36
Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji Servizzi ta’ ‘Outreach’ u servizzi oħra bbażati fil-Komunità offruti lil individwi bi problemi relatati mal-abbuż ta’ sustanzi u dipendenzi oħra

Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

  • Upload
    others

  • View
    8

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

Linji GwidaStandards Soċjali Regolatorji

Servizzi ta’ ‘Outreach’ u servizzi oħra bbażati fil-Komunità offruti lil individwi bi problemi

relatati mal-abbuż ta’ sustanzi u dipendenzi oħra

Page 2: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

DAĦLA

MINISTRUGĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI

MICHAEL FALZON

Kull pajjiż jixtieq li ma jkollu lanqas persuna waħda li f’ħajjitha tmiss mal-abbuż ta’ sustanzi jew dipendenzi oħra. Sfortunatament, ir-realtà hija differenti.It-trends marbuta mal-użu ta’ dawn is-sustanzi jinbidlu mil-lum għall-għada, u għalhekk bħala soċjetà għandna nkunu preparati għal dawn l-isfidi.

Nemmen li għandna strutturi biex jgħinu lin-nies joħorġu minn dawn l-isfidi, li tkun xi tkun is-sitwazzjoni, jibqa’ l-fatt li dawn in-nies huma vulnerabbli u dejjem iktar suxxettibli minn oħrajn għal riskji marbuta ma’ problemi ta’ saħħa fiżika u mentali, faqar u esklużjoni soċjali.

Għalhekk dawn l-iStandards Soċjali Regolatorji se jagħmlu ċert, li d-drittijiet ta’ kull individwu jkunu mħarsa, rispettati u iktar minn hekk tingħata kull faċilità biex isseħħ dik ir-riforma tant meħtieġa.

Dawn l-Istandards se jwasslu biex ikun hemm dik il-qabża meħtieġa fis-servizz mogħti fir-Residenzi kif ukoll fis-servizzi t’OutReach mogħtija fil-komunità.Bħala Gvern se nkomplu nsaħħu l-finanzjament u l-investiment f’dan il-qasam tant importanti, dan għax nemmnu li ħadd m’għandu jaqa’ lura, irrelevanti minn liema problemi huma milquta minnhom.

Se nagħmlu l-istess kif għamilna fil-qasam tal-adozzjonijiet, tas-servizzi mogħtija liċ-ċentri tal-anzjani u servizzi ta’ ħarsien soċjali. Diġà rajna effett pożittiv bl-introduzzjoni ta’ dawn l-iStandards Soċjali Regolatorji u konvint li se ntejbu l-kwalità tas-servizz offrut fiż-żmien li ġej.

Irrid li din il-prosperità ekonomika li ħloqna aħna lkoll bħala pajjiż tinfirex fuq kull livell soċjali. Nemmen li kulħadd għandu dritt ta’ ħajja aħjar, ta’ mobilità u ġustizzja soċjali li tara futur u tama u ma tħarisx lejn l-passat jew il-wiċċ tal-individwu!

Page 3: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

KAP EŻEKUTTIVAWTORITÀ TA’ STANDARDS TA’ ĦARSIEN SOĊJALI

MATTHEW VELLA

Din is-sena qed niċċelebraw diversi avvenimenti importanti ħafna fis-settur tal-prevenzjoni mid-droga u dipendenzi oħra, fosthom il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa, kif ukoll it-30 sena mill-ftuħ uffiċjali ta’ San Blas. Tajjeb li wieħed ifakkar li din is-sena l-Ġnus Magħquda ddedikat il-ġurnata internazzjonali kontra l-abbuż ta’ droga għat-tema “Is-Saħħa għall-Ġustizzja, Ġustizzja għas-Saħħa”; tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu. Dan huwa propju l-ispirtu li wieħed isib f’dawn l-iStandards Soċjali Regolatorji li qed jiġu mnedija għall-ewwel darba f’dan is-settur.

F’dan il-kuntest, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali qiegħda tniedi uffiċjalment żewġ settijiet ta’ Standards Soċjali Regolatorji li ser ikunu qed jirregolaw kemm is-servizzi fil-komunità u ta’ outreach, kif ukoll is-servizzi residenzjali offruti lil individwi bi problemi relatati mal-abbuż ta’ sustanzi u dipendenzi oħra. Sabiex wasalna għal din il-paġna ġdida fl-istorja ta’ ħarsien soċjali, tajjeb ngħidu li kien hemm konsultazzjoni wiesgħa ħafna. Matul dan il-proċess, l-Awtorità tkellmet mal-provdituri tas-servizz, mal-professjonisti, kif ukoll għall-ewwel darba wettaqna eżerċizzju ta’ Social Intelligence bħala proġett pilota f’dan is-settur. Dan l-eżerċizzju għen lill-Awtorità tkun aktar qrib ta’ min qed jirċievi s-servizz, kif ukoll tal-qraba tagħhom. Dan il-mudell kien kruċjali sabiex illum qed inniedu Standards li mhux biss qed jagħtu vuċi lil min qed jirċievi s-servizz, iżda li qed ikunu ta’ ispirazzjoni lil min qiegħed jipprovdi s-servizz. Din il-ħidma kollha ġiet ikkonsolidata permezz tat- twaqqif ta’ Pjattaforma ta’ Kollaborazzjoni, bil-għan li b’mod kontinwu jiġu msaħħa d-djalogu u l-kollaborazzjoni mal-Awtorità. Dan kollu qiegħed isir fil-viżjoni li l-istakeholders jaħdmu kollha flimkien sabiex titjieb il-kwalità tas-servizzi offruti, li ser iwassal ukoll għal titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nies vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Dawn l-iStandards qed iħarsu l-privatezza, id-dinjità, id-dritt għall-għażla, it-twettiq għall-potenzjal, u l-individwalità tan-nies. Iżda aktar minn hekk, qed ipoġġu lill-persuna li qed tirċievi s-servizz fiċ-ċentru tal-ħidma u tal-operat. Din il-ħidma u dawn il-ħsibijiet jawguraw era ġdida ta’ djalogu u kollaborazzjoni akbar f’dan is-settur. Żgur li dawn l-iStandards mhux ser ikunu standards li jingħalqu ġo xi kexxun, iżda nemmnu fi sħiħ li dawn ser ikunu strument importanti għal bidla li ser tħalli impatt dirett fuq il-persuni li qed jirċievu dawn is-servizzi.

