollu għadda lill-mużewijiet u għalhekk il-biblijoteka ħadet karattru aktar ta’ ġid biblijotekarju.

Papiru

Page 44: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

42

10. Kif jitħarrġu dawk li jaħdmu fil‑biblijoteka?Naħseb li jiġu nies li diġà jkollhom it-taħriġ partikolari għaliex ħaġa min jiġi għal-laboratorju fotoġrafiku u oħra min jiġi għar-restawr, ieħor biex jikkataloga l-volumi stampati u ieħor biex jagħmel katalogu tal-manuskritti, biex nagħti eżempju. L-istess (jgħodd) għal min jiġi (jaħdem) fil-qasam tal-medalji u l-muniti jew fil-qasam tad-disinji. Il-Biblijoteka fiha wkoll skola biblijotekarja li madankollu mhix biex xi ħadd jidħol jaħdem fil-Biblijoteka Vatikana iżda hi post fejn jitħarrġu nies li wara jkunu jistgħu jaħdmu fil-biblijoteki u għalhekk xi minn daqqiet jista’ jiġri li fiha jitħarreġ min wara jiġi jaħdem għandna. Imbagħad hemm introduzzjoni, fi ħdan il-biblijoteka, fid-diversi uffiċċji biex wieħed isir jaf kif jinħadem ix-xogħol f’dak l-uffiċċju partikolari. Dażġur iżjed ma jikber in-numru ta’ nies (li jaħdmu fil-biblijoteka) iżjed ma jsir speċjalizzat. Għaddejjin minn żmien li kulħadd jaf li hemm tfittxija kbira għall-impjiegi u għalhekk nirċievu numru kbir u varjat ta’ talbiet. Jiddispjaċini li ma nistgħux nilqgħuhom, ma nistgħux nilqgħuhom mhux biss meta ma jkunx hemm post disponibbli iżda ukoll għaliex ikollna noqogħdu għal ċerti kriterji stretti li għandhom is-superjuri tagħna. Iżda lanqas ma nistgħu nieħdu nies li ma jkunux imħarrġa speċifikament. Għalhekk għandu jkollhom preparazzjoni fi studji klassiċi, studji orjentalistiċi, fil-kitba orjentali jew fil-qasam fotografiku jew taħriġ partikolari fir-restawr jew ħaġ’oħra.

11. tista’ ssemmi xi dokumenti importanti li nsibu fil‑Biblijoteka tal‑Vatikan?Hemm minn kollox u din dejjem il-mistoqsija l-iżjed iebsa. U fost affarijiet oħra, qabel ma nwieġeb naħseb f’xi manuskritti straordinarji. Dażġur hemm ukoll muniti, medalji, disinji. Qabel semmejt dawk ta’ Bernini, ta’ Botticelli, id-Divina Commedia illustrata minn Botticelli. Fost il-muniti interessanti (għandna) munita żgħira tad-deheb tas-sena tmien mija minn fost dawk imħarsa ħdejn il-qabar ta’ San Pietru. Billi mhux il-pellegrini kollha setgħu joffru munita tad-deħeb bilfors kienet ta’ xi ħadd famuż. U billi dak iż-żmien hemm dokumentazzjoni litterarja li kien ġie darbtejn Karlu Manju: darba meta inkurunawh imperatur u meta ġie bħala pellegrin u xeħet munita fuq il-qabar ta’ Pietru. Jista’ jkun li kienet dik li xeħet Karlu Manju biex jonora lil San Pietru. Jekk inħarsu lejn il-manuskritti l-aħħar donazzjoni kbira hi dik tal-benefattur Amerikan Frank J. Hanna li kien xtara mill-Fondazzjoni Bodmer il-papiru tal-vanġelu skont Luqa u Ġwanni, għal raġunijiet paleografiċi jitqies li dan il-papiru nkiteb f’xi s-sena mitejn, mija u tmenin, mitejn u għoxrin. Għalhekk hu papiru li fih it-test ta’ San Ġwann (miktub) bilkemm mitt sena wara li kien ikkomponieh San Ġwann. Għax ikkomponieh madwar is-sena mija jew ftit qabel. Bilkemm mija u tletin sena wara nkiteb il-vanġelu skont San Luqa. Fuq il-papiru. U kellu ċertu daqs iżda ma setgħux imorru iżjed ’l hemm billi l-papiru hu materjal fraġili u jitfarrak jekk wieħed ikebbeb numru kbir wisq ta’ folji.

U għalhekk ma setgħux iqiegħdu (flimkien) l-erba’ vanġeli li xorta waħda kienu diġà jeżistu billi għandna wieħed wara l-ieħor lil Luqa u lil Ġwanni mhux ħaġa kbira li dik il-komunità kellha wkoll ta’ Marku u ta’ Mattew. Għalhekk għandna dokumentazzjoni fiżika. Għandna wkoll folji u għalhekk dokumentazzjoni mill-istess żmien li tistqarr, fir-renju tal-Papa Ljun, li tgħid li l-Knisja kienet laqgħet erba’ vanġeli; Mattew, Marku, Luqa u Ġwanni. Fost affarijiet oħra hu test li kollox ma kollox jiggarantixxi t-test ta’ dik ix-xhieda kbira l-oħra li għandna wkoll, l-hekk imsejjaħ kodiċi B, kodiċi tal-Vatikan bil-Grieg li fih il-Bibbja bil-Grieg fit-traduzzjoni tal-Antik Testment mil-Lhudi għall-Grieg dik l-hekk imsejħa tas-sittin u t-testment il-Ġdid bil-Grieg oriġinali. U meta nqabblu l-vanġeli ta’ Luqa u Ġwanni fil-papiru ma’ dawk manuskritti tar-raba’ seklu nintebħu li hemm l-istess xhieda testwali li biha dak tar-raba’ seklu hu ggarantit minn dak tat-tieni seklu li jiġi qablu u għalhekk ħwejjeġ mill-akbar. Dażġur hemm manuskritti li jitkellmu dwar kultura universali u għalhekk manuskritti ta’ kulturi mill-iżjed varjati u jagħti xhieda ukoll ta’ ħwejjeġ mill-akbar. Pereżempju żewġ manuskritti ta’ Virġilju wieħed tar-raba’ u l-ieħor tas-sitt seklu li waslu s’għandna f’parċmina sabiħa li fiha tpinġija tal-illiadi, tpinġija li l-iskolastiċi kienu jżidu biex iżejnu l-manuskritti u li wieħed isibhom mingħajr ma jkun qed jistennihom min jistudja lil dan l-awtur. Jew inkella dak il-manuskritt il-Progiano Messikan 1 li jwasslilna kitba fl-hekk imsejħa kitba pittorika ċioe alfabet li permezz ta’ tpinġija kkulurita pre-Kolumbjana ta’ qabel il-wasla ta’ Cristoforo Colombo fl-Amerika u li minnhom baqa’ ftit li xejn billi dawk il-kulturi antiki għebu u l-konkwistaturi ma ħarsux dan il-ġid. Iżda f’dan il-każ tibqa’ mħarsa xhieda prezzjuża.

12. Il‑Biblijoteka Appostolika Vatikana twaqqfet minn Nicolo V. Xi rwol imissha taqdi skont ir‑rieda tiegħu? Niċolo V għex fid-dinja umanistika u kien umanista u għalhekk ġab f’din il-biblijoteka li waqqaf l-ispirtu tal-umaniżmu li hu l-ispirtu tal-ftuħ tal-kulturi ta’ dak iż-żmien. Hawn jibda kuntatt mad-dinja Griega-Biżantina dritt wara l-Konċilju ta’ Firenze tal-1439 li għalih kienu ġew il- Griegi iżda wara ma setgħux ikomplu… iżda li saret bejn il-Lvant u l-Punent. F’dak il-waqt Niċolo V inqeda b’dan l-ewwel kuntatt biex iżid l-għerf u l-akkwisti ta’ manuskritti wkoll biex jaqlibhom għall-Latin. Għalhekk hi biblijoteka mdaqqsa b’perċentwali qawwija ta’ oġġetti Griegi u minnufih wara l-ispirtu ta’ Nicolo V iwassal biex jidħlu manuskritti Lhud u wara ta’ kulturi oħra. L-ispirtu umanistiku ta’ Nicolo V hu dak ta’ min jitlob li ssir riċerka fis-sorsi, li wieħed jimxi skont il-bżonn, li wieħed jirriċerka s-sorsi u li jwessa’ l-ħarsa lejn il-varji kulturi u l-varji oqsma tal-kultura. Hu s-servizz ta’ min jaf il-facultatis li bihom tinbena l-universitas. U jgħid: Dan li għandna x’niżviluppaw! U niżviluppawh bħala servizz nisrani tas-Santa Sede. Għaliex is-Santa Sede temmen fil-kultura. U taf li kull kuntatt kulturali u kuntatt li japprofondixxi il-valuri tal-bniedem u jressaq il-verità tal-bniedem lejn l-aqwa verità.

Page 45: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

43

13. Veru li l‑Biblijoteka Vatikana qiegħda tiddiġitalizza l‑patrimonju tagħha ? Veru u minn ġurnata għall-oħra jitfasslu proġetti konkreti ħafna biex tinbena flimkien din il-ħidma kbira. Huma t-tmenin elf manuskritt li qegħdin naħsbu fihom bħalissa. Il-kotba stampati jista’ jkun li jinstabu band’oħra iżda l-manuskritti huma xi ħaġa għalihom u għalhekk imiss li jiġu diġitalizzati qabel. Tmenin elf manuskritt ta’ ħames mitt faċċata l-wieħed jiġu miljuni ta’ folji u jsiru biljuni ta’ byte li jkollna nħarsu u għalhekk hemm kwistjonijiet fondamentali li għandna niddeċiedu dwar il-format li għandu jintuża u mbagħad dwar kif għandna nużawh biex niggarantixxu l-long time conservation. Għaliex ma tistax tagħmel opra bħal din mill-iżjed għalja u daqsxejn delikata fuq il-manuskritti. Ma nistgħux nagħmluha llum u mbagħad ngħidu jiddispjaċini ma ħadmitx, tlifna d-data – jkollna nerġgħu nagħmluha!’ Dan kien ikun atteġġament irraġonevoli u għalhekk b’riflessjoni bħal din u għażliet minn dawn li mexjin. Fl-istess waqt għandi ngħid li ftit ftit qegħdin jidħlu għaliha istituzzjonijiet li jridu jisponsorizzaw għaliex jagħrfu l-valur kulturali tal-manuskritt bħala ġid tal-umanità. Allura li niddiġitalizzaw ifisser li meta nagħmlu dan il-ġid aċċessibbli b’dan il-mod inkunu qegħdin inwettqu servizz lill-umanità.

Hemm sponsors li jaqsmu magħna jew ma’ kumpaniji oħra dan il-ħsieb, il-kapaċitajiet tekniċi tagħhom, għaliex jagħrfu l-kobor ta’ din l-opra. B’ċertu mod jagħmluha ta’ appoġġ u jaħdmu flimkien. Bħalissa qegħdin f’nofs ta’ baħar. Xi proġetti bdew pereżempju mal-università ta’ Heidelberg u proġett iffinanzjat mill-fondazzjoni Polonski li qegħdin immexxu mal-università ta’ Oxford.

14. Liema kienu l‑Papiet fl‑epoka moderna l‑iżjed li vvalorizzaw il‑biblijoteka?Nistgħu nibdew minn Ljun XIII fl-aħħar tas-seklu tmintax. Lilu nafu l-ammirazzjoni għall-biblijoteka bħala biblijoteka ta’ konsultazzjoni moderna u għalhekk biblijoteka attenta li tiżviluppa u li trendi aċċessibbli il-ġabriet ta’ volumi stampati tagħha permezz ta’ sala ta’ konsultazzjoni tal-volumi stampati għall-istudji u mod ieħor tal-bqija tal-Biblijoteka. Kien iż-żmien tal-prefett imbagħad Kardinal Ehrle, Franziskus Ehrle, u warajh ġie l-Prefett Ratti għal biss

erba’ jew ħames snin li wara sar Papa Piji XI. Dan ta spinta mill-aqwa fl-aspett strutturali. Inbena l-maħżen tal-volumi stampati li llum ukoll għadu jesa’ sew billi ġab it-travi mill-Amerika u nieda l-kuntatti ma’ biblijoteki fl-Istati Uniti u għalhekk fis-snin tletin beda l-katalogazzjoni

moderna tal-volumi stampati f’kollaborazzjoni anke f’dak iż-żmien bejn l-istituzzjonijiet. Is-snin ta’ Piju XI kienu tassew intensi fil-ħidma tal-biblijoteka u fl-innovazzjoni tal-biblijoteka. Bħala interpreti tal-ispirtu tal-biblijoteka Pawlu VI kien kbir, bniedem li għaraf jindika dawk il-valuri li konna qegħdin insemmu qabel matul din l-intervista. Fi żmien Piju XI kien jinżel fil-biblijoteka. Jgħidu li nhar ta’ Ħadd kien jiġi jara l-biblijoteka tiegħu meta kienu qegħdin jaħdmu dak il-maħżen. Kien jiġi jara kif kien sejjer ix-xogħol. B’ċertu mod kien jieħu post il-Prefett u post ħaddieħor biex jivverifika dawn l-affarijiet. Bħala Pawlu VI ma kellux ħin jiġi iżda baqa’ jieħu interess. Il-Papa Benedettu XVI joqgħod attent ħafna għall-biblijoteka. Nafu li kellu xewqa li jilħaq biblijotekarju. Nafu li tul dawn ix-xogħlijiet il-Kardinal Biblijotekarju, il-Kardinal Farina intlaqa’ mill-Papa li l-ewwel mistoqsija tiegħu kienet «Kif sejjer ix-xogħol? Kif sejjer ix-xogħol?» Fl-ittra uffiċjali li bagħat lill-Kardinal Biblijotekarju u lill-impjegati kollha meta reġgħet infetħet il-Biblijoteka f’Novembru 2010, dwar il-prinċipji li taħdem bihom il-Biblijoteka, il-missjoni tagħha… tkellimna ħafna dwar dawn il-prinċipji matul din l-intervista… f’mument minnhom jgħid li l-Biblijoteka Appostolika Vatikana mhix strument li s-Santa Sede tista’ tagħżel li ma tħaddmux iżda hu strument li s-Santa Sede trid tħaddmu bilfors fis-servizz Petrin minħabba l-valur tagħha bħala magħġuna fl-istorja u b’hekk turi kemm il-ministeru Petrin hu strument tal-istorja u sensibbli għaliha. Għalhekk din frażi qawwija ħafna li tagħtina dinjità u responsabbiltà wkoll.

15. Id‑dokumenti konservati fil‑Biblijoteka Appostolika Vatikana, kemm huma ta’ għajnuna għall‑Knisja biex taffronta problemi attwali ? Naħseb li aktarx m’hemmx każi speċfiċi ta’ dan. Veru li għandna dokumentazzjoni li f’dan jew dak il-każ tista’ tkun utli u meħtieġa u għalhekk, jekk ikun hemm talba, aħna inweġbuha. Naħseb li r-risposta l-iżjed importanti hi dik li għadni kemm tajt jiġifieri dak is-sens ta’ importanza tal-istorja li hi fondamentali għall-istituzzjoni bħalma hi l-Knisja Kattolika, li tgħix fit-tradizzjoni, it-tradizzjoni fis-sens teoloġiku ta’ din il-kelma u għalhekk b’verità milqugħa u mħarsa. Biblijoteka fejn dejjem wieħed jagħraf il-valur tal-istorja. L-aspett fondamentali tar-riċerka fl-istorja jagħti bla waqfien dan il-messaġġ u għalhekk jagħti dan l-appoġġ ta’ attwalità tal-akbar importanza. Nispjega billi ngħid b’dak li qal il-Papa Benedettu XVI: Fil-Knisja ma nimxux b’qabżiet li jħallu l-imgħoddi warajhom iżda nimxu f’progress kontinwu li jżomm u jgħożż it-tradizzjoni li rċevejna. Kull ma ġie mill-imgħoddi ma nistgħux narmuh meta jkunu għaddew xi snin jew xi ġranet. Isservi biex tirfed din l-indikazzjoni fondamentali li hi fir-realtà tal-Kristjaniżmu u tal-Knisja li tkun tradizzjoni. Il-Qdusija Tieghu, l-Papa Ljun XIII

Page 46: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

44

F’din il‑Festa se jingħata rispett mistħoqq lill‑Vittmi tat‑Traġedja tal‑Kamra tan‑Nar ‘Qalb ta’ Ġesù Fireworks’

IS‑SIBt 24 tA’ NoVEMBRUL‑ERBAtAX‑IL SIBt tAL‑IMMAKULAtA KUNĊIZZJoNI U JUM

IL‑ĦRUĠ tAL‑IStAtWA MIN‑NIĊĊA ‑ Jum il‑Ġenerożità5.45am Quddiesa tas-Sibtijiet minn Dun Karm Xerri.4.30pm Adorazzjoni, Rużarju Meditat, Kurunella u Barka

Sagramentali.5.30pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Arcipriet

Kan. Joe Zammit li tagħti bidu għall-Festi ad unur l-Immakulata Kunċizzjoni. Mistiedna partikolari l-Qalin residenti barra l-Parroċċa. Janima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara, ħruġ tal-Istatwa titulari u devota ta’ Marija Mmakulata min-niċċa.

L‑ERBGĦA 28 tA’ NoVEMBRUL‑EWWEL JUM tAN‑NoVENA

‘MARIJA U L‑BENEFAttURI’ ‑ Jum il‑Benefatturi5.30pm Talb tar-Rużarju Meditat.6.00pm Quddiesa tal-Ewwel Jum tan-Novena mmexxija

minn Mons. Renato Borg, li fiha jsir talb partikulari għall-benefatturi ħajjin u mejtin tas-Santwarju.

IL‑ĦAMIS 29 tA’ NoVEMBRUIt‑tIENI JUM tAN‑NoVENA ‑ ‘MARIJA U t‑tAGĦLIM

tAD‑DUttRINA’ ‑ Jum it‑Tfal u l‑Katekisti5.30pm Rużarju meditat bis-sehem tat-tfal u l-katekisti

tal-parroċċa u wara Barka Sagramentali.

6.00pm Quddiesa tat-Tieni Jum tan-Novena mmexxija minn Mons. Renato Borg, bis-sehem tat-tfal u tal-katekisti tal-parroċċa. Fi tmiem il-quddiesa titpoġġa f’riġlejn il-Madonna il-‘warda tad-deheb’ f’isem it-tfal kollha tal-Parroċċa. Issir il-proposta għal abbatini ġodda. Janima l-kant, il-Kor Parrokkjali Magnificat.

IL‑ĠIMGĦA 30 tA’ NoVEMBRUIt‑tIELEt JUM tAN‑NoVENA

‘MARIJA U L‑FIDI FoSt L‑ADoLEXXENtI U Ż‑ŻGĦAŻAGĦ’ Jum l‑Adolexxenti u ż‑żgħażagħ

5.30pm Talb tar-Rużarju Meditat.6.00pm Quddiesa tat-Tielet Jum tan-Novena mmexxija

minn Mons. Renato Borg bis-sehem tal-adolexxenti, iż-żgħażagħ u l-koppji għarajjes tal-parroċċa. F’dan il-jum issir il-proposta għall-grupp tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ f’ħidma ta’ volontarjat fil-Parroċċa. Janima l-kant, il-Grupp tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ.

IS‑SIBt 1 tA’ DIĊEMBRUIR‑RABA’ JUM tAN‑NoVENA U

L‑ĦMIStAX‑IL SIBt tAL‑IMMAKULAtA KUNĊIZZJoNI‘MARIJA U L‑ĦIDMA EKUMENIKA’Jum il‑Għaqda tal‑Knejjes Insara

L‑EWWEL SIBt tAX‑XAHAR5.45am Quddiesa tas-Sibtijiet minn Dun Karm Xerri.5.00pm Adorazzjoni organizzata mix-Xirka tal-Isem

Imqaddes ta’ Alla mmexxija minn Mons. Salv Grima.6.00pm Quddiesa tar-Raba’ Jum tan-Novena mmexxija minn

Mons Salv Grima. Isir talb għall-Għaqda fil-Knisja ta’ Kristu skont ix-xewqa tal-Papa għal din is-Sena tal-Fidi.

IL‑ĦADD 2 tA’ DIĊEMBRUIL‑ĦAMES JUM tAN‑NoVENA

‘MARIJA U L‑FIDI FIt‑tBAtIJA U FIL‑MARD’Jum il‑Morda u l‑Vittmi tan‑NarL‑EWWEL ĦADD tAL‑AVVENt

10.00am Quddiesa bis-sehem tal-familjari tal-Vittmi tat-Traġedja tal-Kamra tan-Nar ‘Qalb ta’ Ġesù Fireworks’.

5.30pm Talb tar-Rużarju Meditat.6.00pm Quddiesa tal-Ħames Jum tan-Novena mmexxija

minn Mons Salv Grima bis-sehem ta’ persuni li jieħdu ħsieb il-morda fil-parroċċa. Issir proposta għall-Grupp Parrokkjali ‘Informa’.

It‑tNEJN 3 tA’ DIĊEMBRUIS‑SItt JUM tAN‑NoVENA

‘MARIJA U L‑MINIStERU SAĊERDotALI UtAL‑ĦAJJA RELIĠJUŻA’

Jum il‑Vokazzjonijiet Saċerdotali u Reliġjużi5.30pm Talb tar-Rużarju Meditat.6.00pm Quddiesa tas-Sitt Jum tan-Novena mmexxija

minn Mons. Salv Grima. Isir talb partikulari għall-vokazzjonijiet Saċerdotali u għall-ħajja Reliġjuża u kkonsagrata bis-sehem tar-Reliġjużi Għawdxin. Issir il-proposta għall-membri ġodda fil-Grupp Parrokkjali tal-vokazzjonijiet. Janima l-kant, il-Grupp tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ.

It‑tLIEtA 4 tA’ DIĊEMBRUL‑EWWEL JUM tAt‑tRIDU ‘MARIJA U L‑FIDI

tAL‑MAGĦMUDIJA FIL‑FAMILJA’ ‑ Jum il‑Familja5.30pm Talb tar-Rużarju Meditat.6.00pm Konċelebrazzjoni Solenni bl-omelija tal-Ewwel

Jum tat-Tridu mmexxija mill-Arċipriet tal-Parroċċa tal-Għarb Mons. Joseph Sultana bis-sehem

Page 47: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

45

tal-familji tal-parroċċa. Isir talb partikolari għall-koppji miżżewġin li qed jiċċelebraw l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Isir it-tiġdid tal-wegħdiet taż-żwieġ u ssir il-proposta għall-membri ġodda fil-laqgħa tal-familji ż-żgħar. Issir il-Preżentazzjoni tat-Trabi lill-Immakulata Kunċizzjoni. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Ikanta l-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’.

L‑ERBGĦA 5 tA’ DIĊEMBRUIt‑tIENI JUM tAt‑tRIDU ‘MARIJA U

R‑RIKoNĊILJAZZJoNI’ ‑ Jum ir‑Rikonċiljazzjoni5.30pm Talb tar-Rużarju Meditat.6.00pm Konċelebrazzjoni Solenni bl-omelija tat-Tieni Jum

tat-Tridu mmexxija mill-Arċipriet tal-Parroċċa tal-Għarb Mons. Joseph Sultana. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Ikanta l-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’.

IL‑ĦAMIS 6 tA’ DIĊEMBRUIt‑tIELEt JUM tAt‑tRIDU ‘MARIJA U L‑FIDI

FL‑EWKARIStIJA’Jum l‑Ewkaristija

9.00am Quddiesa lit-Tfal tal-Iskola Primarja tal-Qala.5.30pm Talb tar-Rużarju Meditat.6.00pm Konċelebrazzjoni Solenni bl-omelija tat-Tielet

Jum tat-Tridu mmexxija mill-Arċipriet tal-Parroċċa tal-Għarb Mons. Joseph Sultana bis-sehem tal-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin u l-Adoraturi tal-Ewkaristija. Fi tmiem il-quddiesa jitpoġġa l-brillant fil-girlanda tal-istatwa tal-Madonna. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Issir il-proposta għall-Adoraturi l-ġodda. Ikanta l-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’.

L‑ĠIMGĦA 7 tA’ DIĊEMBRUtMIEM IN‑NoVENA MQADDSA

6.00am Quddiesa, bil-kant Solenni tat-Te Deum f’għeluq in-Novena mmexxija mill-Arċipriet Kan. Joe Zammit, b’suffraġju tar-Retturi u l-Benefatturi tas-Santwarju.

1.00pm Pellegrinaġġ mill-Parroċċa tax-Xewkija u Quddiesa minn Dun George Mercieca.

LEJLEt IS‑SoLENNItÀtAL‑IMMAKULAtA KUNĊIZZJoNI

5.30pm Talb tar-Rużarju Meditat.6.00pm Translazzjoni mmexxija mill-Arċipriet Kan. Joe

Zammit, fil-pjazza tas-Santwarju li fiha tieħu sehem il-Fratellanza. Eżatt wara, Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mid-Dekan tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta, il-Professur Fr Manuel Agius bis-sehem tal-kleru tal-parroċċa. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali.

IS‑SIBt 8 tA’ DIĊEMBRU:JUM IS‑SoLENNItÀ

tAL‑IMMAKULAtA KUNĊIZZJoNIOrarju tal-Quddies: 4.15am, 5.00, 5.45, 6.30, 7.15, 8.00,9.30, 10.45, 11.30, 12.30pm, 1.15, 3.00.4.15am Quddiesa mill-Arċipriet Kan. Joe Zammit.5.00am Pellegrinaġġ mill-Parroċċa tan-Nadur.5.45am Pellegrinaġġ mill-Parroċċa tax-Xagħra.6.30am Quddiesa mill-Kan. Daniel Xerri Rettur

tas-Seminarju ta’ Għawdex.7.15am Pellegrinaġġ mill-Parroċċa ta’ San Lawrenz.

8.00am Pellegrinaġġ mill-Parroċċa ta’ Għajnsielem.9.00am Talb tas-Salmi.9.30am Konċelebrazzjoni Pontifikali mmexxija mill-E.T.

Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, flimkien ma’ rappreżentanza tal-Kapitlu Katidrali u mas-Saċerdoti tal-Parroċċa.

10.45am Pellegrinaġġ mill-Parroċċa tal-Għarb.11.30am Pellegrinaġġ mill-Parroċċa taż-Żebbuġ.12.30pm Pellegrinaġġ mill-Parroċċa ta’ Kerċem.1.15pm Pellegrinaġġ mill-Parroċċa ta’ Sannat.1.30pm Tluq tat-58 Edizzjoni tal-Pellegrinaġġ Tradizzjonali

tal-muturi, roti u karozzi mill-pjazza tas-Santwarju Ta’ Pinu. Mal-wasla tal-Pellegrinaġġ fil-pjazza tas-Santwarju tal-Kunċizzjoni, isir it-tberik tal-vetturi mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit. Jitqassmu rikordji lis-sewwieqa.

3.00pm Pellegrinaġġ mill-Parroċċa tal-Fontana.4.00pm Kant tat-Tieni Għasar tas-Solennità mill-Kleru

tal-Parroċċa flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-W.R. Mons. Lawrenz Xerri.

5.00pm Ħruġ Solenni tal-Purċissjoni Aux Flambeau bl-Istatwa devota tal-Immakulata Kunċizzjoni. Il-Banda Ite ad Joseph iddoqq l-Innu ‘Lill-Verġni bla Tebgħa tal-Qala’, mużika tas-Surmast Vincenzo Ciappara u versi tal-Poeta Għawdxi Ġorġ Pisani, bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’ u wara takkompanja b’marċi reliġjużi. Imexxi l-Purċissjoni l-Arċipriet tal-Parroċċa tal-Katidral Mons. Ġużeppi Attard, flimkien mal-kleru, l-abbatini u l-Fratellanzi tal-parroċċa tal-Qala. Mad-dħul tal-Istatwa titkanta l-‘Ave Maria’, l-Antifona u wara Barka Sagramentali.

• Lejlet il-Festa jkun hawn konfessuri barranin għall-Qrar mill-4.00pm sal-5.30pm.

• Nhar il-Festa jkun hawn konfessuri barranin mill-5.00am sal-5.00pm.

• Matul it-tlett ijiem tat-Tridu jieħu sehem il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’, taħt it-tmexxija tad-Direttur u Organista Mario Portelli.

• Il-mużika ta’ Lejlet u nhar il-Festa tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Frankie Debono.

• L-Għaqda Mużikali tal-Qala Ite ad Joseph tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Antoine Mercieca.

• Il-Mixegħla ġenerali matul il-jiem tal-Festa issir mis-Sur J. Cutajar.

• Radju Leħen il-Qala (106.3FM Stereo u webcasting: www.radjulehenil-qala.com) ser ixandar iċ-ċelebrazzjonijiet kollha.

Xogħlijiet marbuta mas‑Santwarju din is‑sena:

• Restawr tal-Istatwa Titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni.

• Restawr Estensiv tal-Kappella taċ-ċimiterju.

• Restawr tal-bejt tas-Santwarju.

• Xogħlijiet fil-ġnien ‘L-Isqof Mikiel Franġisk Buttigieg’ u fil-ġnien taċ-ċimiterju.

Jekk inti devot tal‑Immakulata Kunċizzjoni, il‑Qrara u t‑Tqarbina huma l‑isbaħ devozzjoni.Il‑motto u temi tan‑Novena huma ispirati mill‑Pjan Pastorali

Djoċesan 2012‑2013 u mis‑Sena tal‑Fidi 2012‑2013

Page 48: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

46

“Ħarsitna fuq Ġesù Kristu li minnu tibda u fih tintemm il‑fidi tagħna’’

(Lhud 12, 2))

Kull filgħaxija qabel il-Barka Sagramentali jitkanta l-innu: “Alma Redemptoris Mater”.Fil-ġranet tad-Duttrina fiċ-Ċentri tal-Katekiżmu, it-tfal u l-istudenti jitħejjew b’katekeżi tan-Novena tal-Milied. Wieħed jista’ ukoll iħejji ruħu spiritwalment billi jimmedita ‘It-Triq tat-Tama’ mill-ktieb tal-Avvent u tal-Milied ‘Nilqgħu fostna l‑Feddej’ tal-Lumen Christi Publications.

Il‑Ħamis, 13 ta’ Diċembru. 9.00‑11.00am Attività għall-abbatini fis-Seminarju.

Is‑Sibt, 15 ta’ Diċembru. L‑Ewwel Jum tan‑NovenaSimbolu: L‑Altar tas‑Sagrifiċċju

ABRAĦAM – IL‑MISSIER tAL‑FIDINofs ta’ nhar Vokazzjonali f’Dar Stella Maris6.00pm Quddiesa mmexxija minn Mons. Paul Carmel

Vella, Uffiċjal Għoli fit-Tribunal Ekkleżjastiku ta’ Malta. Isir it-tberik tal-presepju artistiku fil-knisja, maħdum b’abbilità minn Johnny Theuma u voluntiera Qalin.

Il‑Ħadd, 16 ta’ Diċembru. It‑tielet Ħadd tal‑Avvent.Ħadd il‑Ferħ. It‑tieni Jum tan‑Novena

Simbolu: It‑twavel tal‑Għaxar KmandamentiMoSÈ – IL‑PRoFEtA tAL‑KMANDAMENtI tAL‑FIDI

7.45am Talb tas-Salmi fil-knisja.10.00am Quddiesa bl-omelija mill-Arċipriet tal-Qala Kan.

Joe Zammit. 6.30pm Fil-Knisja Arċipretali, il-Wieħed u Għoxrin

Edizzjoni tal-Avveniment Ekumeniku ‘Gozo International Celebration’, edizzjoni tal-Milied bit-Tema God is Love. Wara riċeviment fiċ-Ċentru Parrokkjali.

It‑tnejn, 17 ta’ Diċembru. It‑tielet Jum tan‑NovenaSimbolu: Kuruna tad‑Deheb

DAVID – IS‑SULtAN tAL‑FIDI F’IŻRAEL6.00pm Quddiesa bl-omelija minn Dun Martin Micallef,

Direttur tad-Dar tal-Providenza. It-Tfal huma mistiedna jġibu, rigali, offerti ta’ ikel u flus għad-Djar tal-Karità.

It‑tlieta, 18 ta’ Diċembru. Ir‑Raba’ Jum tan‑NovenaSimbolu: Il‑Ktieb tal‑Bibbja

IŻAIJA – IL‑PRoFEtA tAL‑FIDI FL‑IMMANUEL6.00pm Quddiesa bl-omelija mill-Vigarju Parrokkjali

Dun Charles Buttigieg. Janimaw il-kant il-Grupp tal-Adolexxenti u ż-Żgħażagħ.

L‑Erbgħa, 19 ta’ Diċembru. Il‑Ħames Jum tan‑NovenaSimbolu: Il‑Kewkba

IS‑SLAtEN MAĠI – L‑GĦoRRIEF LI EMMNU 6.00pm Quddiesa bl-omelija minn Dun Emmanuel Cordina,

Direttur tal-OASI, li fiha ssir il-prietka tal-Milied.

Il‑Ħamis, 20 ta’ Diċembru. Is‑Sitt Jum tan‑NovenaSimbolu: Il‑Ħarufa

Ir‑RGĦAJJA tA’ BEtLEĦEM – EMMNU FL‑ANĠLI11.00am Mument fratern għas-Saċerdoti tal-Parroċċa. 6.00pm Quddiesa bl-omelija minn Dun Ray Toledo, Delegat

tal-Arċisqof ta’ Malta għall-Parroċċi, fejn nitolbu għall-paċi fid-dinja. Isir it-tberik tal-bambini li t-tfal iġibu mid-dar sabiex jitpoġġew fil-presepji fil-familji tagħhom.

Il‑Ġimgħa, 21 ta’ Diċembru. Is‑Seba’ Jum tan‑NovenaSimbolu: Il‑Fardal

ELIŻABEttA – L‑ANZJANA LI EMMNEt 6.00pm Quddiesa bl-omelija minn Dun Carl-Mario

Sultana Professur tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, bis-sehem tal-istudenti li din is-sena ser jirċievu s-sagrament tal-Konfirmazzjoni, fejn isir talb għall-vokazzjonijiet saċerdotali u għall-ħajja reliġjuża.

Is‑Sibt, 22 ta’ Diċembru. It‑tmien Jum tan‑NovenaSimbolu: Il‑Ġarra

MARIJA ‑ HIENJA DIK LI EMMNEt 6.00pm Quddiesa bl-omelija minn Patri Albert Micallef

O.F.M., Konfessur Spiritwali fil-Bażilika tal-Lateran ġewwa Ruma, bis-sehem tal-għarajjes u l-familji ż-żgħar. Issir il-Vestizzjoni ta’ seba’ Abbattini Ġodda.

Novena Milied 2012FIS‑SENA tAL‑FIDIParroċċa Qala

PERSUNAĠĠI tA’ FIDI KBIRA LI

ĦEJJEW GĦALL‑MIĠJA tA’ ĠESÙ KRIStU

Page 49: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

47

Il‑Ħadd, 23 ta’ Diċembru. Ir‑Raba’ Ħadd tal‑Avvent. Id‑Disa’ Jum tan‑Novena

Simbolu: Il‑ĠiljuSAN ĠUŻEPP – IL‑KBIR PAtRIJARKA tAL‑FIDI

7.45am Talb tas-Salmi fil-knisja.10.00am Quddiesa bl-omelija minn Patri Mark Demanuele

MSSP, Direttur tad-‘Dar Stella Maris’ fiż-Żebbuġ. Jasal Father Christmas fil-pjazza f’laqgħa ferriħija mat-tfal u l-ġenituri.

4.00pm Adorazzjoni organizzata mix-Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla.

It‑tnejn, 24 ta’ Diċembru. Lejlet il‑Milied4.30pm Quddiesa tal-Vġili bl-omelija.6.30pm Purċissjoni tradizzjonali tal-Bambin organizzata

mis-Soċjetà tal-Mużew tal-Qala bis-sehem tal-Banda ‘Ite ad Ioseph’. Wara programm fil-knisja bil-prietka tat-tifel.

