39
il- Milidijie t

Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Ġrajjiet il-Milidijiet

Page 2: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

L-Arkanġlu San Gabrijel

Page 3: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Merħba! Jien l-Anġlu Gabrijel.

Ġejt liebes hekk ... ta’ anġlu ... biex żgur tagħrfuni, għax aħna l-anġli mhux dejjem nilbsu hekk. Ġieli nilbsu jeans jew xi suit biex nidhru normali bħan-nies. Min jaf kemm hawn anġli fostkom u lanqas biss qed tindunaw bihom!

Jaqbel li nibdlu d-dehra tagħna, għax kif taraw xi wieħed bl-ilbies oriġinali tiegħu, malajr titwerwru.

Page 4: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Ilna naqdu lil Alla għal ħafna u ħafna snin, eżattament mill-BIDU u sa mill-eternita’.

Xogħolna jvarja ħafna. Inkantaw, ngħaqdu xi missjoni jew inwasslu xi messaġġi importanti, nipproteġu lill-bnedmin u xi ġlieda mal-għadu ma tonqosx.

Min hu dan l-għadu? Ħadd ħlief dak li xi darba kien anġlu mill-isbaħ. L-anġlu tad-dawl ... Luċifru.

Page 5: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Wara li ħadha kontra Alla, għamel minn kollox biex iwaqqa’ fid-dnub lill-ewwel bnedmin ... u ħa ngħidilkom ... irnexxielu ... ara fiex ġabkhom issa!! (Jirrabja).

Iżda l-imħabba t’Alla hija infinita. Tant hi infinita’ li bagħat lil Ibnu stess biex isalvakom ... u hawn hu fejn nidħol jien.

Page 6: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Jien kont dak li ħabbart lil Marija li kien ser ikollha iben. Għadni niftakarha ċara daqs il-kristall, dik il-ġurnata ... kien il-25 ta’ Marzu tal-ewwel sena li bdejna nikkalkulaw is-snin ... Tfajla ħelwa ta’ sittax-il sena kienet qed tiżbarazza l-mejda wara l-ikla ta’ nofsinhar. Mur għidilha kif kont ser inbidlilha ħajjitha ta’ taħt fuq ... mhux tagħha biss, iżda tagħkom ukoll.

Page 7: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Miskina kemm kienet beżgħet. Lanqas naf kemm il-platt kissret. Iżda meta kkalmat għaddejtilha l-messaġġ li kien ser ikollha iben. Ma setgħetx tifhem. Jien għidtlU li tifla ta’ sittax-il sena mhux ser tifhem dal-messaġġ ... iżda Hu qalli li kien jaf x’kien qed jagħmel ... u veru e, kellu raġun!! Aċċettat din l-aħbar bl-akbar ubbidjenza allavolja ma kinitx fehmet ... iżda la kienet taf li ġejja minn għand Alla ... aċċettat b’għajnejha magħluqa. 

Page 8: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Għalkemm kienet ħaġa mill-isbaħ li

Alla jibgħat lil ibnu fid-dinja ...

aħna l-anġli konna mdejqin. Konna mdejqin

għax konna nafu minn xiex irid jgħaddi dan it-

tifel biex jaqdi l-missjoni tiegħu. Iżda din id-dieqa malajr inbidlet f’għaġeb meta

rrealizzajna x’kellu jkun ir-

riżultat ta’ din it-tbatija.

 

Page 9: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Dakinhar li twieled kont werwirt lil xi rgħajja li kienu miġburin fuq il-ħaxix jirgħu in-nagħaġ tagħhom. Tajthom l-aħbar u bi prova g]idtilhom li kellhom issibu tarbija, ehe, lill-Bambin..u huma marru jiġru jqimuh. Nies sempliċi, midinbin u mwarrbin minn kulħadd ... Alla għażel li jkunu huma l-ewwel nies li jaraw lil Ibnu. In-nies ta’ rieda tajba! GLORJA ‘L ALLA FL-GĦOLI TAS-SMEWWIET U PAĊI FL-ART LILL-BNEDMIN TA’ RIEDA TAJBA

Page 10: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

San Ġużepp

Page 11: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Jien Ġużeppi l-mastrudaxxa. Ommi u missieri semmewni għal wieħed mill-eroj tagħna ... Ġużeppi t-tifel ta’ Ġakobb ... dak li ħutu bijugħ lill-karavana li kienet sejra l-Eġittu. Ommi u missieri, semmewni għalih għax dejjem xtaqu li jkollhom tifel li jkun eroj.