Page 4: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu
Page 5: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

WERREJ

Introduzzjoni għal-Linji Gwida ..........................................................................................................6

Il-Prinċipji li fuqhom huma bbażati l-iStandards u l-Linji Gwida .................................................7

Glossarju ...............................................................................................................................................8

Standard 1: Identifikazzjoni tal-bżonnijiet u interventi ta’ sapport .................................................... 11

Standard 2: Drittijiet f’Ambjent Terapewtiku ............................................................................................. 15

Standard 3: Il-Ħarsien tas-Sigurtà u l-Protezzjoni tal-Individwi ......................................................... 17

Standard 4: Sistema effettiva għaż-żamma sikura ta’ dokumentazzjoni u tqassim ta’ informazzjoni ...................................................................................................... 21

Standard 5: L-Iżvilupp u s-sostenn ta’ relazzjonijiet esterni ............................................................... 23

Standard 6: Immaniġġjar ta’ Kwalità .............................................................................................................27

Anness I: Manwal ta’ Politiki u Proċeduri ............................................................................................... 32

Anness II: Materjal ta’ Referenza Utli ....................................................................................................... 35

Page 6: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

INTRODUZZJONI GĦAL-LINJI GWIDA

Dawn il-Linji Gwida jistabilixxu l-livell mistenni tas-servizz li għandu jingħata mill-provditur tas-servizz. Dawn jiggwidaw lill-provditur tas-servizz tal-aġenzija/faċilità biex jieħu deċiżjonijiet relatati:

• man-numru ta’ servizzi ta’ ‘outreach’ u oħrajn ibbażati fil-komunità;

• mal-għażla tal-ħaddiema, li għandhom ikunu adekwati u kompetenti biex jagħmlu x-xogħol fdat lilhom;

• mal-mod ta’ kif is-servizz għandu jitmexxa.

6

Page 7: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

IL-PRINĊIPJI LI FUQHOM HUMA BBAŻATI L-ISTANDARDS U L-LINJI GWIDA

Dawn l-iStandards Soċjali Regolatorji qed jiġu stabbiliti bil-fehim li kull min jagħmel użu minn dawn is-servizzi jkollu d-dritt għal ħarsien ta’ kwalità. Din għandha tkun ibbażata fuq dawn il-prinċipji bażiċi: dinjità, privatezza, dritt għall-għażla, sigurtà, twettiq tal-potenzjal, ugwaljanza, individwalità u diversità. Madanakollu, dawn il-prinċipji għandhom jiġu mħarsa f’konformità mar-regoli u l-filosofija terapewtika tas-servizz u l-bżonnijiet ta’ ħarsien ta’ kull individwu.

Dan ifisser li individwi għandhom:

• jiġu trattati b’rispett f’kull ħin;

• ikollhom relazzjonijiet sinifikanti;

• ikollhom l-privatezza u l-propjetà tagħhom rispettati;

• jgħixu ħajjithom mingħajr indħil bla bżonn;

• jagħmlu l-għażliet tagħhom;

• jiksbu informazzjoni fuq kull għażla disponibbli għalihom;

• iħossuhom siguri f’ambjent mingħajr abbuż u diskriminazzjoni;

• jilħqu l-għanijiet u jagħmlu użu sħiħ minn riżorsi disponibbli;

• jiġu ttrattati b’mod ugwali bħall-oħrajn irrispettivament mill-isfond etniku, lingwa, kultura, orjentazzjoni sesswali, identità tal-ġeneru, abbiltà u twemmin;

• jiġu apprezzati;

• jiżviluppaw l-abbiltajiet tagħhom;

• jilmentaw b’mod responsabbli mingħajr ma jiġu intimidati u/jew diskriminati.

7

Page 8: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

‘Aġenzija’ tfisser l-entità li tipprovdi s-servizz.

‘Evalwazzjoni ħolistika’ tfisser il-proċess li fih l-istaff jidentifika l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-individwi li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tas-saħħa, personali, emozzjonali, spiritwali u psikoloġiku, il-protezzjoni u n-netwerking soċjali, appoġġ lill-familja u liema servizzi għandhom jingħataw biex jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet u aspirazzjonijiet.

‘Individwi’ tfisser persuni li għandhom problemi relatati mal-abbuż ta’ sustanzi u/jew dipendenzi oħra li jfittxu għajnuna u sapport minn provditur ta’ servizz li joffri servizzi terapewtiċi u ta’ sapport għal dan il-għan.

‘Indikatur ta’ kwalità’ tfisser stqarrija li tistabbilixxi r-rekwiżiti biex tinkiseb konformità ma’ standard.

‘Indikatur ta’ prestazzjoni’ tfisser deskrittur attiv ta’ x’għandhom jagħmlu l-provdituri ta’ servizz sabiex jassiguraw ir-riżultati tas-servizz li jsostnu l-indikaturi ta’ kwalità.

‘Maniġment’ tfisser persuna jew persuni li jaġixxu f’isem il-provditur tas-servizz biex jipprovdu tmexxija lill-istaff u jissorveljaw u jikkontrollaw il-funzjoni tas-servizzi offruti lill-individwi bi problem relatati mal-abbuż ta’ sustanzi u/jew dipendenzi oħra.