11.30pm Talb tas-Salmi u Quddiesa Solenni tal-Lejl tal-Milied bil-kant tal-Glorja bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Il-komunità tippreżenta lil Ġesù Bambin lejn l-artal maġġur fejn jitpoġġa fil-maxtura mħejjija.

It‑tlieta, 25 ta’ DiċembruNifirħu fil‑Jum tat‑twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

Quddies: 5.30am, 6.30, 8.00, 10.00 u fil-5.00pm.10.00am Konċelebrazzjoni Solenni. Janima l-kant il-grupp

tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Wara, jitqassmu rigali lit-tfal fil-pjazza u lill-morda fid-djar tagħhom.

Il‑Ġimgħa, 28 ta’ Diċembru – Il‑Qaddisin Innoċenti Martri6.00pm Quddiesa fejn isir talb favur il-ħajja tal-bniedem.

Wieħed jista’ wkoll iħejji ruħu spiritwalment billi jimmedita ‘Nimxu mal-Maġi’ paġni 46-60 mill-ktieb tal-Avvent u tal-Milied ‘Nilqgħu fostna l‑Feddej’.

Il‑Ħadd, 30 ta’ Diċembru – Il‑Familja Mqaddsa10.00am Quddiesa bis-sehem tat-tfal u tal-familja.

Mistiedna l-familji li qegħdin jagħlqu 25 jew 50 sena miż-żwieġ tagħhom.

It‑tnejn, 31 ta’ Diċembru. L‑Aħħar tas‑Sena6.00pm Velja tal-Aħħar tas-Sena u Konċelebrazzjoni

bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Jitkanta l-Innu ta’ Radd il-Ħajr (Te Deum) b’ringrazzjament lil Alla.

8.30pm Ikla familjari tal-Aħħar tas-Sena organizzata mill-‘Fund Raising Group’ fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali.

It‑tlieta, 1 ta’ Jannar 2013

Solennità tal‑Imqaddsa Marija omm Alla. Jum il‑PaċiQuddies: 5.30am, 6.30, 8.00, 10.00 u fil-5.00pm.

Il‑Ħamis, 3 ta’ Jannar Festa tal‑Isem Imqaddes ta’ Ġesù

6.00pm Quddiesa fejn isir talb ta’ riparazzjoni tal-Isem Imqaddes ta’ Alla.

Il‑Ħadd, 6 ta’ Jannar – L‑Epifanija tal‑Mulej. Festa tat‑tfal għall‑Missjoni. tħabbira tal‑Festi 2013

10.00am Quddiesa bis-sehem tat-tfal u tal-familja mmexxija mill-Missjunarju fil-Brażil, Kenya u Etjopja Mons. Ġorġ Grima.

Il‑programm kollu taċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑Milied ser jixxandar fuq Radju Leħen il‑Qala 106.3FM u ‘webcasting’: www.radjulehenil‑qala.com. Iċ‑ċelebrazzjonijiet tan‑Novena tal‑Milied ser ikunu mxandra ukoll fuq Radju Marija.

Qegħdin inħejju ruħna għall‑Festa tal‑Milied, li fiha aħna nagħmlu t‑tifkira tal‑Ewwel Miġja ta’ Ġesù fid‑Dinja.Żgur li tkun tħejjija xierqa għall‑Festa tal‑Milied 2012, jekk aħna matul din in‑Novena nattendu bi ħġarna

ħalli nuru lid‑dinja l‑Fidi kbira tagħna f’Ġesù, Alla magħmul bniedem għalina.

“Il-‘bieb tal-fidi’ (Atti 14:27) hu dejjem miftuħ għalina biex iwassalna għall-ħajja ta’ komunjoni ma’ Alla u joffrilna d-daħla fil-Knisja tiegħu. Dan il-pass inkunu nistgħu nagħmluh meta titħabbrilna l-Kelma u nħallu l-grazzja tibdilna u tiffurmana. Nidħlu minn dak il-bieb ifisser li nibdew vjaġġ li jdum ħajjitna kollha. Dan il-vjaġġ jibda bil-Magħmudija (ara Rum 6:4) li permezz tagħha nistgħu nsejħu lil Alla Missierna, u jintemm billi ngħaddu minn din il-ħajja għall-ħajja ta’ dejjem, frott tal-qawmien mill-mewt tal-Mulej Ġesù, li bid-don tal-Ispirtu s-Santu jsieħeb miegħu fil-glorja lil dawk li jemmnu fih (ara Ġw 17:22). Tistqarr il-fidi fit-Trinità – Missier, Iben u Spirtu s-Santu – ifisser li temmen f’Alla wieħed li hu Mħabba (Ara 1 Ġw 4:8): il-Missier, li fil-milja taż-żmien bagħat lil Ibnu għas-salvazzjoni tagħna, Ġesù Kristu, li bil-misteru tal-mewt u l-qawmien tiegħu feda lid-dinja, l-Ispirtu s-Santu, li jmexxi l-Knisja matul iż-żminijiet waqt li nistennew lill-Mulej li jerġa’ jiġi fil-glorja.” (Mill-Ittra Appostolika Porta Fidei, numru 1)

It‑Tema ta’ din in‑Novena tal‑Milied fil‑Parroċċa tal‑Qala hija ispirata mis‑Sena tal‑Fidi 2012‑2013

Flimkien mal-programm tas-Saċerdoti tagħna, ser ikollna magħna konfessuri

barranin għall-qrar.

Il‑Ħadd 23 ta’ Diċembru 2012 mit-3.30pm sas-6.00pm

It‑tnejn 24 ta’ Diċembru 2012

mit-3.30pm sal-5.30pm

Page 50: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

48

Dun Lawrenz Theuma twieled il-Qala nhar it-30 t’April 1934 fl-4.30am minn Anton u Marija neè Cauchi li mietet ta’ età bikrija ta’ 33 sena fl-1946. Ġie mgħammed l-għada fil-Knisja Parrokkjali tal-Qala mill-Kappillan Dun Ġużepp Vella u ngħata l-ismijiet ta’ Laurentius, Joseph u Carmelus. Il-parrinijiet kienu z-ziju Carmelo Theuma u n-nanna Carmela Cauchi. Irċieva l-Griżma tal-Isqof fis-27 t’Ottubru 1940 mill-Isqof Mons. Mikiel Gonzi. Huwa attenda l-iskola primarja tas-subien fil-Qala fejn wara daħal fis-Seminarju Minuri ta’ Għawdex. Hu sar ukoll soċju tal-MUSEUM fejn kien jgħallem id-duttrina. Missieru li minbarra li kellu r-responsabbiltà tal-familja kien Kap u għalliem fl-iskola tas-subien il-Qala. Huwa kien jgħin lil ħuh Carmelo li kien sagristan tal-Knisja tal-Qala fejn iż-żagħżugħ Lawrenz kien jagħtihom daqqa t’id. Dun Lawrenz beda l-istudji tiegħu għas-saċerdozju fis-Seminarju Maġġuri fejn ġie ordnat saċerdot fit-2 t’April 1960 mill-E.T. l-Isqof Mons. Ġużeppi Pace. Huwa qaddes l-ewwel quddiesa solenni fil-Knisja tal-Qala nhar l-1 ta’ Mejju 1960. Fil-bidu beda jagħmel xogħol ta’ viċi fil-parroċċa tal-Qala. Fit-3 ta’ Diċembru 1960 huwa waqqaf fil-parroċċa ż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara, moviment taż-żgħażagħ ta’ ħajja soċjali, morali u spiritwali għaż-żgħażagħ fejn ħadem ħafna fost iż-żgħażagħ Qalin għall-għoxrin sena sal-1980. Huwa kien jorganizza laqgħat, quddies, attivitajiet u ħarġiet kulturali u rikreattivi għaż-żgħażagħ. Ħa ħsieb li fiċ-ċirklu ż-żgħażagħ ikollhom il-billiard, table‑tennis, darts, table‑soccer, TV, chess u logħob ieħor. Kien ukoll direttur spiritwali tat-tim tal-futbol tal-Qala Qala Blues meta dan twaqqaf għall-ewwel darba fir-raħal kif ukoll tat-tim tal-boċċi tal-Qala. Kien fi żmienu wkoll li twaqqaf il-Beat Group – The Dolmen’s.

Fil-15 ta’ Marzu 1969 sar Kappillan tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Qala, ħidma li baqa’ jwettaq sal-aħħar sas-7 ta’ Ottubru 2012 fejn għal 43 sena sħaħ kien iqaddes kuljum fil-kappella tagħhom. Fil-fatt bħala saċerdot qaddes madwar 20,000 quddiesa. Kellu diversi esperjenzi ta’ safar u attenda diversi laqgħat ta’ aġġornament soċjali, edukattivi u spiritwali. Kellu diversi ‘hobbies’ speċjalment il-ħidma fl-għelieqi, l-għodda, l-għasir tal-għeneb u l-kura tan-naħal u l-produzzjoni tal-għasel. Fil-fatt l-għasel li kien jipproduċi kien imfittex ħafna kemm mill-Qalin kif ukoll mill-barranin għall-kwalità mill-ifjen tiegħu.

Huwa beda jgħallem f’diversi skejjel sekondarji tas-subien. F’Settembru tal-1966 beda jgħallem fil-kumpless tal-Liċeo r-Rabat. Kien ukoll Guidance Teacher tal-Forms IV u V kif ukoll tas-Sixth Form u tan-New Lyceum. Fil-25 ta’ Settembru 1984 sar Aġent Assistent Kap tal-iskola tal-Lyceum Subien u kien membru ta’ diversi kumitati soċjali u kulturali f’Għawdex. Fil-Festi Ċentinarji fil-Qala tal-2004 huwa ospita għandu lill-Elemożinier tal-Papa l-Arċisqof Mons. Oscar

Rizzato u ħa sehem fil-festi ċċelebrati dakinhar. Fil-fatt kien hu li kien ta l-Barka Sagramentali fis-Santwarju bħala egħluq tal-Festi Ċentinarji nhar it-8 ta’ Awwissu 2004. Kellu devozzjoni partikulari lejn l-Immakulata Kunċizzjoni u interess lejn l-istorja tal-Qala u l-ambjent naturali fil-Qala u fis-sena 2010 ippubblika l-ktieb dwar l-istorja tal-Qala b’opinjonijiet personali: ‘Il‑Qala matul iż‑żminijiet’ fl-okkażjoni tal-Ħamsin sena mis-Saċerdozju tiegħu. Fit-28 ta’ Novembru 2009 huwa kien ħa sehem fil-pellegrinaġġ mill-Knisja Arċipretali għas-Santwarju tal-Kunċizzjoni bl-Istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni bil-pedestall restawrat u indurat mill-ġdid. Huwa mexxa l-Purċissjoni tal-Festa tal-Kunċizzjoni tal-Qala fl-2009. Huwa ċċelebra l-ħamsin sena tas-saċerdozju flimkien mal-komunità tas-Sorijiet Franġiskani fil-kappella tal-Kunvent tal-Qala nhar Sibt il-Għid tas-sena 2010. Huwa għamel ukoll id-diskors tal-okkażjoni tal-Ġieħ il-Qala fis-serata organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Qala fl-2010. Għamel ukoll diskorsi oħra f’okkażjonijiet taż-Żgħażagħ Ħaddiema Insara u Jum ir-Repubblika. Tella’ programmi dwar il-Qala fuq Radju Leħen il-Qala u kiteb artikli fuq ir-rivista parrokkjali ‘Leħen il‑Qala’.

Wara li ħassu ma jiflaħx huwa ddaħħal għall-kura fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fil-11 ta’ Novembru fejn kien dejjem assistit bl-ikbar għożża mill-istaff tas-C.C.U., minn ħutu l-bniet, kuġini u qraba, u kkonfortat mill-Isqof, mill-Arċipriet tal-Qala u diversi kappillani, saċerdoti u ħbieb. Il-parroċċa tal-Qala flimkien mal-komunità Franġiskana kienet issostnieh fit-talb. Waqt li kien agunija sar talb għalih kemm fil-parroċċa tal-Qala kif ukoll f’dik tal-Katidral u sar talb għalih kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta u barra minn Malta. Huwa miet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex f’età ta’ 78 sena nhar is-7 ta’ Diċembru 2012 fin-12.25pm proprju meta l-Knisja Universali daħlet fil-liturġija tas-Solennità tal-Immakulata li tant kien iħobb u fis-sena li l-parroċċa tal-Qala qiegħda tfakkar il-125 sena mill-wasla tal-Istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni minn Franza u l-150 sena mit-twelid tal-Qaddejja t’Alla Madre Margerita De Brincat Fundatriċi tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù. Il-Funeral tiegħu sar fil-Knisja Arċipretali tal-Qala mmexxi mill-Isqof Mons. Mario Grech, bil-preżenża ta’ diversi saċerdoti, tal-komunità Franġiskana u ħafna parruċċani u ħbieb tiegħu. Huwa ndifen fil-qabar tal-familja fit-taqsima B numru 109-110 taċ-ċimiterju tal-Qala. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. ■

Fr Charles Buttigieg

APPREZZAMENt:

DUN LAWRENZ tHEUMASAĊERDOT MILL‑QALA

(1934‑2012)

Page 51: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

49

“Ħobbu lil xulxin biex tgawdu lil Alla għal dejjem”

Dan hu l-aħħar messaġġ ta’ Dun Ġorg li sar fid-9 ta’ Settembru 2012 fuq is-sodda tal-mewt, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, jiġifieri erbat ijiem biss qabel ma mar jingħaqad mal-Missier fit-13 tal-istess xahar.

Dun Ġorġ twieled fir-Rabat Għawdex fit-8 ta’ Diċembru 1953, minn Ġużeppi Bezzina – mir-Rabat u Salvina Buttigieg mill-Qala, oħt il-mejtin Dun Mikiel Buttigieg u Ommi Ġuża Mizzi. Ġorġ huwa r-raba’ wild minn sitta – tlitt irġiel u tliet nisa. Huwa studja fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù r-Rabat Għawdex u ġie ordnat Saċerdot nhar is- Sibt 23 ta’ Ġunju 1990, mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Nikol Ġ. Cauchi, Isqof ta’ Għawdex.

Immedjatament wara, huwa telaq lejn Milan fl-Italja fejn beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-Parroċċa ta’ Sant Eustorgio. Kien għad mank ilu sena jaħdem ġewwa Milan, meta Mons. Isqof Nikol Ġ Cauchi, offrielu jekk jaċċettax li jirritorna lura fid-Djoċesi ta’ Għawdex biex jibda jaħdem bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Fontana. Huwa ovvjament mogħni bil-virtù tal-ubbidjenza aċċetta bil-qalb u immedjatament ippakkja kollox u rritorna lura lejn Għawdex mingħajr telf ta’ żmien.

Kien il-Ħadd 9 ta’ Ġunju 1991, meta Dun Ġorġ ingħata l-Pussess ta’ Kappillan fil-Fontana minn idejn Mons. Rużarju Borg, bħala Delegat ta’ Mons. Isqof Cauchi fil-Knisja Parrokkjali tar-Raħal ċkejken tal-Fontana. Kien proprju hawn li Mons. Bezzina wettaq ħidma Pastorali kbira għal sbatax-il sena sħaħ, fejn ipprova jkabbar kemm jista’ d-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Fil-fatt, bħala Att Pastorali fuq skala Nazzjonali fis-Sena tal-Millenju, huwa kien irnexxielu b’suċċess jagħmel il-Konsagrazzjoni tal-Familji kollha ta’ Għawdex lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.

Il-Kappillan Dun Ġorġ Bezzina, sentejn biss wara li laħaq Ragħaj Spiritwali tal-Fontana, fl-1993, wettaq l-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari, tal-Qalb ta’ Ġesù, xogħol il-Pittur magħruf, Giuseppe Calì. Kien l-istess Mons. Bezzina li kien ikkummissjona Oratorju ad unur tal-Qalb ta’ Ġesù, bl-isem ta’ “IL-QALB TA’ KRISTU”, fuq kliem tal-mibki Mons. Isqof Nikol Cauchi u mużika tal-Bravu Maestro Dr. John Galea. Dan l-Oratorju kien ġie esegwit f’Ġunju tal-2005, mill-Chorus Urbanus, kor magħruf mill-Belt Victorja li tiegħu Mons. Bezzina kien il-Kappillan sa mit-twaqqif tiegħu sa ma miet.

Monsinjur Ġorġ Bezzina, kien Predikatur magħruf, u Councillor imfittex kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta. Anke minn Milan kien għad hemm nies li jiġu għandu għall-pariri, kif anke hu kien għadu jmur kull sena jipprietka u jsabbar lil

tant nies li kienu jafdaw fih. Dun Ġorg kien imfittex ħafna wkoll għall-Paneġirki u Eżerċizzi kemm matul ir-Randan kif ukoll matul l-Avvent. Leħen Dun Ġorġ daħal f’kull dar u familja ta’ Malta u Għawdex permezz tar-Radju, l-aktar fuq Radju Marija u l-RTK fejn kellu programm ta’ sagħtejn kull nhar ta’ Ħadd bejn l-10.00 u nofsillejl.

Mons. Bezzina spiċċa minn Kappillan tal-Fontana fis-sena 2007, fejn immedjatament l-Isqof Mario Grech ħatru Amministrutur Finanzjarju tal-Kurja ta’ Għawdex, xi ħaġa li baqa’ jaħdem fiha sa ma miet. Fr. Ġorġ Bezzina kien membru tal-Ordni tal-Qabar ta’ Kristu bit-titlu ta’ ‘Kavallier’. Sentejn ilu huwa kien maħtur Kappillan tal-Papa bit-titlu ta’ Monsinjur, mill-Istess Isqof Grech. Matul dawn l-aħħar sentejn Mons. Bezzina kien inkarigat ukoll mill-Knisja ta’ San Ġakbu bil-ħatra ta’ Rettur ta’ din il-Knisja.

Minkejja li Mons. Ġorġ Bezzina nħakem minn marda krudila li b’konsegwenza tagħha kellu jidħol l-Isptar kemm-il darba, it-tħabbira tal-mewt tiegħu xorta waħda kienet waħda li ħasdet lil ħafna. Għax Dun Ġorġ baqa’ attiv sal-aħħar. Proprju ftit ġranet biss qabel ma miet, huwa (minkejja l-istat ta’ saħħtu) xorta mar u amministra s-sagrament taż-żwieġ (xi ħaġa li tant kien iħobb jagħmel) lill-koppja żagħżugħa ħabiba tiegħu.

L-eluf ta’ nies li attendew għaċ-Ċelebrazzjoni Funebri ta’ Mons. Bezzina fil-Bażilika ta’ San Ġorġ ir-Rabat, u li ma kienx hemm fejn taqa’ labra, huma turija ċara tar-rispett u tal-istima li huwa kien igawdi mill-Poplu Għawdxi u Malti. Dun Ġorġ ħalliena, imma ħidmietu għadha u ser tibqa’ magħna għal bosta u bosta snin.

Agħtih O Mulej il-Mistrieħ ta’ Dejjem!

Euchar Mizzi – Kuġinuh.

APPREZZAMENt:

Mons Ġorġ Bezzina KHS., Capp. S.S.

Page 52: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

50

tel: +356 2156 5626Antoine mob: 9922 4114Franco mob: 7953 6874email: [email protected]: www.divebluewaters.com

Triq il-KunċizzjoniQala, Gozo

Building ContractorCrane & Generator Hire

Tal-Kelba

‘RayRita’, Triq it-Tempju, Qala, GozoTel: 21557847 - 21562532 Mobile: 9949 3169

Contact: Raymond Cefai

Page 53: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

51

Sabiħa din il-frażi li l-anġli ħabbru nhar l-ewwel Milied. Isbaħ minn dik li soltu ngħidu aħna, “paċi fl‑art lill‑bnedmin ta’ rieda tajba”, għax din tas-soltu, mhix it-traduzzjoni eżatta tal-vers oriġinal Grieg. Imma issa grazzi għall-istudji tal-lingwi u tal-kultura antika, qegħdin jirnexxielna nifhmu dejjem aħjar u aktar fil-fond il-kliem li hemm miktub fit-test oriġinali. Però kulkif, tibqa’ biċċa xogħol diffiċli, li tittraduċi b’mod eżatt minn dawn il-lingwi antiki anke jekk ikollok l-eħxen dizzjunarju.

Mela kif għedna, l-aħjar traduzzjoni hija: “paċi fl‑art lill‑bnedmin maħbuba minn Alla”, u din tfisser iktar minn sempliċiment dawk li għandhom rieda tajba. Mela mhix eżatta, li l-paċi tinkiseb minn dawk li jriduha, imma li l-paċi tingħata lil dawk li jemmnu li Alla jħobbhom u li Hu jrid is-salvazzjoni ta’ kulħadd (1Tim 2,4).

Tassew hu minnu, li xħin tifhimha tajjeb li Alla lilek iħobbok, ma tibqax tinkwieta għax it-tali ma jħobbokx, jew għax it-talija għamlitlek dispett. X’jimporta jekk...? L-importanti u l-aqwa fil-ħajja, hu li ħadd ma jista’ jisraqlek il-paċi li l-Mulej Alla f’imħabbtu lejk poġġielek f’qalbek. Dik il-paċi, li tagħtik sinjal ta’ salvazzjoni, u tinbidel f’sur ta’ kenn! Kif jgħid is-Salm 26:

Il‑Mulej id‑dawl u s‑salvazzjoni tiegħi; minn min għandi nibża’?Il‑Mulej hu l‑kenn tiegħi; quddiem min għandi nitwerwer?Meta jqumu għalija l‑ħżiena, biex jaħtfuni u jikluni,dawk li għandhom għalija, l‑għedewwa tiegħi, huma jitfixklu u jaqgħu.Imqar jekk eżerċtu jqum għalija, xejn ma tibża’ qalbi;imqar jekk gwerra tqum kontrija, jien nibqa’ qalbi qawwija.Ħaġa waħda tlabt lill‑Mulej ħaġa waħda nfittex:li ngħammar f’dar il‑Mulej tul il‑jiem kollha ta’ ħajti;biex nitgħaxxaq bil‑ħlewwa tal‑Mulej u nbakkar fit‑tempju tiegħu.Għax hu jaħbini fl‑għarix tiegħu meta nsib ruħi fl‑għawġ;jistorni fis‑satra ta’ daru, fuq blata fl‑għoli jqegħedni.U issa tintrefa’ rasi fuq l‑għedewwa ta’ madwari.U jien noffri fit‑tempju tiegħusagrifiċċju b’għajat ta’ ferħ. Ngħanni u nfaħħar il‑Mulej!

Quddiem din l-għanja ħierġa mill-paċi tal-qalb li taf li hi maħbuba minn Alla, ma nistax ma nikkunsidrax u

ma nikkwotax lil Santu Wistin fl-Eloġju tiegħu dwar il-paċi (Diskors 357).

“Ħa tkun il‑paċi, l‑għażla preferita tagħna, il‑ħabiba tagħna; ħa ngħixu aħna, magħha fil‑qalb, f’għaqda pura, ħa ngawdu magħha mistrieħ mimli fiduċja, tisħib mingħajr imrar. Ħa jkollna magħha ħbiberija indissolubbli. Ħa tkun it‑tgħannieqa tagħha mimlija ħlewwa. Mhux diffiċli tħaddan il‑paċi.”

Hekk jgħid Santu Wistin li: “mhux diffliċli”! Minkejja dan, għad insibu ħafna li għadhom iħarsu lejn il-paċi qisha kienet xi ħaġa li ma jistgħux iniżżluha. Tibqa’ fi griżmejhom qisha kienet biċċa ikel ta’ ħsara. Oħrajn jgħidulek: “diffiċli”, “impossibbli”. Imma ħaddieħor, bħalma jikteb dak iż-żagħżugħ Malti, Larkin Zahra (li rebaħ kompetizzjoni li se twassal lilu u oħrajn miegħu għall-prempju Nobel għall-Paċi), dwar il-paċi: “in‑ nanniet tiegħi jgħidulek ‘ħolma’, il‑ġenituri tiegħi jgħidulek ‘proċess’. Jien ngħid li hi r‑realtà li ngħix kuljum!”.

Għalhekk: “il‑paċi mhix biss xi skop fil‑bogħod li rridu nilħqu, imma hi mezz li bih kuljum ngħixu biex naslu għal dak l‑iskop” (Martin Luther King Jr). Hi l-attitudni ta’ kuljum: mod kif taħseb, mod kif tirreaġixxi, mod kif tisma’ u mod kif titkellem. U dan irid ikun ma’ kulħadd, kif isostnielna Missierna San Pawl: “Jekk jista’ jkun, sakemm ikun ġej minnkom, għixu fil‑paċi ma’ kulħadd.” (Rum 12,18). Però ma jgħidx dan biss, imma jkompli:

Tagħmluhiex ta’ għorrief. Troddu lil ħadd deni b’deni. Ħa jkun ħsiebkom filli tagħmlu t‑tajjeb quddiem il‑bnedmin kollha. Tivvendikawx ruħkom b’idejkom, għeżież tiegħi, imma ħallu l‑korla ta’ Alla tagħmel hi, għax hemm miktub: “Għalija l‑vendetta, jiena nħallas, jgħid il‑Mulej.” Tħallix il‑ħażen jirbħek, iżda irbaħ il‑ħażen bit‑tajjeb. (Rum 12,16b.17.19.21)

Interessanti kif Santu Wistin jinsisti iktar fit-tul fuq dan l-atteġġament tan-nisrani. U hawn jien sejjer nikkwotah fil-komplet, għax kull kelma li jikteb hi prezzjuża. Jgħid:

“Paċi fl‑art lill‑bnedmin maħbuba minn Alla.” (Lq 2,14)

minn: Dun Krystof Buttigieg

Page 54: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

52

Dawk li jħobbu l‑paċi għandhom jiġu mfaħħra. Dawk li jobgħoduha, m’għandhomx jiġu pprovokati bit‑twissijiet tagħna: jkun ħafna aħjar jekk tibda tikkalmahom bit‑tagħlim tas‑skiet... Min iħobb verament il‑paċi, iħobb anke l‑għedewwa tal‑paċi. Ħa nġibu eżempju: int li tħobb dan id‑dawl, ma tinkorlax għall‑għomja imma titħassarhom. Tinduna xi grazzja għandek, u minn xiex huma neqsin u tifhem li huma ta’ min iħenn għalihom. Tassew ma tikkundannahomx, imma li kieku tkun tista’... tagħmel minn kollox biex tfejjaqhom. Hekk ukoll jekk tħobb il‑paċi, int min int, ħa jkollok ħniena minn min ma jħobbx dak li tħobb int, minn min m’għandux dak li għandek int.

Insomma, anke jekk ikollok tisma’ offiża kontrik, ittollera, issaporti, ibqa’ miexi (jiġifieri tagħtix kasha, teħilx magħha). Ftakar li int qisek bħal tabib. Innota kif tabib iġib ruħu b’mod ġentili mal‑morda anke meta jkun qiegħed jikkawża l‑uġiegħ waqt l‑intervent mediku. Jibqa’ jfejjaq anke xħin il‑pazjent joqloq u jilmenta. Ma jweġibx għall‑insulti. It‑tweġiba tiegħu għall‑kliem iebes hi deċiżiva: bħal ta’ wieħed li qed ifejjaq mhux bħal ta’ min hu marid, mhux bħal ta’ tnejn jillitigaw. Nitlobkom għeżież ħuti, issaportu fil‑paċenzja, anke l‑istigazzjonijiet.Evita l‑kwistjonijiet. Irrikorri għat‑talb. Allura tpattix lura, azzjoni ħażina b’azzjoni oħra ħażina, imma itlob għal min għamillek hekk. Veru li tkun tixtieq tirrabbattilu, tkellmu u turih li int kontrih. Imma aħjar tmur titkellem fuqu ma’ Alla.

Qed tara? Mhux qed ngħidlek biex toqgħod b’ħalqek magħluq. Hi kwistjoni li tagħmel għażla differenti; li titkellem billi tiskot; li żżomm xufftejk marsusa imma tgħajjat ġo qalbek. Hemm fejn ma jarakx dak li għandu għalik, propju hemmhekk tista’ tgħinu. Ma’ min ma jħobbx il‑paċi u jrid jillatika, int irrispondi bil‑paċi kollha hekk: “Għid li trid, obgħod kemm trid, taħmilnix ukoll, imma xorta tibqa’ ħija. Għala trid ma tibqax ħija? Tajjeb, kattiv, trid u ma tridx, ħija tibqa’... Għax l‑Ispirtu tal‑Mulej li jitkellem permezz tal‑profeta Iżaija (66,5) jgħid: “Isimgħu l‑kelma tal‑Mulej, intom li tibżgħu minn kelmtu: “Ħutkom qalu li jobogħdukom, li keċċewkom minħabba ismi: ‘Ħa jissebbaħ il‑Mulej, ħalli jaraw il‑ferħ tagħkom.’ Iżda huma għad jiregħxu.”

Verament interessanti kif jirrepeti li jekk veru nħobbu l-paċi u għandna l-paċi f’qalbna, ma tantx għandna għax noqgħodu nħabblu rasna kif se nikkumbattu, imma nħallu f’idejn Alla u niftakru li hu jħobbna. U ma’ dan, fl-aħħar mill-aħħar ma ninsewx dak li Ġesù stess jgħidilna:

“Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l‑ilpup. Kunu mela għaqlin bħas‑sriep u safjin bħall‑ħamiem. Oqogħdu attenti… għax għad jerħukom f’idejn il‑qrati… itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il‑pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il‑ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu. Għax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l‑Ispirtu ta’ Missierkom ikun qiegħed jitkellem permezz tagħkom.” (Mt 10,16-20)

“Għalhekk la tibżgħux minnhom. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf. U tibżgħux minn dawk li joqtlu l‑ġisem bla ma jistgħu joqtlu r‑ruħ; imma aktar ibżgħu minn dak li jista’ jeqred kemm ir‑ruħ u kemm il‑ġisem fl‑infern. Żewġ għasafar tal‑bejt mhux b’ħabba jinbiegħu? U b’danakollu anqas wieħed minnhom ma jaqa’ fl‑art mingħajr ir‑rieda ta’ missierkom. Intom imbagħad sa x‑xagħar ta’ raskom kollu hu magħdud. Mela xejn la tibżgħu; intom aqwa minn ħafna għasafar tal‑bejt.” (Mt 10,26-31)

Mhux ta’ b’xejn mela li, il-paċi hi tassew fl-art f’dawk il-bnedmin li jħossuhom maħbuba minn Alla. Li ma għandhomx bżonn jiġġieldu għax m’humiex beżżiegħa. Jafdaw f’Alla u jafu jħobbu kif ħabbna hu (Ġw 15,12). Jafu jaħfru għax jagħdru lil min hu ħati għalihom. U flok iparlaw ħafna kontra l-ġlied, jagħtu eżempju ċar u sod ta’ paċi, bis-skiet ta’ fommhom.

Minbarra li nawgura lill-qarrejja kollha din il-paċi tal-qalb f’dan iż-żmien qaddis tal-Milied, nagħlaq bi kwotazzjoni oħra, minn Madre Tereża, li naħseb tgħodd ħafna għalina lkoll li nħobbu l-paċi u li nixtiequha lil kulħadd. Għalhekk tgħidilna: “Tixtieq tara l‑paċi fid‑dinja? Mur id‑dar u ħobb lill‑familja tiegħek!”.

Page 55: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

53

Minn dejjem kienet imnissla ġo fija x-xewqa li xi darba għad inżur xi art imbiegħda fil-missjoni sabiex inkun nista’ nagħti l-kontribut tiegħi ma’ nies li huma nqas ixxurtjati minni. Dan is-Sajf, din ix-xewqa saret realta` meta fuq inizjattiva tal-President ta’ Malta, Dr. George Abela, jiena, flimkien ma’ grupp ta’ 77 voluntiera oħra, tlaqna fuq vjaġġ twil lejn il-Peru.

Il-grupp ta’ voluntiera ġie magħżul permezz ta’ interview minn diversi xhur qabel, minn fost mitejn u ħamsin applikazzjoni. Għal diversi Sibtijiet qabel it-tluq tagħna, konna bdejna niltaqgħu fil-Palazz ta’ San Anton sabiex niksbu informazzjoni u formazzjoni rigward din il-missjoni. Hemmhekk sirt naf li fost il-voluntiera magħżula, kien hemm ukoll tliet Qalin oħra – Vince Magrin, Dr. Franco Mercieca u ibnu Charles Mercieca. Il-President ukoll sar jaf b’din il-preżenza qawwija tal-Qalin u dlonk tenna: “Bilfors li l‑Qalin għandhom qalb kbira!” Matul dawn il-laqgħat kienu ġew ikellmuna qassisin mis-Soċjeta` Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) li aħna konna se nkunu naħdmu fil-parroċċi tagħhom f’Arequipa. Fosthom kien hemm Fr. Giovanni Curmi, Fr. Louis Mallia u Fr. Victor Zammit, li huma lkoll miż-Żebbuġ, Għawdex. Iż-żmien beda għaddej malajr u meta konna niltaqgħu fi tmiem il-ġimgħa bdejna nsiru nafu lil xulxin iżjed mill-qrib u b’hekk l-għaqda bejn il-grupp bdiet tissaħħaħ ġimgħa wara oħra. Il-grupp tajnih l-isem ta’ Sonrisas, li tfisser tbissima bil-lingwa

Spanjola. Flimkien ħdimna fuq eżerċizzji ta’ team building kif ukoll rajna xi ritratti u powerpoints tal-Peru biex immorru ppreparti bl-aħjar mod għal dak kollu li konna ser naffaċċjaw rwieħna miegħu. Ġejna offruti ukoll lezzjonijiet tal-lingwa Spanjola, għal dawk kollha li ma kinux familjari ma’ din il-lingwa sabiex nitgħallmu frażijiet u vokabularju utli għall-komunikazzjoni ta’ bejnietna. Barra minn hekk, f’dawn il-ġimgħat, kulħadd kien qiegħed jitlaqqam fi kliniki madwar Għawdex u Malta b’diversi tilqimiet kontra mard li jinsab fil-pajjiżi tal-Amerika t’Isfel.

Il-ġimgħat bdew jitgerrbu u dlonk wasalna għall-aħħar laqgħa. Jiena kont diġa` għamilt diversi ħbieb ġodda u lkoll kemm aħna konna qed inħossu li kien hemm spirtu qawwi ta’ għaqda u entużjażmu kbir fostna. Ħallasna l-aħħar depożitu u tlitt ijiem wara waslet il-ġurnata tant mistennija – konna ninsabu l-ajruport lesti għal dan il-vjaġġ li jieħu kważi jumejn. Irkibna erba’ ajruplani b’kollox biex wasalna fid-destinazzjoni tagħna; Malta għal Dubai, Dubai għal Sao Paolo (fil-Brażil), Sao Paolo għal Lima (il-belt kapitali tal-Peru), u Lima għal Arequipa (il-belt fejn kienet se tissokta l-missjoni tagħna). Ma kienx xi vjaġġ faċli. Madankollu, hekk kif wasalna u sibna dawk in-nies u t-tfal kollha li kienu ġew apposta sabiex jilqgħuna fl-ajruport, bil-ferħ u bil-briju tagħhom, l-għejja li kellna fuqna malajr intesiet. Morna fil-parroċċa ta’ Fr. Giovanni Curmi, poġġejna

Sonrisas fil‑PeruMinn Joseph Buttigieg

Page 56: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

54

l-bagalji fil-kmamar li konna qed naqsmu bejn ħamsa u tlaqna flimkien mal-President u s-saċerdoti sabiex nieħdu viżjoni tas-sitwazzjoni in ġenerali.