Page 12: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

 Noqgħod ġewwa Nażżaret, imma kelli niġi f’raħal twelidi, Betlehem, biex ninkiteb fiċ-ċensiment. Kienet triq veru diffiċli ... u wara l-ħsibijiet u t-taħwid u l-ħolm li għaddejt minnu, l-inqas ħaġa li kelli aptit kienet din it-triq twila. 

Page 13: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Ħa nibdielkom l-istorja mill-bidu. Wara ħafna snin ta’ ħidma, kont ġemmajt ftit flus mhux ħażin biex inkun nista’ nibda familja.  Ġwakkin, missier Marija, ra li  jien kont ngħodd ħafna għal bintu u laqqagħna  flimkien.  Mal-ewwel  bdejna  bil-preparament  għat-tieġ ... iżda mal-ewwel inqala l-inkwiet. Marija ħarġet tqila!

Page 14: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Kieku  tafu  kif  ħassejtni  ... dwejjjaaaqq .... rabja. Bdejt ninkwieta  li  n-nies jindunaw u  jħaġġruha.  Iżda f’dan  id-disprament  kollu deherli  l-anġlu  Gabrijel f’ħolma  u  spjegali  kollox. Qalli  li  dak  it-tifel  li Marija kienet  qed  iġġorr  ġewwa fiha,  kellu  jkun  wieħed speċjali.  Kellu  jkun  l-Iben t’Alla stess. Il-Messija li tant profeti  semmew,  li  tant konna  ilna  nistennew.  Dak li kellu jsalvana! 

Page 15: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

U jien, raġel sempliċi u fqir kelli nkun il-missier putattiv tiegħu. Dik responsabbilta’ u dik biża’ li qabditni. Iżda kont ferħan se ntir. X’jista jiġrilek aħjar milli tieħu ħsieb l-Iben t’Alla nnifsu u lil dik li ġabitu fid-dinja. Ix-xewqa ta’ ommi u missieri, Alla jaħfrilhom ... saret realta’. L-Anġlu qalli li kellna nsemmuh Ġesu!!

Page 16: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Ir-Ragħaj

Page 17: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Bħal ma forsi qed tindunaw jien ragħaj ... minn Betlehem. U ragħaj tajjeb tafux ... mhux xi wieħed tal-ħabba gozz. Jien nieħu ħsieb ‘l dawk in-nagħaġ li jkunu se jiġu offruti bħala sagrifiċċju fit-tempju. Mhux ragħaj tajjeb trid tkun biex tirgħa dawn it-tip ta’ nagħaġ? Barra minn hekk, ir-re David, li ġej minn dil-Belt, kien ragħaj ukoll, qabel ma sar re.  

Page 18: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Kemm ngħid ux? Heqq, imma ttuni xi tort? Lilna r-ragħajja kulħadd jarana bħala nies ġejjin mill-qiegħ tas-soċjeta’ jew minn wara l-muntanji. Le stenn, aħna fil-muntanji u l-għoljiet inkunu ... din ma qabillix ngħidha. Insomma, kif kont qed ngħid, lilna jgħajruna li nintnu, li aħna ħallelin u injoranti daqs in-nagħaġ li nirgħu.

Page 19: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Imma ħa ngħidilkom din ta’ ... f’dak il-lejl li seħħet dik id-dehra la kien hemm rejiet, la kien hemm Prim Ministri, la kien hemm Membri Parlamentari, la kien hemm qassisin kbar u l-ebda persuna li tagħmel parti minn xi grupp ta’ rjus kbar! Iżda kien hemm aħna, dawk tal-qiegħ tas-soċjeta’, dawk ta’ wara l-muntanji!

Page 20: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Ħa nirrakkuntalkom eżatt x’ġara. Mela konna  fuq  l-għoljiet, miġburin, meta  f’daqqa  waħda  rajna  dawl  qawwi.  Qawwi  aktar  mix-xemx  ta’ filgħodu. Bżajna u twerwirna. Minn ġo dan id-dawl ħareġ ħoss li malajr inbidel fil-vuċi ħelwa tal-Anġlu  li beda  jgħidilna: Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-poplu kollu.  Illum, fil-belt  ta' David,  twildilkom Salvatur,  li hu  l-Messija,  l-Mulej. U bħala sinjal ikollkom dan: issibu tarbija mfisqija u mimduda f'maxtura.  

Page 21: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

F'daqqa waħda ngħaqdu ma' l-anġlu għadd kbir ta' qtajja' tas-sema, jfaħħru lil Alla u jgħidu:"Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet,u sliem fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu!"