GLOSSARJU

8

Page 9: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

‘Persuna responsabbli mis-sapport tal-individwi’

tfisser ħaddiem responsabbli li jikkordina l-pjan t’azzjoni tal-individwi.

‘Persuna kompetenti’ tfisser persuna li għandha l-għarfien teoretiku u/jew prattiku u/jew esperjenza li jagħmluha kapaċi u/jew awtorizzata li timplimenta attivitajiet speċifiċi skont il-leġislazzjoni nazzjonali, standards jew direttivi maħruġa mill-awtoritajiet applikabbli.

‘Politiki u proċeduri’ tfisser dokumenti1 maħruġa mill-maniġment li jirregolaw kif is-servizz għandu jopera.

‘Provditur tas-servizz’ tfisser persuna jew organizzazzjoni li tagħti sapport permezz ta’ servizzi varji lill-individwi li qed ifittxu għajnuna għall-problemi relatati mal-abbuż ta’ sustanzi u/jew dipendenzi oħra.

‘Rappreżentant indipendenti’

tfisser persuna, li hija indipendenti minn kull aspett tas-servizz u minn aġenziji oħra involuti fl-għoti tas-servizz, li taħdem f’isem il-persuna li qed tieħu s-servizz jew fl-interessi tiegħu/tagħha. Ir-rappreżentant jagħmel dan ix-xogħol wara li jkun appuntat formalment biex jagħmel dan mill-individwu li ser jaħdem f’ismu jew (jekk l-individwu mhuwiex f’pożizzjoni li jagħmel dan) kif stipulat bil-liġi.

‘SCSA’ tfisser l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali kif stabbilita permezz tal-Att 5 tal-Att dwar l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (Kap. 582).

1 Referenza għal Anness I – Manwal tal-Politiki u Proċeduri

9

Page 10: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

‘Servizzi ta’ ‘outreach’ u servizzi oħra bbażati fil-komunita`’

tfisser servizzi żviluppati bl-għan li jintlaħqu kemm jista’ jkun persuni possibli sabiex wieħed ikun jista’ jifhem aħjar il-bżonnijiet li qed jinbidlu kontinwament. Finalment, l-iktar interventi ta’ sapport adattati jiġu mogħtija permezz ta’ servizzi speċjalizzati.

‘Staff’ tfisser persuna mqabbda mill-provditur ta’ servizz li bħala waħda mir-responsabbiltajiet tagħha huwa li tipprovdi appoġġ jew ħarsien lil individwu, irrispettivament jekk u kif il-persuna hija kkumpensata.

10

Page 11: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

STANDARD 1:

IDENTIFIKAZZJONI TAL-BŻONNIJIET U INTERVENTI TA’ SAPPORT

STQARRIJA TA’ STANDARD:

Issir evalwazzjoni ħolistika u individwalizzata sabiex il-bżonnijiet, għanijiet u aspirazzjonijiet individwali jkunu identifikati.

INDIKATURI TA’ KWALITÀ:

1. L-individwi jistgħu jidentifikaw u jiddiskutu aspetti minn ħajjithom li jħossu li għandhom bżonn ikunu megħjuna fihom u l-istaff għandu jagħti l-għajnuna neċessarja.

2. L-individwi kollha huma intitolati għal kull informazzjoni li huma jistgħu jsibu relevanti għalihom u din għandha tingħata b’mod komplut, fil-ħin u bl-ebda kundizzjoni.

Page 12: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

INDIKATUR TA’ KWALITÀ 1

1.0 Indikatur ta’ Kwalità: L-individwi jistgħu jidentifikaw u jiddiskutu aspetti minn ħajjithom li jħossu li għandhom bżonn ikunu megħjuna fihom u l-istaff għandu jagħti l-għajnuna neċessarja.

INDIKATURI TA’ PRESTAZZJONI:

Il-provditur tas-servizz jassigura li:

1.1 Ikun hemm membru tal-istaff appuntat biex jiltaqa’ mal-individwi b’mod regolari biex jidentifika u jagħżel l-aħjar metodu għall-ħarsien tal-istess individwi.

1.2 Il-persuna responsabbli mis-sapport għandha takkwista informazzjoni relevanti fuq l-individwi. Din l-informazzjoni għandha tkun ta’ gwida meta jkun hemm bżonn tittieħed deċiżjoni li twassal għal azzjoni aktar ħolistika. L-informazzjoni tinġabar fuq aspetti varji minn ħajjet l-individwi bħal:

1.2.1 It-tagħlim u l-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda sabiex tiġi evitata mġiba dipendenti mill-użu ta’ sustanzi jew vizzji oħra u biex jitnaqqas r-riskju li l-individwi jerġgħu jaqgħu fil-vizzju;

1.2.2 Il-possibiltà ta’ aċċess għal servizzi esterni bħal taħriġ u skemi ta’ xogħol biex jitjieb iċ-ċans għall-impjieg;

1.2.3 Identifikazzjoni ta’ ‘networks’ ta’ għajnuna li jistgħu jgħinu lill-individwi;

1.2.4 Informazzjoni dwar membri tal-familja u persuni oħra sabiex jiġi determinat jekk l-involviment tagħhom hux tajjeb kif ukoll l-abbiltà tagħhom li joffru l-għajnuna meħtieġa.

12

STANDARD 1: IDENTIFIkAzzJONI TAL-bżONNIJIET U INTERvENTI TA’ SAppORT

Page 13: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

1.3 B’konsultazzjoni mal-persuna responsabbli mis-sapport, l-individwi jistabilixxu għanijiet li jgħinuhom jaħdmu fuq dawk l-affarijiet li qed ifittxu għajnuna għalihom u li jistgħu jilħqu waqt li qed jieħdu s-servizz. Din għandha tkun parti minn pjan ta’ azzjoni li ssir għal kull individwu.