Huwa minnu li konna ppreparati minn qabel rigward dak kollu li konna se nsibu ma’ wiċċna. Iżda l-faqar altru tarah fuq it-televiżjoni jew fuq xi ritratt u altru tarah b’għajnejk u tmissu b’idejk. Dħalna għand diversi familji li konna se nkunu naħdmu magħhom mill-qrib. Familji ta’ sitt persuni jew aktar, li joqogħdu ġo kmamar żgħar imsaqqfa bil-ħadid u minn bejn il-fili tal-ġebel kont tilmaħ id-dawl tax-xemx. F’dawn il-kmamar, li n-nies tal-post jikkunsidrawhom bħala “djar”, ma ssib xejn ħlief sodda qadima (u jekk ikollha l-erba’ saqajn f’posthom kienet tiġi kkunsidrata bħala lussu) li fuqha jpoġġu l-ftit oġġetti personali tagħhom. Dħalna għand familja partikulari fejn il-bint kienet marida, ipparalizzata ġo sodda u issa kienet anke qed titlef id-dawl t’għajnejha minħabba n-nuqqas ta’ kura. Tħoss qalbek tingħafas hekk kif tpoġġi sieqek mill-bieb ‘il ġewwa ta’ dawn id-“djar” u tirrealizza f’liema kundizzjonijiet prekarji qed jgħixu dawn in-nies. Iżda ħaġa tal-iskantament, minkejja dan il-faqar kollu, xorta waħda tilmaħ tbissima fuq fomm kull wieħed u waħda minnhom. Il-fidi soda f’Alla tgħinhom jittamaw għall-ġejjieni aħjar.

Jiena ħdimt l-iżjed mill-qrib għand żewġ familji. Waħda minnhom kulma kellha kienet qisha dura li tara fil-kampanja tagħna. Kienet familja ta’ ħamsa li fil-veru sens tal-kelma, ma kellhom xejn ħlief il-ħwejjeġ ta’ fuqhom. Fil-miżerja tagħhom waslu anke biex aċċettaw u laqgħu għandhom mara oħra li spiċċat mingħajr saqaf fuq rasha. Baqa’ stampat ġo moħħi dan is-sens qawwi ta’ altruwiżmu fost il-membri ta’ din il-familja. Flimkien ma’ Vince Magrin u xi voluntiera oħra ħdimna fil-kostruzzjoni ta’ dar ċkejkna biex b’hekk din il-familja setgħet tgħix ġo kundizzjonijiet ferm aħjar minn dawk ta’ qabel. Bnejna kamra tal-banju u għaddejna ukoll id-dawl elettriku. Hekk kif tlesta dan ix-xogħol kollu, l-omm tant kienet ferħana u grata li uriet ix-xewqa li jiena, flimkien ma’ dawk kollha li taw is-sehem tagħhom hemmhekk, inkunu l-parrini tat-tfal tagħha. Għalhekk illum inħossni kburi li jiena l-parrinu ta’ Maria Fernanda, ġmiel ta’ tifla ta’ sitt snin li wiċċha ma ninsieh qatt sakemm Alla jżommni ħaj. Minn Malta, se nkun qed nikkontribwixxi għall-bżonnijiet ta’ din it-tifla tant grazzjuża.

Page 57: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

55

It-tieni familja li jiena ħdimt magħha kienet dik ta’ Diana. Diana hija tifla intelliġenti ta’ tnax –il sena li sfortunatament, hija marida bil-marda kiefra tal-lukemja. Minħabba n-nuqqas ta’ mediċina u trattament mediku, din il-marda pparalizzatha bil-konsegwenza li llum tinsab f’siġġu tar-roti. Lil din il-familja ta’ ħamsa, bnejnielhom kamra tal-banju kbira sabiex Diana tkun tista’ tidħol fiha bis-siġġu tar-roti mingħajr l-ebda xkiel. Il-bitħa ta’ fejn tgħix Diana tajnieha l-konkos ħalli jkollha aċċess aħjar. Żbajna ukoll il-kmamar u mlejnihom b’oġġetti utli bħal għamara, lożor u kutri, kotba ghat-tfal u xi dekorazzjonijiet. Dan ma kienx xi xogħol faċli speċjalment meta wieħed jikkunsidra li nies bħali qatt ma ħadmu fil-qasam tal-kostruzzjoni. Iżda bil-għajnuna ta’ dawn il-bennejja, kaħħala, eċċ.., u hawnhekk insemmi ukoll lill-Għawdxi l-ieħor, Twanny Attard dan seta’ jkun possibbli.

Il-ġranet tagħna kienu jaraw il-bidu tagħhom minn sbieħ ix-xemx. Kont inqum fis-sitta u ftit wara kienet tiġi ċċelebrata l-quddiesa. Billi jiena ħadt il-kitarra miegħi, kont nanima l-quddies bil-kant flimkien ma’ voluntiera oħra. Fit-tmienja nieqes kwart konna nieħdu l-kolazzjon u ftit tal-ħin wara konna nibdew ġurnata oħra ta’ ħidma. Konna nieħdu packed lunch

magħna ppreparat minn grupp ta’ voluntiera Maltin li kienu jaħdmu fil-kċina ta’ Fr. Giovanni sabiex jipprovdu l-ikel għal kulħadd. Il-ġurnata tax-xogħol kienet tintemm madwar il-ħamsa fejn imbagħad konna nidħlu lura fir-residenza tagħna, ninħaslu u ninġabru għall-ikel. Iżda l-ġurnata ma kinitx tispiċċa hawn. Kienu ġew ippreparati minn qabel iljieli soċjo-kulturali fejn kull filgħaxija, il-grupp tagħna l-Maltin kien jiltaqa’ ma’ gruppi Peruvjani u lkoll flimkien konna ntellgħu serati ta’ kant, żfin u mużika fejn is-sehem tiegħi żgur li ma naqasx. F’dawn l-iljieli sar skambju ta’ ideat u ta’ kultura fejn aħna qsamna u għaddejna d-drawwiet u l-kultura ta’ pajjiżna u bl-istess mod, esperjenzajna l-kultura u d-drawwiet tagħhom. Matul dawn is-serati jien irrealizzajt li għall-Peruvjani, iż-żfin huwa minsuġ fil-ħajja tagħhom sa minn eta` tenera. Fost oħrajn, insemmi quddiesa partikulari fejn nies mill-parroċċa ta’ La Tomilla tellgħu l-offerta akkumpanjata bi żfin u kostumi tal-lokal, xi ħaġa li qatt ma kont rajtha qabel. Ta’ min isemmi ukoll li ħafna drabi, żgħażagħ u nies Peruvjani tawna oġġetti żgħar maħduma bl-idejn. Dawn l-oġġetti apprezzajnihom immens għaliex nafu li ġew maħduma mill-qalb u bħala turija ta’ rispett u rikonoxximent lejna.

It-tobba u l-infermiera tagħna kienu jibqgħu fil-klinika ta’ Fr. Giovanni għal sigħat twal. Ħafna Peruvjani marru jikkonsultawhom minħabba diversi problemi ta’ saħħa u dawn ingħataw il-kura meħtieġa u mediċina b’xejn, liema mediċina kienet intbagħtet minn qabel minn Malta ġewwa l-containers. Ta’ kuljum, quddiem din il-klinika, kont tilmaħ kju twil ta’ nies li ma jaqta’ qatt. Tibqa’ skantat xħin tisma’ nies adulti jirrakkontaw li dik kienet l-ewwel viżta ta’ tabib f’ħajjithom. Dr. Franco Mercieca, l-oftalmologu, invista mijiet ta’ pazjenti, fejn bosta marru lura d-dar sodisfatti mmens għaliex fl-aħħar kellhom nuċċali li jaqbel mal-vista t’għajnejhom. Dawn in-nuċċalijiet kienu ġew miġbura minn qabel minn madwar Malta u Għawdex.

Page 58: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

56

l-apprezzament tiegħi lejn dawk il-ħafna qassisin Maltin li jwettqu tant ġid fost dawn il-popli fil-bżonn. Tabilħaqq, mhux faċli li wieħed iħalli lil niesu u lill-art twelidu biex imur jgħix huwa stess fil-faqar ġo pajjiż tant imbiegħed u jiddedika ħajtu kompletament għan-nies tal-lokal. Kulma għandhom il-Peruvjani huwa kollu frott tal-ħidma siewja ta’ dawn il-qassisin. Grazzi kbira tmur ukoll lejn sħabi l-voluntiera tal-kuraġġ u tas-sapport li tawni. L-aħħar ringrazzjament imur lejn il-poplu tant ġeneruż, il-poplu Malti u Għawdxi għad-donazzjonijiet li jkompli jagħti, sena wara oħra, għal dawn ħutna li huma fil-bżonn. Naċċertakom li l-iċken offerta, żgħira kemm hi żgħira, tiġi apprezzata ħafna.

Fl-aħħar, inħeġġeġ lil tant żgħażagħ biex jagħmlu kuraġġ u jmorru jgħixu esperjenza fil-missjoni. Il-missjoni ġġiegħlek tapprezza iżjed il-ħajja u tkun grat lejn dak kollu li għandek, speċjalment l-affarijiet iż-żgħar li ħafna drabi ma nafux inkunu rikonoxxenti lejhom, l-istess affarijiet li huma nieqsa mill-ħajja ta’ nies oħra u li jistgħu jkunu ta’ importanza kbira. ■

Grupp ieħor ħadem fuq żewġ synthetic turf grounds. It-turf ukoll ġie mibgħut fil-container u kien donazzjoni minn benefatturi Maltin. Ma tistgħux timmaġinaw il-ferħ u l-eċċitament fuq wiċċ it-tfal hekk kif il-President inawgura dawn iż-żewġ grawnds fil-ġurnata qabel it-tluq tagħna lura lejn Malta. Żewġ gruppi oħra ħadmu fuq il-bini ta’ żewġ child care centres, fejn dawn ġew attrezzati b’oġġetti utli għat-tfal u għat-tagħlim tagħhom. Diversi gruppi oħra kienu qed jagħmlu xogħol siewi ta’ kostruzzjoni fuq djar żgħar, kmamar tal-banju, xogħol ta’ tikħil u żebgħa kif ukoll xogħol fl-elettriku.

Bħal kull esperjenza oħra fil-ħajja, iż-żmien li kellna nqattgħu f’Arequipa tar u malajr waslet l-aħħar ġurnata. Flimkien mal-President, erġajna żorna lil dawk il-familji li ħdimna magħhom sabiex insellmulhom qabel nitilqu lura. Kulħadd bid-dmugħ iċarċar m’għajnejh, kemm aħna l-Maltin li qalbna issa kienet intrabtet ma’ dawn in-nies kif ukoll huma, li raw fina sens ta’ faraġ għax tajnihom xaqq ta’ dawl.

Minn hawnhekk nixtieq nieħu ċ-ċans u nirringrazzja l-ewwel u qabel kulħadd, lill-President ta’ Malta, Dr. George Abela, għal din l-inizjattiva li ħareġ biha u ta’ l-opportunita` li tani sabiex inkun parti mill-grupp tiegħu, flimkien mal-ADC’s tiegħu, il-Maġġur Mark Mallia u l-Kaptan Jonathan Borg għall-ħidma dejjiema tagħhom. Nixtieq ukoll nuri

Page 59: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

57

E.M. Eċċellenza, Il‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Benedittu XVI għadu kemm inawgura s‑Sena tal‑Fidi ‑ 11 t’Ottubru 2012. Din is‑sena l‑Knisja qed tfakkar ukoll il‑50 Anniversarju mill‑Konċilju Vatikan II, ‑ 1962 – 2012. Int kont preżenti għas‑Sinodu tal‑Isqfijiet li nżamm ġewwa Ruma fil‑Ftuħ tas‑Sena tal‑fidi u kont qed tirrappreżenta wkoll lill‑Konferenza Episkopali Maltija.

Monsinjur għidilna ftit dwar l‑esperjenza tiegħek waqt dan is‑Sinodu, għidilna wkoll jekk hemmx xi konnessjoni dwar is‑Sena tal‑Fidi u l‑50 Anniversarju tal‑Konċilju Vatikan II, jew din kienet biss koinċidenza li qed iseħħu flimkien?

E.t. Domanda twila. L-esperjenza tas-Sinodu hija esperjenza ta’ Knisja, f’liema sens? Konna 262 Isqof ġejjin mid-dinja kollha u konna nirrappreżentaw 114-il pajjiż u kull Isqof naturalment, iġib miegħu esperjenza sabiħa jew inqas sabiħa tal-pajjiż tiegħu. Allura matul dawn it-tliet ġimgħat meta l-kotra setgħu jiddebuttaw, fejn jien stajt nisma’ b’widnejja kif il-Knisja qed tgħix iż-żminijiet tal-lum. Stajt napprezza kif il-fidi nisranija għandha t-tlugħ u l-inżul tagħha. Għax fil-waqt li per eżempju, fil-punent il-fidi Nisranija, il-Knisja għaddejja minn kriżi, mbagħad fl-Asja tara fornitura, tara Knisja li qed tiffjorixxi, Knisja li qed titwieled b’ħafna kariżmi, b’ħafna doni.

X’rabta hemm bejn is-Sinodu fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi u l-50 Anniversarju tal-Konċilju Vatikan II? Is-Sinodu kien bit-tema tiegħu “L-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida għat-tnissil tal-Fidi.

E.M. X’tifhem bil‑kelma ġdida?

E.t. Qabel ma nwieġbek fuq din, ħa nkompli fuq it-tnissil tal-Fidi. Il-Fidi tiġi mix-xandir tal-kelma. Iva San Pawl jgħid mis-smigħ tal-kelma titnissel il-fidi. U din hija r-rabta bejn is-Sinodu u s-Sena tal-Fidi. Jekk aħna ma nxandrux il-Vanġelu, ma nxandrux lil Kristu, allura ma nistgħux ngħinu lil bniedem jikber jew jilqa’ d-don tal-fidi. Issa inti għedtli għaliex hija evanġelizzazzjoni ġdida. Domanda intelliġenti. Ġdida mhux għaliex għandna vanġelu differenti minn tal-bieraħ jew għaliex id-duttrina tal-Knisja nbidlet, imma għaliex għandna realtà ġdida. Is-Sitwazzjoni nbidlet altru li mhux ħa ngħidlek 50 sena ilu, imma altru 10 snin ilu u altru llum. Il-bniedem għalkemm fin-natura tiegħu jibqa’ l-istess, imma ħafna affarijiet jinbidlulu u naturalment anke hu jibdel il-mod kif iħares lejn il-ħajja nkluża l-ħajja tal-fidi, u l-Knisja għandha dan il-piż li xxandar b’mod ġdid u allura b’lingwaġġ ġdid, b’metodi ġodda l-messaġġ tal-vanġelu.

Imma għaliex imbagħad evanġelizzazzjoni ġdida? Meta nitkellmu mill-Evanġelizzazzjoni hemm sew dik li jsejħulha l-evanġelizzazzjoni fid-dinja tal-Missjoni, biex niftiehmu hemmhekk l-ewwel darba li jixxandar l-evanġelju, allura kważi kważi mhix evanġelizzazzjoni ġdida dik, dik hija l-ewwel evanġelizzazzjoni. Evanġelizzazzjoni ġdida tinteressa l-iktar lil dawk il-pajjiżi, dawk in-nies li diġà kienu semgħu bi Kristu imma għal xi raġuni jew oħra bdew jitilfu r-rabta tagħhom ma’ Kristu u mal-Knisja, allura għaddejjin minn dawn il-mumenti ta’ kriżi, u fosthom hemm il-Punent. Il-Papa jgħid li l-evanġelizzazzjoni l-ġdida għandhom bżonnha dawk illi għandhom tradizzjoni jew

Intervista:

Is‑Sena tal‑Fidi

Euchar Mizzi (E.M.), Editur tar‑Rivista “Leħen il‑Qala” jitkellem ma’ Mons. Mario Grech (E.t.), Isqof ta’ Għawdex fl‑okkażjoni tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet li ltaqa’ fil‑Vatikan fil‑ftuħ tas‑Sena tal‑Fidi u f’għeluq il‑50 Sena mill‑Konċilju Vatikan II.

Page 60: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

58

kultura kristjana imma li dik il-kultura bdew jitilfuha u jien nara anke lil pajjiżna f’dan il-kwadru.

Niġi issa għar-rabta li hemm mal-Konċilju Vatikan II. Jiġifieri aħna qegħdin ngħidu tiġdid f’evanġelizzazzjoni hux hekk. Issa l-Konċilju x’jgħid? Il-Konċilju 50 sena ilu, ġab dak li Ġwanni XXIII sejjaħlu aġġornament tal-Knisja, jiġifieri 50 sena ilu l-Papa Ġwanni XXIII ħass jew aħjar kien imnebbaħ li l-Knisja għandha tiġġedded, għandha taġġorna ruħha għaż-żminijiet. Dan seħħ almenu fit-teorija, fid-dokumenti, fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Konċilju Vatikan II. Għaddew 50 sena, jien ma ngħidx illi wasal żmien għall-Konċilju Vatikan III, kif hemm min jgħid, imma ngħid li hemm bżonn li nieħdu f’idejna d-dokumenti li tana l-Konċilju Vatikan II u nippruvaw napplikawhom fil-ħajja tal-lum biex ikollna dak l-aġġornament, dak it-tiġdid li nħossu li hemm bżonn għal din l-evanġelizzazzjoni l-ġdida.

E.M. Il‑kelma aġġornament hija kelma delikata ħafna, l‑aktar fejn tidħol il‑Knisja. Issib min jinterpretaha bħala bdil ta’ ċerti liġijiet, jew forsi li jsiru inqas riġidi fit‑tifsira tagħhom. Eċċellenza, x’inhi l‑interpretazzjoni tiegħek tal‑kelma aġġornament?

E.t. L-aġġornament f’dak li għandu x’jaqsam mal-Verità li tana Alla jew mal-Vanġelu, m’għandna nistennew l-ebda tibdil jew tiġdid, għax dik hija l-verità, ġdida dejjem, ilbieraħ, illum u għada. Imma l-mod kif dik il-verità hija fformulata, għax hija fformulata bil-kliem mhux hekk, u l-kliem huwa ħolqien tal-bniedem u jirrifletti ż-żmien, per eżempju kieku ngħidlek il-kelma it-transubstanzazzjoni tifhimni x’qed ngħid?

E.M. Onestament ma nifhimhiex.

E.t. Din hi ħaġa li ssir kuljum fil-quddies. Fil-quddiesa meta l-ħobż u l-inbid jinbidlu fil-Ġisem u d-Demm tal-Mulej. Fit-teoloġija dik tissejjaħ transubstanzazzjoni, ara kemm hi kelma tqila però filosofikament - anke din kelma tqila u teoloġikament hija kelma eżatta, għaliex tfisser tinbidel is-sustanza. Fi kliem ieħor, transubstanzazzjoni, tinbidel is-sustanza, mela minn sustanza ta’ ħobż issa ssir sustanza ġdida, il-Ġisem ta’ Kristu, allura x’irrid ngħidlek jien? Meta l-Knisja ffurmulat din il-verità ta’ fidi tajjeb, jiġifieri li fis-sagrifiċċju tal-quddiesa hemm din il-bidla, użat din il-kelma meħuda mill-lingwaġġ ta’ dak iż-żmien, li int stess qed tgħidli li hi kelma tqila ħafna li ma nifhimhiex u ma nidħakx bik u għalhekk għedthielek, għax naf li ħa tgħidli li ma tifhimhiex. Madankollu hawn min jużaha fil-prietka llum ukoll minkejja li int qed tgħid hekk. Jiġifieri llum irridu

nsibu mela l-verità li hija waħda imma nsibu lingwaġġ li jiftiehem mill-bniedem tal-lum, mingħajr ma nnaqqsu jew inxellfu xejn minn dik li hija l-verita’, id-duttrina.

E.M. Eċċellenza, int tkellimt fis‑Sinodu u qajjimt il‑qagħda wiegħra ta’ dawk li qegħdin irabbu l‑familja wara li fallew fl‑ewwel żwieġ tagħhom, dawk li inti sejjaħtilhom ‘familji feruti’. Għaliex ħassejt li għandek tqajjem dan il‑punt hekk delikat, u tista’ jekk jogħġbok tgħidilna x’kienet ir‑reazzjoni tal‑Isqfijiet kollegi tiegħek dwar dan?

E.t. Inti tagħmel domandi twal ta. Jien ser nipprova nweġibhomlok ukoll. Għaliex tkellimt dwar din ir-realtà? Jien ma mort bl-ebda text ippreparat minn hawn tajjeb. Kien hemm Isqfijiet li telqu mid-Djoċesijiet tagħhom bit-text lest u ġihom it-‘turn’ tagħhom u qrawh. Jien m’għamiltx hekk. Jien deherli li għandi mmur hemmhekk bil-bagalja tal-esperjenza ta’ pajjiżna, u għedt issa nara daqsxejn kif jiżvolġu l-affarijiet. Jien għalija kienet l-ewwel darba wkoll, imbagħad skont l-ispirtu jiena nagħmel l-intervent tiegħi.

Ġara li l-quddiesa tal-Ftuħ li għamel il-Papa, dakinhar fis-7 tax-xahar, għamel Omelija u tkellem b’mod qawwi fuq iż-żwieġ, għax l-evanġelju kien ukoll jittratta dan is-suġġett. Il-Papa uża espressjoni u qal: ‘il-Knisja xxandar il-vanġelu taż-żwieġ u tal-familja’, u dik laqtitni, għedt mela l-evanġelizzazzjoni ġdida tfisser li nxandru l-vanġelu kollu kemm hu, imma laqtitni l-vanġelu taż-żwieġ u l-familja. Għax laqatni dak? Għax ir-realta’ nbidlet, jiġifieri din hi, għalhekk hemm bżonn evanġelizzazzjoni ġdida, għax is-sitwazzjonijiet qed jinbidlu, ilbieraħ per eżempju, inti tiftakar naħseb, jien kont għadni abbati żgħir, konna noħorġu nbierku l-irjieħ. Tiftakarha din hux veru? Fejn konna mmorru quddiem xi niċċa tal-Madonna u hemm kien isir it-talb. Għaliex?

Għaliex dakinhar kellna soċjetà agrikola, jiġifieri soċjetà li n-nies tagħna kienu għadhom ħafna minnhom bdiewa, tal-għalqa. Allura l-Knisja dak iż-żmien kellha toħloq liturġija, toħloq lingwaġġ illi jiftiehem u jirrispondi għall-bżonnijiet tal-bniedem ta’ dak iż-żmien. Illum il-bdiewa naqsu ħafna mhux veru? U anke dak it-talb u dak ir-ritwal kważi għeb għal kollox.

Illum għandna sitwazzjoni ġdida li trid ‘approach’ ġdid. Issa jien naħseb li kulħadd għandu għajnejh f’wiċċu hux veru, u ma nistgħux naħbu u ngħidu, isma’ l-familji tagħna mixjin fuq ir-rubini. Le, għandna din ir-realtà. Hemm b’għafsa ta’ qalb ngħid jien, imma jien naħseb li qed nitkellem dwar

Page 61: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

59

ħafna li għandhom għafsa ta’ qalb oħra, għax ħadd ma jixtieq li jibda t-triq taż-żwieġ u tal-familja u jieqaf f’nofs it-triq, imma għal xi raġuni jew oħra jgħaddu minn din l-esperjenza qarsa. Dawn ukoll huma ulied il-Knisja. Dawn il-ġranet qrajna l-evanġelju tar-Ragħaj it-Tajjeb li jħalli d-99 nagħġa fil-maqjel u jmur ifittex in-nagħġa l-mitlufa.

Anke aħna ma nistgħux ngħidu, isma dawk telqu u dawk għamlu l-għażla li tikkuntrasta bis-sħiħ mal-vanġelu, u allura kważi kważi niġu naqgħu u nqumu. Dik mhix Kristjanità. Allura b’din is-sitwazzjoni ġdida, jien ħassejt li għandi bl-intervent tiegħi ngħin ħalli s-Sinodu jiffoka wkoll kif ser iwassal il-proposta ġdida tal-vanġelu lil dawn in-nies. Imbagħad, jien jidhirli li tkellimt it-tieni ġimgħa, iffurmulajt l-intervent tiegħi, għedt ukoll dwar x’qed isir fid-Djoċesi tagħna sew f’dik li hija l-preparazzjoni għaż-żwieġ u anke għall-familji fl-ewwel snin importanti tal-ħajja miżżewġa, imma mbagħad semmejt din ir-realtà tal-koppji.

Int staqsejtni x’kienet ir-reazzjoni tal-Isqfijiet kollegi. Ħa ngħidlek, jien bqajt sorpriż. Jien ser ngħidlek illi kont l-uniku li tkellimt fuq dan is-suġġett daqstant dirett. Qabli tkellem ukoll l-Arċisqof Bruno Forte, li għamel referenza imma ħafifa fejn qal nieħdu ħsieb it-tfal ta’ dawk il-koppji divorzjati. Xħin tkellimt jien, jien bqajt sorpriż illi xħin spiċċat l-Assemblea, hawn inkunu kollha flimkien, inkunu madwar 300 ruħ, u jkun hemm il-Papa jismagħna, jiġifieri jkun preżenti, iva ġew diversi Isqfijiet itaptpuli fuq spallti, speċi jaqblu mal-preżentazzjoni. Dak ifisser li mhux Malta u Għawdex biss iħossu din ir-realtà, jien nista’ ngħidlek li l-Kardinal Dolan ta’ New York, fih raġel, jien m’iniex żgħir imma hu ikbar minni sewwa u ġie fuqi u qalli “well done, well done”, qalli “you Maltese tafu kif fi ftit kliem tgħidu l-essenza”.

Ħa ngħidlek, il-Papa, hemm ikbar mill-Papa, il-Papa huwa konxju ħafna ta’ din ir-realtà. U min jaqra l-intervent tiegħi, jara li jien serraħtu fuq it-tagħlim tal-Papa. Għalkemm jien għidt li dawn il-persuni għandhom isibu Knisja li tħobbhom u tilqagħhom u jridu jarawna mhux bil-kliem biss imma anke nħobbuhom. Jien kont qed intenni diskors li għamel il-Papa. Iva jien naħseb li l-Knisja jekk mhux tal-lum, ta’ għada trid tindirizza lil dawn it-talin mingħajr però, għax din tajjeb ngħidha u għedtha fl-intervent tiegħi, mingħajr

ma tbaxxi hux hekk, id-duttrina tagħha jew ta’ Ġesù Kristu fuq iż-żwieġ. Iż-żwieġ huwa realtà naturali mżejna b’dawk il-kwalitajiet ta’ żwieġ dejjiemi biex ma ngħidx indissolubbli. Hemm il-fedeltà, hemm l-unità, miftuħ għall-ħajja u li Kristu għollieh għad-dinjità ta’ sagrament. M’iniex ngħid b’daqshekk, isma’ mela nibdlu d-duttrina. Kien hemm xi ħadd waqt intervent fuq radju lokali qalli mela l-Knisja bidlet id-duttrina, fhimtni kif? Li ġara u bqajt sorpriż kien li l-intervent li għamilt jien inqabad mill-Midja Internazzjonali.

E.M. Eċċellena inti tara differenza bejn Fidi u Twemmin jew aħjar, differenza bejn Fidi u Reliġjożità?

E.t. Jien nara li jekk bit-twemmin qed nifhmu l-pakkett reliġjuż li għandu l-bniedem, dak huwa differenti mill-Fidi Nisranija. Għaliex il-fidi x’inhi? Il-fidi hija font jew relazzjoni personali ma’ Ġesù Kristu. Dik hija l-fidi li jien f’ħajti niltaqa’ u nħalli s-seħer ta’ Kristu jaħtafni. Il-fidi mis-smigħ u s-smigħ mill-kelma t’Alla. Is-smigħ jiġi mill-kelma t’Alla li hija Kristu li sar bniedem. U fil-messaġġ li aħna l-Isqfijiet tajna fis-Sinodu lkoll flimkien, ngħiduha din illi l-evanġelizzazzjoni tfisser, li ngħinu lill-bniedem jiltaqa’ ma’ Ġesù Kristu, għaliex għandna ħafna li għandhom it-twemmin u twemmin ukoll Kristjan, imma nieqes minn din il-laqgħa ma’ Ġesù Kristu.

U hawnhekk tagħmel sens allura d-domanda tiegħek, m’hemmx fidi imma hemm dan il-pakkett reliġjuż u l-Papa din itenniha kemm-il darba li l-fidi tagħna mhix f’ġabra ta’ veritajiet jew f’ġabra ta’ regoli f’dik li hija ħajja morali, jiġifieri din agħmilha u din tagħmilhiex. Dik mhix il-fidi tagħna, il-fidi tagħna hi l-laqgħa personali ma’ Ġesù Kristu.

E.M. Monsinjur, fuq dan l‑istess punt, x’taħseb li huma dawk l‑ingredjenti li bihom il‑bniedem jista’ jsaħħaħ, imantni u jikkonsolida l‑fidi tiegħu, u f’dan kollu fejn tidħol il‑kuxjenza tiegħu?

E.t. Mela x’inhuma l-mezzi? Il-mezzi naħseb li għadna kif semmejnihom u li huma s-smigħ tal-kelma, dik importanti, inkluż il-qari tal-kelma t’Alla li naturalment tagħmel parti mis-smigħ, għax is-smigħ jew tisimgħu jew taqrah, imma importatni ħafna li l-kelma t’Alla jkollha aktar iċ-ċentru tal-ħajja tagħna, li għalina tkun ‘reference book’, jiġifieri bħal min qed isajjar juża l-ktieb tar-riċetti ħalli jkun ċert li t-taħlita li jkun jagħmel ħa tirriżultalu f’ikla tajba. Aħna fit-taħlita tal-ħajja, għandna bżonn ukoll li naċċertaw irwieħna li r-riċetta li qed nużaw hija tajba u fejn ħa nsibuh dan? Insibuh fil-kelma t’Alla, mhux biss, imma l-kelma t’Alla li hija moqrija jew imxandra u mfissra fil-komunità Nisranija, fil-Knisja. Il-Knisja hija don li tana l-Mulej Ġesù Kristu, mhux xi ħaġa li ma nistgħux ngħaddu mingħajrha, mhux aċċessarja imma neċessarja biex nassiguraw li l-fidi tagħna hija fidi awtentika, nassiguraw li l-kelma li aħna qegħdin nattribwixxu lil Alla u l-interpretazzjoni li qegħdin nagħtuha huma korretti, u hawnhekk tidħol imbagħad ir-rabta mal-kuxjenza tal-individwu, li semmejtli inti, hija domanda interessanti ħafna.

Page 62: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

60

E.M. Eċċellenza, ħafna jitkellmu fuq il‑kuxjenza, imma ftit jitkellmu kemm din il‑kuxjenza hija importanti li tkun mibnija fuq il‑valuri morali sodi u awtentiċi. Kuxjenza korretta kif għandha tkun iffurmata tajjeb?

E.t. Ħa ngħidlek, il-kuxjenza hija l-ogħla u l-iktar fakultà nobbli li għandu l-bniedem, u hija intokkabbli, jiġifieri allaħares xi ħadd indaħallek fil-kuxjenza tiegħek. Però int għandek id-dmir li l-kuxjenza ddawwalha wkoll mhux veru? Għax il-kuxjenza x’inhi? Il-kuxjenza hija fakultà li tagħraf x’inhi l-verità. Imbagħad tħaddimha u tagħmel ġudizzju fil-ħajja prattika tiegħek ta’ kuljum. Però ma ninsewx li l-kuxjenza hi bħal ħafna affarijiet oħra fakultà umana u bħal dak kollu li huwa uman, huwa suġġett għall-iżball.

Aħna bnedmin u kulħadd jagħraf il-limitazzjonijiet tagħna u anke l-kuxjenza taf tiżbalja. Issa biex aħna neħilsu minn dan ir-riskju li l-kuxjenza tagħmel xi ċajta magħna, aħna ngħidu, “għax fil-kuxjenza hekk qed inħoss”, imma mhux dak li tħoss bilfors jaqbel mal-verità u għalhekk jista’ jkollok kuxjenza li nsejħulha eranja, żbaljata. Biex jien nevità dan ir-riskju, jien għandi l-għajnuna tal-Knisja u għalhekk għedtlek illi jien il-fidi tiegħi rrid ngħixha f’komunità li temmen, komunità li hija l-Knisja. Hawnhekk jidħol is-servizz li tagħti l-Knisja permezz tat-tagħlim tagħha, it-tagħlim tal-Papa u tal-Isqfijiet marbutin miegħu. Aħna għandna dan il-piż fuq spallejna, u rrid noqgħod attent biex ma ngħidx ħaġa żejda imma l-anqas ngħid ħaġa nieqsa, għaliex kull kif irrid nirrispondi għalih. Imma aħna bħala dak li jsejħulu l-Maġisteru, it-tagħlim uffiċjali tal-Knisja, noffru dan is-servizz imma aktar u aktar lill-insara biex idawlu l-kuxjenza tagħhom u nassiguraw li l-imġieba tagħhom hija oġġettivament tajba.

E.M. Fl‑opinjoni tiegħek, Eċċellenza, kemm huwa faċli jew diffiċli llum li l‑bniedem jgħix il‑fidi vera?

E.t. Ħa ngħidlek, aħna qegħdin ngħixu f’soċjetà fejn hawn numru mhux żgħir li qed jiddubita mill-eżistenza t’Alla, dawk li jsejħulhom l-Ateisti hux veru? Anke f’pajjiżna, għandna roqgħa żgħira li qed tikber. Qegħdin ngħixu f’soċjetà, ħa nagħti eżempju, dik li jsejħulha s-sekularizzazzjoni, u s-sekularizzazzjoni huwa fenomenu li qiegħed jinfirex. X’inhuwa s-sekularizzazzjoni? Ifisser li l-bniedem jgħix fid-dinja daqs li kieku Alla ma jiżistix.

Jiġifieri jħares biss fuq livel orizzontali imma jagħlaq il-ħarsa tiegħu lejn Alla u allura kollox jinterpreta u kollox jara kif irid hu mingħajr ma jistaqsi imma Alla x’irid minni?

Semmejtlek żewġ affarijiet negattivi l-Ateiżmu u s-Sekulariżmu, però taf li dawn jistgħu jkunu opportunità biex aħna ngħixu l-fidi? Jien qed inwieġbek għad-domanda jekk hux faċli jew diffiċli llum. Hemm min jgħidlek li f’soċjetà ateista diffiċli ħafna li tgħix il-fidi, jew f’soċjetà fejn kollox huwa sekularista fejn ma jissemmiex l-isem t’Alla, ħa jiġi f’mument fejn iħoss il-vojt tas-sens fil-ħajja u jibda jistaqsi allura min ser jagħtih is-sens f’ħajtu? U jerġa jibda tiela’ jfittex lil Alla. Anke l-bniedem li magħluq fis-sekulariżmu, qed jinduna li m’għandux tweġiba għal kollox u s-sistema sekularista, qed toħonqu mhux tagħtih il-libertà u allura qed jerġa’ jħoss il-bżonn ta’ Alla. Qed tara kif anke f’kuntest lajk li m’għandux riħa ta’ xejn reliġjuż, imma dik il-pjazza ateista, sekularista, kif qed isiru anke wħud mill-pjazez tagħna, jien ngħid li ser ikunu opportunità, okkażjoni biex min għandu l-fidi jsib aktar raġuni ħalli jsaħħaħ il-fidi tiegħu, u min m’għandux jerġa jiskopriha.

E.M. Monsinjur, domanda li torbot ħafna ma’ din, forsi anke xi ftit tedjanti għalik ukoll. Int illum il‑ġurnata għandek il‑polz tad‑Djoċesi f’idejk. Xi grad tagħti lill‑fidi tal‑poplu tagħna?