Page 22: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Kif smajna dan, qbadna u tlaqna niġru lejn l-għar. Konna veru eċitati. Kif wasalna, sibna kollox bl-eżatt kif kien qalilna l-anġlu. Il-ferħ li ħassejt dak il-ħin kien indeskrivibbli. Konna għadna kif rajna l-anġli. Qalulna li kellu jitwieled il-Messija s-Salvatur. Qalu lilna l-ewwel! Imbagħad rajnieh b’għajnejna stess. Mhux hekk biss, twieled għand familja fqira bħalna ... ġo għar!!!

Page 23: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Il-Maġi

Page 24: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Ġejjin mil-Lvant. Fil-presepju dejjem ipoġġuna l-bogħod, iżda maż-żmien naslu viċin tal-grotta u eżatt qabel ma jżarmawha ... jdaħħluna ġo fiha. Imma kemm qed inħossni li bdejt l-istorja minn denbha. Ħa nibda mill-bidu. L-istorja tgħid li konna tlieta, Baldassar, Melkjor u Kaspar. Ma aħniex rejiet u lanqas nies li nagħmlu xi tip ta’ maġija. Aħna nosservaw l-istilel ... l-istilel li ħalaq għalina, Alla l-imbierek. Stilel li 2010 snin ilu wasslu messaġġ ... mhux messaġġ bħal ma jwasslulna l-istilel tal-oroskopju, iżda messaġġ li Alla bagħat lil Ibnu għan-nies tad-dinja kollha. Taħsbu li b’kumbinazzjoni il-karnaġġon tat-tlieta li aħna huwa differenti? Le tafux.

Page 25: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Dak juri li Kristu, ġie biex isalva lil kulħadd, din hi dik li nsejħu Epifanija, li daqt niċċelebrawha. Kulħadd għandu ċ-ċans għall-ħajja ta’ dejjem. Iżda t-triq mhix faċli, bħal ma kinitx faċli t-triq għalina biex wasalna sa ħdejh. Imma l-ferħ li ħassejna x’ħin rajnieh, ma nistax niddeskrivih bil-kliem. Kienet għażla għaqlija li nimxu wara dik il-kewkba fis-sema!

Page 26: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Kif waslna u sibna li dan ir-Re li kellu jitwieled qiegħed f’maxtura stagħġibna mhux ftit, imma hemm fihmna li dan is-Sultan kellu jkun il-Veru Re ta’ Alla u mhux tal-lewn id-dinja, għalhekk fil-pront qbadna u ħriġna r-rigali li ħejjejna għalih: Baltazar offrilu Deheb għar-Re tar-Rejiet, Melkjor tah Inċens, bħala s-Saċerdot tas-saċerdoti u jien Gaspar tajtu l-Mirra bħala l-Og]la Sagriffiċċju. Hekk ħassejna dakinhar li kellna nipprżentawlu u ż-żmien urina li ma konnix żbaljajna.

Page 27: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Issa jmiss li intom tkomplu din l-għażla li aħna għamilna 20 seklu ilu ... komplu imxu wara Kristu u ħalluh ikun Hu l-kewkba ta’ ħajjitkom, komplu offrulu r-rigal li tagħkom, offrulu ħajjitkom l-aqwa rigal li nistgħu nagħtuh bħalma hu ta ħajtu għalina!

Page 28: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

San Franġisk

Page 29: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Kienet is-sena 1223. Kont fi

triqti lejn Greccio biex niċċelebra l-

Milied hemmhekk.

Greccio huwa raħal żgħir, iżda il-kappella fejn

kella ssir il-quddiesa ma kinitx kbira

biżżejjed għan-nies li kienu ser

jattendu. Għalhekk sibt għar viċin il-

pjazza tar-raħal u ippreparajt artal

hemmhekk.

Page 30: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Tliet snin qabel il-mewt tiegħi, iddeċidejt li fil-Milied li tant inħobb, nagħmel xi ħaġa differenti minn tas-soltu. Staqsejt lill-isqof tal-inħawi biex inkun nista’ nagħmel xena tan-nattivita’ waqt il-quddiesa. Kif tani l-permess, rajt kif għamilt u ġibt maxtura, ftit tiben , baqra u ħmara wkoll.