1.4 Għandhom isiru sforzi biex ikun żgurat li t-tranżizzjoni minn servizz għall-ieħor hija faċli u ma tikkawżax riskji bla bżonn lill-individwi involuti.

1.5 Membri tal-istaff li qed jaħdmu fis-servizzi bbażati fil-komunità jew f’ħidmiet ta’ ‘outreach’ għandhom jadottaw metodi proattivi. Għandhom jiżguraw li individwi li jridu s-servizzi tagħhom huma segwiti b’mod regolari sabiex isostnu l-impatt tal-intervent terapewtiku.

1.6 Il-maniġment u l-membri tal-istaff għandhom jiżguraw li programmi ta’ prevenzjoni huma evalwati b’mod regolari biex tiġi evalwata l-validità tagħhom u jiżguraw li dawn jilħqu lil dawk li l-aktar jeħtieġuhom. Dawn it-tip ta’ programmi għandhom iħeġġu tagħlim attiv u l-akkwist ta’ ħiliet neċessarji.

13

STANDARD 1: IDENTIFIkAzzJONI TAL-bżONNIJIET U INTERvENTI TA’ SAppORT

Page 14: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

INDIKATUR TA’ KWALITÀ 2

2.0 Indikatur ta’ Kwalità: L-individwi kollha huma intitolati għal kull informazzjoni li huma jistgħu jsibu relevanti għalihom u din għandha tingħata b’mod komplut, fil-ħin u bl-ebda kundizzjoni.

INDIKATURI TA’ PRESTAZZJONI:

Il-provditur tas-servizz jiżgura li:

2.1 L-individwi jingħataw l-informazzjoni dwar l-għażliet u s-servizzi kollha disponibbli għalihom li jinkludu servizzi fil-komunità, residenzjali u terapewtiċi.

2.2 Jekk l-aġenzija toffri servizzi ta’ għajnuna għall-familja bħal ‘counselling’ u programmi edukattivi, l-individwi li qed ifittxu l-għajnuna għandhom ikunu infurmati dwar dan u għandhom ikunu assistiti jekk jintalab xi wieħed minn dawn is-servizzi.

2.3 Membri tal-istaff għandhom jispjegaw ir-riskji assoċjati mal-abbuż ta’ sustanzi u/jew dipendenzi oħra u l-konsegwenzi fuq l-individwi u l-persuni qrib tagħhom. Dawn jispjegaw ukoll l-għajnuna li hemm biex jitnaqqsu jew jiġu eliminati dawn ir-riskji u l-għajnuna offruta biex jitjiebu il-benesseri fiżiċi, emozzjonali u psikosoċjali tal-individwi.

2.4 Jekk l-aħjar għażla tkun li jitkompla jittieħed it-trattament/il-kura f’servizz residenzjali, wara li jiġi stabbilit ftehim mal-istess individwi, il-persuna responsabbli mis-sapport/il-membru tal-istaff jiżguraw li l-individwu jingħata l-informazzjoni neċessarja kollha fuq is-servizz.

14

STANDARD 1: IDENTIFIkAzzJONI TAL-bżONNIJIET U INTERvENTI TA’ SAppORT

Page 15: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

STANDARD 2:

DRITTIJIET F’AMBJENT TERAPEWTIKU

STQARRIJA TA’ STANDARD:

L-individwi huma ttrattati b’rispett u huma assigurati ħarsien ħolistiku u dinjituż. Il-provditur tas-servizz jinkoraġġixxi l-awtonomija tal-individwi fid-deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sapport mogħti.

INDIKATUR TA’ KWALITÀ:

1. Il-provditur tas-servizz u l-istaff kollu jirrispettaw id-dinjità, id-drittijiet u l-individwalità ta’ kull individwu u jgħinuhom iwettqu l-potenzjal tagħhom.

Page 16: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

INDIKATUR TA’ KWALITÀ 1

1.0 Indikatur ta’ Kwalità: Il-provditur tas-servizz u l-istaff kollu jirrispettaw id-dinjità, id-drittijiet u l-individwalità ta’ kull individwu u jgħinuhom iwettqu l-potenzjal tagħhom.

INDIKATURI TA’ PRESTAZZJONI:

Il-provditur tas-servizz jassigura li:

1.1 It-talenti u l-aspirazzjonijiet tal-individwi huma magħrufin u rispettati.

1.2 L-individwi jistgħu jiddiskutu l-bżonnijiet tagħhom mal-membri tal-istaff b’mod kunfidenzjali u privat.

1.3 Il-persuna responsabbli mis-sapport għandha tkun disponibbli għal individwi u għandha tassigura li talloka ħin biżżejjed għal kull każ.

1.4 Jekk l-individwi esperjenzaw xi forma ta’ abbuż jew trawma matul ħajjithom u jixtiequ li jitkellmu dwarha, jingħata sapport speċjalizzat u adattat.

1.5 L-individwi huma kollha ttrattati b’rispett u dinjità f’kull aspett ta’ ħajjithom.

1.6 L-individwi għandhom żmien biżżejjed biex jikkunsidraw l-għażliet tagħhom, jieħdu deċiżjonijiet u jesprimu l-emozzjonijiet tagħhom.

1.7 L-individwi huma megħjuna jiddiskutu ma’ persuni awtorizzati l-possibiltà li jibdlu l-persuna responsabbli mis-sapport. Tingħata għajnuna biex jifhmu fatturi li jistgħu jillimitaw din l-għażla.