E.t. Jien naħseb li għandna l-kotra reliġjuża, huma nies reliġjużi, huma nies tajbin, “well meaning” jiġifieri. Però b’daqshekk ma jfissirx li huma kristjani. Jien ngħid li rridu nagħmlu daqsxejn ta’ aktar impenn biex fuq dan it-tajjeb li għandna, in-nies tagħna f’Għawdex qed nitkellmu hux hekk, iva għandhom sens ta’ Alla, għandhom is-sens tas-sagru, imma jien naħseb li rridu nagħmlu qabża ċkejkna jew kbira biex lil dak Alla nagħtuh isem u ngħidu li hu Ġesù Kristu. Tista’ tgħidli imma n-nies ma jagħmlux il-festi lill- Qaddisin. Lil Ġesù Kristu jafuh? Jien nibża li dak il-Ġesù Kristu li niċċelebraw u li aħna nafu, mhux l-Iben t’Alla li sar bniedem fl-awtentiċità tiegħu.

Pereżempju, nista’ nantiċipalek jien, il-festa ta’ Kristu Re din is-sena, ser nagħmluha qrib il-Ġgantija. Għaliex? Hemm skop. Għalina l-Ġgantija li hija Wirt Mondjali u mhux tagħna biss, hija wieħed mill-eqdem tempji fid-dinja, imma tempju li jfisser jirrappreżenta l-aspett reliġjuż tal-bniedem mhux hekk? Jiġifieri l-bniedem sa minn ħafna żmien qabel ma ġie Kristu kellu dan is-sens reliġjuż, is-sens naturali, ir-reliġjon naturali. Aħna ħa mmorru hemmhekk biex ngħidu rridu nagħmlu passaġġ miż-żmien tar-reliġjon naturali għal reliġjon vera ta’ Ġesù Kristu, awtentika. Qed tara fejn ser ikun il-messaġġ? Qed ngħidu dak li weġibtek għalih qabel, qed ngħidu li aħna l-poplu tagħna għandu sens t’Alla imma dak mhux biżżejjed għaliex anke l-Musulman għandu sens t’Alla, anke il-Ħindu għandu sens t’Alla. Imma aħna rridu niskopru lil Kristu fl-uniċità tiegħu bħala l-uniku Feddej tal-umanità.

E.M. Bħala Djoċesi ta’ Għawdex li tagħha inti r‑Ragħaj Spiritwali, matul din is‑sena tal‑fidi qed isir xi studju sabiex

Page 63: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

61

jittieħdu xi miżuri konkreti li bihom tissaħħaħ aktar il‑fidi tal‑poplu tagħna?

E.t. Aħna għandna l-Pjan Pastorali għal din is-sena. Paragun ma’ pjani pastorali oħra, għax kull sena jkollna pjan pastorali, naħseb li ta’ din is-sena huwa l-iqsar u l-aktar sempliċi, imma forsi iktar iffukat. F’dan il-pjan pastorali għandna ħames objettivi li nixtiequ nilħqu, proprju biex insostnu l-fidi tagħna u nipproponu wkoll din il-fidi. Waħda minnhom hi li ninsistu aktar fuq it-tagħlim tal-kbar, qed nuża tagħlim biex niftiehem, aħna ngħidulha l-Katekeżi tal-Adulti. Aħna ma nistgħux nikkuntentaw irwieħna bil-laqgħa ta’ nhar ta’ Ħadd, bil-quddiesa ta’ nhar ta’ Ħadd, bl-omelija u xi darba xi kwalità ta’ omelija tal-Ħadd. Allura nixtiequ nagħmlu din il-proposta u jien qed ninsisti mal-kollaburaturi tiegħi, mal-Kappillani għax m’iniex waħdi ħalli anke fil-Parroċċi jieħdu dawk l-inizjattivi, illi niftħu iktar bibien għat-tagħlim, għall-katekeżi tal-kbar.

Imbagħad għandna ċ-Ċentralità tal-Ewkaristija. Din importanti ħafna. Aħna x’għedna? Kollox jitlaq u jwassal għand Ġesù Kristu, l-Alfa u l-Omega hux veru? U aħna nemmnu li fl-Ewkaristija hemm il-preżenza reali tal-Iben t’Alla, ta’ Ġesù Kristu. U jien nixtieq li f’din is-Sena tal-Fidi, in-nies tagħna jersqu aktar f’riġlejn Ġesù. Sabiex nilħqu dan il-għan, apparti mill-kult Ewkaristiku li għandna fid-Djoċesi, li mhux ħaġa żgħira, imma nixtieq u pproponejt illi f’kull komunità parrokkjali jkollna Kappella fejn ikun hemm Ġesù Ewkaristija, li tkun miftuħa jekk mhux 24 siegħa kuljum, imma kważi. Għaliex? Aħna llum ġa għedt, is-soċjetà nbidlet, għad baqgħalna orarju tal-knejjes tagħna illi kien tajjeb għal 10 snin ilu jew forsi 15, 20 sena ilu, imma llum mod ieħor. Illum fis-7.00pm in-nies tkun għadha ġejja mix-xogħol u mhux ir-raġel biss, xi drabi anke l-mara mhux veru? Allura kif nistgħu nestendu aktar, mhux nagħlqu xħin in-nies ġejjin, imma li jridu jaddottaw irwieħhom mal-orarju l-ġdid. Allura ejja ma niftħux il-knisja, ejja niftħu kappella, kamra qed ngħid jien ta, fejn ikun hemm l-Ewkaristija. B’hekk jekk int tqum fil-11.00 ta’ bil-lejl u tħoss rasek tqila, qalbek tqila, ħa mmur, la rrid nagħti sodisfazzjon lill-kappillan, la lis-sagristan, hemm dik il-kamra u nidħol fiha.

Imbagħad hemm il-katekeżi, insejt ngħidlek, hemm il-Katekeżi tal-Adulti ffukata fuq il-familja, jiġifieri aħna

għall-grazzja t’Alla għandna fid-Djoċesi tagħna ħidma tajba ħafna favur l-għarajjes u l-familja. Is-sena rridu ninsistu jew insaħħu l-formazzjoni tal-familji tal-ewwel 5 / 7 snin. Dan hu objettiv ieħor biex is-Sena tal-Fidi, u din għidtha anke fis-Sinodu, għax jekk inti tevanġelizza familja waħda, dik il-familja imbagħad ssir hi xandara li tevanġelizza lill-oħrajn. Punt ieħor li għandna f’dan il-pjan pastorali huwa l-formazzjoni tal-qassisin tagħna nfusna, jiġifieri aħna fil-messaġġ li għamilna tas-Sinodu hemm paragrafu qawwi ħafna u mhux veru li l-ġurnalisti tagħna attenti għal li ngħidu, aħna nitkellmu f’paragrafu 5, nevanġelizzaw lilna nfusna u ninfetħu għall-konverżjoni.

Kemm-il darba f’dawn il-jiem, fostna l-Isqfijiet instemgħu ilħna li jfakkruna li biex tista’ tevanġelizza lid-dinja, il-Knisja qabel xejn toqgħod hi tisma’, hi tisma’ lill-Kelma. Qegħdin ngħidu mela, l-ewwel għandna bżonn aħna l-Isqfijiet u l-qassisin li niġġeddu, li niġu evanġelizzati, li nikkonvertu, ħalli mbagħad inkunu nistgħu nikkonvertu wkoll l-istruttura. Din importanti, din ma semmejnihiex għaliex dan hu l-lingwaġġ il-ġdid ukoll.

Aħna għandna Knisja ffurmata jew imsawra biex twieġeb għall-ħtiġijiet tal-bieraħ, imma llum irridu nbiddlu ftit l-istrutturi tagħna wkoll. Kien hemm il-Kardinal Skola ta’ Milan u fl-intervent tiegħu qal: “Jien nixtieq li xi ħadd idawwalni kif nista’ nibdel il-kurja”. Iva, qal għandna bżonn naraw kif ‘we re-define’ il-kurja. Għax aħna għandna struttura ta’ Kurja, issa jien ma ngergirx minn tiegħi għax aħna żgħar, imma l-istrutturi tagħna nħossu wkoll li għandna naddottawhom għaż-żminijiet – nikkonvertu. Hawn tajtek xi ħjiel mill-pjan pastorali tagħna kif se nindirizzaw is-Sena tal-Fidi.

E.M. Punt ieħor li japplika wkoll ħafna u li jien personalment nixtiequ u ħafna bħali jitkellmu dwaru huwa l‑Omelija tal‑Ħadd. Huwa fatt li l‑poplu tagħna fil‑maġġoranza jmur il‑quddies il‑Ħadd, u x’uħud aktarx li jmorru dakinhar biss u allura l‑omelija hija l‑unika opportunità li jisimgħu l‑kelma t’Alla, li minnha tiġi ffurmata u sostnuta l‑fidi tagħna. Eċċellenza, ma nistgħux nimmeljoraw xi ftit l‑istil jew aħjar id‑‘delivery’ ta’ din l‑imbierka omelija?

E.t. Ħa ngħidlek, fuq dan għamilt intervent ieħor jien, għax barra l-Assemblea l-kbira, jkun hemm iċ-‘Circoli Minuri’ jgħidulhom, gruppi żgħar. Hawn tkellimna dwar dan il-punt, l-evanġelizzazzjoni fejn issemmiet l-omelija. Hawn jien għedt li hemm bżonn li aħna l-qassisin li għandna d-dmir li nagħmlu l-omelija, għandna nkomplu niffurmaw lilna nfusna tajjeb, u fid-Djoċesi tagħna jien semmejthom diġà. Għandna l-ħsieb illi nagħmlu u qed ninsistu fuq il-formazzjoni kontinwata tas-Saċerdoti. Barra minn hekk, il-ġimgħa d-dieħla ser ikun hemm seminar fuq il-Predikazzjoni. Ħa jsiru jumejn Malta u ġurnata f’Għawdex fejn ġej wieħed Dumnikan, ħa mmorru mad-Dumnikani u nagħmlu nofstanhar għas-saċerdoti. U mhux biżżejjed ta. Biex nurik.

Page 64: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

62

Imma li rrid inżid huwa dan, u dan hu l-punt li għamilt fis-Sinodu, illi l-omelija mhix kollox, li l-liturġija kollha kemm hi, allura l-quddiesa kollha kemm hi, minnha nnifisha, aħna ngħidu ‘Mista Gogica’, jiġifieri ddaħħlek fil-qalba tal-misteru. Il-Liturġja jekk niċċelebrawha sewwa, issa din hi l-biċċa, jekk niħdux gost, jien nibża li ma neħdux gost fil-liturġija tagħna, għax anke l-liturġiji tagħna għad baqgħalhom riħa ta’ qabel il-konċilju, ħalli norbot issa ma’ dak li semmejtlek qabel, minkejja li għaddew 50 sena, mhux hekk taraha int jew? Miniex ngħid li għandna narmu kollox taf, hemm mumenti veru li jdewquna ftit minn tal-imgħoddi. Imma l-liturġija kollha kemm hi trid tiġġedded, tinsiex li l-Konċilju nsista ħafna fuq ir-riforma liturġika, issa r-riforma mhux li tagħmel l-artal iħares ’il barra u bdejna naqraw bil-Malti ta, imma dik titlob ukoll il-formazzjoni mhux tal-qassis biss, imma ta’ dawk li jieħdu sehem fil-liturġija. Li aħna għandna perċentwali għoli, jien ngħidlek iktar minn 60%, avolja s-Survey kien ta’ 60% meta sar, però dak fuq ġurnata. Jien għandi studju ieħor li huwa aktar minn 60% u dak huwa għoli ħafna. Jien x’ħin ngħid barra jibqgħu b’ħalqhom miftuħ. Li jmorru l-quddies il-Ħadd diġa hija ħaġa tajba. Tgħidli biżżejjed? Le mhux biżżejjed, għax aħna rridu jekk jista’ jkun inkomplu nfondu l-għarfien tagħna fil-misteru ta’ Kristu.

E.M. Il‑Papa deherlu li għandu jagħti Indulġenza Plenarja matul din is‑Sena tal‑Fidi. Jien naħseb li bħala Insara m’għandniex għarfien biżżejjed ta’ x’inhi Indulġenza Plenarja u x’valur għandha. Eċċellenza, tista’ tispjega ftit jekk jogħġbok?

E.t. X’inhi Indulġenza? Indulġenza hija l-Knisja tħoss li hija dispensattriċi tal-grazzja. Issa b’mod ordinarju din tagħmlu permezz tas-sagramenti kollha. Kull sagrament huwa kanal li jwasslilna l-grazzja u l-imħabba t’Alla. Imbagħad hemm ukoll dawk li huma modi straordinarji fosthom hija din il-prassi, prassi Ċentinarja fi ħdan il-Knisja, illi l-Papa jgħid, isma’ fit-tali okkażjoni min ikun dispost u jersaq għas-sagramenti titlob għalih biex jirċievi l-grazzja b’mod aktar abbundanti. Issa d-domanda tiegħek qisu ġġegħelni nirrifletti kemm il-bniedem tal-lum huwa konxju, mhux mill-indulġenza, imma mill-grazzja kollha kemm hi.

Aħna ttantati li nfendu għal rasna. Aħna llum naħsbu li m’għandniex bżonn la ta’ ħaddieħor u inqas u inqas ta’ Alla, jekk ma jkunx imbagħad; ‘quando non posso piu’ ritorno al buon Ġesù. Imma mhux hekk biss, fil-ħajja ordinarja tagħna, jien għandi nerfa’ għajnejja lejn is-sema u ngħidlu, Mulej wiżinni Int, jew sostnini Int f’li qed nagħmel. U għalhekk is-sagramenti hemm bżonn nerġgħu niskopruhom għax jien ma ngħidx illi f’din il-ħaġa morna ’l quddiem taf, għax anke din, il-quddiem tista’ tkun parti minn dak il-pakkett reliġjuż jew it-twemmin li sejjaħtlu inti ta. Il-quddiesa hija font, għajn ta’ grazzja imma wkoll is-sagramenti tal-qrar per eżempju hux veru? Is-Sagramenti kollha huma ċelebrazzjoni qawwija tal-grazzja. J’Alla anke dan id-diskors tal-Indulġenza jgħinna niskopru l-qawwa u l-benefikat li tagħmel il-grazzja.

E.M. L‑aħħar domanda: Il‑messaġġ tiegħek Eċċellenza, dwar x’għandu jagħmel in‑nisrani biex jibbenefika bil‑kbir minn din l‑okkażjoni spiritwali straordinarja u li twassal għall‑Qdusija. Grazzi.

E.t. Jien naħseb illi rridu nkunu ftit iktar umli u ma nserrħux fuq dak li akkwistajna s’issa jew l-imgħoddi tagħna imma lkoll kemm aħna, jien l-ewwel wieħed inħossu l-bżonn li anke jien niġġedded, anke aħna niġġeddu, speċjalment fir-relazzjoni tagħna ma’ Ġesù Kristu. U allura dawk l-għajnuniet kollha li tipprovdili l-Knisja jien napprofitta minnhom. Issa l-ewwel semmejna l-informazzjoni hux hekk, jew ix-xandir tal-kelma, semmejna t-talb hux veru, nistgħu nsemmu d-direzzjoni spiritwali, u hemm ħafna għajnuniet oħra li l-Knisja toffrilna.

E.M. Dwar dan, jien nista’ ngħid li fil‑Qala per eżempju, jeżistu katekeżi għal kull kategorija u f’ħinijiet diversi u allura ma naħsibx li jkun ġust li xi ħadd jgħid li mhu jsir xejn.

E.t. Jien ma naħsibx li m’hawnx, anzi jiena nbierek lil Alla għal Għawdex tagħna, tajjeb? Għax hawn ħafna u ħafna tajjeb u ħafna attività. Però ma rridux inserrħu rasna u ngħidu, isma’ qegħdin nagħmlu, imma rridu naraw li nlaqqgħu flimkien, il-prodott li aħna għandna, li ma rridux ħafna pubbliċità biex twasslu, biex tbiegħu u li d-‘demand tissodisfa s-supply’. Aħna dan li rridu nħaddmu, nuża kliem tal-lum, attwali. Il-ħtiġijiet tal-bniedem naraw x’inhuma, naraw x’inhuma l-esperjenzi u nġeddu l-pakkett mhux tagħna imma li jiġi afdat lilna mill-Knisja.

E.M. Konklużjoni: Eċċellenza għan‑nom tiegħi u tal‑Bord tar‑Rivista ‘Lehen il‑Qala’, irrid nirringrazzjak ħafna talli lqajtni fil‑Palazz Veskovili tiegħek. Nirringrazzja ’l Alla l‑Imbierek ukoll sabiex ikompli jżomm idejH fuqek sabiex tkompli tmexxi din id‑Djoċesi tagħna u nittama li din is‑Sena tal‑Fidi tkun sena li minnha aħna lkoll nibbenefikaw kemm nistgħu u b’hekk intejbu aħna wkoll il‑ħajja nisranija tagħna. Grazzi.

E.t. Grazzi lilek. ■

Page 65: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

63

Gozo International CelebrationFeast Edition

minn: Victor Grech

The Festa Edition of the Gozo International Celebration has its own characteristics which distinguish it from the Christmas editions and the Easter editions of this ecumenical event for all foreign nationals residing or visiting Gozo, because it is held in the Square with the beautifully lit St Joseph Church of Qala as background.

Families of different nationalities and religions thronged the square and the high quality restaurants and bars in the square forming one big family united by the bond of universal brotherhood while children of different nationalities mingled with local children playing quietly and happily by the side of the parvis easily overcoming any obstacle that could serve as a barrier among them.

Such an atmosphere created by the universal language of music truly reflected the theme chosen for the GIC Festa edition August 2012, ‘That all may be One’. The music and songs chosen aptly embodied the theme of celebrating diversities which enrich our lives instead of allowing prejudice to foster intolerance, exclusion and division. Almighty God created a diverse world and it is up to each and everyone of us to see the beauty in diversity and glean the multifacated benefits from such diversity. Appreciation and celebration of diversity and feeling united in the one big family of humanity, is all about loving, caring, telerating and including others.

We should not forget that charity begins at home. Not only should we strive to be one with people of different skin colour, religion, culture or sex, but we should do our utmost to be one with our neighbours. In a society gripped mercilessly by uncertainty and fear which lead to emotional instability and spiritual conflicts, we need to support each other selflessly. We reap rich harvests only if we sow and cultivate love in our neighbour’s field! Even a smile can work wonders in the impersonal society we tend to live in. God loves us without being asked to and all He expects in return is love for each other so live united. Unity guarantees peace, harmony and prosperity.

The Fourtissimo Brass opened the Gozo International Celebration with excellent executions of ‘Te Deum’(Marc – Antoine Charpenter), Persian March (Johann Straus Junior) and Main Title (Peter Martin). Then the Qala ArchPriest Canon Dr. Joseph Zammit, the master mind and dynamic force behind the GIC delivered a message of spiritual optimism about the need of one and all to understand the paramount importance of discovering the enriching power of diversity and of overcoming misconceptions about diversity to be able to feel united.

Soraya Cardona sang ‘The Voice (Celtic Woman), ‘I don’t want to wait’ (Paula Cole) and ‘What a feeling’ (Irene Cara) while her sister Solange interpreted ‘Soul Mate’ (Natasha Bedingfield), ‘Smile’ (Glee Version) and ‘Valerie’ (Glee Version). The sisters joined in duets to sing ‘Tell Him’(Celine Dion and Barbra Streisland), ‘I feel pretty / unpretty’ (Glee) and ‘I dreamed a dream’ (Glee).

The Gaudos Duo, who are truly formidable violinists residing in Qala gave superb performances which enthralled the audience. They executed ‘Le Nozze di Figaro’ (Mozart), ‘Air’ (Bach) and ‘Sonata in A major’ (Paganini). Not to be emulated by these violin masters, the compere Dr. Joseph Chetcuti an expert violinist himself added his musical contribution with heart rendering music from his violin including ‘The Mission’ (E. Maricone).

The Qala Menhir Folk Group who have gleaned varied experience from their performances in Malta , Slovenia, Italy and Serbia besides those in the annual Qala International Folk Festival alongside renowned foreign groups, danced ‘Ongi Ongi Ongella’, ‘Il-Menhir’ and ‘L-Imrewħa’ in their exquisite traditional attire. Throughout the charmful artistic programme artist Anthony Caruana captured the atmosphere on the canvas.

The GIC came to an end with local talents some established, some up to coming, who together sang ‘We are the world’ with the participation of the audience.

Page 66: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

64

Page 67: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

65

Ut unum sint….ut unum sint….That they may be one. These were the words repeatedly spoken by the Papa Buono…Good Pope John XXIII on his deathbed. As if it was his biggest wish. During his brief period of papacy he had welcomed people of every faith to a universal brotherhood of peace and goodwill. He has thus strengthened ecumenism. And after all, he was not original in his prayer as he was merely repeating the same words uttered by Jesus during his last supper with the apostles. Ut unum sint…That they may be one.

Unfortunately for centuries we have fought each other and at times claiming to be doing so in the name of God, even though we proclaim the same Father in Heaven and the same leader in whose name we act and believe …Jesus Christ. Several Christian denominations were very eager to focus on differences, divisions and disagreements. Pope John XXIII did his best to make us aware of how little divides us in comparison to what unites us. But we should also accept the fact that unity is an uphill battle and the roads leading to it do not lead us to the promised land without heartache. It is only through the elimination of angry sometimes cruel words, judgments, actions and labels toward other Christian congregations that this uphill passage will lead to fraternal love.

In his last encyclical letter – Pacem in Terris – Peace on Earth – the first papal encyclical to be addressed not only to the Catholic faithful but also to all men of good will, the Pope repeatedly shows us that we people of different religions and political persuasions could live in harmony, peace, security and freedom. Exclusion, rejection and abandonment are not words that should feature in the lexicon of love. To accept others as brothers we must be open, tolerant and realistic. Prejudice has no place in our search for international brotherhood.

The Vatican Council – Pope John’s brainchild voiced the same sentiments. It proclaimed that there are many elements of goodness and truth found outside the Church. Gandhi was Hindu but no one will ever doubt his saintliness. His non violence policy created a new nation with little loss of blood. Martin Luther King was not Catholic but he was so eager that black people should have the same rights as their white brothers that he was ready to lay down his life for this dream. And even though Mother Theresa was a Catholic nun she never spoke catholic theology in her daily serving of the poorest of the poor. She never differentiated between Hindus, Moslems or Catholics. She only looked at the holistic picture of a suffering mankind and did her very best to alleviate relevant hardships. One of the volunteers

Ut unum sintFranco Mercieca

Page 68: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

66

who worked with her used to say: “Mother Theresa sees the divinity in us all. She knows that what we do to others we are doing it for Christ.”

And Christ was crystal clear in his mission to the Apostles… “Go to all nations.” No restrictions about color, nationality, creed and the related subjects which for many years have been dividing us. For Jesus there was one nation. One big brotherhood of man.

That is why Pope John Paul II worked so hard way back in October 1986 to bring together 160 religious leaders from all over the world… Catholic, Protestant, and Orthodox Christians as well as representatives of Hinduism, Buddism, Judaism, Islam and many other denominations and invited them to meet in Assisi - the city of Francis the peacemaker. It was a milestone event. He says it all in the following words: “It will commemorate the historical action desired by my Predecessors and renew the commitment of believers of every religion to live their own religious faith as a service to the cause of peace”. This has been the main aim of our Celebration, of which today we are celebrating its 20th edition. All along we did our very best to enrich our different communities with love, cooperation and solidarity without being undermined by race, religion and nationality.

Unity does not imply uniformity. It does not mean that all Christians should think alike or perform identical ministries. We can agree to disagree but let us focus on what unites us instead of splitting hairs to see what divides us. Let us be ready to help each other without questioning about colour, creed or race. We are all brothers in Christ and we all believe in a loving Father who caters for us all… being rich or poor, white or black, Christians or Muslims. Fighting and wars create tensions and destroy all seeds of goodwill.

Life is a complex arena in which energies, passions and efforts either work together or despite the best of intentions they may clash. Life could be hard because even though people are good, yet they are capable of great evil. To create the ideal situation of ut unum sint we must forget the past. If we keep bringing back memories of years gone by we will never succeed in becoming one. We will never find a meeting point beyond the real tensions and we will fail again to undergo a sincere and disinterested search for the truth. All too often we tend to start spouting Bible verses to back our arguments. Many people just tune out. If we can back our desire of being one with actions then people will be inclined to listen because words have a tendency to paint themselves in black and white and the world is technicolour.

Yes we can live like brothers and sisters, and through such a living our Celebration will help to create an ambience of love and give satisfaction to all those people who along these twenty editions, over a span of seven years, have worked hard to see their dream come true… the dream of ut unum sint.

Page 69: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

67

O Żmien Ħelu...

“Il‑Qniepen tal‑Qala – Disgħin Sena ta’ Melodija mill‑isbaħ”

Riċerka, kitba u ritratti minn:

Dr. Raymond C. Xerri

Din is-sena l-parroċċa tal-Qala qiegħda tfakkar id-disgħin sena minn meta waslu s-sett ta’ qniepen għall-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp. Min ordnahom? Fejn inħadmu? Kemm ġew jiswew u min ħallas għalihom?

Il‑Qala kellha bżonn sett qniepen għall‑Knisja Ġdida:Sa miż-żmien il-Kappillan Dun Ġwann Saliba kien

jinħass il-bżonn ta’ sett qniepen ġodda fejn dokumenti juru li kien diġa’ kellem lill-Isqof. Il-Kappillan Saliba kien inkariga lil Dun Mikiel Cefai u Dun Mikiel Mercieca sabiex jibdew jiġbru għall-ispejjeż tal-qniepen. Kien żmien il-Kappillan Dun Ġużepp Cassar, il-ħames kappillan tal-Qala, li saret waħda mill-akbar opri fil-knisja, is-sett ta’ ħames qniepen għall-Knisja Parrokkjali. Din kienet opra bżonnjuża u li għadha tintuża kontinwament sal-ġurnata tal-lum, disgħin sena wara. F’Jannar 1922, dawn il-qniepen fuq it-ton ta’ “La Grave” ġew ordnati fuq in-noti tal-Vigarju Ġenerali Monsinjur Dun Ġużepp Farrugia (Tal-Vers) li kien bniedem midħla sew tal-mużika.

Fejn inħadmu l‑qniepen?Il-qniepen inħadmu f’Milan mid-ditta Barigozzi.

Il-Funderija Barigozzi kienet rebħet il-Gran Premio Milano fl-1906, u l-Gran Premio Torino fl-1911. Tajjeb li ngħidu li l-akbar qanpiena f’Malta u t-tielet l-akbar fid-dinja hi ta’ Barigozzi u li tinsab fil-kampnar tal-Knisja Kolleġġjata ta’ Birkirkara u għandha dijametru ta’ 2.44 metru, għolja 3.1m u tiżen 8.34 tunnellati metriċi, disa’ snin iżgħar minn tal-Qala u b’tonalità tal-kompożitur Malti Carlo Diacono. Dan qiegħed ngħidu sabiex napprezzaw li d-Ditta Propero Barigozzi hija magħrufa u mifruxa mad-dinja kollha. Il-qniepen tagħna jixhdu dan għax huma fost l-aqwa fid-dinja.

Minbarra f’Birkirkara, f’pajjiżna hemm qniepen oħrajn Barigozzi: il-qniepen Pia u Tereżina (it-tnejn fl-1935) f’Santa Marija tal-Imġarr; ħames qniepen fil-knisja ta’ Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa (1928); l-erbgħa tal-knisja tat-Trinità tal-Marsa (1911); qniepen Santa Marija u Publia (1960) tal-Katidral ta’ San Pawl tal-Imdina; il-ħames qniepen tal-knisja tal-Vittorja tal-Mellieħa (1925); żewġ qniepen Pawlina u Ġużeppina (1960) tal-knisja ta’ San Duminku tal-Belt Valletta; u l-ħames qniepen tal-knisja tal-Abbandunati

tal-Wardija (1966). F’Għawdex il-qanpiena l-kbira tal-knisja tal-Qalb ta’ Ġesù tal-Fontana (1958); il-ħames qniepen tal-knisja tas-Salvatur tal-Għasri (1930); il-qniepen tal-Bażilika ta’ San Ġorġ (1925); dawk kollha tal-knisja ta’ Santa Margerita f’Ta’ Sannat (1932) u l-kbira tal-knisja ta’ Santa Marija taż-Żebbuġ.

X’piż għandhom il‑qniepen, kemm swew u min ħallas għalihom?

Il-qniepen huma kollha waħda iżgħar mill-oħra u fihom piż ta’ – l-kbira, 2800 kilogramma (Kg); ta’ warajha, 1370kg; tan-nofs 800kg; ta’ qabel l-iżgħar, 340kg u ż-żgħira tiżen 170kg. Il-piż totali huwa ta’ 5480kg u ma’ dan trid iżżid il-piż tal-ilsna li hu ta’ 380kg. Il-qniepen tal-Qala qamu għall-manifattura, trasport u dwana total ta’ £1,145 15s 5d. Il-ħlas tad-dwana kien ta’ £102 3s 1d. Din is-somma kollha tħallset mill-poplu tal-Qala.

Il‑Wasla tal‑qniepen mill‑Port sal‑Qala:Kien it-22 ta’ Ġunju 1922 il-qniepen waslu fil-Port

tal-Imġarr fejn ġew milqugħin mill-poplu u l-Kleru tal-Qala. Minn fuq il-ħotba ġew sparati tiri tal-maskli b’sinjal tal-wasla. Il-qniepen inġarru mix-Xatt lejn il-Qala fuq l-injam miġbuda miż-żiemel ta’ Gaġġu bil-mod il-mod minħabba l-piż. Fil-25 ta’ Ġunju, Dun Mikiel Cefai mill-Qala niseġ diskors tal-okkażjoni u wara ġew ikkonsagrati mill-Isqof Fra. Giovanni Marija Camilleri fuq iz-zuntier fejn kienu temporanjament armati u mżejna b’karti u drapp ikkulurit. Il-qanpiena l-kbira ddendlet fi grabja tal-ħadid fuq tliet saqajn.

Page 70: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

68

Poġġew travu, ġenb fuq ras din il-grabja u l-ġenb l-ieħor fuq il-knisja bejn il-bieb il-kbir u l-bieb l-ieħor tal-lemin. Mat-travu dendlu l-erba’ qniepen l-oħra.

X’isimhom il‑qniepen?Ewkaristija – Marija Immakulata – Ġużeppa – Mikelina – Pawla:

Meta ġew ikkonsagrati huma ngħataw l-ismijiet ta’: il-kbira – Ewkaristika u għamilha ta’ parrinu Dun Franġisk Buttigieg D.D. l-iktar qassis anzjan tal-parroċċa tal-Qala. Ix-xbieha tas-Salvatur ġiet imnaqqxa fuq din il-qanpiena. It-tieni waħda tawha l-isem ta’ Marijia Immakulata bi xbieha tal-Kunċizzjoni ta’ Murillo u kellha bħala parrinu lil Dun Mikiel Mercieca, Prokuratur tal-introjtu li ħadem ħafna għall-ġbir ta’ dawn il-qniepen. Tan-nofs issemmiet Ġużeppa u l-parrinu kien l-avukat Dr Salvatore Attard bħala persuna l-aktar dinjituża fil-Parroċċa u xi snin wara sar l-ewwel Maġistrat Għawdxi li serva f’Għawdex. Il-qanpiena ta’ qabel tal-aħħar ingħatat l-isem ta’ San Mikiel (Mikelina) u kellha bħala parrinu lis-Sur George Meilaq surġent tal-pulizija li ta’ donazzjoni ta’ 5 liri. L-iżgħar waħda ġiet imsejħa għal San Pawl (Pawla) u kellha bħala parrinu lis-Sur Ġużeppi Cremona, benefattur kbir tal-knisja.

Il‑Konsagrazzjoni u l‑inawgurazzjoni tal‑qniepen:Il-Ħadd ta’ wara l-qniepen ġew ikkonsagrati

minn Mons. Isqof G. M. Camilleri wara li ndaqqu b’noti ta’ ferħ u b’noti ta’ niket sabiex in-nies ikunu jistgħu jisimgħuhom. Il-Ħadd, 2 ta’ Lulju kien jum l-inawgurazzjoni tal-qniepen fejn ġiet mistiedna l-Banda Filarmonika Queen’s Own tal-Isla fejn għamlet programm mużikali fil-pjazza għall-okkazjoni. Hi daqqet malli waslet fil-Qala li kien filgħodu u waranofsinhar mad-dawra tal-purċissjoni. Wara kull parti tal-programm kienet

tindaqq nota bil-qniepen u malli tieqaf kienet issir sparatura tal-musketterija.

Ma kinitx xi ħaġa normali għal dak iż-żmien li festa ddallam, però dakinhar iċ-ċelebrazzjoni damet sew wara nżul ix-xemx. Tant kien hekk li għall-kumdita’ tal-barranin, Maltin u Għawdxin li ġew il-Qala mis-Sibt ta’ qabel, il-Qalin armaw żewġ ħwienet kbar tal-ikel: wieħed fil-pjazza u l-ieħor fi Triq 28 ta’ April 1688. Sar pranzu għall-bandisti Senglejani mill-Kappillan wara li tul il-ġimgħa ta’ qabel kien dar dawra mal-Qala b’karettun tal-ħmar u ġabar ikel wisq aktar milli kellu bżonn – tiġieġ, patata, basal, nbid, eċċ – li kellu żejjed biegħu b’risq il-knisja.

Min tellagħhom fuq il‑kampnar?Matul il-ġimgħa ta’ wara l-qniepen ġew imtella’

fil-kampnari minn suldati Qalin tar-Royal Malta Artillery (RMA), Lorenzo Attard u Franġisk Mejlak megħjuna minn Toni Mizzi u Mikiel Borġ, nies tas-sengħa mill-Qala. Kien Dun Mikiel li talab l-għajnuna tar-RMA li minbarra li bagħtu Maġġur u Surġent, bagħtu tużżana suldati bl-armar meħtieġ u dawn fi ftit sigħat lestew ix-xogħol. Bħal fil-każ tal-parroċċi taż-Żebbuġ u ta’ San Ġorġ fir-Rabat, l-Ewwel qanpiena, il-Kbira tqiegħdet waħedha fil-kampnar tax-xellug. Dawn il-membri tal-korp kienu alloġġjati fil-lukanda tal-Gaġġu, li dakinhar kienet waħda mill-ewwel lukandi l-aktar popolari f’Għawdex.

Interventi kontinwi:Il-qniepen kollha għandhom bżonn manutenzjoni

kontinwa. Matul dawn l-aħħar disgħin sena saru diversi interventi, però saret manutenzjoni minn diversi voluntiera mmexxijin minn Manwel Saliba u Joe Mifsud. Minħabba dawn l-interventi, il-qniepen Qalin baqgħu jżommu dik il-melodija u daqq mill-isbaħ sal-lum.

Min jaf kemm-il darba daqqew dawn il-ħames qniepen tul dawn l-aħħar disgħin sena? Min jaf kemm persuni ħadu l-inkarigu li jdoqqu l-qniepen matul dan iż-żmien fil-ħinijiet kollha tal-ġurnata? Ser nibqgħu nsibuhom lil dawn in-nies? Ejja nassiguraw li din il-melodija ta’ qniepen Qalin tkompli ssaħħar lill-Qalin u lil Għawdex sa seklu ieħor. O Żmien Ħelu ... fejn int?

Referenzi:BUTTIGIEG, Anton (1971), Il‑Qala, Orphan’s Press, Għajnsielem, Għawdex.BUTTIGIEG, Anton (1990), Il‑Knisja tal‑Qala, A&M Printing Ltd., il-Qala, Għawdex, paġni 53-6.GOĠĠI, Joseph (2003), Qniepen f’Malta u Għawdex, u f’Pajjiżi Oħra, BDL Ltd, San Ġwann, Malta, paġna 98.THEWMA, Lawrenz (2010), Il‑Qala matul iż‑żminijiet, A&M Printing Ltd., il-Qala, Għawdex, paġni 375-383.VELLA APAP, il-Kan. Dun Nikol (1977), Il‑Ħames Kappillan tal‑Qala, Leħen il-Qala, Nru. 3, Settembru 1977, paġni 6-7.