Page 31: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Dak il-lejl kien wieħed mill-isbaħ. In-nies ġew b’purċissjoni bl-imsiebaħ f’idejhom, ikantaw is-salmi ta’ tifħir lil Alla, kienet mixgħela waħda! Jien qgħadt għarkubtejja quddiem il-maxtura, b’għajnejja jgħumu fid-dmugħ ta’ ferħ. Kantajt l-evanġelju u wara ippriedkajt lill-miġemgħa. Tant kont f’estasi ta’ ferħ li ma stajtx insemmi isem sidna ... bdejt insejjaħlu It-Tarbija ta’ Beeeeetlehem.

Page 32: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Waqt li kont hemm, f’dik il-paċi, f’dik ‘l hena, bħal donni kont qed nara lit-Tarbija ta’ Beeeetlehem f’idejja. Ġanni, minn Greccio jista’ jixhed għal dan. Barra minn hekk it-tiben tal-maxtura wara li għadda kollox, għamel ħafna mirakli ukoll.  

Page 33: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

L-istorja ta’ Sidna ilha li ġrat 2010 snin ... Jien ħallejtilkom tifkira biex tiftakru f’dak il-lejl qaddis; it-tifkira tal-Presepju; meta l-Kelma saret Bniedem u Għammar fostna.  Għannqu lit-Tarbija ta’ Betlehem bħal ma jien għannaqtu f’dak il-lejl ġewwa Grecio.

Page 34: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

San Ġorġ Preca

Page 35: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Qatt ma kienet l-intenzjoni tiegħi li nibda dimostrazzjoni nazzjonali. Iżda llum nieħu pjaċir li d-dimostrazzjoni li bdiet 86 sena ilu, għada ħajja f’kull belt u raħal f’Malta. Ħa ngħidilkom eżatt kif ġraw il-fatti. Il-Milied għalija hija festa mill-isbaħ u mill-aktar għal qalbi.  L-għażiża ommi kien jisimha Natalina ... kienet imsemmija għall-Milied.  Fil-Magħmudija tiegħi ingħatajt ukoll l-isem ta’ Emmanuel, li tfisser “Alla magħna”. 

Page 36: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Mhux hekk biss, iżda wara marda fil-pulmun fl-1906, ġejt ordnat saċerdot fit-22 ta’ Diċembru ta’ dik l-istess sena. Tista’ taħseb x’ferħ ħassejt dakinhar, wara dak il-qtugħ ta’ qalb kollu. Iżda kemm kont aktar ferħan nhar il-25 ta’ Diċembru, tlett ijiem wara, meta qaddist l-ewwel quddies tiegħi fil-knisja ta’ San Gejtanu.

Page 37: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Ħaġa oħra; Il-kliem: Verbum Dei Caro Factum Est. Kliem li jaffaxinnawni; kliem li niftaħar bihom; kliem li jfisser “Il-Verb sar Bniedem u Għammar Fostna”. Xtaqt li jkunu kliem li kull membru tas-soċjeta’ jgħożż. Għalhekk taraw lis-soċji u lit-tfal jilbsu il-badge fuq sidirhom, kliem li huwa tal-Milied, kliem li seħħ fil-Milied.  

Page 38: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Kif tista’ ma tkunx tħobb il-Milied, meta tifhem xi ħaġa bħal din? Għalhekk xtaqt li ssir id-dimostrazzjoni bil-Bambin f’lejliet il-Milied, statwa tal-Bambin ma kellix, għalhekk Patri Franġsikan Konventwali mill-Belt, kien sellifni tiegħu u hekk għamilna l-ewwel Purċissjoni tal-Milied. Ħeġġiġt kemm flaħt ukoll, biex il-Maltin nibdew insejħulu “il-Bambin” għax hija kelma Bibblika u ta’ tifħir lill-Mulej Bambin! Ridt naqsam dak kollu li kont fihmt jien, man-nies kollha.

Page 39: Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

Biex din il-ħaġa sseħħ fit-totalita’ tagħha, xtaqt ukoll li f’kull dar f’Malta u Għawdex ikun hemm il-presepju. Ħeġġiġt lis-soċji biex jibdew iqassmu grotta ċkejkna bil-Bambin, bil-Madonna u San Ġużepp. Din għadhom jagħmluha sal-ġurnata tal-lum.Kunu kburin li Alla bagħat ‘il-uniku Iben li kellu. Mhux kbira trid tkun l-imħabba t’Alla biex jagħmel ġest bħal dan! Min minnha hu lest biex jagħti lil xi ħadd minn uliedu għas-spejjeż ta’ ħaddieħor. Trid tkun miġnun.... Miġnun bl-imħaba lejn dak il-proxxmu. Kif inhu Alla-li Hu Imħabba, għalina.Dan li jfisser it-Twelid tal-Bambin tal-MIlied.