16

STANDARD 2: DRITTIJIET F’AMbJENT TERApEWTIkU

Page 17: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

STANDARD 3:

IL-ĦARSIEN TAS-SIGURTÀ U L-PROTEZZJONI TAL-INDIVIDWI

STQARRIJA TA’ STANDARD:

Il-benesseri fiżiċi, emozzjonali u mentali kif ukoll s-sigurtà tal-individwi għandhom jiġu mħarsa f’kull ħin.

INDIKATURI TA’ KWALITÀ:

1. Il-provditur tas-servizz jippromwovi sistemi li jassiguraw is-sigurtà tal-istaff kollu u tal-individwi li jkunu qed jieħdu s-servizz.

2. Il-provditur tas-servizz jieħu ħsieb b’mod effettiv u fil-ħin kull darba li l-individwi, jew ir-rappreżentant tagħhom, juru tħassib jew iressqu xi lment.

Page 18: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

INDIKATUR TA’ KWALITÀ 1

1.0 Indikatur ta’ Kwalità: Il-provditur tas-servizz jippromwovi sistemi li jassiguraw is-sigurtà tal-istaff kollu u tal-individwi li jkunu qed jieħdu s-servizz.

INDIKATURI TA’ PRESTAZZJONI:

Il-provditur tas-servizz jassigura li:

1.1 Il-post minn fejn jingħataw is-servizzi huwa sigur, jilqa’ lil dak li jkun, aċċessibbli2 u miżmum tajjeb.

1.2 Jekk ser isir xi bdil fil-post minn fejn qed jiġu offruti s-servizzi, għandu jiddiskuti dan mal-SCSA b’effett immedjat.

1.3 L-individwi mhumiex diskriminati fuq bażi ta’ sess, orjentazzjoni sesswali, età, razza/oriġini etnika, reliġjon/twemmin, identità tal-ġeneru, espressjonijiet tal-ġeneru, karatteristiċi sesswali, lingwa, responsabbiltajiet familjari jew diżabilità. Allegazzjonijiet ta’ diskriminazzjoni huma investigati totalment skont proċeduri stabbiliti.

1.4 Jagħmel evalwazzjonijiet tas-servizz li joffri b’mod regolari sabiex jassigura li għadu jilħaq il-bżonnijiet tal-individwi f’dak iż-żmien partikolari. L-individwi jingħataw l-opportunità biex jipparteċipaw f’dawn l-evalwazzjonijiet, jekk ikunu jixtiequ.

1.5 Ċertifikati u dokumenti oħra li jikkonfermaw r-reġistrazzjoni tas-servizz mal-SCSA huma mpoġġija f’post fejn huwa faċli biex jarawhom l-individwi kollha li qed jużaw is-servizz u viżitaturi oħra.

2 Il-post irid ikun konformi mar-regoli tal-bini kif maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.

18

STANDARD 3: IL-ĦARSIEN TAS-SIGURTÀ U L-pROTEzzJONI TAL-INDIvIDWI

Page 19: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

INDIKATUR TA’ KWALITÀ 2

2.0 Indikatur ta’ Kwalità: Il-provditur tas-servizz jieħu ħsieb b’mod effettiv u fil-ħin kull darba li l-individwi, jew ir-rappreżentant tagħhom, juru tħassib jew iressqu xi lment.

INDIKATURI TA’ PRESTAZZJONI:

Il-provditur tas-servizz jassigura li:

2.1 L-individwi jistgħu jiddiskutu kull tħassib li jista’ jkollhom, f’ħin xieraq mingħajr biża’ li jiġu intimidati. Dan jista’ jsir ma’ persuni differenti inkluż il-persuna responsabbli mis-sapport tagħhom, il-maniġer jew awtorità ogħla jekk ikun hemm bżonn.

2.2 L-individwi huma infurmati dwar kif għandhom iressqu lment jew kif jikkummentaw lill-provditur tas-servizz dwar is-servizz li qed jipprovdi. Huma jkunu infurmati wkoll dwar il-proċedura biex iressqu lment dirett lill-SCSA.

2.3 Il-maniġment jikkunsidra t-tħassib u l-ilmenti kollha li jressqu l-individwi jew persuni oħra u jinforma lil min ikun ressaq l-ilment bil-proċeduri u r-riżultat ta’ xi investigazzjoni li tkun saret wara li jkun sar l-ilment.

19

STANDARD 3: IL-ĦARSIEN TAS-SIGURTÀ U L-pROTEzzJONI TAL-INDIvIDWI

Page 20: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu
Page 21: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

STANDARD 4:

SISTEMA EFFETTIVA GĦAŻ-ŻAMMA SIKURA TA’ DOKUMENTAZZJONI U TQASSIM TA’ INFORMAZZJONI

STQARRIJA TA’ STANDARD:

Il-provditur tas-servizz jirrispetta l-miżuri tal-protezzjoni tad-data meta jiġi biex juża, jipproċessa, iżomm u jqassam informazzjoni kunfidenzjali dwar individwi li qed jużaw is-servizz.

INDIKATUR TA’ KWALITÀ:

1. Il-provditur tas-servizz jassigura li jżomm b’mod sigur u jqassam informazzjoni dwar l-individwi skont il-liġijiet rispettivi u r-regoli tas-servizz.

Page 22: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

INDIKATUR TA’ KWALITÀ 1

1.0 Indikatur ta’ Kwalità: Il-provditur tas-servizz jassigura li jżomm b’mod sigur u jqassam informazzjoni dwar l-individwi skont il-liġijiet3 rispettivi u r-regoli tas-servizz.

INDIKATURI TA’ PRESTAZZJONI:

Il-provditur tas-servizz jassigura li:

1.1 Kull informazzjoni kunfidenzjali dwar l-individwi li qed jużaw is-servizz għandha tinżamm b’mod sigur u titqassam ma’ oħrajn bil-permess tal-individwi, sakemm il-liġi tirrikjedi mod ieħor.