Page 71: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

69

AUSTRALIAN QALA ASSOCIATIONL-ASSOĊJAZZJONI TAL-QALA FL-AWSTRALJA

48 Cowper Avenue, St Albans, Victoria 3021, Australia. Tel: 0061 (03) 93674268

Tagħrif mill‑Awstralja dwar ħutna l‑Qalin emigranti, minn MIChAEL BUTTIGIEG,

President Australian Qala Association

Aħbarijiet minn Melbourne għall‑Qalin tal‑Qala

Għeżież Qalin insellmilkom.

Kif intom? Huwa ta’ pjaċir u gost għalija, li nerġa’ nitkellem ftit magħkom permezz tal-kitba tiegħi, fuq ir-Rivista Leħen il-Qala, li saret tant popolari magħna l-emigranti, speċjalment il-Qalin, huma fejn huma imxerrdin mal-erbat irjieħ tad-dinja. Qabel ma nibda, irrid nifraħ lill-Kunsill Lokali l-ġdid tal-Qala, u lis-Sindku l-ġdid Mr. Clint Camilleri. Nispera li xi darba niltaqgħu flimkien bħal ma konna niltaqgħu mal-Kunsill ta’ qabel. Awguri u komplu aħdmu għar-raħal sabiħ tagħna tal-Qala.

Reġgħu għaddew erba’ xhur oħra mill-aħħar li tkellimna ftit bejnietna bil-kitba tiegħi, u erġajna bdilna l-istaġuni, aħna sajf u intom xitwa, però sa meta qed nikteb din l-ittra qegħdin kważi fit-tieni xahar tar-rebbiegħa, fejn kollox reġa’ ħa r-ruħ wara x-xitwa kiefra li kellna. Is-siġar kollha ħodor u sbieħ u kollha ward. Is-siġar tal-frott ġa għandhom il-frott li beda jonfoħ. Il-qsari kollha ward ikkuluriti u sbieħ u l-għasafar kollha ħarġu bil-frieħ mill-bejtiet tagħhom u n-natura qiegħda tgħidilna li s-sajf qed magħna. Però sa issa ma tantx għadu għamel ħafna bnazzi. Però f’Novembru jaqleb f’malajr għas-sħana u qegħdin ibassru li s-sena ser ikollna sajf sħun ħafna. Però hawn ma jdumx tafux! Mhux bħal tagħkom joqtlok.

Hawn bħalissa hawn ħafna attivitajiet għaddejjin fil-Belt ta’ Melbourne. Fix-xahar ta’ Settembru kien hawn ir-Royal Melbourne Show, li ddum ġimagħtejn. Xi ħaġa speċjali kienet kompetizzjoni kbira tal-ikel, organizzata mill-Maltin u l-Għawdxin stess, fejn damet sejra kważi xahrejn u ġabuha wkoll fuq l-S.B.S. T.V.

Fetaħ ukoll l-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel li jgħidulu “Spring Carnival”, fejn wara tispikka dik it-tiġrija famuża tal-“Melb. Cup” li dejjem taħbat l-ewwel Tlieta ta’ Novembru, li tkun ukoll ġurnata ta’ vaganza pubblika. Din it-tiġrija għall-Awstraljani hija meqjusa bħalma hi Santa Marija għalina, fejn eluf ta’ nies imorru, Flemington Racecourse, biex jaraw din l-imbierka tiġrija taż-żwiemel. Hawn miljuni ta’

dollari jintrebħu u jintilfu u jiġu għaliha mill-Ewropa u mill-Asja u tkun sponsorjata mill-Emirates. Fil-fatt hekk jisimha – “The Emirates Melb. Cup”.

Hawn ukoll festivals oħra tal-Multikulturiżmu li tant ikun mimli l-post, peress li jkun hemm ħafna varjetajiet ta’ ikel, ħwejjeġ, frott, kostumi u x’naf jien, fejn il-belt ta’ Melbourne tkun ippakkjata bin-nies. Dawn l-attivitajiet isiru ħdejn il-Yarra River, ħdejn il-Crown Casino.

Issa aħna qegħdin fiż-żmien sabiħ tas-Sajf, fejn kulħadd ikun bil-vaganzi, it-tfal tal-iskola, in-nies mix-xogħol tal-ġurnata, u l-kumpaniji wkoll ikunu magħluqa għall-mistrieħ tagħhom. Intom issa qegħdin fix-xitwa u nkunu għaxar sigħat differenti fil-ħin, u ta’ lanqas jibda jkollkom xi ftit tal-frisk. Almenu tkunu ħlistu mill-qilla tas-sħana tas-sajf. Qalulna li din is-sena s-sajf kien aktar sħun minn sjuf oħra. Ħafna Qalin li kienu fostkom dan is-sajf, qaluli xi sħana kbira kienet li ma tkunx tista’ tissaportiha aktar. Veru jiena s-sajf inħobbu ħafna, però ħej, dik is-sħana lili teqridni avolja m’iniex oħxon. Qaluli wkoll x’festa kellna aħna tal-Qala. Festa kbira u sabiħa, anke ħbieb minn irħula oħra faħħruha, speċjalment dak in-nar kbir u sabiħ. Irrid nagħti prosit lill-kumitat tan-nar u tal-Armar, u kull min kien involut. Prosit u prosit tassew! Ix-xogħol tagħkom u l-għaqda ta’ bejnietkom matul il-jiem tal-festa wasal ukoll fl-Awstralja. Kulħadd jgħidli kemm huma organizzati tajjeb tal-Qala u anke minn irħula oħra. Prosit u ‘keep up the good work, mates!’

tagħrif fuq l‑Għaqda tagħna – Australia Qala Association

Il-festi tagħkom forsi spiċċaw, però tagħna għadhom sejrin. Iċċelebrajna l-festa ta’ San Filep, mill-Għaqda Żebbuġija San Filep. Kellna l-festa tal-Madonna tal-Grazzja, mill-Għaqda Żabbar Association u l-festa ta’ Stella Maris, mill-Għaqda Stella Maris Association. Dawn kollha saru fix-xahar ta’ Ottubru. Fix-xahar ta’ Novembru kellna lil Sant Andrea, mill-Għaqda Luqa Association u ħafna għaqdiet Maltin jagħmlu ħafna quddies għall-erwieħ matul dan ix-xahar ta’

Page 72: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

70

Groups,jiltaqgħu fejn ix-shopping centres ikantaw u jdoqqu l-Carols tal-Milied u n-nies tinġabar tisma’ u tkun vera atmosfera ferreħija tas-sajf. Però s-sajf jew ix-xitwa, il-Milied illum sar aktar wieħed kummerċjali milli niftakruh jew nafuh aħna, almenu hekk naħsibha jien. Ħudu grokk jew tnejn, però dejjem oqogħdu attenti mis-sewqan. Tinsewx, li min isuq xurban, l-ikbar baħnan.

Jien nibgħat inselli għalikom ħafna u minn qalbi, flimkien ma’ marti Roseanne u l-familja kollha nixtiequ lilkom u lill-familji kollha tagħkom, Milied mimli risq, hena, paċi u ferħ, u Sena Tajba mimlija b’kull hena, paċi u prosperità. Nerġgħu nitkellmu s-sena d-dieħla 2013.

Saħħa u paci lir-raħal kollu tal-Qala.Il-Milied u s-Sena t-Tajba lil kulħadd. Insellmilkom.

Irrid nieħu din l-opportunità biex flimkien ma’ marti Roseanne u l-familja kollha tiegħi u f’isem il-Kumitat tal-Australia Qala Association nibgħatilkom l-isbaħ xewqat sbieħ tal-Milied u l-Ewwel tas-sena 2013, mimlija risq, hena, ġid u paċi, lill-Wisq Reverendu Kan. Arċipriet Rev. Dr. Joe Żammit, lil Fr. Charles, lis-Saċerdoti kollha, lis-Sindku s-Sur Clint Camilleri, lill-Kunsilliera kollha, lill-Editur il-Kav. Euchar Mizzi u l-familji tagħhom, lill-Bord Editorjali, lil Ivan Cefai u lil sħabu kollha tar-Radju Leħen il-Qala, lil Fr. Krystof Buttigieg u l-familja tiegħu, lis-Surmast Antoine Mercieca, il-President, Kumitat u lill-Bandisti kollha tal-Banda ‘Ite Ad Joseph’, lis-St. Joseph Football Club, Kumitat, players u membri u l-Għaqdiet l-oħra kollha u lill-familji kollha tal-Qala. Minn qiegħ qalbi nixtiqilkom ilkoll il-Milied u s-Sena t-Tajba mimlija risq, paċi u hena tas-sema.

Viva l‑Immakulata, Viva l‑Manjus Viva l‑Qala

Novembru. Fix-xahar ta’ Diċembru niċċelebraw il-festa tal-Kunċizzjoni, li ssir ġewwa Altona, mill-Għaqda Immaculate Conception Social Club. Din tkun l-aħħar festa għas-sena 2012, fejn jien nieħu parti fil-festi kollha, billi nkun irrid immur bl-Istandard tal-Għaqda tagħna – tal-A.Q.A.

Ikollna dak it-trip famuż u sabiħ mal-bajjiet ta’ Port Philip Bay u Sorrento, fejn naqsmu minn bajja għall-ohra bil-vapur bil-bus b’kollox, 56 ruħ. Dak kien il-Hadd 18 ta’ Novembru, u l-aħħar trip tal-Weekend Away Tour, kien is-Sibt u l-Ħadd l-1 u t-2 ta’ Diċembru 2012, fejn kellna wkoll 56 ruħ fil-bus u kulħadd ħareġ ferħan u kuntent. Fejn kulħadd kanta l-Christmas Carols bl-Ingliż u bil-Malti. Is-sena wkoll għall-ewwel darba kellna Mrs. Christmas, fejn iltaqgħet ma’ Father Christmas u tistgħu taħsbu xi briju għamlu jkantaw u jaqbżu fil-bus u b’hekk, aħna tal-kumitat nieħdu ftit tal-mistrieħ biex inkunu lesti ppreparati biex nerġgħu nibdew bl-attivitajiet għas-sena 2013.

Hux kemm jgħaddi jiġri ż-żmien. Filli Jannar u f’kemm ilna ngħidu qegħdin f’Diċembru, ix-xahar tal-Milied u xjaħna sena oħra. Il-Milied reġa’ magħna. Il-Milied huwa festa sabiħa ħafna, festa tal-kbar u ż-żgħar, li tfakkarna wkoll fit-twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, li lili dejjem iġibli nostalġija sabiħa ta’ meta kont nitrabba man-nanna Dolora, u l-aħħar Milied li kont Malta kienet is-sena 1971. Għax fix-xitwa qatt ma niġu Malta imma dejjem fis-sajf.

Bħalissa tal-ħwienet dejjem ikunu mimlija bin-nies jixtru r-rigali. Tiżjin ma’ kullimkien anke barra, mad-djar u kollox juri li l-Milied qiegħed magħna. Il-ħwienet hawn ma jagħlqux. Tlett ijiem qabel il-Milied jibqgħu miftuħin il-lejl kollu. Kos hux, il-Milied tagħna jiġi fis-Sajf! Però sabih ukoll taf. Aktar dawl, temp bnazzi u atmosfera sabiħa ħafna. Ikun hawn ħafna

Page 73: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

71

PERSUNAĠĠI QALIN (5)

Sensiela informattiva u edukattiva dwar persunaġġi li għamlu ġieħ lill‑Qala

Anton BUttIGIEG, P.E.P., M.Q.R.(Missier – Għalliem – Kap ta’ numru ta’ skejjel primarji – Pijunier

fl-Edukazzjoni Teknika f’Għawdex – Kofundatur tal-Kumitat tan-Nar San Ġużepp Qala - Kofundatur, Viċi-President u President tal-Kunsill

Ċiviku t’Għawdex – Kofundatur tal-Azzjoni Kattolika f’Għawdex u fundatur tal-Azzjoni Kattolika fil-Qala – L-Istoriku tal-Qala, Artikolista u Poeta).

minn: Dr. Raymond C. Xerri

It‑tfulija ta’ Anton Buttigieg:Anton Buttigieg twieled il-Qala nhar il-25 ta’ Jannar 1910 fil-post fejn illum hemm il-Kazin Nazzjonalista. Huwa kien it-tieni minn tliet ulied ta’ Lorenzo Buttigieg, negozjant u Marija neè Mizzi mara tad-dar. Meta kien għadu ta’ età żgħira il-familja marret toqgħod f’post ġdid li bena’ Lorenzo ftit metri ’l bogħod minn fejn twieled, Anton baqa’ jgħix hawnhekk Nru. 39 Triq l-Imġarr, illum Triq it-28 ta’ April 1688 sa ma żżewweġ.

Lorenzo, missier Anton siefer lejn il-Belt ta’ Detriot fl-Istati Uniti fl-1920 meta Anton kellu biss għaxar snin. Missier Anton ħadem bla heda għal tmien snin sħaħ fil-fabbrika rinomata ta’ Ford fejn kien jaħdem f’diversi setturi tal-fabbrika. Missier Anton kien jibgħat flus b’mod regolari lill-familja tiegħu kif ukoll lil ommu u ħutu, sa ma miet f’Detriot b’attakk tal-qalb u ġie midfun hemm.

Din il-mewta bikrija ta’ missier Anton ġiegħlet lil Anton jikber u jimmatura kmieni biex jieħu r-rwol ta’ missier tal-familja, ħuh ikbar minnu miet ta’ sentejn meta Anton kien għadu tarbija. Sa ma miet missieru, Anton kien jgħix ħajja normali ta’ tifel fil-Qala ta’ dak iż-żmien jilgħab il-logħob popolari bħal ‘il‑fatt, nolli, ż‑żibeġ, il‑premju, boċċi u l‑bejx’ fil-pjazza li kienet ferm differenti milli nafha llum. Kien jattendi l-quddies ma’ ommu kuljum u t-tagħlim tad-duttrina fil-knisja.

Il‑Formazzjoni Edukattiva ta’ Buttigieg:Anton Buttigieg studja fl-iskola primarja tas-Subien tal-Qala li kienet tinsab maġenb fejn illum hemm

il-Każin tal-Għaqda Mużikali Ite ad Joseph – Qala. Hu tant mar tajjeb fl-iskola li kien qabeż sentejn lill-istudenti tal-età tiegħu sa ma mar is-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù r-Rabat, Għawdex ta’ għaxar snin. Anton kellu ħbieb tajba u intelliġenti mill-Qala jattendu s-Seminarju, biżżejjed insemmu lill-President futur ta’ Malta, Anton Buttigieg; il-missjunarju futur Patri Ġużepp Portelli (l-Missjunarju) u l-Kappillan futur tal-Qala, Dun Manuel Xerri. Dawn it-tliet persuni u oħrajn ħallew it-timbru tagħhom fuq il-Qala, fuq gżiritna u fuq pajjiżna.

Wara l-edukazzjoni fis-Seminarju hu mar Malta u attenda l-Kulleġġ San Alwiġi ta’ Birkirkara fejn hemm ukoll għamel ħafna ħbieb li ’l quddiem fil-ħajja tiegħu kienu ser jgħinuh jagħmel suċċess fosthom Ċensu Tabone, tabib, deputat fil-parlament, Ministru u fl-aħħar President, it-tnejn baqgħu ħbieb kbar tul ħajjithom. Wara beda l-karriera twila fil-qasam edukattiv fejn f’Ottubru tal-1930 daħal mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Fl-istess sena daħal ukoll fl-Azzjoni Kattolika permezz ta’ ċertu Patri Tabone fil-Kulleġġ San Alwiġi. Fl-1933 intbagħat fil-Belt ta’ Ruma fl-Università del Magisterum fejn qatta’ ftit xhur u ġie lura ħesrem wara li r-relazzjonijiet bejn il-Gvern Ingliż u l-awtoritajiet Maltin ħżienu ħafna u l-arranġament li kien hemm bejn il-Gvernijiet tħassar.

Malli wasal lura Għawdex Anton intbagħat jgħallem fl-Iskola tan-Nadur għal sena u f’Settembru tal-1934 beda jattendi s-‘St. Mary Training College’ fi Strawberry

Page 74: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

72

Hill f’Londra, għal sentejn, mnejn kiseb it-Teacher’s Certificate tal-Università ta’ Londra. Fl-1936, l-Isqof ta’ dak iż-żmien waqqaf id-Direttorju tal-Azzjoni Kattolika, fejn Anton Buttigieg kien inkarigat mis-Sezzjoni taż-żgħar fi ħdan l-Azzjoni Kattolika t’Għawdex.

Anton Buttigieg missier ta’ familja:Fit-18 ta’ April 1938 Anton Buttigieg iżżewweġ lil Marija Grazzja imwielda Vella minn Ħal Lija, Malta. Rabbew familja mdaqqsa ta’ tnax. Kien jagħmel xogħol ta’ djakonija fost il-popli tal-Qala u tan-Nadur fejn eluf kienu jfittxuh sabiex jimla’ formoli ta’ kull xorta, jagħti pariri u jgħin isolvi problemi tan-nies.

Għalliem u Kap ta’ numru ta’ Skejjel Primarji Għawdxin:Wara li ġie lura minn Londra, id-Direttur tal-Edukazzjoni Laferla ħatru kap tal-Iskola Primarja tax-Xewkija u inkariga lil Anton jibda jifformola l-edukazzjoni teknika f’Għawdex. F’post mikri fix-Xewkija Anton beda jattira studenti minn Għajnsielem, il-Qala, ix-Xewkija stess u postijiet oħra sabiex jibdew l-edukazzjoni teknika tagħhom. Fl-istess żmien kien inkarigat bit-training ta’ għalliema Għawdxin f’metodi ta’ tagħlim.

Lejn l-aħħar tas-sena 1938, Anton intbagħat fl-Iskola Primarja tas-Subien tan-Nadur, u sfortunatament iċ-ċentru ġdid tekniku li kien fetaħ fix-Xewkija ngħalaq. Fl-1942 John Brennan laħaq Direttur tal-Edukazzjoni u Anton talbu li jiftaħ workshop in-Nadur bil-materjal li ħalla x-Xewkija. Id-Direttur aċċetta. Ftit wara ġie

l-kmandant Ingliż sabiex jokkupa l-iskola tan-Nadur bħala bażi militari u Anton wasal f’kompromess u qasam l-iskola, nofsha bażi militari u nofsha skola. Wara ġew is-suldati Amerikani u bidlu parti mill-iskola tan-Nadur fi kwartieri militari f’Għawdex.

Fl-1942 kien waqqaf il-Gozo M.U.T. Membership Committee u sar membru tal-Kunsill tal-Malta Union of Teachers (M.U.T.). Fl-1954 Anton Buttigieg inħatar kap tal-iskejjel tal-Qala u tan-Nadur flimkien.

Serva bħala kap ta’ diversi skejjel tal-gvern għal sebgħa u għoxrin sena sakemm fl-1963 ġie maħtur Inspector fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, l-ewwel wieħed li sar residenti għal Għawdex. Serva fuq il-Bord tal-Edukazzjoni, fuq il-Bord tal-Antikitajiet, fuq il-Bord tal-Ismijiet tat-Toroq fejn semma’ l-biċċa l-kbira mit-toroq Qalin u fuq il-Bord tal-Karitajiet t’Għawdex. Kien ukoll membru tal-Kunsill tal-Edukazzjoni u tal- organizzazzjoni Din l-Art Ħelwa.

Anton Buttigieg ħalla d-dipartiment tal-edukazzjoni fil-25 ta’ Jannar 1970 u kif kienet kitbitlu d-Direttur tal-Edukazzjoni Ms. Margaret Mortimer, ġie kwotat jgħid: “for the sterling service which you have rendered to Education during the many years that you have been working in this field.”

Sehem importanti ta’ Buttigieg fil‑Gwerra:Fiż-żmien it-Tieni Gwerra Dinija, Anton Buttigieg inħatar Segretarju Distrettwali tal-Protection Officers f’Għawdex u kien jopera mill-Iskola Primarja tan-Nadur. Hu kien jikkordina l-ikel bir-razzjon kollu għall-irħula tal-Qala, Nadur u Għajnsielem sew għan-nies tal-irħula kif ukoll għall-mijiet ta’ refuġjati Maltin li ħarbu mill-bumbardamenti tal-għadu f’Malta.

Wara li ntemmet it-Tieni Gwerra Dinjija, Anton Buttigieg kien jgħin fl-organizzazzjoni tal-festa ta’ San Ġużepp u ċelebrazzjonijiet fil-parroċċa. L-ewwel avveniment li kien organizza Anton Buttigieg kien fl-1947 meta l-isqof ta’ dak iż-żmien kixef lapida li tfakkar il-post fejn twieled l-ewwel isqof t’Għawdex, l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Mikiel Franġisk Buttigieg. Hu ħa ħsieb ukoll li kwantità ta’ TNT u porvli mill-mines mhux użati mill-Armata Ingliża jiġu trasformati f’murtali tal-festa

Page 75: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

73

bl-għajnuna ta’ diversi ex-baħħara Qalin li servew fiż-żewġ gwerer. Għall-ħidma tiegħu f’oqsma oħra hu ġie mogħti d-Defence Medal u s-Service Medal.

Kofundatur tal‑Kumitat tan‑Nar San Ġużepp – Qala u x‑xogħol fil‑Parroċċa tal‑Qala:Fl-1947 waqt il-kxif tal-imsemmija lapida, instemgħu l-ewwel murtali tal-festa fil-Qala u kienet saret l-akbar ħuġġieġa Fuq il-Ġebel fejn illum hemm il-Belveder. Minn hemm twieled il-Kumitat tan-Nar San Ġużepp – Qala, b’kumitat organizzat minn Anton stess, Anton Buttigieg (Tas-Surran) u diversi żgħażagħ oħra Qalin.

Fl-1952, Anton Buttigieg ħa l-inizjattiva sabiex jinkiteb ‘Innu lil San Ġużepp’ fejn il-versi bit-Taljan huma ta’ Ġużepp Serafino-Cutajar mill-Belt Victoria u l-kompożizzjoni kienet ta’ Indrija Borġ. Tal-mużika s-Sur Borġ ħa £20 u tal-versi Serafino-Cutajar talab tużżana tiġieġ. Dan l-innu nstema’ l-ewwel darba fil-festa tal-istess sena fejn kien indaqq darbtejn, waqt il-ħruġ u waqt id-dħul tal-istatwa ta’ San Ġużepp.

Il-ħidma ta’ Anton Buttigieg ma nfirxetx biss fl-oqsma ċivili u edukattivi, imma wkoll f’dawk reliġjużi u letterarji, speċjalment fejn tidħol l-istorja reliġjuża ta’ raħal twelidna. Hu jibqa’ mfakkar għas-sehem tiegħu biex fis-sena 1954 ġie inkurunat il-Kwadru Mirakoluż tas-Santwarju Nazzjonali.

Kofundatur tal‑Kunsill Ċiviku t’Għawdex, Viċi President u President:Fl-1961 Buttigieg inħatar biex jirrappreżenta lill-Qala fil-Kunsill Ċiviku t’Għawdex u ġie elett Viċi President u Ċerman tal-kumitat tax-xogħol u spiċċa bħala t-tieni

President tal-Kunsill fil-31 ta’ Diċembru 1964. Fost ix-xogħlijiet importanti li wettaq f’raħalna, ta’ min isemmi l-Belveder li sar fi Triq iż-Żewwieqa, post li jsaħħar eluf ta’ turisti li jiġu jaraw l-isbaħ panorama tal-gżejjer tagħna. Għadda s-sistema tad-drenaġġ fil-parti l-kbira tal-Qala, is-sistema tal-mains tal-ilma; kompla jestendi s-servizz tal-elettriku fid-djar u fit-toroq f’partijiet ġodda tal-Qala, bena l-pont li jgħaqqad Triq iż-Żewwieqa fil-Qala ma’ Triq iż-Żewwieqa f’Għajnsielem; u għamel diversi toroq fil-qalba kif ukoll fil-kampanja bl-asfalt.

Anton Buttigieg l‑istoriku tal‑Qala:Anton Buttigieg kien awtur li ppubblika għadd ta’ kotba u numru kbir ta’ artikli l-aktar fuq ir-rivista parrokkjali, Leħen il‑Qala. Fost il-kotba li kiteb hemm is-sensiela ta’ kotba bl-isem, ‘minn ġrajjietna’ li kienet ippubblikata f’dawn il-kotba:

1971 – Il-Qala.1980 – Ġrajjiet il-Qala.1980 – 25 Sena Inkurunata.1986 – Ir-Raħeb tal-Qala1988 – Fejn saret il-Parroċċa fl-1688? Fil-Qala jew fin-Nadur?1989 – Mons. Mikiel Franġisk Buttigieg - L-Ewwel Isqof t’Għawdex1990 – Il-Knisja Parrokkjali u Arċipretali ta’ San Ġużepp fil-Qala, Għawdex.

Page 76: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

74

ADDENDA Biografija ta’ Patri Ġużeppi Portelli S.J.

Ġużepp Portelli apparti li kellu lil Marija u Kelina kellu wkoll lil Ġanni, Sika u Toni.

Barra minn hekk, numru bla għadd ta’ artikli informattivi dwar l-istorja u l-folkor ta’ raħal twelidna dehru matul l-aħħar erbgħin sena f’diversi ġurnali u rivisti ta’ pajjiżna. Dan it-tagħrif kollu dwar il-Qala u l-wirt storiku u artistiku ta’ raħalna kien jintilef jew jibqa’ mhux magħruf, li kieku ma kinitx għalina l-pinna fejjieda u intelliġenti ta’ Anton Buttigieg.

Anton Buttigieg il‑Poeta u Artikolista:Anton Buttigieg kien poeta li kiteb għadd ġmielu ta’ poeżiji. Fost l-aktar magħrufa hemm; ‘Il-Għaxqa tal-Madonna’ fit-28 ta’ Mejju 1952, “Lill-Patrijarka San Ġużepp f’Jum il-Għid Tiegħu – 6 ta’ Awwissu” fis-26 ta’ Marzu 1978; “Ite ad Joseph” fl-14 ta’ Jannar 1978; “Mewt Qaddisa” fl 1983; “Il-Lejl ta’ San Mikiel, 29-30 ta’ Settembru 1981, meta naqset il-Kuruna ta’ San Ġużepp fit-30 ta’ Settembru 1981; “Il-Ħarba għall-Eġittu” u “L-Għanja tal-Madonna tal-Qala” it-tnejn f’Diċembru tal-1985; “L-Ewwel Milied ta’ San Ġużepp” f’Diċembru 1989 u “Dari fir-raħal” f’April 1992.

Anton kien artikolista regolari tar-rivista parrokkjali, “Leħen il-Qala” fejn insibu ’l fuq minn 150 artiklu ta’ natura storika, reliġjuża u deskrizzjoni ta’ avvenimenti importanti fl-istorja tal-Qala.

Anton Buttigieg onorat mill‑Papa u mir‑Repubblika ta’ Malta:Fl-1955 il-Papa Piju XII iddekorah bis-salib Pro Ecclesia et Pontifice (P.E.P.) tax-xogħol li wettaq f’diversi setturi tal-ħajja reliġjuża fir-raħal tal-Qala u f’Għawdex.

F’Jum ir-Repubblika tat-13 ta’ Diċembru 1993, Anton Buttigieg kien iddekorat mill-Istat Malti għas-snin ta’ servizz tiegħu f’diversi oqsma, bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika (M.Q.R.) mill-President tar-Repubblika, l-E.T. Dott. Ċensu Tabone.

Il‑Mewt ta’ Anton Buttigieg:Anton Buttigieg miet nhar l-Erbgħa, 12 t’Awwissu 1998 fl-età ta’ 78 sena. Sar funeral memorabbli fejn l-Isqof Nikol Ġużepp Cauchi qaddes il-quddiesa

tal-funeral tiegħu. Huwa jinsab midfun fiċ-Ċimiterju tal-Kunċizzjoni tal-Qala, fil-qabar tal-familja.

Il‑Qala tfakkar lis‑Surmast Anton Buttigieg:Fit-18 ta’ Jannar 2004 il-Prim Ministru ta’ Malta Dottor Eddie Fenech Adami inawgura monument ad unur tal-istoriku u edukatur is-Surmast Anton Buttigieg fi ġnien żgħir fi Triq Papa Piju IX, kantuniera ma’ Triq San Ġużepp. Dan il-monument u ġnien kienu saru fuq inizjattiva tal-familja Buttigieg u l-Kunsill Lokali tal-Qala. F’għeluq il-mitt sena mit-twelid tas-Surmast Anton Buttigieg fil-25 ta’ Jannar 2010, il-familja Buttigieg u l-Kunsill Lokali tal-Qala fakkru dan l-avveniment b’lapida fuq l-istess monument.

Referenzi:

ATTARD, Joe M. (1998), Apprezzament – Anton Buttigieg, P.E.P., M.Q.R., Leħen il- Qala, Nru. 70, Serje D, Nru. 22, Milied 1998., A&M Printing, il-Qala, Għawdex.

BUTTIGIEG, Anton (1971), Il‑Qala, Orphans’ Press, Għajnsielem..

Buttigieg, Anton (1977), Il‑Għaxqa tal‑Madonna (28 ta’ Marzu 1955), Leħen il-Qala, Ir-Raba’ Sena, Marzu 1977, paġna 10.

BUTTIGIEG, Anton (1978), Lill‑Patrijarka San Ġużepp f’Jum il‑Għid Tiegħu, Leħen il-Qala, Nru. 5, Il-Ħames Sena, Festa 1978, paġna 16.

BUTTIGIEG, Anton (1978), Ite ad Joseph, Leħen il-Qala, Nru. 5, Il-Ħames Sena, Festa 1978, paġna 17.

BUTTIGIEG, Anton (1980), Ġrajjiet il‑Qala, Dolmen Press, il-Qala.

BUTTIGIEG, Anton (1983), Ngħożżu l‑Wirt Storiku Tagħna (Diskors Ewlieni f’Jum il‑Parroċċa fil‑Pjazza Prinċipali – Il‑Ħadd, 29 ta’ Mejju 1983), Leħen il-Qala, Serje Ċ, Nru. 1, Festa 1983, paġni 10-11.

BUTTIGIEG, Anton (1983), Mewt Qaddisa, LeĦen il-Qala, Serje ċ, Nru. 1, Festa 1983, paġna 16.

BUTTIGIEG, Anton (1983), Dwar l‑Oriġini tas‑Santwarju Nazzjonali tal‑Kunċizzjoni, Leħen il-Qala, Serje Ċ, Nru. 2, Diċembru 1983, paġni 8-9.

BUTTIGIEG, Anton (1983), The Painting of the Immaculate Conception at Qala, LeĦen il-Qala, Serje Ċ, Nru. 2, Diċembru 1983, paġni 10-11.

BUTTIGIEG, Anton (1983), Il‑Lejl ta’ San Mikiel, 29‑30 ta’ Settembru 1981 – meta naqset il‑Kuruna ta’ San Ġużepp il‑Qala 30 ta’ Awwissu 1981, Leħen il-Qala, Serje Ċ, Nru. 2, Diċembru 1983, paġni 11.

MIZZI Euchar (Editur) (1980), 25 Sena Inkurunata, A&M Printing, il-Qala, Għawdex.

BUTTIGIEG, Anton (1986), Ir‑Raheb tal‑Qala, A&M Printing, il-Qala, Għawdex.

BUTTIGIEG, Anton (1988), Fejn saret il‑Parroċċa fl‑1688? Fil‑Qala jew fin‑Nadur, il-Qala, Għawdex.

BUTTIGIEG, Anton (1989), Mons MIkiel Franġisk Buttigieg – l‑Ewwel Isqof t’Għawdex, A&M Printing, il-Qala, Għawdex.

BUTTIGIEG, Anton (1990), Il‑Knisja tal‑Qala, A&M Printing, il-Qala, Għawdex.

Page 77: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

75

Għar-raba’ sena konsekuttiva, il-Parroċċa tal-Qala organizzat bħala parti mill-Pjan Pastorali tal-istess Parroċċa, liema pjan jitħabbar f’Ottubru ta’ kull sena, Tour / Pellegrinaġġ ieħor għall-parruċċani tagħha, fejn żorna l-Belt Eterna ta’ Ruma, Assisi u Cascia. Dan sar bejn l-24 u l-31 t’Awwissu 2012.

Mal-waqfa tagħna f’Ruma tlaqna lejn il-belt qaddisa ta’ Assisi, post it-twelid, il-ħajja u l-mewt ta’ San Franġisk, il-Qaddis li rnexxielu jirbaħ il-qlub tad-dinja mhux biss ta’ żmienu imma ta’ bosta sekli li ġew wara. Dan huwa għamlu bl-eżempju ta’ ħajtu fil-faqar, fit-talb u fil-penitenza li kienu t-tliet virtujiet kbar li għalihom kien magħruf dan il-kbir qaddis t’Assisi.

Konna alloġġjati fil-Lukanda “Antonelli” li tinsab faċċata tal-Bażilika ‘Santa Maria Degli Angeli’. Din il-Bażilika hija l-aktar waħda għażiża tal-Ordni Franġiskan Minuri, għax fiha tinsab ’l hekk imsejħa ‘Porziuncola’, il-benniena tal-Ordni Franġiskana minn fejn San Franġisk waqqaf l-Ordni Franġiskan li maż-żmien xterrdet mal-erbat irjieħ tad-dinja u hija l-akbar Ordni Reliġjuża fid-dinja. Din hi knisja żgħira (kappella) li tmur lura għas-seklu IX, u li wara li rranġaha, San Franġisk għamilha l-knisja tal-Ordni

tour/Pellegrinaġġ f’Ruma, Assisi u Cascia Parti mill‑Pjan Pastorali mill‑Parroċċa ta’ San Ġużepp ‑ Qala Għawdex

Euchar Mizzi ‑ tour Leader.

Page 78: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

76

tiegħu. Apparti dan, f’din il-Bażilika nsibu wkoll ‘it-Transitu’ ta’ San Franġisk, li hija kappella żgħira ħafna fejn waqt li kien qed imut, San Franġisk talab li jitpoġġa fl-art b’att ta’ umiltà u li fil-fatt hemm huwa miet ftit wara. Dawn huma żewġ ġawhriet tal-Ordni Franġiskana l-aktar miżmuma b’għożża mill-Patijiet Franġiskani Minuri fid-dinja. Dawn iż-żewġ postijiet qaddisa jinsabu fin-naħa ta’ ġewwa tal-Bażilika msemmija, ‘Santa Maria Degli Angeli’, liema bażilika nbniet madwar dawn ‘l-ikoni’ qaddisa biex b’hekk jibqgħu protetti u ppreservati għal dejjem.

Hawnhekk il-grupp attenda żewġ quddisiet, waħda ċċelebrata fil-kappella ta’ Santa Klara u oħra fil-Kappella tas-Sagrament. Tajjeb ngħidu li l-grupp tal-Qala attenda wkoll purċissjoni ‘aux flambeaux’ is-Sibt 25 t’Awwissu u fiha membri mill-istess grupp ipparteċipaw kemm fl-irfigħ tal-vara kif ukoll fir-reċita ta’posta rużarju bil-lingwa Maltija. Il-qofol ta’ din il-mawra f’Assisi kienet il-possibbiltà ta’ indulġenza plenarja wara talb li jingħad fil-Porziuncola, dejjem skont ir-riti u l-kondizzjonijiet ta’ Ommna l-Knisja Mqaddsa. Din kellna l-opportunità li nirċevuha aktar minn darba.

Santwarju ieħor qaddis hija l-Bażilika ta’ San Franġisk fuq ’l għolja t’Assisi. Hawn jinsabu midfuna u protetti bi gradi tal-ħadid il-fdalijiet tal-Qaddis Franġisku. Dan hu l-mimmi t’għajnejn il-Patrijiet Franġiskani Konventwali li huma fdati bir-responsabbiltà ta’ dan il-post qaddis u li hu ferm imfittex mill-pubbliku. Dawn is-Santwarji jikkonsistu fi tliet knejjes li huma magħrufa bħala l-Knisja Superjuri (ta’ Fuq), il-Knisja inferjuri (t’isfel) u l-Kripta fejn hemm il-qabar ta’ San Franġisk. Hawn ukoll l-Arċipriet u Fr. Raymond Portelli qaddsu quddiesa fil-kappella ċentrali tal-knisja inferjuri. Wara l-grupp ġie mdawwar mat-tliet knejjes minn Franġiskan Lajk li tana spjega dettaljata ħafna ta’ dan is-Santwarju Franġiskan.

Filgħaxija l-grupp għamel viżita oħra fil-Bażilika ta’ Santa Klara li tinsab in-naħa opposta tal-Bażilika ta’ San Franġisk. Hawn rajna wkoll il-ġisem ta’ Santa Klara li jinsab miżmum b’għożża kbira mis-Sorijiet Klarissi fil-kripta tal-Bażilika msemmija. Hawn rajna wkoll xi ħwejjeġ li kienu jużaw San Franġisk u Santa Klara, kif ukoll il-Kurċifiss ta’ San Franġisk li nġieb matul iż-żmien mill-Bażilika ta’ San Damjan, il-knisja li kien jiffrekwenta ħafna San Franġisk u fejn bdiet il-Komunità tas-Sorijiet ta’ Santa Klara.

Il-Ħadd 26 t’Awwissu, għamilna żjara fil-Belt ta’ Cascia fejn żorna tliet postijiet qaddisa li huma; il-Kunvent tas-Sorijiet Agostinjani li Santa Rita kienet tagħmel parti minnhom, biċ-ċella tagħha, kif ukoll bil-ġnien fejn għad hemm id-dielja li Santa Rita kienet ġiet mitluba mill-Badessa biex issaqqi ta’ kuljum.

Page 79: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

77

Din kienet biċċa zokk niexef imma l-Badessa riedet tipprova l-ubbidjenza ta’ Rita ta’ Cascia. Fil-fatt dan iz-zokk mejjet ħa l-ħajja u beda jagħmel l-għeneb u għadu jagħmel il-frott sal-lum – 800 sena wara. Hawn rajna wkoll il-Kurċifiss li minnu ħarġet xewka mill-kuruna ta’ fuq rasu u daħlet fi ġbin Santa Rita.

Wara rajna wkoll il-Bażilika tal-Qaddisa Santa Rita li ġewwa urna tal-fidda u kristall jinsab espost il-ġisem tagħha. Hawn wkoll kellna quddiesa bil-Malti mill-Arċipriet u Fr. Raymond f’waħda mill-kappelli ta’ din il-Bażilika. Wara tajna qima lill-qaddisa ta’ Cascia u wara li dorna dawra l-knisja sabiħa ta’ Santa Rita, imxejna għall-knisja oħra ta’ importanza kbira għall-insara. Din hija l-Knisja tal-Qalb ta’ Ġesù, fejn fil-Kappellun tal-lemin hemm il-Miraklu Ewkaristiku. Hawn Saċerdot li kien jiddubita mill-veraċità tal-preżenza ta’ Ġesù bil-ġisem u bid-demm. Huwa mar iqarben wieħed anzjan u poġġa l-Ostja Mqaddsa fil-brevjar, u meta mar iqarbnu u fetaħ il-brevjar hu sab l-Ostja kollha demm u stampata wkoll fuq iż-żewġ naħat tal-brevjar. L-Ostja mċappsa fid-demm tinsab esposta fil-kristall fuq l-artal tal-kappellun b’żewġ irħamiet bi stampi taż-żewġ folji tal-brevjar, waħda kull naħa. Fuq in-naħa l-oħra tal-kappellun hemm il-ġisem ta’ Soru qaddisa oħra mill-istess Ordni Agostinjana. Lura lejn il-lukanda ma naqsitx qabża qasira lejn Roccaporena, fejn twieldet u rabbiet il-familja Rita ta’ Cascia. Hawn insibu l-knisja li kienet tiffrekwenta S. Rita u kappella fuq muntanja fejn kienet tmur titlob. Ovvjament hemm ukoll id-dar fejn kienet tgħix Santa Rita.

It-Tnejn 27 t’Awwissu, il-programm tagħna ħadna fuq il-għolja ta’ ‘Monte Della Verna’ il-post fejn San Franġisk irċieva l-Pjagi minn Kristu personalment fis-sena 1224. Hawn assistejna għall-quddiesa fil-Kappella tal-Adorazzjoni u wara dorna dawra l-knisja kif ukoll il-Kappella fejn San Franġisk irċieva l-pjagi. ’Il barra mill-kappella f’għar fuq sies li jagħti għal isfel hemm għar fejn San Franġisk kien iħobb jitlob u minfejn ix-xitan ipprova jitfgħu għal isfel. Imbagħad kilna xi ħaġa flimkien u wara rritornajna għal Assisi fejn komplejna ngawdu din il-belt sabiħa u qaddisa.

L-għada t-Tlieta fit-8.30 am, irħejnilha għall-post ieħor fuq il-muntanji, fir-raħal ċkejken ta’ ‘Greccio’ fir-reġjun ta’ Lazio. Hawn San Franġisk għamel l-ewwel presepju. Kien proprju f’lejlet il-Milied meta San Franġisk talab lil ħabib tiegħu biex jipprepara biex jagħmel presepju. Huwa għażel għar u poġġa bambin fuq ftit tiben u daħħal għoġol u ħmar sabiex kemm jista’ jkun joħloq dik l-atmosfera l-aktar qrib ta’ dak li ġara dakinhar tat-twelid ta’ Ġesù. Wasal il-ħin u l-post imtela’ bin-nies biex jaraw x’ser jagħmel Franġisku. Patri minn sħabu beda jqaddes fil-għar u San Franġisk għamel il-prietka tal-Milied. U tant emozzjona ruħu u

Page 80: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

78

Korrispondenza:

tant daħal fl-ispirtu li waqt din il-quddiesa l-istatwetta ċkejkna tal-bambin ħadet il-ħajja. Trid tara San Franġisk b’liema għożża refa’ f’dirgħajh u ħaddan miegħu dak il-Bambin ċkejken tarbija kollha ħajja.

Hawn għamilna quddiesa tal-Milied fil-Knisja Franġiskana u fiha kantajna innijiet tal-Milied kif verament jixraq lil dan il-post qaddis. Imbagħad dorna dawra n-numru kbir ta’ presepji li jinsabu hemm għall-wiri sew fil-knisja kif ukoll fil-gallerija tal-istess knisja. Ovvjament għamilna żjara lill-għar fejn sar l-ewwel presepju u xtrajna wkoll xi pasturi jew souvenirs oħra tal-post.

L-Erbgħa 29 t’Awwissu, wasal il-mument li nitilqu minn Assisi u nimxu lejn Ruma fejn qattajna l-aħħar tlett ijiem. Wara l-kolazzjon u wara li ċċelebrajna quddiesa fil-Bażilika f’Assisi, tlaqna fi triqitna lejn Ruma b’waqfa fil-Belt ta’ ‘Orvieto’ biex ninvistaw u naraw miraklu ieħor tal-Ewkaristija. Hawn tlajna wkoll fuq għolja fejn kellna anke nirkbu l-funikular biex wasalna sa’ fuq. Hawn fi Pjazza mdaqqsa tfaċċa d-‘Duomo’ meraviljuż ta’ Orvieto. Binja maestuża mibnija filata bajda u oħra sewda u ta’ għoli mmens. Dħalna fil-Katidral u hemm fuq ix-xellug sibna Kappella mdaqqsa li fiha jiddomina l-Miraklu tal-Ewkaristija. Saċerdot li kien jiddubita

kemm verament Ġesù jinsab fl-Ostja Mqaddsa, waqt li kien qed iqaddes, wara l-konsagrazzjoni, mill-kalċi beda ħiereġ id-demm. Għall-ewwel ipprova jgħattih b’idejh imma xorta baqa’ ħiereġ u ċappas il-korporal. Hemm fin-nofs espost għall-qima tal-fidili jinsab dan il-korporal mħares fil-ħġieġ fuq l-artal hemm fil-għoli. Esperjenza verament sabiħa u ħassejna ruħna privileġġjati nassistu għal dawk l-għeġubijiet tas-sema.

Wara nofsinhar wasalna Ruma fejn ħadna l-kmamar f’lukanda fiċ-ċentru ta’ Ruma u wara li streħajna ħriġna passiġġata sa ħin l-ikel. Wara kellna ‘Rome by Night’ li ħadet madwar sagħtejn, fejn dorna l-qalba tal-belt mixgħula u mimlija bin-nies. Għamilna wkoll waqfa fi Pjazza Navona fejn hemm il-knisja ta’ Santa Agnese kif ukoll il-funtana tax-xmajjar ta’ Bernini. Għall-ħabta tal-10.30pm irtirajna fil-lukanda biex nistrieħu għall-għada.

Il-Ħamis wara l-quddiesa u l-‘buffet breakfast’, tlaqna għal dawra tajba mal-belt ta’ Ruma. Żorna l-Vatikan fejn tlajna fuq il-koppla u anke nżilna fil-kripta. Minn hemm morna ‘San Paolo Fuor Le Mure’, Bażilika Patrijarkali oħra li min ikun Ruma m’għandux jitlef. Minn hemm morna l-Bażilika San Giovanni l-Lateran, il-katidral tal-Isqof ta’ Ruma u

Page 81: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

79

waqfa oħra kienet fil-Bażilika ‘Santa Maria Maggiore’ Bażilika oħra Patrijarkali. Irtirajna biex nistrieħu u erġajna ħriġna fil-5.00pm. Wara kilna u għamilna passiġġata sa Stazione Termini fejn ħadna ġelat tajjeb kif jafu jagħmlu t-Taljani.

L-għada l-Ġimgħa l-aħħar jum f’Ruma, għamilna ‘ċ-check out’ mill-lukanda wara l-quddiesa u l-breakfast. Imbagħad morna fuq il-gżira ‘Tiburina’, wara għamilna waqfa fil-knisja ‘Santa Maria in Trastevere’. Minn hemm waqafna ħdejn ‘Fontana di Trevi’ u komplejna bil-mixi lejn Pjazza di Spagna, fejn ħadna ritratt fuq it-taraġ li jagħti lejn il-knisja ‘Trinità Dei Monti’. Taraġ li fih 137 tarġa. Hemm ukoll kolonna sabiħa bi statwa fuqha tal-Immakulata (1865). Hawn il-Papa ta’ kull sena, imur ipoġġi kuruna f’riġlejn il-Madonna fit-8 ta’ Diċembru.

Minn hemm komplejna t-triq tagħna lejn ‘Pjazza Del Popolo’. Din hi pjazza ta’ kobor immens b’żewġ knejjes fil-bokka tagħha identiċi, waħda ddedikata lil ‘Santa Maria di Montesanto’ u l-oħra lil ‘Santa Maria dei Miracoli’. Fin-nofs hemm Obelisk ta’ Flaminius, li jingħad li huwa wieħed mill-eqdem monumenti fl-Italja.

Imbagħad morna nieklu u bdejna naħsbu sabiex noqorbu lejn l-Ajruport ta’ Fiumicino, mnejn tlaqna fuq titjira tal-AirMalta fid-9.00pm u wasalna Malta fl-10.00pm. B’hekk ġejna fit-tmiem ġita / pellegrinaġġ ieħor organizzat mill-Parroċċa tal-Qala fuq l-inizjattiva tal-WR Arċipriet, Dr. Joseph Zammit. Il-grupp deher kuntent u sodisfatt ħafna b’din id-dawra hekk sabiħa u varjata. M’hemmx dubju li din kienet esperjenza oħra li minnha tgħallimna ħafna, iddevertejna u anke rrilassajna ħafna. Jekk Alla jrid sena oħra nippruvaw nagħmlu esperjenza oħra li tħalli l-ġid, kemm spiritwali, kif ukoll soċjali, kulturali u ta’ mistrieħ.

Page 82: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

80

Għażiż Arċipriet,

L-ewwelnett ippermettili nistaqsik kif inti? Nispera li tinsab tajjeb u nawguralek aktar ħidma fejjieda fost il-komunita’ tiegħek. Ippermettili nibgħatlek erba’ kelmiet dwar ‘Leħen il-Qala’.

Sur Editur,

Filwaqt li ġenwinament nifraħ lid-direzzjoni kollha ta’ ‘Leħen il-Qala’ għax-xogħol li qed twettaq u tikkoordina biex b’mod regolari toħroġ ktejjeb daqstant imlaħħam fil-kwalità tal-kontenut u frisk fil-preżentazzjoni, irrid nissokta ninkoraġġixxi lill-istess direzzjoni biex tkompli għaddejja b’din il-ħidma li persważ li tagħmel differenza.

Minn barra - għax jien Malti u noqgħod Malta iżda nirċievi regolarment ‘Leħen il-Qala’ - nazzarda nfisser din il-pubblikazzjoni bħala proġett kontinwu li qed isir mhux biss b’attenzjoni kbira, imma, fuq kollox, b’imħabba u b’impenn. Dan inħossu ma’ kull paġna li nqalleb, sia jekk nibda’ minn quddiem għal wara u sia jekk nibda’ minn wara għal quddiem.

Ir-raħal tal-Qala għandu jħossu kburi li fi ħdanu għandu ulied li kapaċi jipproduċu materjal ta’ dan il-livell. Kontenut tajjeb u mexxej. Rubriki informattivi fuq livell regolari. Preżentazzjoni uniformi u friska. Ritratti tajbin li jwasslu uċuħ, esperjenzi u ġrajjiet. Żgur li kull pubblikazzjoni f’din is-sensiela ma ssirx b’kumbinazzjoni. Moħbi warajha hemm ħafna ħin ta’ ħsieb, dedikazzjoni u sagrifiċċju.

Nosserva li ‘Leħen il-Qala’ għandha spazju għal kulħadd. Mill-kelma tal-Arċipriet sa avvenimenti mmirati għat-tfal. Minn sehem iż-żgħażagħ u l-adulti sa attenzjoni għall-anzjani fil-komunità. Mumenti ta’ attwalita’ kif ukoll ħarsa lejn l-istorja. Ippermettili nsejjaħ din it-tiżwiqa bħala koktail ikkulurit li żgur li jolqot il-gosti ta’ kulħadd. Għax ħadd ma jħossu eskluż. Anzi, kulħadd japprezza li qed jingħata l-importanza li tixraqlu f’komunità ċkejkna, li iżda qed tikber, fejn il-valuri huma mgħajxa bl-aktar mod ħaj fil-ħajja ta’ kuljum.

Persważ li l-Qalin mhux biss japprezzaw dan kollu, iżda jagħmlu dan ix-xogħol/proġett tagħhom ukoll, fosthom billi jappoġġjaw lil dawk li jirreklamaw fl-istess pubblikazzjoni. Pubblikazzjoni bħal din, apparti l-ħafna ħin li tirrikjedi biex tinħema, tiswa wkoll ħafna flus biex tkun stampata u għalhekk dawk li jirreklamaw fiha għandhom ikunu sostnuti mill-qarrejja.

Nistqarr li kull darba li nżur Għawdex, ma nitlifx okkażjoni li nżur il-Qala fejn toqgħod ukoll iz-zija Salvina. Mara twajba u eżemplari li bosta drabi ddaħħalni fil-Knisja Arċipretali li hi miżmuma xummiema u bl-aktar mod impekkabbli u ta’ dan ħaqqu kull tifħir u apprezzament min qiegħed imidd idu għax-xogħol. Fiha nosserva wkoll kif il-funzjonijiet

isiru b’imħabba u b’attenzjoni għad-dettall. Żgħażagħ akkaniti li jarrikkixxu l-quddiesa bil-kant. Kongregazzjoni li tipparteċipa b’ħerqa kemm fil-Liturġija tal-Kelma kif ukoll fil-Liturġija Ewkaristika.

Fost l-oħrajn ġieli attendejt għall-quddiesa tas-Sibt filgħaxija mmexxija mill-Arċipriet Dun Joe Zammit. Quddiesa animata, mexxejja u li ma ttulx; b’messaġġi sempliċi iżda ċari għalina l-fidili. Omelija ippreparata bi ftit punti ta’ attwalità li jgħoddu għall-ħajja tal-lum u li faċilment wieħed iżomm fih matul il-ġimgħa li tkun ġejja.

Minn qalbi rrid ngħid proset lilkom ilkoll għal dan l-impenn qawwi u konkret. Sens ħaj ta’ komunità u għaqda. Familja waħda li tiġbed ħabel wieħed bi skop komuni. Intom ta’ eżempju san għall-komunitajiet l-oħra mhux biss f’Għawdex, imma anki f’Malta. Jalla l-Mulej iżomm idU fuqkom u jkompli jseddaqkom.

Kelma tal-aħħar tmur lill-Editur ta’ din il-pubblikazzjoni - Euchar Mizzi. Bniedem ħabrieki u dedikat. Lest li jisma’ u jattwa. Jgħarrex dejjem għall-materjal. Proset ħafna tax-xogħol tiegħek u tal-kollaboraturi kollha. Nisġa ta’ nies li qed jirnexxielkom tagħmlu damma prezzjuża ta’ pubblikazzjonijiet li mhumiex biss punt ta’ riferenza llum, iżda ‘l quddiem għad tkun tista’ tingħaqad f’pubblikazzjoni waħda ħolistika mill-aktar impressjonanti.

Joe MikallefNaxxarMalta

Sur Editur,

Fi żmien Santa Marija kont Għawdex għall‑vaganzi u waqt waħda mill‑mawriet tiegħi ġewwa l‑Knisja tagħkom tal‑Qala ġejt mogħti l‑pubblikazzjoni tagħkom Leħen il‑Qala l‑edizzjoni tal‑festa.

Nistqarr li sibt din il‑pubblikazzjoni interessanti ferm b’ artikli tajbin ħafna. Peress li mhux dejjem ikun possibbli għalija li nkun Għawdex f’April, Awwissu u Diċembru meta toħrog din ir‑rivista xtaqt nistaqsi jekk hux possibbli li nirċeviha bil‑posta. Ovvjament nibgħat il‑bolol meħtieġa bil‑quddiem biex ma ndaħħalx lilkom fi spejjeż żejda.

Nistenna risposta mingħandek filwaqt li nirringrazzjak bil‑quddiem.

Dejjem tiegħek, Joseph Schembri Ħal Tarxien.

MILL-IttRI tAGĦKoM

Page 83: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

81

Sas-snin ħamsin konna ngħidulha “l-prietka tat-tifel” imma wara l-Konċilju Ekumeniku II li sar fis-snin sittin bdew jidħlu għaliha l-bniet ukoll, għalhekk hawn qed insejħilha “prietka tat-tfal”. Hemm min isemmi xi data meta bdiet issir din il-prietka l-ewwel darba iżda wkoll jekk tissemma’ data fis-seklu dsatax, din tibqa’ dejjem dubjuża għax jidher li l-prietka tat-tifel kienet ġa ssir fi żmien il-kavallieri imma f’ċirkostanzi differenti ħafna minn dawk li mdorrijin bihom min-nofs is-seklu dsatax ‘il hawn.

Fi żmien l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, nistgħu ngħidu, li f’Malta konna taħt għajnejn tliet awtoritajiet, it-tlieta taħt il-kappa tal-Knisja. Dawn kienu l-Granmastru, l-Isqof u l-inkwiżitur. It-tlieta kellhom il-palazz tagħhom, il-qorti u l-ħabs. Il-Granmastru kien imexxi s-sistemi ċivili, l-Isqof konċernat fit-tmexxija tal-knisja u r-reliġjon u l-Inkwiżitur jispezjona, jikkritika, jixli u jakkuża lill-kavallieri, lill-Isqof u lill-poplu f’dik li hija fidi nisranija, għalhekk dejjem kien ikollu problemi u ġlied mal-Granmastru u mal-Isqof dwar preċedenzi,

L‑ISFoND StoRIKU tAL‑PRIEtKA tAt‑tFAL FIL‑MILIEDminn: Guido Lanfranco

privileġġi, preferenzi, indħil u l-kumplament f’kull qasam tal-ħajja f’Malta u Għawdex u ta’ sikwit kienu jdaħħlu fin-nofs lill-Papa għad-deċiżjonijiet finali.

Il-Granmastru, l-Isqof u l-Inkwiżitur, it-tlieta kellhom il-membri u l-privileġġjati tagħhom. Il-Granmastru kellu taħtu l-kavallieri u l-impjegati tal-Ordni, l-Isqof kellu l-kleru u l-assoċjati tad-djoċesi u l-Inkwiżitur kellu n-nies u l-impjegati tiegħu. Dawn it-tliet mexxejja ma setgħux jidħlu fl-għalqa ta’ xulxin u ma setgħux jarrestaw jew jixlu membri ta’ xulxin.

Ħafna rġiel approfittaw ruħhom mis-sitwazzjoni u daħlu mal-Knisja bħallikieku se jsiru qassisin u kienu jaslu sal-grad ta’ kjeriċi minuri. Dan għamluh biex jevitaw ċerti taxxi, servizz militari u għassa li l-Maltin kien ikollhom jagħmlu taħt l-Ordni imma mhux taħt l-Isqof. Dawn il-kjeriċi sfaw taħt l-Isqof u l-Granmastru ma kienx jista’ jisfurzahom jonoraw l-obbligi ċivili. Mhux biss, saħansitra kienu jiżżewġu u jibqgħu jilbsu l-libsa tal-kjeriċi minuri. Dan mhux biżżejjed. Għadd ġmielu kienu jdaħħlu kjeriċi minuri ukoll lil uliedhom

Prietka tat‑tifel (tpinġija tal‑awtur 1895)

Page 84: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

82

subien għadhom ċkejknin. Tfal jew kbar, miżżewġin jew le, il-kjeriċi kellhom id-dmir li jilbsu kif suppost u jgħinu u jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Knisja.

Fost xogħolhom kien hemm ukoll li kjeriċi tal-iskola ġieli kienu jiktbu u jaqraw xi prietka qasira. Lis-subien kjeriċi kienu jagħżluhom biex jitgħallmu bl-amment xi erba’ kelmiet biex jagħmlu prietka qasira f’xi

okkażjoni speċjali. Kienet drawwa, bħala eżempju, li meta l-Granmastru jew l-Isqof jieħdu pussess tal-Imdina jew jagħmlu żjara f’xi belt jew raħal, kien ikun hemm tifel jaqra l-kliem ta’ merħba.

L-Ordni, l-Isqof u l-Inkwiżitur baqgħu staġnati b’ħafna privileġġi u tilwim bejniethom sal-1798 għax malli ġie Malta Napuljun abolixxa dawk il-ħafna drittijiet u pretenzjonijiet u spiċċaw l-iskjavi u l-kjeriċi li qatt ma kienu jsiru qassisin. Meta telqu l-Franċiżi u l-kavallieri, l-Ingliżi mmanuvraw sakemm ħakmu ’l Malta fis-seklu dsatax, imma kien għad baqa’ traċċa ta’ tfal kjeriċi li jilbsu l-libsa, il-kappa, żarbun u l-kappell klerikali imma dawn kienu jagħmlu dan minħabba li kien ikollhom xi legati ta’ flus mill-antenati antiki tagħhom bil-patt li jilbsu ta’ kjeriċi minuri.

Sadattant, mis-seklu dsatax, bdew jidhru tfal abbatini, jagħmlu l-istess attivitajiet li darba kienu jagħmlu l-kjeriċi, fosthom xi prietka f’okkażjonijiet speċjali, inkluż il-Milied. L-aktar mis-snin sebgħin, ftit ftit bdew jidħlu wkoll il-bniet mal-abbatini. Xi drabi l-prietka tal-Milied issir minn tifel u tifla flimkien biex jagħmlu l-prietka f’għamla ta’ disputa, jiġifieri qishom qed jistaqsu u jwieġbu lil xulxin bħalma kienu jsiru xi

priedki u eżerċizzi tal-kbar.

tifel u tifla jagħmlu l‑prietka tal‑Milied f’għamla ta’ disputa, fil‑knisja tal‑Franġiskani,

Madonna tas‑Sacro Cuor, f’tas‑Sliema (ritratt tal‑1999)

Page 85: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

83

Kull ma kellha kienet biss is-somma fqira ta’ dollaru u sebgħa u tmenin ċenteżmu. Dak kollox, la iżjed u lanqas inqas. Tliet darbiet wara xulxin Della Young qagħdet tgħodd din is-somma żgħira, ċenteżmu fuq ċenteżmu -- dollaru u sebgħa u tmenin ċenteżmu. L-għada kien Jum il-Milied. Ma kienx hemm iktar x’tagħmel ħlief li tintafa’ fuq daqsxejn ta’ sufan u tolfoq, iżżomm rasha bejn idejha.

Wara ftit hija mesħet id-dmugħ sħun li kien ġelben ma’ ħaddejha u ntasbet wara l-ħġieġ ta’ tieqa tħares lejn qattus ta’ lewn griż li kien qed jiġġerra mal-bitħa tal-qrib. Għada l-Milied u fil-but ma kellhiex għajr dollaru u sebgħa u tmenin ċenteżmu biex tixtri rigal lil żewġha Jim. Kienet ilha xhur sħaħ twarrab issa ċenteżmu, imbagħad tnejn, iżda dak kulma kienet laħqet faddlet. X’tagħmel b’għoxrin dollaru fil-ġimgħa! Min jaf kemm qattgħet sigħat taħseb x’tista’ tixtrilu għall-Milied lill-għażiż żewġha – xi ħaġa mhux tas-soltu, xi ħaġa li tkompli tgħaqqadha iktar miegħu!

F’daqqa waħda taret mnejn it-tieqa u sabet ruħha quddiem il-mera. Għajnejha riedu jaqbżu ’l barra, iżda wiċċha f’salt wieħed tilef il-kulur. F’ħin wieħed maxtet xagħarha lura u ħallietu jaqa’ għal tulu kważi jkaxkar mal-art.

Tnejn kienu l-ħwejjeġ fid-dinja li l-koppja Young kienu jgħożżu bi sħiħ; l-arloġġ tad-deheb li Jim kien wiret m’għand nannuh u x-xagħar sabiħ u twil li bih kienet imżejna Della.

Eh, xagħar Della kien sabiħ, ileqq, lewn il-ħamrija, jimbaram għal wara daharha qisu nixxiegħa ta’ ilma ġieri. Kien jilħaq ’l isfel minn irkopptejha; kien qisu libsa oħra li tostor lil ġisimha kollu. F’ħin minnhom, ħosbiena kif kienet, reġgħet maxtet xagħarha lura, malajr! F’daqqa waħda waqfet taħseb waqt li demgħa jew tnejn niżlu jiġru ma’ ħaddejha u baqgħu neżlin fuq it-tapit ta’ taħtha. Kienet iddeċidiet.

F’ħakka t’għajn libset il-ġakketta qadima li kellha u tefgħet kappell kannella f’rasha. B’għajnejha jibru u ħafifa daqs sajjetta niżlet it-taraġ erbgħa, erbgħa u sabet ruħha fit-triq.

Waqfet quddiem armatura ta’ ħanut u għajnejha fis ġrew fuq it-tabella. “Madame Sofronie. Naċċettaw kull kwalità ta’ xagħar!” Telgħet tiġri t-taraġ, u f’kemm trodd salib sabet ruħha tilheġ quddiem il-bank. Hekk kif ġiet f’tagħha, staqsiet: “Trid tixtri x-xagħar tiegħi!”

“Inża l-kappell, ħalli nara ftit!” qaltilha l-Madame........Della neżgħet il-kappell u dlonk xuxitha ħamrana niżlet tixxengel għal wara daharha.

“Ħa nagħtik għoxrin dollaru,” qaltilha fil-ħin Madame, waqt li qabdet f’idha l-waħda xagħar Della, b’ħeffa ta’ waħda mħarrġa sewwa f’dan ix-xogħol.

“Isa, ħudu malajr, ma rridx naf! Ħudu u agħtini l-flus” talbitha Della.

Issa Della kienet ferħana sa ttir tiġġerra minn ħanut għall-ieħor biex tixtri rigal tant mistenni lill-maħbub tagħha Jim. Ma kienx hemm rokna li ma darithiex, imma fl-aħħar kienet sabitu; kien tassew rigal maħluq għal Jim, pinġut għalih biss. Ma kienx hemm ieħor bħalu jekk iddur il-vetrini tal-belt kollha. Kienet katina tleqq, fina tal-fidda, wieħed u għoxrin dollaru kellha tħallas għaliha. Xejn ma jimporta. Issa l-katina kienet għandha. Sebgħa u tmenin ċenteżmu kulma kien għad fadlilha fil-but, iżda issa Jim seta’ jitkabbar b’katina bħal dik.

Meta daħlet id-dar, Della ħadet nifs qawwi. Malajr daħlet fil-kċina u bdiet tħejji xi ħaġa għall-ikel.

Elf ħsieb għadda minn moħħha dak il-ħin. “Kos, min jaf!” qalet bejha u bejn ruħha. “Żgur joqtolni Jim, jarani hekk. Ixebbahni ma’ xi tfajla tal-kor....Imma xi stajt nagħmel jien hux, b’dollaru u sebgħa u tmenin ċenteżmu!”

Fis-sebgħa kollox kien lest. Il-kafè jagħli u t-taġen kien fil-ġenb tal-kuċiniera jtektek. Jim qatt ma kien tard. Fil-ħin tisma’ passi resqin. Kien hu. Kollu kemm hu. Għal mument kien se jħossha ħażin. Kellha drawwa tgħid xi talba f’qalbha ta’ kultant. Illum iktar ħasset bżonn, u għalhekk dritt geżwret żewġ kelmiet: ‘Mulej ħallih jarani sbejħa bħas-soltu!’

Il-bieb infetaħ hekk kif lissnet l-aħħar kelma u Jim tfaċċa fuq il-għatba. Kien irqiq, serju. Tnejn u għoxrin sena kull ma kellu u l-piż tal-familja kien diġà beda jħossu ġmielu. Kemm kellu bżonn kowt ġdid u xi par ingwanti!

Jim ma qalax għajnejh minn fuq Della. Donnu ma riedx jemmen lil għajnejh. Della ma setgħetx taqra l-ħarsa ta’ għajnejh u ħassitha mħawda, ma tafx x’taqbad tgħid!

“Jim, għażiż Jim!” għajtet fl-aħħar. “Tħarisx hekk lejja! Qtajt xagħri u begħtu. Ma stajtx ngħaddi Milied bla ma nixtrilek rigal. Xagħri mhux se jibqa’ hekk. Żgur li jerġa’ jikber u jiġi kif kien, xi tgħid għażiż Jim! Ma kellix triq oħra x’nagħżel. Issa, insa Jim, insa kollox u ejja nixtiequ lil xulxin il-Milied it-Tajjeb. Ejja ara x’rigal sabiħ għandi għalik!”

“Qtajt xagħrek, eh!” tenna miblugħ.

the Gift of the Magi ta’ oscar Henry ‑ Ir‑Rigal tal‑MaġiMaqluba għall‑Malti mill‑Kav Joe M Attard

Page 86: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

84

“Iva, qtajtu u begħtu”, weġbitu fil-pront Della. “Mhux xorta waħda għadek tħobbni, jewwilla? Jien għadni li kont, Della, kollni kemm jien, iżda mingħajr ix-xagħar ta’ qabel.”

“Allura xagħrek mar”, reġa qalilha, donnu ma jridx jemmen lil għajnejh.

“Mela, u toqgħodx tfittxu iktar!” weġbitu Della. “Begħtu, nerġa’ ngħidlek, u spiċċa. Issa ħallik minn dan. Illum lejlet il-Milied. Toqgħodx titħasseb. Li għamilt, għamiltu għalik. Forsi kont taf kemm-il xagħra kelli f’rasi!” kompliet tgħidlu. “Iżda żgur li ħadd ma jista’ jgħid kemm inħobbok. Trid inġiblek tiekol?”

F’daqqa waħda Jim donnu ġie f’tiegħu. Huwa ħareġ pakkett minn taħt abtu u qiegħdu f’nofs il-mejda.

“Ara ma taħsibx li se nħobbok inqas, issa li qtajt xagħrek. Iżda jekk tiftaħ il-pakkett malajr tinduna għaliex inħsadt kif rajtek,” qalilha.

Is-swaba bojod u rotob ta’ Della fetħu bilmod dak il-pakkett miksi bil-karta tal-kulur kollha qniepen u ċriev. Imbagħad għajta ta’ ferħ li f’salt inbidlet f’waħda ta’ biki, ilfieq u twerżieq.

Għaliex fuq il-mejda quddiem Della wieħed seta’ jilmaħ par imxat mill-ifjen li Della kienet ilha tara u tixxennaq għalihom f’waħda mill-vetrini ta’ Broadway. Kienu par imxat mill-isbaħ magħmulin minn dahar il-fekruna bil-ġnub tagħhom miksijin b’burdura tal-fidda – ir-rigal ideali għal Della. Iżda issa xagħarha kien mar.

Hija qabdithom f’idejha jirtogħdu u għafsithom magħha, waqt li ksiethom b’bews sħun. Imbagħad refgħet bilmod għajnejha u waqt li ħarset lejn Jim, qaltlu: “Xagħri ma jdumx ma jerġa’ jikber u jiġi għal li kien,”

Dak il-ħin stess Della newlitlu r-rigal tiegħu. “Ara x’jidhirlek!” qaltlu ferħana. “Issa żgur li tibda tara x’ħin hu mitt darba kuljum! Agħtini l-arloġġ ħalli nara kif toqgħodlok.”

Minflok ma għamel kif qaltlu martu, Jim inxteħet fuq pultruna, qiegħed rasu bejn il-pali ta’ jdejh u tbissem bil-qalb, waqt li qal:” Della ejja nwarrbu dawn ir-rigali tal-Milied fil-ġenb għal mument. Sbieħ wisq biex nużawhom bħalissa. Mela biex tridni ngħidlek, jien ukoll begħt l-arloġġ biex inkun nista’ nixtrilek dak il-par imxat.” Waqgħet ħemda fil-kamra hekk kif Jim temm dan il-kliem. Imbagħad Jim kompla: “ U issa, tridx nieklu, Della ta’ qalbi!”

Bħalma jaf kulħadd, il-Maġi kienu nies għorrief -- nies ta’ għerf mhux komuni -- li ġabu rigali lit-tarbija Divina fil-maxtura. Kienu huma li bdew id-drawwa tar-rigali. Ta’ għorrief li kienu, ir-rigali tagħhom kienu xhieda tal-għerf tagħhom. U hawnhekk jiena rrakkontajt il-ġrajja ta’ żewġ karattri ħelwin jgħixu flimkien li innoċentement u bla ebda ħsieb issagrifikaw għal xulxin l-egħżeż teżori li kellhom f’ħajjithom. Imma kelma tal-aħħar lill-għorrief ta’ żmienna -- ejjew nammettu li fost dawk li jagħtu rigali, żgur li dawn it-tnejn, Della u Jim, kienu l-aktar għarfa. Bla ebda dubju, dawk kollha li jimxu fuq il-passi tagħhom, ma jkunux mexjin fid-dlam. Ikunu l-Maġi ta’ żmienna.

Page 87: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

85

IntroduzzjoniIl-mard li jittieħed mhux minn dejjem kien magħruf, anzi, l-idea tal-mikrobi li jikkawżaw il-mard u l-mod kif il-mard jittieħed minn persuna għal oħra skoprejnihom fis-seklu għoxrin. Fl-1884 Robert Koch (1843 – 1910) kien skopra l-baċillus li jikkawża l-kolera. Koch sab ukoll il-baċillus li jikkawżaw it-tuberkulożi (1882). Studenti tiegħi u tobba oħra rivali tiegħu użaw il-metodu tiegħu biex isibu l-mikrobi li jikkawżaw it-tifojde, is-solgħa kunvulżiva, it-tetnu, il-meninġite, il-lebbra, is-sifilide u oħrajn. Filwaqt li ftit tas-snin qabel, l-invenzjoni tal-mikroskopju minn Robert Hooke (1635 – 1703) flimkien ma’ Antonini van Leeuwenhoek fl-Olanda għenet biex permezz ta’ dan l-istrument xjentisti u tobba oħra setgħu jiskopru affarijiet oħrajn.

Regoli antiki u użanzi tad‑dfinFi żmien il-Kavallieri persuni li kienu jmutu b’mard

kontaġjuż kienu jindifnu f’ċimiterju apposta li kien hemm f’Lazzaretto, wara li kienu jkunu eżaminati mill-Protomedicus.1 Id-dfin fil-knejjes baqa’ sejjer sal-aħħar tas-seklu 18. Id-dfin fiċ-ċimiterji pubbliċi ġie fis-seħħ permezz tal- Ordinanza tad-Dfin fil-10 ta’ Mejju, 1869. L-ewwel dfin barra l-knejjes beda f’Jannar tal-1872 u sas-sena 1922 kienu ġa ndifnu 113,586.2 Din l-Ordinanza illimitat id-dfin taħt iz-zuntier tal-knisja jew fil-knisja għall-isqof tal-post u xi saċerdoti biss, u t-tebut ried ikun mgħotti bil-ħamrija sa 18-il pulzier għoli. Id-dfin fil-knejjes waqaf totalment meta l-Knisja stess infurzat il-Liġi Kanonika fil-1918 biex dfin fil-knejjes ikun permess biss għall-papa, kardinali, membri tal-familji rjali u l-isqof tal-post. Xhieda dwar id-dfin li kien isir fil-knisja tan-Nadur jagħtihulna Michael Grima ‘‘Malli tispiċċa l-funzjoni, il-mejjet kien jiġi midfun, wara li jkun għalaq 24 siegħa, ġol-knisja stess billi ma kienx hemm ċimiterju3 u wara li kien jiġi l-Ispettur tas-Sanita` flimkien mal-pulizija biex ikunu ċerti li kollox sar sewwa”.4 F’każ ta’ mewt li jittieħed il-katavru kien jindifen mill-ewwel fuq iz-zuntier taħt għajnejn l-Ispettur tas-Sanita` u l-pulizija. Fil-1872, kienet qamet il-kwistjoni jekk persuni li kienu mietu minħabba mard li jittieħed setgħux jittieħdu

1 C. Savona Ventura: Contemporary Medicine in Malta (1798-1979) p. 59. PEG Ltd (2005) p.20.

2 Ibid p.20.3 Iċ-ċimiterju tal-parroċċa tan-Nadur f’ta’ Kenuna beda jintuża

fit-3 ta’ Jannar 1935. L-aħħar persuna li ndifnet fuq iz-zuntier tal-knisja kienet Rużarja Camilleri fis-16 ta’ Diċembru 1934. Iċ-ċimiterju nbena fil-parrokkat tal-Arċipriet Anton Cassar. Bonniċi A: In‑Nadur Ġrajjiet Kolleġġjata u Bażilika Imxebilkin fil‑Ħajja Soċjali ta’ Għawdex. Vol II. Il-Wirt Nisrani fiż-Żmijijiet Moderni.Storja 15 1988, p. 389.

4 M. Grima: Tifkiriet ta’ Tfuliti. Luminarja. Marzu 1995. L-Għaxar Sena Ħarġa Nru. 40.

l-knisja għall-funzjoni t a l - f u n e r a l . L - a w t o r i t a j i e t tas-saħħa kienu kontra dan u ma kinux jingħataw permessi biex issir il-funzjoni fix-xhur sħan tas-sajf. Dan kien jgħodd għal persuni li mietu minħabba mard kontaġjuż bħal kolera, il-ħosba, l-iskarlatina u infezzjonijiet oħra.

L-użanza li l-mejtin kienu jindifnu 24 siegħa wara li jkunu dikjarati mejta ġejja mill-fatt li kien hemm każijiet fejn persuni ndifnu ħajjin. Biex jgħaddi dan il-ħin, meta jkun hemm bżonn, it-tebut kien jitħalla fil-kampnar tan-naħa tar-Rużarju u d-deffien kien ikun irid jorqod fil-knisja mal-mejjet.5 Ir-regola ta’ 24 siegħa tgħodd għal persuni li mietu mewta naturali. Din ir-regola għadha tgħodd sal-lum u biex persuna tindifen qabel, irid isir ċertifikat minn tabib u jispeċifika r-raġuni, normalment minħabba s-sħana, speċjalment fis-sajf.

Dawk li mietu soptu kienu jħalluhom 48 siegħa qabel jagħlqu t-tebut, u jidfnuhom. Biss jekk ikun hemm sinjali ċari ta’ tħassir kienu jitħallew jindifnu qabel 24 siegħa. Dawk il-morda li kienu jmutu fl-isptar tar-Rabat, il-katavri tagħhom kienu jitpoġġew esposti f’kamra apposta qabel jindifnu. Dan beda jsir fil-1880. F’Għawdex dan kien isir f’kamra li kienet isservi għal dan il-għan u kienet tissejjaħ “il-kamra tal-mejtin”, jew kif nafuha llum il-kamra mortwarja. Din il-kamra kienet fil-parti tal-isptar il-qadim li kienet tiġi eżatt quddiem is-Seminarju t’Għawdex. Fl-antik it-tebut ried jinżamm mikxuf u sa anke kienu jorbtu spaga ma’ jdejn u saqajn il-mejjet mal-ilsien ta’ qanpiena biex f’każ li jitħarrek il-qanpiena kienet iddoqq u dak kien sinjal li kien għadu ħaj!

Regolamenti ġoddaFl-1908 kienu ħarġu regolamenti ġodda biex iħarsu

lill-bniedem u lill-annimali mill-mard6 u mid-dħul u 5 C. Grech: Xi Metodi għall‑Kura tal‑Mard li kienu jew għadhom

jintużaw fin‑Nadur. Luminarja Ġunju 1997. It-Tlettax-il Sena. Ħarġa Nru. 49.

6 Ċertu mard infettiv jew li jittieħed li kien jinsab fl-annimali beda ftit ftit jaffettwa wkoll lin-nies. Wara żmien dan l-istess mard beda jinfirex fost in-nies ukoll minn bniedem għal bniedem. (L-istess storja qed tirrepeti ruħha llum fil-każ tal-influwenza tat-tjur). Illum nafu li hemm iktar minn sittin marda li taffettwa kemm lill-annimali u kemm lin-nies. Imma l-iktar ħaġa interessanti u ovja hija li l-bniedem qed jittieħed minn mard ta’ annimali li huwa stess immansa u rabba miegħu bħal klieb, qtates, tjur,

Ħjiel ta’ Storja:

Mard li jittieħed f’Għawdex fi żmien il‑Gwerra l‑Kbira.

minn:Dr Mario Saliba MD MSc MMCFD

Page 88: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

86

t-tixrid tal-mard infettiv, kontaġjuż u epidemiku. Dawn kienu l-Ordinanza dwar it-tħaris mill-mard Kap 36. Dawn ir-regolamenti għadhom jgħoddu sal-ġurnata tal-lum permezz ta’ emendi li jsiru minn żmien għal żmien7. Skont din l-ordinanza kull min ikun jaf li fid-dar fejn jgħix ikun hemm xi ħadd li jkollu xi mard infettiv, kontaġjuż jew epidemiku għandu javża lill-uffiċjal mediku tad-distrett. Kull tabib li jkollu xi marid taħt il-kura tiegħu, jew li jkun ġie msejjaħ biex jarah, għandu minnufih, hekk kif jinduna li l-marid għandu marda li għaliha tgħodd din it-Taqsima tal-Ordinanza, jibgħat lis-Suprintendent ċertifikat li jkun fih l-isem, l-indirizz u l-età tal-marid, u l-marda li, fil-fehma ta’ dak it-tabib, għandu, jew li qed jissuspetta li għandu l-marid.

Kull persuna kienet obbligata li tagħti avviż, u jekk tonqos li tagħti dan l-avviż, tkun ħatja ta’ kontravenzjoni. Ta’ min jgħid li ta’ kull notifika minn tabib kien jitħallas dritt ta’ mhux anqas minn disgħa u għoxrin ċenteżmu u mhux iżjed minn tmienja u ħamsin ċenteżmu f’każ ta’ tabib privat, u dritt ta’ mhux anqas minn tnax-il ċenteżmu u mhux iżjed minn tlieta u għoxrin ċenteżmu, f’kaz ta’ tabib li jkun jaħdem mal-gvern.

Il-mardiet li kienu jaqgħu taħt din l-ordinanza kienu dawn: pesta, ġidri8, kolera, difterite, krupp membranuż, tifu, yellow fever (deni isfar),9 lebbra u l-meninġite ċerebro-spinali epidemiku, skarlatina jew deni tal-iskarlatina, tifojde jew deni enteriku, deni tal-malarja, deni rqiq,10 deni ta’ wara l-ħlas, u l-mardiet magħrufin

mogħoż, nagħaġ, qżieqeż u żwiemel. Dan kien proċess naturali li mexa skond ma’ tgħallimna l-bioloġija jew aħjar it-teorija ta’ evulużżjoni ta’ Charles Darwin (1808 – 1882). M. Saliba: L‑Istorja Soċjali tal‑Mediċina. Il-Ħajja F’Għawdex. Lumen Christi Media Centre, Victoria Għawdex. Ħarġa Nru.876 Frar 2006, p.38.

7 Ordinanza Dwar it-Tħaris mill-Mard Kapitolu 36 tal-10 ta’ Awwissu, 1908, kif emendata bl-Ordinanza XVIII tal-1992 u bl-Avviż Legali 407 tal-2007.

8 Il-ġidri jew smallpox kien ikkontrollat peress li t-tilqima kontra din il-marda kienet ilha hawn Malta mill-1800 permezz tat-tobba ingliżi li kien hawn mal-flotta Ingliża. Għalhekk ma tantx kienu rrapurati każi ta’ ġidri. Dawk morda bil-ġidri kien ikollhom feriti fil-ġilda, deni u uġigħ mal-ġisem kollu.

9 Id-deni isfar ukoll kien jagħmel ħerba f’ċerti pajjiżi u fil-gwerra ta’ bejn l-Ispanjoli u l-Amerikani f’Kuba (1898 – 1901).Tabib Kuban, Carlos Finlay kien għamel xi investigazzjonijiet u sab li hemm konnessjoni bejn id-deni isfar u n-nemusa bħal fil-każ tal-malaria. In-nemusa f’dan il-kaz kienet l-Aedes aegypti. Imma l-kawża propja tad-deni isfar huwa virus li jikkawża emoriġiji mill-għajnejn, mill-imsaren u jattakka ukoll il-kliewi, il-qalb u l-fwiedi. Minħabba f’hekk il-ġilda tal-marid kienet tkun safra u minħabba f’hekk li bdew isejħulu deni isfar. Dan id-deni isfar qabel kien iħalli ħafna konseqwenzi tant li pjan Franċiż biex jibnu kanal fil-Panama ma kienx irnexxa minnħabba din il-marda. Wara li sar programm ta’ eradikazzjoni ta’ din in-nemusa u sar it-tindif tal-ilma qiegħed fejn tgħix din in-nemusa, il-Kanal tal‑Panama seta’ jinbena bejn l-1904 u l-1914. M. Saliba: L‑Istorja Soċjali tal‑Mediċina. Il-Ħajja F’Għawdex. Lumen Christi Media Centre, Victoria Għawdex. Ħarġa Nru. 876 Frar 2006, p. 39.

10 Din l-infezzjoni hija assoċjata ma’ pajjiżna u xi kotba tal-mediċina kont issib min isejħilha “id-deni ta’ Malta” jew undulent fever għax id-deni joqgħod tiela’ u nieżel u jkun hemm ukoll għejja,

bl-isem ta’ ħożba, irsipla, ġidri r-riħ, influwenza, trakoma, sogħla konvulżiva, variċella, rabja u tiżi tuberkulari, u mard ieħor li kien jitfaċċa minn żmien għal żmien imma li mhux imniżżel f’din il-lista.

Ta’ min isemmi li fl-1937 fil-Forti Chambray kien infetaħ l-ewwel Leprosarium f’Għawdex fejn kienu ikkurati pazjenti milquta bil-marda tal-lebbra.11 Fil-waqt li pazjenti li kienu morda bit-tuberkulożi kienu jinżammu fl-Isptar ta’ Santa Tereża f’tal-Ibraġ fejn illum hemm l-isptar mentali ħdejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. L-Isptar ta’ Santa Tereża kien infetaħ fl-1933.12 Fis-snin ta’ wara l-Ewwel Gwerra Dinjija l-iktar mard komuni kienu l-ġidri, it-trakoma, il-lebbra u t-tuberkulożi.

Meta kienet issir in-notifika s-Suprintendent Mediku jew id-delegat tiegħu kellu d-dritt li jispezzjona dik id-dar fejn kien irrappurtat li kien hemm xi marid u kellu s-setgħa ukoll li jordna li dak il-marid isirulu xi eżamijiet mediċi u anke li jrid joqgħod għall-kura meħtieġa. F’każ li jkun hemm periklu li l-marda tinfirex, is-Suprintendent kellu s-setgħa li jordna l-iżolament ta’ dik il-persuna f’post indikat apposta mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Is-Suprintendent kellu d-dmir ukoll li jordna t-tnaddif u d-diżinfezzjoni13 ta’ dar biex il-marda ma tkomplix tinfirex.

Din l-ordinanza kienet titkellem ukoll dwar x’kellu jsir meta l-marid suspettat imut. Il-liġi teżiġi li l-katavru jrid jiġi midfun minnufih u mhux iktar tard minn 24 siegħa, u għalhekk irid jittieħed iċ-ċimiterju direttament mingħajr ma jitħalla jsir is-servizz funebri fil-knisja. Dan kien jsir biex ma jinxteridx il-mard. Illum din il-parti tal-liġi ġiet emendata, ħafna mill-mard imsemmi llum hemm kura għalih, u aħna nafu ukoll li meta bniedem imut, il-mard li jkollu jispiċċa miegħu ukoll. Din il-parti tal-liġi kienet l-iktar imwettqa meta kien ikun hawn xi epidemija tal-pesta jew kolera. Barra minn hekk illum ħafna minn dan il-mard spiċċa minħabba t-tilqim kontra dan il-mard, li huwa obbligatorju u li wkoll jaqa’ taħt din il-liġi. Illum m’għadniex naraw każijiet ta’ pesta, polio, difterija, ġidri, u ftit li xejn każijiet ta’ mard kontaġjuż ieħor imsemmi.

uġigħ fil-għadam u l-ġogi, anemija u sogħla. It-tfal kienu ħafna suġġetti għaliha. Il-mikrobu li jikkaġuna din il-marda kien sabu tabib Ingliż, David Bruce u t-tabib Malti Gużeppe Caruana Scicluna li kien l-assistent tiegħu. Bħalma jiġri dejjem il-mertu ħadu l-barrani u għalhekk il-mikrobu semmewh Brucella melitensis. Kien fis-sena 1905, li tabib Malti, Temi Zammit sab dan il-mikrobu fil-mogħoż infettati u għalhekk saru jafu li n-nies kienu jimirdu billi jixorbu l-ħalib tal-mogħoż infettati. Pasteur kien sab li jekk il-ħalib jitgħalla il-mikrobu jmut. Għalhekk il-marda naqset ħafna b’din il-prekawzjoni. Ibid.

11 P. Cassar: Medical History of Malta. Wellcome History Library London, 1964.

12 Ibid.13 Illum nafu li l-mard infettiv huwa ikkawżat minn viruses jew

mikrobi. Ċertu mard infettiv jiġi permezz tal-kontaminazzjoni tal-ilma. Fost dan il-mard, insemmu l-kolera, it-tifojde, is-salmonella, u d-difterija. Illum il-bniedem sab tarf ta’ dan il-mard, imma fil-bidu kien jagħmel ħerba qabel ma’ kien hawn it-tilqim kontra tiegħu.

Page 89: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

87

Epidemiji f’Għawdex u fin‑NadurMinkejja li l-liġi dwar il-ħarsien mill-mard ilha fuq mitt

sena fis-seħħ mhux dejjem ikun hemm il-każijiet kollha ta’ mard li jittieħed li jkunu rappurtati skont il-liġi. Dan minn dejjem kien hekk u sfortunatament hekk għadu jiġri llum, minkejja li l-liġi tgħid ċar u tond li kull min ikun jaf b’xi mard infettiv jew kuntaġjuż għandu dmir li jirrapporta lill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika biex jittieħdu l-miżuri neċessarji biex ma jinfirix. Għalhekk il-figuri jistgħu jkunu xi ftit konservattivi u jirriflettu biss dawk il-każijiet li kienu rrappurtati.

Jekk wieħed jidħol fid-dettall u jara x’tip ta’ mard li jittieħed kien jaħkem f’Għawdex fil-bidu tas-seklu li għadda, b’mod speċjali fin-Nadur, insibu li fis-sena 1916 bejn Awwissu u Diċembru kien hemm epidemija tat-tifojde. Il-pazjent kien ikollu ħafna deni u diarreja. F’dan il-perjodu kienu rrappurtati 145 każ, li 9 minnhom mietu. Fin-Nadur kienu rrappurtati 22 każ, li tlieta minnhom mietu, tifla ta’ 8 snin, tifel ta’ 12-il sena u mara ta’ 30 sena.

Imbagħad fis-sena ta’ wara bejn Jannar u Mejju kien hemm epidemija tal-ħosba. F’dan il-perjodu kienu rrappurtati 750 każ f’Għawdex. L-ewwel li ma’ bdiet fir-raħal tas-Sannat, imxiet għax-Xewkija u x-Xagħra u mbagħad għaddiet għall-Punent ta’ Għawdex, l-Għarb u San Lawrenz, u reġgħet marret ix-Xagħra. B’kollox f’dan il-perjodu kienu rrapurtati 750 każ. Minnhom kien hemm 20 każ fin-Nadur li kienu rrappurtati lejn l-aħħar tax-xahar ta’ Marzu. Bħalma jaf kulħadd din l-infezzjoni taffettwa lit-tfal żgħar u f’din l-epidemija kienu mietu 41. Fin-Nadur kienu mietu żewġ subien ta’ 4 snin minħabba l-ħosba. F’dan il-perjodu li qed insemmu t-tabib tad-distrett tan-Nadur, Qala u Għajnsielem kien ċertu Dr. Guże` Attard.

Bejn Novembru 1913 u Diċembru 1917 kien hemm każ wieħed biss ta’ pesta jew kolera14 f’Għawdex. Dan kien raġel ta’ 35 sena li miet fl-isptar Victoria fit-30 ta’ Marzu 1917. Fin-Nadur, f’dan il-perjodu, mard ieħor li jittieħed kienu rrappurtati biss żewġ każi ta’ tuberkulożi, każ wieħed ta’ deni wara l-ħlas, każ ta’ deni irqiq jew deni Mediterranju, iżda ma kien hemm ħadd li miet minn dawn il-każi.

Fl-ewwel sitt xhur tas-sena ta’ wara, jiġifieri fl-1918, kien hemm epidemija tas-sogħla konvulżiva li taħkem ukoll 14 Il-kolera, qabel magħrufa bħal il-pesta jew il-mewt is-sewda,

kienet ilha magħrufa minn żminijiet bikrija. Kien biss fis-seklu 16 li t-tabib Portugiż Garcia de Orta (1501 – 68) ta’ deskrizzjoni tagħha dettaljata. Il-kolera kienet il-marda ewlenija li fis-seklu 19 qatlet elufi ta’ nies. Pandemiji tal-kolera seħħew fis-snin 1847, 1852, 1854 u 1861 kienu mietu fuq il-miljun ruħ. Pandemiji oħrajn saħħew fl-1863, l-1875 u 1892. Sadanittant il-bniedem tgħallem li n-nuqqas ta’ iġjeni u l-ilma kontaminat ikabbar il-mard. Fl-istess ħin fl-1884 Robert Koch (1843 – 1910) kien skopra l-baċillus li jikkawża l-marda. Għalhekk il-pandemija ta’ bejn is-snin 1899 u 1926 ma tantx ħalliet imwiet. M. Saliba: L‑Istorja Soċjali tal‑Mediċina. Il-Ħajja F’Għawdex Lumen Christi Media Centre, Victoria Għawdex. Ħarġa Nru. 877 Marzu 2006, p. 38.

lit-tfal u t-trabi. B’kollox kienu rrappurtati 784 każ, li 43 minnhom mietu, u fil-maġġoranza tagħhom kienu trabi ta’ taħt is-sena. Din l-epidemija bdiet lejn in-naħa tan-Nadur, Qala u Għajnsielem. It-tabib Attard, fix-xahar ta’ Frar biss, irrapporta 147 każ ta’ sogħla konvulżiva mid-distrett tiegħu. Il-każijiet l-ewwel bdew f’Għajnsielem u mbagħad infirxu għan-Nadur u l-Qala. Fin-Nadur kien hemm 202 każijiet ta’ sogħla konvulżiva li 5 minnhom mietu. Ta’ min igħid li fis-sajf tas-sena 1918 fin-Nadur kienu mietu żewġt aħwa minħabba l-marda tat-tuberkolożi f’perjodu ta’ xahar. Waħda kellha 27 sena u ħuha ta’ 24 sena.

Deni mill‑malarjaHuwa interessanti li f’Mejju tas-sena 1918 kienu

rrappurtati, minn Dr. Alfred Cauchi, 14-il każ ta’ deni kawżat mill-malarja.15 Fost is-sintomi tal-malarja l-marid ikollu uġigħ ta’ ras, għejja, deni qawwi u bard kbir. Dawn il-każijiet ta’ malarja kienu ovjament impurtati minn barra minn Malta għax din il-marda ma’ teżistix hawn Malta. Ħadd minn dawn ma miet minħabba din l-infezzjoni. Dawn il-każijiet kienu kollha f’post wieħed, jiġifieri fil-Belt Victoria. Ta’ min jiftakar li l-perjodu li qed nirriċerkaw kien perjodu ta’ gwerra u għalhekk wieħed jimmaġina li din il-marda tal-malarja kienet impurtata minn xi pajjiż, fejn din il-marda kienet endemika, minn xi suldati li ġew Għawdex minħabba l-gwerra jew minn xi Għawdxin stess li ħadu sehem fil-gwerra u ħadu l-marda. Għalkemm Malta u Għawdex ma ħadux sehem dirett fuq il-fruntiera fl-Ewwel Gwerra Dinjija, xorta taw sehem kbir billi laqgħu bosta suldati feruti li kienu jiġġieldu fil-Gallipoli u s-Salonika. Barra minn hekk madwar elf Malti u Għawdxi ħadu sehem fil-gwerra mal-flotta Brittanika. Fost dawn is-suldati nsibu Naduri, is-Surġent Maġġur Franġisku Mejlaq mill-1914 serva erba’ snin Lixandra.16 Minkejja dan ma kienx irrappurtat li laqqat il-mard li jittieħed. Iżda raġel ieħor minn Nadur ta’ 20 sena l-każ tiegħu kien irrappurtat fil-21 ta’ Diċembru 1918, u 7 każijiet ta’ rġiel oħra, kollha mix-Xewkija, li kienu rrappurtati kollha flimkien fil-11 ta’ April 1919 u li kienu ħadu l-marda meta kienu Salonika. Naduri ieħor li ħa sehem attiv fl-Ewwel Gwerra kien Francois Camilleri li kien ħu Wenzu Camilleri tal-Kokka. Dan kien ingaġġat bħal private fir-Royal Army Service Corps. Kien intlaqat b’balla f’siequ meta kienu fi Franza. Minn hemm ġie meħud fl-isptar militari ta’ Cambridge, l-Ingilterra, fejn instab li kellu tetnu u miet nhar il-Ħamis, 14 ta’ Novembru 1918, jumejn wara l-armistizju, fl-età ta’ 21 sena. 17

15 Il-malarja hija kkaġunata mill-parasita Plasmodium li tgħix fin-nemusa Anofiles. Meta din tniggeż lilll-bniedem il-parassiti jgħaddu ġod-demm għal ġol-fwied tal-bniedem fejn jimmultiplikaw u fi żmien ġimagħtejn jerġgħu jidħlu fid-demm f’numri ferm akbar u jikkawżaw is-sintomi tal-malaria. Il-konnessjoni bejn il-malarja u n-nemus kienet skoperta minn żewġ tobba Ingliżi, wieħed Ronald Ross (1857 – 1932) kien stazzjonat fl-Indja, u l-ieħor Patrick Manson (1844 – 1922) kien iktar anzjan minn Ross u li mill-1866 kien Uffiċjal Mediku Ingliż stazzjonat fiċ-Ċina. Ibid. Ħarġa Nru. 876 Frar 2006, p. 39.

16 J. Said: Nadurin li Għamlu Isem fis‑Servizzi. Luminarja Diċembru 2003. Ħarġa Nru. 75. p. 27.

17 P.P. Camilleri: Id‑Djarju taz‑Ziju Wenzu. Luminarja. Marzu

Page 90: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

88

L‑Influwenza Spanjola Iżda l-iktar avveniment li baqa’ jissemma fl-1918

apparti t-tmiem tal-gwerra kien l-epidemija kbira ta’ tip ta’ influwenza A bil-kodiċi H1N1, jew kif kienet magħrufa bħala l-influwenza Spanjola. Din l-influwenza kienet ikkaġunata minn tip ta’ virus li kien reġa’ tfaċċa fid-dinja meta fl-1997 kien hawn epidemija ta’ tip ta’ influwenza kkaġunata minn virus bil-kodiċi H5N1. Dan il-virus, li kien jikkawża influwenza fost it-tajr, u għalhekk kienet issemmiet bħala l-influwenza tat-tajr, kien jixbah lil dak tal-influwenza Spanjola, li kienet qatlet iktar minn 40 miljun ruħ, li hu numru iktar mid-doppju li mietu fil-Gwerra l-Kbira.

L‑epidemija tal‑Ispanjola f’GħawdexF’Għawdex din l-influwenza nħasset ukoll għalkemm

mhux daqs f’Malta. Damet taħkem għal kważi disa’ xhur għalhekk il-konsegwenzi nħassu sewwa. L-iskejjel, fis-sena 1918, sfaw magħluqin, it-tfal ma ntbagħtux għad-duttrina, u fil-knejjes ma sarux il-funzjonijiet li għalihom kienu jinġabru ħafna nies.18 F’Għawdex kienu rrappurtati li mardu bija 2539 persuna. L-ewwel każijiet kienu rrappurtati fis-17 ta’ Settembru 1918, propju fin-Nadur u fir-Rabat. L-ewwel mewt kawża tal-influwenza kienet ta’ raġel ta’ 36 sena li miet fl-Isptar tar-Rabat fis-17 ta’ Settembru 1918. L-aħħar każijiet li kienu rrappurtati kien fil-11 ta’ Ġunju 1919. Skont iċ-ċensiment tat- 2 ta’ April, 1911 il-popolazzjoni t’Għawdex19 kienet ta’ 22,695, jiġifieri 11.2 fil-mija tal-popolazzjoni kienu mardu bl-influwenza. Minn dawk li kienu rrapurtati li mardu bl-influwenza 81 minnhom mietu kawża tal-istess influwenza. Bħala prekawzzjoni biex titnaqqas l-imxija ta’ din l-epidemija, dawk li kienu jimirdu b’din l-infezzjoni, kienu taw ordni li jibqgħu kwarantina f’darhom sakemm is-sintomi tal-marda jmajnaw. L-ispetturi sanitarji kienu obbligati biex jmorru jiċċekkjaw u jaraw jekk dawn milquta jkunux id-dar. Din il-miżura ddaħħlet bħala parti mir-regolament għat-tħaris mill-mard tal-1908.

L-Isqof Camilleri ukoll kien ta l-ordni biex fil-parroċċi ma jindaqqux qniepen li jagħtu sinjali li xi persuna qed tmut. Dan għamlu biex il-morda ma jimpressjonawx ruħhom. Din il-projbizzjoni bdiet fit-23 ta’Mejju 1918, u damet għal sitt xhur.20 Issa hawn insibu inkonsistenza oħra għax skont ir-reġisrtru tal-mard li jittieħed l-ewwel każijiet ta’ influwenza bdew ikunu rrappurtati f’Settembru 1918. Jista’ jkun li t-tobba mhux mill-ewwel għarfu l-marda imma bejn Mejju u Settembru hemm perjodu twil. Fin-Nadur kien hemm 362 każ irrappurtati li mardu bl-influwenza, jiġifieri kważi 11 fil-mija

2007. Ħarġa Nru. 88. p. 28.18 A. Bonniċi: In‑Nadur Ġrajjiet Kolleġġjata u Bażilika Imxebilkin

fil‑Ħajja Soċjali ta’ Għawdex. Vol II. Il-Wirt Nisrani fiż-Żminijiet Moderni.Storja 15 1988. p.210.

19 National Archives, Gozo Public Library. Censiment 2 ta’ April 1911. 20 A. Bonniċi: In‑Nadur Ġrajjiet Kolleġġjata u Bażilika Imxebilkin

fil‑Ħajja Soċjali ta’ Għawdex. Vol II. Il-Wirt Nisrani fiż-Żminijiet Moderni.Storja 15 1988. p. 210.

tal-popolazzjoni tan-Nadur21 ta’ dak iż-żmien li kienet ta’ 3,393 persuna. Minn dawn 12 mietu u 9 minn dawn kellhom anqas minn 20 sena. F’dan il-perjodu ma kienx għadu tabib tad-distrett Dr. Ġużè Attard imma kien hemm Dr. Anthony Cremona li kien jieħu ħsieb ix-Xagħra ukoll mad-distrett tiegħu. Ta’ min jgħid li dik ix-xaqliba msejħa bħala Ta’ Fuq ta’ Ċini sat-8 ta’ Frar 1927 kienet għadha tagħmel parti mill-parroċċa tan-Nadur.22 Familja prominenti li l-membri tagħha inħakmu minn din l-infezzjoni kienet dik ta’ Ġanni Gatt “Ta’ Qalza”. L-ewwel mewt minn din il-familja kienet tax-xbejba Assunta li skont ir-reġistru tal-mard li jittieħed kellha 12-il sena u mhux 18 kif igħid Joe Borg Attard.23 Dun Ġużepp, hu li kien jassistiha kemm damet marida d-dar, jgħidu li ddakkar mill-virus tal-influwenza u miet fis-6 ta’ April 1919 fl-età ta’ 34 sena.24 Fil-fatt dan jinsab imniżżel fir-reġistru tal-mard li jittieħed u hemm li miet kawża ta’ bronko-pulmonite kumplikazzjoni tal-influwenza. Hawnhekk hemm nuqqas ta’ qbil fl-eta` għax skont ir-reġistru tal-mard li jittieħed Dun Ġużepp kellu 40 sena. Skont Borg Attard iż-żewġ membri tal-familja Gatt indifnu fil-qabar Nru. 1 tat-taqsima tal-imwiet minn mard li jittieħed taċ-Ċimiterju tal-Imgħajjen (Ta’ Santa Marija), fir-Rabat, Għawdex.25 Il-fatt li dal-qabar iġib in-Nru. 1 jindika li din is-sessjoni taċ-ċimiterju żanżnitha l-familja Gatt tan-Nadur. L-Arċipriet Dun Martin ħallielna miktub li hu ukoll, f’April 1919, kien milqut mill-influwenza Spanjola u kien irċieva l-aħħar sagramenti.26

Il‑ħajja soċjaliDan il-perjodu f’Għawdex kienu żminijiet koroh

ta’ gwerra, ta’ faqar ta’ mard u ta’ nuqqas ta’ xogħol. Fin-Nadur bħala mexxej spiritwali kien hawn l-Arċipriet Dun Martin Camilleri (1910 – 1921) li rabat ismu ma’ opri soċjali u pastorali kbar. Minħabba li l-kwalitajiet tajbin li kellu għaraf iħaddimhom u ħallew il-frott.27 Dun Martin kien jieħu interess mhux fil-ġid spiritwali tal-poplu Naduri imma fil-problemi materjali u soċjali tagħhom u kien jipprova jagħmel dak li jista’ biex jgħinhom billi kien jikkopera ħafna mal-awtoritajiet ċivili biex jinħolqu proġetti ta’ fejda għall-poplu batut. Dun Martin kien jagħmel ix-xogħol pastorali anke f’sitwazzjonijiet diffiċli. Patri Bonniċi fl-istorja tan-Nadur isemmi każ partikulari meta Dun Martin fit-30 ta’ Awwissu 1917

21 Fiż-żmien li qed nitkellmu fuq l-abitanti tax-xaqliba ta’ “Fuq ta’ Ċini” kienu jagħlu parti mill-parroċċa tan-Nadur. Dawn baqgħu hekk sas-sena 1927 meta f’April ta’ dik is-sena din ix-xaqliba saret parti integrali mil-limiti parrokkjali tal-Qala.

22 D. Camilleri: Ċentinarji u Anniversarji tal‑Parroċċ tan‑Nadur. Luminarja Diċembru 2002. Ħarġa Nru. 71. p. 35.

23 J.BorgAttard:Frak ta’ L‑Istorja Soċjali ta’ Raħalna.Luminarja.Ġunju2002.ĦarġaNru.69p.41.

24 Ibid p. 41.25 Ibid p. 41.26 J. Muscat: Reġistrazzjoni ta’ Mwiet Mhux tas‑Soltu. Luminarja

Diċembru 2002. ĦarġaNru.71. p.19.27 A. Bonniċi: In‑Nadur Ġrajjiet Kolleġġjata u Bażilika Imxebilkin

fil‑Ħajja Soċjali ta’ Għawdex. Vol II. Il-Wirt Nisrani fiż-Żminijiet Moderni.Storja 15 1988. p. 186 -187.

Page 91: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

89

bilkemm seta’ jagħmel l-aħħar sagramenti lil żagħżugħ minħabba l-intiena kbira li kienet ħierġa minnu.28 Dan iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena kien joqgħod Nru. 53, Triq ta’ Ħida kien ċertifikat li miet mit-tifojde minn ċertu Tabib Cutajar fid-29 ta’ Awwissu 191729. Hawn insibu mill-ġdid daqsxejn ta’ nuqqas fid-data eżatta tal-mewt għax skont Bonniċi dan iż-żagħżugħ fit-30 ta’ Awwissu kien għadu qed imut!

Kif rajna minn din ir-riċerka qasira, f’Għawdex minn dejjem kellna regoli u liġijiet li jħarsu lill-bniedem minn mard infettiv, sa minn żmien il-Kavallieri ta’ Malta. Dawn ir-regolamenti baqgħu dejjem ikunu mġedda maż-żminijiet sa kemm kellna l-Ordinanza tal-1908 li baqgħet tkun emendata sal-ġurnata tal-lum. Iżda mitt sena ilu l-mediċina kienet għadha limitata u ftit kellha x’toffri lill-marid kontra dan il-mard infettiv. Ma kienx hawn it-tilqim30 kollu kontra dan il-mard bħal llum.

28 Ibid p.209 - 210.29 Reġistru tal-Mard li Jittieħed, Vol. I p 30.30 It-tilqim kien beda jiġi ivvintat fl-aħħar snin tas-seklu 18.

L-ewwel tilqima kienet vvinta minn Edward Jenner (1749 – 1823), tabib tal-kampanja kien sab l-ewwel tilqima li kienet kontra kontra l-ġidri (smallpox) Peress li t-testijiet għal din it-tilqima saret fuq il-baqar u għalhekk l-estratt tat-tiqima kien ġej mill-baqra t-tilqima baqgħet tissejjaħ vaccine mill-kelma bil-Latina vacca li tfisser baqra. Warajh Louis Pasteur (1822 – 95) kien ivvinta it-tilqima kontra l-anthrax.. Biss tilqim ieħor kien ivvintat snin wara. M. Saliba: L‑Istorja Soċjali tal‑Mediċina. Il-Ħajja F’Għawdex – Diċembru 2006. Lumen Christi Media

Lanqas kien hawn antibiotiċi31 kontra dawn il-mikrobi. Kien hawn ukoll ħafna ħmieġ jew nuqqas ta’ ndafa, minħabba faqar u injoranza wkoll. Għalhekk il-mard kien jinfirex faċilment minħabba nuqqas ta’ ħasil u iġene u anke minħabba l-ilma kontaminat li kien jintuża għax-xorb.

Biblijografija: 1. Savona Ventura C. Contemporary Medicine in Malta

(1798 – 1979). Peg Ltd. 2005.2. Bonniċi A. In‑Nadur Ġrajjiet Kolleġġjata u Bażilika

Imxebilkin fil‑Ħajja Soċjali ta’ Għawdex. Vol II. Il-Wirt Nisrani fiż-Żminijiet Moderni.Storja 15 1988.

3. Żewġ volumi tar-Reġistri tal-Mard li Jittieħed miżmuma fl-Uffiċju tas-Sanita`, Kumpless Amministrattiv, Victoria Għawdex, bil-permess tal-uffiċjal inkarigat, is-Sur Joseph Borg.

4. National Archives, Public Library, Victoria Għawdex.5. Demographic Review 2010. National Statistics Office,

Malta 2011.6. Saliba M. L‑Istorja Soċjali tal‑Mediċina. Il-Ħajja

F’Għawdex Nru.1 - 9- Jannar – Diċembru 2006. Lumen Christi Media Centre, Victoria Għawdex.

Centre, Victoria Għawdex. Ħarġa Nru. 883 Diċembru 2006, p.41.

31 F’Malta l-penicillina ntużat l-ewwel darba fl-1944, erba’ snin biss wara l-użu tagħha fuq il-kontinent. C. Savona Ventura: Contemporary Medicine in Malta (1798-1979) p. 59. PEG Ltd (2005) p. 465.

Flower Zone

Page 92: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

90

We organise your wedding from start to finish... you have less hassle

and more peace of mind

Joe Gatt - Wedding OrganiserJothain - Plot 19, Triq il-Mag. Salvu Attard - Qala

Tel: 2156 4209 Mob: 9922 8699

Opening Hours:Monday to Saturday 09.00 - 13.00

Friday open all day

146, Old Bakery Street, Valletta - MaltaShop: 2123 2933 • Mob: 9985 6842

GEORGE ZAMMIT & SONSdealer & suppl ier of re l ig ious a rtic les

Cera del l ’Erom - Xema Likwida

Page 93: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

91

Fit‑twelid ta’ Ġesù BambinLe, Le, Ġesù Bambin int ma tlabtnix versi jew poeżiji,Għaliex int ftit li xejn tambih il-għana tiegħi;U int taf sew li jien miegħek midjun,Li ajma qalbi f’din ruħi għammar id-dnub!

Iva fl-aħħar feġġ jum imdawwal kollu dawl u dija, Li fih Bin Ġużeppi u Marija, twieled għalik u għalija.F’għar fil-blat, imgeżwer b’biċċtejn fisqija.F’art krudila, għax wara tlieta u tletin sena ratu jmut fuq għuda ħadranija!

Din hija s-siegħa ferreħija għalina u għal dawk ir-Ragħajja,Li kienu minsuba ħdejn dak il-maqjel, tan-nagħaġ.Stagħġbu bħal ma stagħġbu l-bdiewa tal-viċinanza,Kif Ġesù, Marija u Ġużeppi ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda!

Ekku l-Iben t’Alla jitwieled infissed biss mill-krib tal-barbaġann u l-kant tal-ortolan,Għaliex f’dan id-deżert bla qies ftit hawn faraġ u virtù.U bħalu aħna nissallbu qabel ma ġisimna jerġa’ lura għat-trab.Veru Ġesù, mhux fil-kburija qiegħda l-qdusija, min iħobbok fih xi tħobb!

Għalxejn ir-rejjiet l-oħra kellhom l-arazzi.Ġesù Bambin la kellu arazzi u l-anqas palazzi. Iżda n-natura ħasbet biex dak il-lejl ikun bnazzi;Minkejja li Ommu Marija la kellha linef, la dehbijiet jew fillieri ta’ tazzi.

Joe Cutajar.8 ta’ Diċembru 2012.

Jifirħu fil‑Milied!Jifirħu l-qtajja’ tal-Anġli,Kif semgħu aħbar hekk Smewwija,Li Kristu Bin Alla kien twieled,Għalihom, għalikom u għalija.

Jifirħu r-rgħajja ta’ Betlehem,Kif raw f’nofs ta’ lejl dik id-dija,Li ħarġet mill-Kewkba qawwija,U wriet l-għar, fejn twieldet tarbija.

Jifirħu kemm l-art u s-sema,Għax lilhom ġiet is-salvazzjoni;Li ħabbet il-bniedem ma’ Alla,B’hekk twettqet ir-riparazzjoni.

Jifirħu t-tjur, l-annimali,Għax tagħhom ġie fostna l-Ħallieq,Li bihom mar sebbaħ il-ġonna,Foresti, msaġar u għollieq.

Jifirħu l-għasafar tal-ajru,W’l-ġilji tant sbieħ tal-widien,Għax huma lkoll daqu mill-benna,Ta’ Dak li ġabilna l-ħelsien.

Jifirħu s-siġar u l-fjuri,Li ssibhom madwar il-ħolqienIsebbħu u jgħaxxqu bi ġmielhom,U jfewħu l-ambjent kullimkien.

Jifirħu l-muntanji u xmajjar,Għamara ta’ Alla l-ħallieq,Li bihom id-dinja hi msebbħa,F’dillirju ta’ lwien u tiżwieq.

Jifirħu t-tfal u ż-żgħażagħ,Li tagħhom dil-festa hi meqjusa,B’imħabba timlielhom lil qalbhom,Ferħana b’qalb safja u ġeneruża.

Jifirħu l-anzjani u l-morda,Għax dan jum, mimli paċi u ferħ,Jinsew, kemm l-uġigħ u t-tbatija,Tal-Bambin Ġesù jħossu s-serħ.

U fuq kollox Jifirħu l-adulti,Li jaraw lil uliedhom ferħana,Eċitati quddiem il-presepju,Bir-rigali f’idejhom daħkana.

Euchar Mizzi.Milied 2012.

Rokna Letterarja

Page 94: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

92

Għaqli, ħaddiemi, raġel tal-familja,bniedem tax-xogħ’l u mogħni b’kull bżulija,saħħtu jagħtiha sabiex b’għaraq ġbinu jgħajjex ‘l uliedu.

Dan huwa l-ħaddiem Għawdxi, minn qaddisuqalbu ma jaqta’ qatt u jara x’jagħmelbiex b’ħidmet driegħu lejn id-dar igeddes il-ġid u l-muna.

Fuq l-art u fuq il-baħar, f’Għawdex, f’Malta...arah sejjer għax-xogħ’l ta’ kull fil-għodu,magħruf għal ħiltu, dejjem fommu sieket u jibża’ għal ġieħu.

Matul is-snin mijiet t’Għawdxin ħawtielaqasmu flimkien il-fliegi bejn il-gżejjersabiex imorru jaħdmu ġewwa Malta, il-gżira l-kbira.

U raw ma’ wiċċhom tbatijiet u għeja,il-mewġ u l-ħalel lesti jibilgħuhom,il-ksieħ u s-sħana, trabijiet u ċfales, ta’ żmien l-imgħoddi.

U qalbhom ma qatgħux niesna l-qalbienau marru mingħajr hedu ħalli jaħdmu, b’biża’ ta’ xejn, b’dirgħajn godlija dejjem, għall-ġid ta’ arthom.

Iżda l-baħar qalil mhux dejjem ħelesl-imsejkna niesna meta dawn, xewqana, lejn darhom wara jiem ta’ ħidma riedu li kieku jmorru.

Darba, fix-xah’r t’Ottubru, luzzu ċkejkengħadda madwar Kemmuna u meta wasalħdejn Ħondoq ir-Rummien, inbela’ b’kollox mill-baħar qawwi.

X’waqt ikrah dak! Agħjat, twerżiq u biki...u l-mewġ iswed u kiefer bela’ f’daqqalil dawk l-imsejkna - irġiel, żgħażagħ u mara.... għajr ftit għawwiema.

U ‘l għada Għawdex beka lil uliedu,libes il-libsa s-sewda, għelm in-niket,id-dmugħ tal-qraba ħasel l-art għażiża tal-gżira ċkejkna.

Fost ix-xehir u l-biki, il-leħen kiebitad-daqq tal-qniepen dewa ma’ kull rokna,u fl-Ogħla Maqdes ingħatat bil-qima l-aħħar tislima.

Għaqli, ħaddiemi l-Għawdxi, bil-bżulijau b’għaraq ġbinu u bit-tbatija jaqla’il-ħobżna ta’ kull jum, wisq drabi mxarrba b’imrar in-niket.

U Ħondoq ir-Rummien kull sena jtennidil-ġrajja l-aktar nobbli fit-tifsirata’ kemm matul iż-żmien iġarrab l-Għawdxi biex jaqla’ ħobżu.

IL‑ĦADDIEM GĦAWDXIB’tIFKIRA tAL‑GĦARQA tAL‑LUZZU

ĦDEJN ĦoNDoQ IR‑RUMMIEN30 tA’ ottUBRU, 1948

28/10/1997 ANtoN F. AttARD

Page 95: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

93

Għalik, għażiż Bryan, dawn l-erba’ kelmietqabel ma tidħol f’ta’ Alla s-smewwiet,ħalli jweżnuk u b’eroj jistqarrukta’ dik l-imħabba li biha nafuk. Għalik, għax sejjer u fostna ma tkunxbiex naqsmu n-niket u l-ferħ li ma jtulx,kif konna nagħmlu lkoll miegħek flimkiengħalkemm qasira r-rabta fiż-żmien. Għalik, għax xieraq li nilmħuk f’dal-ħinmeta kif tara hawn qlubna mgħaffġin,għax int għalina ħabib mill-aħjarkont, għadek u tibqa’ f’sengħet-in nar. Għalik, f’dit-talba ħerqana mill-qlubli titla’ ’l fuq u fis-sema ddub,bħal daħna tfuħ li tfakkarna fl-inċensu tniżżel fina s-sabar u l-wens. Għalik, li żgur bit-tbissima sabiħħa tgawdi ‘l Alla li tant emmint fiH,hekk kif San Pietru w San Pawl iħaddnuku ġieħ lil ġieħek iżidu w jagħtuk.

Dun Joe Zammit – Arċipriet tal‑Qala.

Għalik!Tislima lil Bryan Portelli,

f’jum il-Funeral tiegħu 13-11-12

“Alla Mħabba l‑Fidi tagħna”

Versi tal‑Arċipriet tal‑Qala, Dun Joe Zammit

Għall‑Innu tas‑Sena tal‑Fidi kompost minn Mro. Antoine Mercieca

Bħall-ħabba tal-qamħ li ħalliet fis is-semaU nżergħet bi ħġarha f’kull post, kullimkien,Hekk tnissel bil-ħeġġa d-dawl f’qalb kull bniedemTal-fidi fl-imħabba, ta’ Alla fiż-żmien.

Għax il-Verb sar laħam u terraq triqatna Biex lilna jgħallimna nħobbu ‘l xulxin, Kif wieħed hu Alla magħqud f’tliet Persuni Ġo ġenna mdawwar mir-rwieħ qaddisin.

U d-dinja ntrefgħet u saret ferm ġdidaHekk kif fiha daħlet il-fidwa tal-ħin,Il-bniedem mhux biss ħlejqa sbejħa tal-għaġebIżd’iben u fl-Iben lkoll imdaħħlin.

Din hi s-saltna t’Alla, il-Knisja magħquda Li tiddi b’sinjal qawwi għaż-żminijiet, Din hi l-ġemgħa ħajja mifxula f’ferħ hieni Li tgħanni bla taqta’ ta’ Alla l-barkiet.

Il‑Presepju tiegħiDejjem niftakarSa minn tfulitiLi f’dari u f’kamartiDejjem żammejtek.

Dejjem ħabbejtek Dejjem armajtek Dejjem żejjintek Matul is-snin.

Dan qed niftakarlssa li kbirtU ngħożż ġo qalbiDat-tifkiriet.

Pasturi tat-tafal Pasturi sbieħ Hekk nibqa’ ngħamel Sa kemm nixjieħ.

Jimlieli qalbiJiġġeded moħħiMeta niftakarF’dawn id-drawwiet

Imma żgur qatt ma ninsa Dawn id-drawwiet Li jaf iġibilna L-ferħ tal-Milied.

Patri Ġużi Mifsud oSA 1 ta’ Diċembru 2012.

Page 96: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

94

It‑twelid ta’ Ġesú Bambin

Id-dinja kienet siekta u ħosbiena,

Xi ħaġa stramba żgur kienet sa tiġri.

Ir-Ragħajja dehru imnikkta u mifxula,

Gezzu l-imrieħel tagħhom, x’kien sa jiġri!

Beda jinstema’ kant ħelu, sabiħ

Ta’ paċi, sliem lil dawk ta’ rieda tajba.

Stagħġbu r-ragħajja, tbikkmu u nfixlu.

Marija ferħet b’tal-għar is-sejba.

Ġużeppi għassa mal-bieb ta’ dak l-għar.

Bl-uġigħ Marija mifnija, batuta

Mingħajr l-għajnuna ta’ xi qraba qrib.

Bir-ras baxxuta u b’kull ħsieb milquta.

B’ħaġa tal-għaġeb twieled il-Messija,

Ġrat l-akbar ġrajja li qatt żgur minsija.

Joseph Portelli16/09/2012.

talba lil Ġesù Bambin

Issa li dhert fostna, urina t-triq.

Feġġ fuqna dak id-dawl tiegħek divin,

Kompli dlonk għinna tul ħajjitna Mulej.

Nafu li ġejt fostna, twajjeb, ħanin.

Id-dinja kienet dlam, Int xgħelt id-dawl

Hienja t-triq tiegħek, dawlija Mulej.

Mimlija ħniena, tjubija dejjiema.

Kbira setagħtek fl-imgħoddi, f’li ġej.

Mad-dehra tiegħek għallimtna fil-faqar.

Fuq il-ftit tiben, impoġġi f’maxtura,

Imwennes bil-bhejjem u bin-nifs tagħhom.

B’kull ħsieb Marija mifnija, magħdura.

Kompli għallimna, imlina bis-sabar,

Il-libsa tal-Ġenna hi libsa tal-faqar.

Joseph Portelli.01/09/1012

21 55 79 93

Page 97: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

95

Kronaka tal‑Parroċċa

miġbura minn

Josephine Xuereb

25 ta’ Lulju – Ftuħ tal‑Festa ta’ San Ġużepp:Jum il‑ĠenerożitàTajna bidu għall-Festi ad unur il-Kbir Glorjuż Patrijarka San Ġużepp b’Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Mons. Lawrenz Sciberras. Mistiedna partikulari kienu l-Qalin residenti barra l-parroċċa. Il-kant ġie animat mill-Banda Ite ad Joseph tal-Qala taħt id-direzzjoni tas-Surmast Antoine Mercieca flimkien mal-Kor Parrokkjali ’San Ġużepp’. Wara sar ħruġ mill-isbaħ tal-istatwa ta’ San Ġużepp min-niċċa. Il-Banda tagħna Ite ad Joseph laqgħet lil San Ġużepp fuq iz-zuntier bl-innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’, mużika ta’ Mro. Vincenzo Ciappara u versi tal-poeta Għawdxi Ġorġ Pisani.

26 ta’ Lulju: L‑Ewwel Jum tan‑Novena:Jum it‑tfal u l‑istudentiIl-quddiesa kienet immexxija mill-W.R. Dun Krystof Buttigieg, bis-sehem tat-tfal u tal-istudenti. Matul il-quddiesa saret il-vestizzjoni ta’ żewġ abbatini ġodda. Anima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘Magnificat’. Wara ttellgħet serata ta’ logħob u divertiment għat-tfal u għall-istudenti kollha tal-parroċċa.

27 ta’ Lulju: It‑tieni Jum tan‑Novena:Jum il‑KatekistiIl-Quddiesa tan-Novena tmexxiet mill-W.R. Dun Krystof Buttigieg, bis-sehem tal-katekisti tal-parroċċa. Anima l-kant il-Grupp tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ.

28 ta’ Lulju: It‑tielet Jum tan‑Novena:Jum il‑VokazzjonijietIt-talba tar-Rużarju b’intenzjoni għall-vokazzjonijiet tmexxiet mill-Grupp tal-Vokazzjonijiet u l-Grupp tal-Abbatini tal-parroċċa. Wara, il-W.R. Dun Krystof Buttigieg mexxa l-quddiesa. Animaw il-liturġija, is-sorijiet Franġiskani u Dumnikani. Mistiedna partikulari kienu r-Reliġjużi u l-Lajċi kkonsagrati Għawdxin.

29 ta’ Lulju: Ir‑Raba’ Jum tan‑Novena:Jum l‑Adolexxenti u ż‑Żgħażagħ u Tifkira tad‑90 anniversarju mill‑wasla tal‑qniepen.Il-W.R. Arċipriet Kan. Dun Joe Zammit mexxa Konċelebrazzjoni Solenni li fiha tfakkar id-90 anniversarju mill-wasla tal-qniepen ġewwa l-Qala. Anima l-kant, il-Grupp tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ.

Page 98: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

96

30 ta’ Lulju: Il‑Ħames Jum tan‑Novena :Jum il‑FamiljaIl-W.R. Kan. Dun Vincenz Cachia, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid mexxa l-quddiesa fejn matulha sar talb partikulari għall-koppji miżżewġin li qed jiċċelebraw l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom kif ukoll sar it-tiġdid tal-wegħdiet taż-żwieġ. Anima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara sar BBQ Kbir fil-pjazza organizzat mill-Parroċċa bis-sehem ta’ band Maltija The Gurus.

31 ta’ Lulju: Is‑Sitt Jum tan‑Novena :Jum l‑Għaqdiet SoċjaliIl-Quddiesa tmexxiet mill-W.R. Kan. Dun Vincenz Cachia bis-sehem tal-Għaqdiet Soċjali tal-Parroċċa filwaqt li anima l-kant il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara ttella’ kunċert mużikali mill-Banda Ite ad Joseph taħt id-direzzjoni tas-Surmast Antoine Mercieca fil-pjazza ewlenija.

1 ta’ Awwissu: L‑Ewwel Jum tat‑tridu :Jum ir‑Residenti BarraninInġbarna lkoll flimkien għall-Kant tal-Għasar u wara ħadna sehem fil-Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-W.R. Mons. Lawrenz Xerri, bl-omelija tal-Ewwel Jum tat-Tridu mill-W.R. Mons. Pawlu Vella, Uffiċjal Għoli fit-Tribunal tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

F’din il-lejla ġiet organizzata l-Għoxrin Edizzjoni tal-Gozo International Celebration fil-pjazza ewlenija.

2 ta’ Awwissu: It‑tieni Jum tat‑tridu :Jum l‑EmigrantiIl-Konċelebrazzjoni Solenni tmexxiet mill-W.R. Dun

Charles Buttigieg, bl-omelija mill-W.R. Mons. Pawlu Vella, bis-sehem tal-emigranti Qalin. Wara, l-emigranti Qalin kienu mistiedna għal riċeviment għalihom fiċ-Ċentru Parrokkjali.Aktar tard filgħaxija, marċ brijuż mill-Banda Ite ad Joseph tal-Qala li ntemm bit-tlugħ tal-istatwa ta’ San Ġużepp fuq il-pedestall fi Pjazza Isqof Mikiel Franġisk Buttigieg u b’feature mill-Għaqda Briju San Ġużepp.

3 ta’ Awwissu: It‑tielet Jum tat‑tridu :Jum l‑EwkaristijaMatul din il-Konċelebrazzjoni Solenni li tmexxiet mill-W.R. Arċipriet Emeritu Mons. Anton Sultana, bl-omelija tat-Tielet Jum tat-Tridu mill-W.R. Mons. Pawlu Vella, ħadu sehem il-Ministri Straordinarji tal-Ewkaristija u dawk li jieħdu sehem fl-Adorazzjoni ta’ kuljum matul is-sena.

Page 99: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

97

Id-dimostrazzjoni popolari bl-istatwa ta’ San Ġużepp, xogħol l-istatwarju Għawdxi Michael Camilleri Cauchi, kienet akkompanjata mill-Baned Ite ad Joseph tal-Qala u Santa Margerita V.M. ta’ Sannat. Waqt it-tlugħ brijuż tal-istatwa fuq il-pedestall fil-pjazza ndaqq l-Innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’, mużika ta’ Mro. Vincenzo Ċiappara u versi tal-poeta Għawdxi Ġorġ Pisani. Wara kulħadd seta’ jitpaxxa bil-logħob tan-nar tal-art fil-pjazza.

4 ta’ Awwissu: tmiem in‑Novena Mqaddsa u Lejlet is‑Solennita’ ta’ San Ġużepp :Jum il‑BenefatturiIl-Konċelebrazzjoni Solenni, bil-kant tat-‘Te Deum’ f’għeluq in-Novena tmexxiet mill-W.R. Mons. Lawrenz Xerri, bis-sehem tal-morda, tal-anzjani u tal-persuni bi bżonnijiet speċjali. Fl-aħħar ingħatat tifkira tal-festa.

Filgħaxija, it-Translazzjoni Solenni tar-Relikwija ta’ San Ġużepp tmexxiet mill-W.R. Arċipriet Kan. Dun Joe Zammit, mill-Kappella tas-Sorijiet Franġiskani għall-Knisja Arċipretali li fiha ħadet sehem il-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-Qala. Il-Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Lejlet is-Solennita’ ta’ San Ġużepp tmexxiet mill-W.R. Vigarju Ġenerali Mons. Giovanni B. Gauci.

Wara, beda marċ li telaq minn ħdejn il-Kunvent tas-Sorijiet u wara ttella’ Programm Mużikali fil-Pjazza mill-Banda Ċittadina La Stella tal-Belt Vittorja. Segwa marċ trijonfali u popolari mill-Baned Victory tax-Xagħra u San Ġużepp t’Għajnsielem mat-toroq tar-raħal. F’nofsillejl kien hawn wirja spettakolari u unika fil-gżejjer Maltin tan-nar tal-art fil-pjazza.

5 ta’ AwwissuJum is‑Solennità ta’ San Ġużepp ‑ ‘L‑Għid tal‑Manjus’ :Il-Konċelebrazzjoni Pontifikali Solenni tmexxiet mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex flimkien ma’ rappreżentanza tal-Kapitlu Katidrali u mas-Saċerdoti. Wara l-paniġierku, Mons. Isqof amministra s-Sagrament tal-Konfirmazzjoni.

Il-marċ popolari u brijuż ta’ din is-sena kien f’idejn il-Banda San Ġużepp tal-Kalkara, bis-sehem tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ Qalin.

Il-kant tat-Tieni Għasar tas-Solennità kien ippresedut mill-W.R. Mons. Lawrenz Xerri.

Il-purċissjoni bl-istatwa devota ta’ San Ġużepp tmexxiet minn Fr Christopher Farrugia OFM, flimkien mal-Kleru tal-Parroċċa u l-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-Qala. Il-Banda Ite ad Joseph tal-Qala, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Antoine Mercieca sellmet lil San Ġużepp bl-Innu Popolari ’Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’ u bl-Innu l-Kbir ‘A San Giuseppe’ ta’ Mro. Indri Borg bis-sehem tal-Kor Parrokkjali San Ġużepp. Wara, l-istess Banda akkompanjat il-Purċissjoni Solenni bid-daqq ta’ innijiet reliġjużi filwaqt li l-Banda Mnarja tan-Nadur tellgħet Programm Mużikali fil-Pjazza u l-Banda Santa Margerita V.M. ta’ Sannat daqqet diversi innijiet fil-Pjazza. Id-Dħul Solenni tal-istatwa Titulari ta’ San Ġużepp kien akkumpanjat minn spettaklu kbir ta’ logħob tan-nar u mill-kant tal-Innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’. Lura fil-Knisja ndaqqet l-Antifona u ngħatat il-Barka Sagramentali mill-W.R. Arċipriet, il- Kan. Dr. Joe Zammit.

Il-Banda Santa Margerita V.M. ta’ Sannat esegwiet programm mużikali ta’ marċi popolari fil-pjazza ewlenija.

Page 100: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

98

A W

hole

New

Loo

k

Sharmain’s

Styling

Salon

1, Triq Ta KassjaQala Gozo.

Tel: 2156 6236Mob: 7926 7490

Page 101: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

99

8 ta’ Awwissu: Jum ta’ Radd il‑Ħajr:Għeluq il‑41 Anniversarju mill‑Inkurunazzjoni tal‑Kwadru Titulari ta’ San ĠużeppIl-konċelebrazzjoni Solenni ta’ Radd il-Ħajr bil-kant tat-Te Duem, tmexxiet mis-Saċerdot Novell Dun Daniel Grech li bħala Seminarista kien għamel esperjenza pastorali fil-Parroċċa tal-Qala. Anima l-kant il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara sar id-dħul tal-istatwa ta’ San Ġużepp fin-niċċa.

25 ta’ Awwissu:Tajna bidu għas-Sibtijiet tal-Kunċizzjoni bi preparazzjoni għall-Festa Titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni fis-Santwarju Nazzjonali. Il-motto għal din is-sena hu ’Marija Mmakulata, l-Omm tal-Fidi’ fl-okkażjoni tas-Senta tal-Fidi u tal-50 sena mill-bidu tal-Konċilju Vatikan II.

17 – 21 ta’ Settembru:Matul din il-ġimgħa, is-Soċjeta’ tal-Mużew organizzat il-Ġimgħa Mużewmina fil-Mużew tas-Subien. Matulha ngħata tant tagħlim sabiħ u siewi li għinna żgur biex ikollna l-ferħ imwiegħed lilna minn Ġesù. Din il-ġimgħa ntemmet bi play b’messaġġ bl-isem ’Dawl f’tarf il-mina’.

30 ta’ Settembru:Festa tal‑Madonna tas‑SaħħaIl-Konċelebrazzjoni Solenni ta’ din il-festa tant għażiża għalina lkoll, tmexxiet minn Fr Martin Cilia. Wara, sar pellegrinaġġ devot bil-Kwadru mirakoluż tagħha mat-toroq tal-Qala.

7 ta’ ottubru:Festa tal‑Madonna tar‑RużarjuKonċelebrazzjoni Solenni bis-sehem tal-Fratellanza. Anima l-kant il-kor parrokkjali San Ġużepp. Wara ħadna sehem fil-purċissjoni bl-istatwa artistika u devota tal-Madonna tar-Rużarju.

11 ta’ ottubru:Fil-quddiesa ta’ filgħaxija sar il-ftuħ uffiċjali tas-Sena Kateketika fejn ġeddidna l-wegħdiet tal-Magħmudija u ngħata l-mandat lill-katekisti.

21 – 28 ta’ ottubru:Ġimgħa EwkaristikaIl-motto għal matul din il-ġimgħa, bi preparazzjoni għall-Kwaranturi Mqaddsa, kien: “Nixtiequ naraw lil Ġesu” (Ġwanni 12, 20 – 21). Il-motto u t-temi magħżula għal din il-ġimgħa kienu ispirati mill-Ittra Ċirkulari tal-E.T. Mons. Mario Grech fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi. Ftaħna din il-ġimgħa b’quddiesa mmexxija mill-Missjunarju Mons. Ġorġ Grima fejn it‑tfal flimkien mal‑katekisti tagħhom kienu mħeġġa jġibu l‑offerta tagħhom biex tingħata lit‑tfal fil‑missjoni.

Kuljum, matul in-nofstanhar ta’ filgħodu kien hemm adorazzjoni fil-Kappella tal-Qalb ta’ Ġesù. Il-quddiesa ta’ filgħaxija kienet immexxija minn predikaturi

differenti li wasslulna ħsibijiet dwar l-Ewkaristija. I l - p r i e t k i t a l - Kw a r a n t u r i kienu f’idejn Mons. Lawrenz Sciberras. F’nhar il-festa lil Ġesù Ewkaristija, Mons. Carmelo Mercieca, l - A r ċ i p r i e t tax-Xewkija, mexxa Konċelebrazzjoni Solenni bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Peress li kien i l - m a l t e m p i l - p u r ċ i s s j o n i Ewkaristika Solenni barra mill-knisja ma saritx. Bħala għeluq tkanta t-Te Deum u ngħatat il-Barka Sagramentali.

4 ta’ Novembru:Kmieni wara nofsinhar, sar pellegrinaġġ mill-pjazza għaċ-Ċimiterju parrokkjali. Wara, tbierek ir-restawr tal-kappella taċ-ċimiterju kif ukoll tbierku l-oqbra u l-għeżież tagħna mejtin.

Page 102: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

100

Esperjenza Kbira ta’ Karità ma’ n‑nies tal‑Ghana

Ħarġa Abbatini

Page 103: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

101

Restawr u Konservazzjoni

Page 104: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

102

Mill-Uffiċċju Parrokkjali

Mill‑11 ta’ Novembru 2011 sal‑1 ta’ Novembru 2012 miġbura minn Melita Camilleri

tGĦAMMDU FIL-FIDI NISRANIJA20-11-2011 Anna Grima20-11-2011 Sam Borg11-12-2011 Tyron Portelli Borg08-04-2012 Julia Mizzi08-04-2012 Lyla Cefai14-04-2012 Nathan Borg Attard15-03-2012 Nathan Vella29-04-2012 Kayden Camilleri10-06-2012 Beppe Azzopardi17-06-2012 Ġużeppi Grech01-07-2012 Martina Mizzi28-07-2012 Jayden Jo Sancto02-09-2012 Luca Jones19-09-2012 Sofia Gabriella Bertvello28-09-2012 Elly Attard30-09-2012 Alexis Mejlaq14-10-2012 Wayne Tabone31-10-2012 Amber Julie Said18-10-2012 Matthew Mizzi

INGĦAQDU FIS-SAGRAMENt tAŻ-ŻWIEĠ FIL-PARRoĊĊA

Ruth Portelli ma’ Joellson BezzinaDaniela Spiteri ma’ Branden Gauci

Stephanie Mercieca ma’ Kevin AbelaJosanne Grech ma’ George Charles Haber

Michelle Mizzi ma’ Joseph BuhagiarJoseph Theuma ma’ Donna Kelly Bonnici

Miriam Mifsud ma’ John FormosaJoseph Abela ma’ Alison Xuereb

Joseph Michael Cefai ma’ Anne Marie CamilleriValerie Mejlak ma’ Jason Martin Moses Cassar

Maria Sultana ma’ Daniel Cias LindequeKrystle Blaire Theuma ma’ Matthew Charles Bugeja

Laura Grima ma’ Jesmond Mercieca

INGĦAQDU FIS-SAGRAMENttAŻ-ŻWIEĠ BARRA L-PARRoĊĊA

Pierre Aquilina ma’ Maria CaruanaPaul Buttigieg ma’ Rose Marie Pace

Norbert Grima ma’ Romina XerriFortian Mercieca ma’ Anabel Tabone

Marcel Vella ma’ Amane VassalloAnthony Mizzi ma’ Tanja Grech

Josephine Mifsud ma’ Matthew Sammut

MIEtU BIS-SINJAL tAL-FIDI U MIDFUNIN FIĊ-ĊIMItERJU tAL-QALA

05/12/2009 Margherita Magro 80 sena12-11-2011 Mary Buttigieg (Nadur) 58 sena27-12-2011 Margherita Mizzi 86 sena12-01-2012 Margaret Buttigieg 88 sena26-01-2012 Angelo Mizzi 68 sena28-01-2012 Rose Buttigieg 69 sena06-02-2012 John Cefai (Victoria) 85 sena23-02-2012 Karmela Borg 86 sena20-02-2012 Grezzia Said 89 sena05-03-2012 Antonio Borg 81 sena24-03-2012 Ġużeppa Camilleri 92 sena07-05-2012 Stephen Valent Cutajar (Malta) 45 sena09-06-2012 Salvinu Curmi 83 sena09-06-2012 Ċetta Galea 91 sena22-06-2012 Ġużeppa Debono 88 sena10-07-2012 Grezzju Galea 83 sena23-07-2012 Raymond Muscat (Għ’Sielem) 57 sena31-07-2012 Pawlina Muscat (Nadur) 83 sena04-08-2012 Micheal Angelo Debono 85 sena14-08-2012 Peter Paul Attard (Nadur) 89 sena18-08-2012 Frances Camilleri (Nadur) 68 sena12-09-2012 Ġużepp Buttigieg 83 sena14-09-2012 Mary Grech (Victoria) 48 sena18-10-2012 Ġużeppa Portelli 80 sena

Page 105: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

103

Ir‑Ritratt ta’ din il‑Ħarġa: (Nru. 6)

Wasla tal‑Qniepen tal‑Knisja l‑Ġdida tal‑Qala fil‑Port tal‑Imġarr

Aktar minn 90 sena ilu, jiġifieri fit-22 ta’ Ġunju 1922, waslu fil-port tal-Imġarr f’Għawdex sett ta’ ħames qniepen maħduma mill-fabbrika ‘Barigozzi Funderia’ ta’ Milan fl-Italja. Dawn il-qniepen kienu saru fuq inizjattiva tal-Kappillan Dun Ġużepp Cassar u li t-tonatura tagħhom kienet ġiet magħżula minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia magħruf bħala tal-‘Vers’ mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri tar-Rabat Għawdex.

Dawn il-qniepen ittellgħu l-Qala l-għada tal-wasla tagħhom fl-Imġarr, jiġifieri fit-23 ta’ Ġunju tal-istess sena. Dawn kienu tniżżlu minn fuq id-dgħajsa tal-latini u tgħabbew fuq żewġ karrijiet imdaqqsa, li kienu miġbuda lejn il-Qala minn bhejjem mgħejjuna wkoll mill-istess irġiel tal-Qala li l-ħeġġa u l-entużjażmu li kellhom fuqhom ma ħallewhomx b’idejhom marbuta, iżda lkoll middew idejhom u taw dik id-daqqa t’id li għamlithom kburin li huma Qalin.

Jumejn wara, dawn il-qniepen ġew ikkonsagrati minn Mons. Ġ.M. Camilleri O.S.A. Id-diskors tal-okkażjoni sar minn Monsinjur Mikiel Cefai, ukoll iben il-Qala. Dakinhar dawn kienu qamu lill-poplu tal-Qala s-somma ta’ £1,145.15s5d, kif ukoll £102.3s1d dwana, liema somma kienet ikkunsidrata waħda kbira għal dak iż-żmien, li rridu ngħidu li tħallsu kollha minn nies mill-Qala. L-Ismijiet li ngħataw u l-piżijiet ta’ dawn il-qniepen huma dawn: Il-Kbira - s-Salvatur – 2,800 kilogrammi (kgri), ta’ warajja – Marija Mmakulata Kunċizzjoni – 1,370 kgri., tan-nofs – San Ġużepp Patrun tar-Raħal – 800 kgri., ir-raba’ waħda – San Mikiel – 340 kgri, waqt li ż-żgħira – San Pawl Missierna - 170 kgr.

Aktar tard matul il-ġimgħa dawn il-qniepen ġew imqiegħda f’posthom fil-kampnari tal-knisja bis-sehem tas-suldati Maltin mgħejjuna min-nies tal-lokal. J’Alla dawn il-qniepen ikomplu jferrħuna għal disgħin sena oħra. Għal aktar informazzjoni ara paġna 63.

Ħajr lill‑Uffiċċju Parrokkjali li sellifna dan ir‑Ritratt storiku. Min ikollu xi ritratt antik jekk jogħġbu jsellifulna u aħna nġibuh fir‑Rivista. Grazzi.

L‑Editur.

Page 106: Leħen il-Qala Milied 2012

Leħen il-Qala - Milied 2012

104

Page 107: Leħen il-Qala Milied 2012

Triq il-Forn, QALAtel: 2156 6748 / 9946 0763

The place for Ur future Shopping at the Best Discount Prices

Nawguraw il-Festi

t-tajba lil Qalin kollha

Page 108: Leħen il-Qala Milied 2012