1.2 Il-membri tal-istaff jinfurmaw l-individwi bir-raġunijiet għaliex informazzjoni partikolari ma tistax tinżamm kunfidenzjali u min għandu d-drittijiet ta’ aċċess skont il-politiki u l-proċeduri tas-servizz.

1.3 L-individwi kollha li qed jużaw is-servizz jifhmu u jirrispettaw il-limiti ta’ kunfidenzjalità.

3 Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kapitlu 586 tal-Liġijiet ta’ Malta)

22

STANDARD 4: SISTEMA EFFETTIvA GĦAż-żAMMA SIkURA TA’ DOkUMENTAzzJONI U TqASSIM TA’ INFORMAzzJONI

Page 23: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

STANDARD 5:

L-IŻVILUPP U S-SOSTENNTA’ RELAZZJONIJIET ESTERNI

STQARRIJA TA’ STANDARD:

Il-provditur tas-servizz għandu jassigura ħarsien komprensiv u kontinwu billi jkun proattiv lejn iż-żamma ta’ relazzjonijiet kollaborattivi u pożittivi ma’ persuni qrib tal-individwi kif ukoll ma’ professjonisti differenti li jistgħu joffru l-ħarsien neċessarju.

INDIKATURI TA’ KWALITÀ:

1. Il-provditur tas-servizz jikkomunika ma’ persuni qrib l-individwi u jżommu dan il-kuntatt jekk inhu fl-aħjar interess tal-istess individwi.

2. Il-provditur tas-servizz jikkollabora ma’ terzi persuni inklużi professjonisti u entitajiet ta’ sapport sabiex itejjeb l-esperjenza terapewtika tal-individwi li jużaw is-servizz.

Page 24: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

INDIKATURI TA’ KWALITÀ 1

1.0 Indikatur ta’ Kwalità: Il-provditur tas-servizz jikkomunika ma’ persuni qrib l-individwi u jżommu dan il-kuntatt jekk inhu fl-aħjar interess tal-istess individwi.

INDIKATURI TA’ PRESTAZZJONI:

Il-provditur tas-servizz jassigura li:

1.1 Familji u persuni importanti għall-individwi huma rispettati u pprovduti bl-għajnuna neċessarja.

1.2 Individwi jistgħu jistaqsu lill-familji jew rappreżentanti biex jissapportjaw lill-persuna responsabbli mis-sapport tagħhom u membri oħra tal-istaff biex jikkomunikaw magħhom bl-aħjar mod u bil-pass tagħhom.

1.3 Il-familja u/jew rappreżentant tal-individwi jistgħu jiddiskutu t-tħassib tagħhom dwar il-ħarsien pprovdut mal-membri tal-istaff fil-privat. Il-membri tal-istaff jaċċettaw l-opinjoni ta’ dawn il-persuni, jirrikonoxxu l-aspettattivi tal-individwi dwar is-servizz u jipprovdu informazzjoni fuq kif ser jieħdu ħsieb dan it-tħassib.

24

STANDARD 5: L-IżvILUpp U S-SOSTENN TA’ RELAzzJONIJIET ESTERNI

Page 25: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

INDIKATUR TA’ KWALITÀ 2

2.0 Indikatur ta’ Kwalità: Il-provditur tas-servizz jikkollabora ma’ terzi persuni inklużi professjonisti u entitajiet ta’ sapport sabiex itejjeb l-esperjenza terapewtika tal-individwi li jużaw is-servizz.

INDIKATUR TA’ PRESTAZZJONI:

Il-provditur tas-servizz jassigura li:

2.1 Jekk l-individwi għandhom rappreżentant indipendenti, membri tal-istaff jisimgħu dak li għandu jgħid ir-rappreżentant f’isem l-individwi daqslikieku qed jesprimu l-opinjoni tagħhom huma personalment.

2.2 Il-persuna responsabbli mis-sapport għandha tistabilixxi kuntatti ma’ riżorsi esterni u servizzi bil-kunsens tal-individwi, sakemm dan ma jmurx kontra kundizzjonijiet legali. Dan sabiex tiġi kreata ‘safety net’ biex jiġi evitat li jerġgħu jaqgħu għall-vizzji jew drawwiet distruttivi.

2.3 Jekk il-persuna responsabbli mis-sapport tirreferi l-individwi għal servizzi oħrajn, kwalunkwè kuntatt li jsir jew informazzjoni ċirkolata jsiru bil-permess tal-individwi.

2.4 Il-persuna responsabbli mis-sapport għandha ssostni komunikazzjoni tajba ma’ kwalunkwè persuna/professjonist/entità li b’xi mod hija involuta fil-ħarsien tal-individwi li qed ifittxu l-għajnuna.

2.5 Jekk l-individwi għandhom bżonnijiet li jinbidlu u ma jistgħux jintleħqu mill-istess provditur, bil-permess tagħhom, għandhom ikunu referuti lil professjonisti speċjalizzati, persuni jew entitajiet li jistgħu jagħtu l-livell u t-tip ta’ ħarsien li għandhom bżonn. L-entitajiet kollha jaħdmu flimkien biex jagħtu servizz ħolistiku fl-aħjar interess tal-individwi li qed jużaw is-servizz.

25

STANDARD 5: L-IżvILUpp U S-SOSTENN TA’ RELAzzJONIJIET ESTERNI

Page 26: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu
Page 27: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

STANDARD 6:

IMMANIĠĠJAR TA’ KWALITÀ

STQARRIJA TA’ STANDARD:

Il-maniġment u l-istaff huma responsabbli biex jagħtu sapport u ħarsien ta’ kwalità bl-aktar mod rispettuż u trasparenti.

INDIKATURI TA’ KWALITÀ:

1. Il-provditur tas-servizz jassigura prattika professjonali u etika li hija sigura u adattata għall-bżonnijiet tal-individwi li qed jużaw is-servizz.

2. Il-provditur tas-servizz jimplimenta strateġiji ta’ reklutaġġ trasparenti u jippjana għall-iżvilupp kontinwu tal-istaff.

Page 28: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

INDIKATUR TA’ KWALITÀ 1

1.0 Indikatur ta’ Kwalità: Il-provditur tas-servizz jassigura prattika professjonali u etika li hija sigura u adattata għall-bżonnijiet tal-individwi li qed jużaw is-servizz.

INDIKATURI TA’ PRESTAZZJONI:

Il-provditur tas-servizz jassigura li:

1.1 L-istaff u voluntiera jafu kif jimplimentaw il-politiki u proċeduri u joperaw b’mod konsistenti mal-valuri u l-filosofija tal-komunità terapewtika.

1.2 L-istaff għandu għarfien biżżejjed dwar it-teorija li fuqha huwa bbażat l-intervent terapewtiku li qed jiġi implimentat.

1.3 Il-membri tal-istaff u l-voluntiera li jaħdmu dirett mal-individwi huma sorveljati minn persuni kompetenti.

1.4 Il-membri kollha tal-istaff jużaw metodi ddisinjati skont l-aħħar għarfien u Linji Gwida għall-aħjar prattika skont il-filosofija u l-oġġettivi tas-servizz.

1.5 Il-maniġment jaħdem biex dejjem jipprova jtejjeb is-servizz.

1.6 Il-maniġment u l-istaff iżommu komunikazzjoni effettiva bejniethom u jassiguraw kontinwità fil-ħarsien provdut.

1.7 Il-membri tal-istaff jagħmlu xogħolhom skont il-Kodiċi tal-Etika u Prattika tal-professjoni tagħhom u l-Kodiċi tal-Etika li sar mill-maniġment.

1.8 L-istaff għandu jkun kulturalment sensittiv u juri l-abbiltà li jikkomunika u jinteraġixxi mal-individwi b’mod komdu u adattat, irrispettivament mill-etniċità, twemmin, reliġjon u l-kultura tal-individwi.

1.9 L-istaff juża lingwaġġ adattat meta jitkellem ma’ jew dwar l-individwi li jirċievu s-servizz u għandhom strettament jevitaw kliem diskriminatorju.

28

STANDARD 6: IMMANIġġJAR TA’ kWALITÀ

Page 29: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

1.10 Il-membri tal-istaff u l-voluntiera jimxu mad-deskrizzjoni tax-xogħol tagħhom u ma jagħmlu l-ebda xogħol ieħor li mhuwiex fil-kompetenza tagħhom. Xogħol ieħor għandu jiġi imwettaq biss jekk dawn jiġu gwidati jew imħarrġin kif suppost u dejjem jekk dan jaqa’ fil-limiti tax-xogħol li huma diġà jagħmlu.

1.11 Il-membri tal-istaff jafu meta u mingħand min għandhom jirċievu għajnuna meta jiltaqgħu ma’ xi sitwazzjoni partikolari li ma jkunux jistgħu jsolvu.

1.12 Il-membri tal-istaff huma dejjem sensittivi u aċċessibbli biex joffru sapport.

29

STANDARD 6: IMMANIġġJAR TA’ kWALITÀ

Page 30: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

INDIKATUR TA’ KWALITÀ 2

2.0 Indikatur ta’ Kwalità: Il-provditur tas-servizz jimplimenta strateġiji ta’ reklutaġġ trasparenti u jippjana għall-iżvilupp kontinwu tal-istaff.

INDIKATURI TA’ PRESTAZZJONI:

Il-provditur tas-servizz jassigura li:

2.1 Il-membri tal-istaff huma kkwalifikati, imħarrġa u/jew għandhom esperjenza biex jagħmlu xogħolhom skont l-aħjar prattika.

2.2 Membri tal-istaff u voluntiera li jaħdmu f’servizzi ta’ ‘outreach’ jew servizzi oħra fil-komunità ġew impjegati u magħżula wara proċess li sar bir-reqqa li jinkludi:

2.2.1 verifikazzjoni tal-identità;

2.2.2 verifikazzjoni tal-kwalifiki;

2.2.3 verifikazzjoni tal-kondotta tal-pulizija;

2.2.4 verifikazzjoni taċ-ċertifikat tal-POMA;

2.2.5 verifikazzjoni li l-membri tal-istaff u l-voluntiera ma għandhomx problemi relatati mal-abbuż ta’ sustanzi u/jew dipendenzi oħra. Jiġu mwettqa wkoll testijiet neċessarji li jistabilixxu l-assenza ta’ droga u alkoħol bħala parti mir-reklutaġġ tagħhom.

2.3 Is-servizz għandu proċedura għall-iżvilupp professjonali kontinwu u taħriġ ieħor għall-istaff kollu. It-taħriġ għandu jassigura li:

2.3.1 l-istaff jevita sterjotipi u preġudizzji relatati mal-orjentazzjoni sesswali, identità tal-ġeneru u sfond kulturali tal-individwi meta jagħti s-servizzi permezz ta’ proċeduri li jippermettu dan;

30

STANDARD 6: IMMANIġġJAR TA’ kWALITÀ

Page 31: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

2.3.2 ikun hemm biżżejjed staff li għandu ċertifikat bażiku fl-Ewwel Għajnuna4 li jkun validu;

2.3.3 ikun hemm biżżejjed staff li għandu ċertifikat validu fl-Ewwel Għajnuna fis-Saħħa Mentali;

2.3.4 l-istaff jieħu l-azzjoni neċessarja f’każ ta’ emerġenza inkluż f’każ ta’ nar.

2.4 Isiru superviżjonijiet tal-istaff u evalwazzjonijiet tal-prestazzjoni b’mod regolari biex jiġu identifikati xi bżonnijiet ta’ taħriġ neċessarji għall-membri tal-istaff filwaqt li tkun assigurata kwalità għolja fl-għoti tas-servizz.

4 B’konformità mar-Regolamenti dwar l-Ewwel Għajnuna fuq il-Post tax-Xogħol – Avviż Legali 11 tal-2002, kif ġie emendat bl-Avviż Legali 348 tal-2011.

31

STANDARD 6: IMMANIġġJAR TA’ kWALITÀ

Page 32: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

ANNESS I:MANWAL TA’ POLITIKI U PROĊEDURI

Il-provditur tas-servizz għandu jiżviluppa politiki u proċeduri komprensivi li jkopru l-oqsma kollha tas-servizz. Il-lista ta’ hawn taħt hija lista mhux eżawrijenti ta’ politiki u proċeduri li għandhom jiġu inklużi fil-manwal.

1.0 POLITIKI U PROĊEDURI OPERATTIVI

1.1 Politika ta’ Kunfidenzjalità

1.2 Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data

1.2.1 Żamma ta’ dokumentazzjoni u aċċess għad-dokumentazzjoni inkluż:

1.2.1.1 Rapporti dwar inċidenti u aċċidenti;

1.2.1.2 Rekords mediċi;

1.2.1.3 Rekords ta’ lmenti

1.3 Programm personali ta’ sapport:

1.3.1 Laqgħat ta’ reviżjoni

1.4 Kontroll ta’ mġiba:

1.4.1 Immaniġġjar f’każ ta’ mġiba aggressiva;

1.4.2 Ikkundannar u korrezzjoni ta’ irregolaritajiet

1.5 Politika dwar fastidju:

1.5.1 Fastidju Sesswali

1.6 Allegazzjonijiet ta’ diskriminazzjoni

1.7 Trattament abbużiv

32

Page 33: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

1.8 Allegazzjonijiet ta’ bbuljar

1.9 Politika dwar ilmenti

1.10 Privatezza tal-individwi u staff

1.11 Kunsens tal-individwi

1.12 Ritorn tal-individwi għall-użu ta’ sustanzi u jew dipendenzi oħra

2.0 STAFF

2.1 Komportament professjonali tal-istaff fil-konfront tal-individwi u tal-impjegati l-oħra

2.2 Politika dwar sorveljanza

2.3 Reklutaġġ:

2.3.1 Kuntratti tax-xogħol;

2.3.2 Deskrizzjonijiet tal-impjieg

2.4 Evalwazzjonijiet ta’ prestazzjoni

2.5 Taħriġ u żvilupp

2.6 Laqgħat tal-istaff

2.7 Superviżjoni tal-istaff

2.8 Il-bidla tal-persuna responsabbli mis-sapport

2.9 Ilmenti mill-istaff

2.10 ‘Handover’ tal-istaff

2.11 Ratios tal-istaff

2.12 Voluntiera

33

Page 34: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

3.0 SAĦĦA U SIGURTÀ

3.1 Evalwazzjoni tas-servizz:

3.1.1 Evalwazzjoni personali;

3.1.2 Reġistrazzjoni u ispezzjoni mill-SCSA

3.2 Evalwazzjoni u mmaniġġjar tar-Riskju

3.3 Saħħa ambjentali

3.4 Saħħa u s-sigurtà

4.0 PROĊEDURI TA’ EMERĠENZA

4.1 L-Ewwel Għajnuna:

4.1.1 L-Ewwel Għajnuna (ċertifikat bażiku);

4.1.2 L-Ewwel Għajnuna fis-saħħa mentali;

4.1.3 Aċċess għal ‘defibrillator’

4.2 Immaniġġjar f’każ t’emerġenza u evakwazzjoni

4.3 Sigurtà f’każ ta’ nar

4.4 Emerġenza medika

34

Page 35: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

ANNESS II:MATERJAL TA’ REFERENZA UTLI

• Access for All Design Guidelines 2011 (ippubblikati mill-KNPD).

• Att dwar Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali Nru XV tal-2018.

• Att dwar il-Protezzjoni u l-Pivatezza tad-Data (Kapitolu 586 tal-Liġi ta’ Malta).

• Att dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol XXVII tal-2000, kif emendata mill-Att XXXII tal-2007; Avviż Legali 426 tal-2007; u Att X tal-2013.

• Att dwar l-Ugwaljanza għall-irġiel u n-nisa Att I tal-2003, kif emendata skont l-Avviż Legali 427 tal-2007; u Atti IV tal-2009, IX tal-2012, XVIII tal-2014, u VII u XI tal-2015.

• Provincial Addictions Treatment Standards ta’ Newfoundland u Labrador, Kanada.

• Service Standards for Addiction Therapeutic Communities żviluppati mir-Royal College of Psychiatrists and the Association of Therapeutic Communities flimkien mal-European Federation of Therapeutic Communities and the Australasian Therapeutic Communities Association.

• The National Care Standards for Care Homes for people with drug and alcohol misuse problems, pubblikati mill-iScottish Care Commission.

35

Page 36: Linji Gwida Standards Soċjali Regolatorji · tema li qiegħda tinkoraġġixxi lill-istakeholders differenti jaħdmu bħala katina waħda flimkien għall-aħjar interess tal-individwu

Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali469, Bugeia Institute, Triq il-Kbira San ĠużeppSanta Venera, Malta

www.scsa.gov.mt

© Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali 2019

Edizzjoni 1MINISTERU GĦALL-FAMILJA,

DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI