23
Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 1 minn 6 SKOLA THERESA NUZZO EŻAMIJIET ANNWALI 2017 IR-Raba’ sena MALTI IL-FEHIM MIS-SMIGĦ ĦIN:tletin minuta Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami għall-Istudenti Ir-Ri\orsi: 1. It-test li jinqara. 2. Il-karti tal-mistoqsijiet. 3. Riga u lapes. Jitqassmu l-karti bil-mistoqsijiet u t-tfal jintalbu jiktbu isimhom, kunjomhom u l-isem tal-klassi. L-għalliema jgħidu lill-istudenti li: 1. Se jinqralhom it-test tal-istorja. 4 minuti 2. Se jinqrawlhom il-mistoqsijiet mogħtija għal darba biss. 4 minuti 3. Se jinqralhom it-test tal-istorja għat-tieni darba. 4 minuti 4. Iwieġbu l-mistoqsijiet. 8 minuti 5. Se jinqralhom it-test tal-istorja għat-tielet darba waqt li jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet. 4 minuti 6. Jistgħu jiċċekkjaw it-tweġibiet kollha u jkunu ċerti li mmarkaw waħda biss. 6 minuti Marka totali 20

Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

  • Upload
    others

  • View
    3

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 1 minn 6

SKOLA THERESA NUZZO

EŻAMIJIET ANNWALI 2017

IR-Raba’ sena MALTI IL-FEHIM MIS-SMIGĦ ĦIN:tletin minuta

Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami għall-Istudenti

Ir-Ri\orsi:

1. It-test li jinqara.

2. Il-karti tal-mistoqsijiet.

3. Riga u lapes.

Jitqassmu l-karti bil-mistoqsijiet u t-tfal jintalbu jiktbu isimhom, kunjomhom u l-isem tal-klassi.

L-għalliema jgħidu lill-istudenti li:

1. Se jinqralhom it-test tal-istorja. 4 minuti

2. Se jinqrawlhom il-mistoqsijiet mogħtija għal darba biss. 4 minuti

3. Se jinqralhom it-test tal-istorja għat-tieni darba. 4 minuti

4. Iwieġbu l-mistoqsijiet. 8 minuti

5. Se jinqralhom it-test tal-istorja għat-tielet darba waqt li

jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet.

4 minuti

6. Jistgħu jiċċekkjaw it-tweġibiet kollha u jkunu ċerti li

mmarkaw waħda biss.

6 minuti

Marka totali

20

Page 2: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 2 minn 6

Jagħmlu l-Ġiżirani

Kulħadd kien jaf kemm Ms Liza Camilleri kienet tħobb tagħmel xogħol volontarju u kif

kienet tħobb trawwem lit-tfal tal-klassi tagħha biex jagħmlu l-istess.

Meta kien wasal il-Milied, Ms Liża ġietha idea fuq kif it-tfal jistgħu jagħmlu xi ħaġa speċjali

qabel il-vaganzi u għalhekk tkellmet mal-kap tal-iskola, Ms Violet, dwar din l-idea. Din

qablet magħha u tatha l-permess biex tkompli b’dan il-proġett.

Kif l-għalliema Ms Liża qalet lit-tfal li kellha pjan għal qabel ma jibdew il-vaganzi, dawn qabżu

fuqha u lanqas biss ħallewha tispiċċa s-sentenza, għax bdew jgħajtu ‘Iva! Iva!’ mill-ewwel.

Ms Liża talbithom iduru dawra mad-dar, u forsi jistaqsu lill-qraba u lil xi ġirien jekk kellhomx

xi kullani, brazzuletti, jew ġiżirani li ma kellhomx bżonnhom iżjed.

It-tfal iddubbaw dak kollu li kellhom bżonn għal dan il-proġett u tant kellhom kollezzjoni kbira

ta’ affarijiet li kellhom jidħlu l-iskola s-Sibt ukoll. Marret tgħinhom ukoll is-Sinjura Xerri u din

ħadet ħsieb tagħsar il-larinġ u ġġibilhom x’inaqqru.

Kemm ħadmu bil-qalb. Il-pjan kien li jbigħu dawk il-brazzuletti u l-ġiżirani li għamlu, u l-

flus li jaqilgħu jagħtuhom għall-karita`.

Il-‘ħanut’ fetaħ fil-bitħa tal-iskola, fil-ħin tal-brejk, fl-aħħar ġurnata tal-iskola. Kemm ġew nies! U

mhux il-ġenituri tat-tfal biss, tafux!

Page 3: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 3 minn 6

Wieġeb skond l-istorja:

A. Imla l-vojt b’Veru jew Falz.

Veru Falz

1. L-Għalliema kien jisimha Ms Liża.

2. L-istorja ġrat qrib żmien l-Għid.

3. Is-Sinjura Borġ ħadet ħsieb tagħsar il-larinġ u

ġġibilhom x’inaqqru.

4. Il-pjan kien li jbigħu dawk il-brazzuletti u l-giżirani li

għamlu, u l-flus li jaqilgħu jagħtuhom għall-karita`.

5. Il-“ħanut” fetaħ fil-ħin tal-brejk fl-aħħar ġurnata

tal-iskola.

6. Ħadd ma mar il-ħanut jixtri.

B. Imla l-vojt bi kliem li smajt fl-istorja.

1. Ms Liża kienet tħobb tagħmel xogħol ____________________.

2. Ms Liża ġietha idea fuq kif it-tfal jistgħu jagħmlu xi ħaġa ___________________.

3. It-tfal kellhom jistaqsu lill-qraba u lil xi _____________________ jekk kellhomx xi

kullani, brazzuletti, jew ġiżirani.

4. It-tfal iddubbaw dak kollu li kellhom bżonn għal dan _________________.

5. It-tfal ħadmu bil-_______________________.

Page 4: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 4 minn 6

Ċ. Agħmel sing taħt it-tajba.

1. Il-kunjom tal-għalliema kien:

a) Cutajar.

b) Camilleri.

ċ) Cassar.

2. Ms Violet kienet:

a) għalliema.

b) il-purtinara.

ċ) il-kap tal-iskola

3. Meta Ms Liża qaltilhom bil-pjan tagħha t-tfal:

a) bdew jgħajtu ‘Iva! Iva!’mill-ewwel.

b) ma qablux magħha.

ċ) bdew igergru.

Page 5: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 5 minn 6

4. Ms Liża, x’talbithom isibu mid-dar tagħhom lit-tfal?

a) xi kullani?

b) brazzuletti?

ċ) xi kullani, brazzuletti jew ġiżirani li ma kellhomx bżonn iżjed?

5. Peress li kellhom kollezzjoni kbira ta’ affarijiet kellhom:

a) jaqtgħu qalbhom u ma jagħmlu xejn.

b) jidħlu l-iskola s-Sibt ukoll.

ċ) jibqgħu sejrin u jaħdmu sa tard bil-lejl.

6. Il-pjan kien li l-flus li jiġbru:

a) jaqsmuhom bejniethom.

b) jagħtuhom għal karita’.

ċ) jagħtuhom rigal lill-għalliema.

7. Il-ħanut fetaħ:

a) fil-bitħa tal-iskola.

b) quddiem il-bieb tal-iskola.

ċ) f’waħda mill-klassijiet tal-iskola.

Page 6: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 6 minn 6

8. Għal din l-okkazjoni marru:

a) il-ġenituri biss.

b) il-ġenituri kif ukoll ħafna nies.

ċ) l-għalliema u l-ġenituri.

9. Ħadmu bil-qalb tfisser:

a) ħadu gost jaħdmu?

b) idejjqu jaħdmu?

ċ) qalbhom bdiet tħabbat ħafna?

__________________________________________

TMIEM Il-KARTA

Page 7: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 1 minn 5

SKOLA THERESA NUZZO

EŻAMIJIET ANNWALI 2017

Ir-Raba’ sena MALTI IL-FEHIM MIS-SMIGĦ ĦIN: tletin minuta

Karta tal-istudenti

Isem:__ ________________________ Klassi: __________________________

Gwida

1. Se jinqralek it-test tal-istorja.

2. Se jinqrawlek il-mistoqsijiet mogħtija għal darba biss.

3. Se jinqralek it-test tal-istorja għat-tieni darba.

4. Twieġeb il-mistoqsijiet.

5. Se jinqralek it-test tal-istorja għat-tielet darba waqt li tista’ twieġeb il-

mistoqsijiet.

6. Tista’ tiċċekkja t-tweġibiet kollha u kun ċert li mmarkajt waħda biss.

Marka totali

20

Page 8: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 2 minn 5

Wieġeb skond l-istorja:

A. Imla l-vojt b’Veru jew Falz.

Veru Falz

1. L-Għalliema kien jisimha Ms Liża.

2. L-istorja ġrat qrib żmien l-Għid.

3. Is-Sinjura Borġ ħadet ħsieb tagħsar il-larinġ u

ġġibilhom x’inaqqru.

4. Il-pjan kien li jbigħu dawk il-brazzuletti u l-giżirani li

għamlu, u l-flus li jaqilgħu jagħtuhom għall-karita`.

5. Il-“ħanut” fetaħ fil-ħin tal-brejk fl-aħħar ġurnata

tal-iskola.

6. Ħadd ma’ mar il-ħanut jixtri.

B. Imla l-vojt bi kliem li smajt fl-istorja.

1. Ms Liża kienet tħobb tagħmel xogħol ____________________.

2. Ms Liża ġietha idea fuq kif it-tfal jistgħu jagħmlu xi ħaġa ___________________.

3. It-tfal kellhom jistaqsu lill-qraba u lil xi _____________________ jekk kellhomx xi

kullani, brazzuletti, jew ġiżirani.

4. It-tfal iddubbaw dak kollu li kellhom bżonn għal dan _________________.

5. It-tfal ħadmu bil-_______________________.

Page 9: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 3 minn 5

Ċ. Agħmel sing taħt it-tajba.

1. Il-kunjom tal-għalliema kien:

a) Cutajar.

b) Camilleri.

ċ) Cassar.

2. Ms Violet kienet:

a) għalliema.

b) il-purtinara.

ċ) il-kap tal-iskola

3. Meta Ms Liża qaltilhom bil-pjan tagħha t-tfal:

a) bdew jgħajtu ‘Iva! Iva!’ mill-ewwel.

b) ma qablux magħha.

ċ) bdew igergru.

Page 10: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 4 minn 5

4. Ms Liża x’talbithom isibu mid-dar tagħhom lit-tfal?

a) xi kullani?

b) brazzuletti?

ċ) xi kullani, brazzuletti jew ġiżirani li ma kellhomx bżonn iżjed?

5. Peress li kellhom kollezzjoni kbira ta’ affarijiet kellhom:

a) jaqtgħu qalbhom u ma jagħmlu xejn.

b) jidħlu l-iskola s-Sibt ukoll.

ċ) jibqgħu sejrin u jaħdmu sa tard bil-lejl.

6. Il-pjan kien li l-flus li jiġbru:

a) jaqsmuhom bejniethom.

b) jagħtuhom għal karita’.

ċ) jagħtuhom rigal lill-għalliema.

7. Il-ħanut fetaħ:

a) fil-bitħa tal-iskola.

b) quddiem il-bieb tal-iskola.

ċ) f’waħda mill-klassijiet tal-iskola.

Page 11: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti: Il-Fehim mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 5 minn 5

8. Għal din l-okkazjoni marru:

a) il-ġenituri biss.

b) il-ġenituri kif ukoll ħafna nies.

ċ) l-għalliema u l-ġenituri.

9. Ħadmu bil-qalb tfisser:

a) ħadu gost jaħdmu?

b) idejjqu jaħdmu?

ċ) qalbhom bdiet tħabbat ħafna?

______________________________________________________________

TMIEM Il-KARTA

Page 12: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 1 minn 12

SKOLA THERESA NUZZO

EŻAMIJIET ANNWALI 2017

IR-Raba’ sena MALTI KITBA ĦIN: siegħa u kwart

Karta tal-istudenti

Isem:_________________________ Klassi:___________

Aqra sew dan li ġej:

Ikteb ismek, kunjomok u l-klassi.

Qabel tikteb it-tweġiba, ifhem sewwa il-mistoqsija.

Jekk ma tkunx taf xi tweġiba ħalliha vojta u kompli l-oħrajn. Imbagħad erġa’

pruvaha fl-aħħar.

Jekk tieħu żball ingassah pulit u erġa’ ikteb.

Qis li ma tħalli xejn barra.

Il-Marki

Il-Fehem mill-Qari Il-Kitba

30 marka 30 marka

Marka totali

60

Page 13: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 2 minn 12

TAQSIMA A: Il-Qari

Aqra din l-istorja u rrispondi l-mistoqsijiet.

L-ors l-għażżien

Orsu l-ors kien għażżien ħafna. Kien wieħed minn dawk l-annimali li flimkien mal-

iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud kienu jmorru jorqdu tul ix-xitwa kollha. paragrafu 1

Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-

qanfud ħarġu mid-dar tagħhom. Bdew jifirħu meta raw ix-xemx. Issa setgħu

jilagħbu barra fil-ħaxix, fil-ħamrija u ħdejn is-siġar. “Fejn qiegħed Orsu?” staqsew l-

annimali. Orsu kien għadu rieqed. L-annimali marru jqajmuh, “Orsu qum għax

waslet ir-rebbiegħa!” Orsu fetaħ għajnejh, “Ħalluni norqod ftit ieħor!” qalilhom.

“Kemm hu għażżien Orsu!” qalu l-annimali l-oħrajn. Flimkien ħadu gost jilagħbu fil-

foresta. paragrafu 2

Għadda ż-żmien u wasal is-sajf. “Fejn qiegħed Orsu?” staqsew l-annimali. Orsu kien

għadu rieqed. L-annimali marru jqajmuh, “Orsu qum għax wasal is-sajf!” Orsu fetaħ

għajnejh, “Ħalluni norqod ftit ieħor!” qalilhom. “Kemm hu għażżien Orsu!” qalu l-

annimali l-oħrajn. Flimkien ħadu gost jilagħbu fix-xemx. paragrafu 3

Page 14: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 3 minn 12

Għadda ż-żmien u waslet il-ħarifa. “Fejn qiegħed Orsu?” staqsew l-annimali. Orsu

kien għadu rieqed. L-annimali marru jqajmuh, “Orsu qum għax waslet il-ħarifa!”

Orsu fetaħ għajnejh, “Ħalluni norqod ftit ieħor!” qalilhom. “Kemm hu għażżien

Orsu!” qalu l-annimali l-oħrajn. Flimkien l-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud bdew ilestu

d-dar għax dalwaqt kienet se tasal ix-xitwa u jerġgħu jorqdu. Malli waslet ix-xitwa

hekk għamlu. paragrafu 4

Orsu l-ors kien għadu rieqed. F’daqqa waħda bdiet tgerger żaqqu. Fetaħ għajnejh u

qal, “X’ ġuħ għandi!” Meta ħares madwaru induna li l-foresta kienet miksija silġ.

paragrafu 5

“X’waħda din! Se jkolli nibqa’ bil-ġuħ sakemm tasal ir-rebbiegħa. Kieku ma kontx

għażżien kont inkun aktar ferħan!” paragrafu 6

Silta meħudha minn ‘Tagħna Tfal’ Marzu 2012

Page 15: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 4 minn 12

Taqsima A : Il-Qari (30 marka)

1. Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel (√) fil-kaxxa. a. L-istorja kienet dwar

b. L-ors kien jismu

ċ. Fl-istorja għażżien ifisser

d. Fl-istorja jissemmew

(4 x 1= 4 marki)

il-karozzi

Il-ġugarelli

l-annimali

Pingu

Orsu

Qanfud

edukat

iħobb jaħdem

iħobb jorqod

ħames annimali

erba’ annimali

tliet annimali

Page 16: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 5 minn 12

2. Immarka b’√ taħt veru jew falz biex tagħżel jekk is-sentenza hijiex tajba jew

ħażina.

L-ewwel waħda hija lesta.

(4x1=4 marki)

Veru Falz

a. Orsu kien iħobb jiġri u jilgħab ma’ sħabu l-

annimali.

b. l-iskwiril kien iħobb jorqod tul ix-xitwa.

ċ. L-annimali ħarġu mid-dar tagħhom fil-ħarifa.

d. Fis-sajf Orsu kien għadu rieqed.

e. Meta qam Orsu sab ħafna ikel x’ jiekol.

Page 17: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 6 minn 12

3. Poġġi dawn is-sentenzi fl-ordni ta’ kif ġrat l-istorja. Agħtihom numru kif

għandhom jiġu wara xulxin. L-ewwel waħda hija lesta.

Fis-sajf ħadu pjaċir jilagħbu fix-xemx.

Orsu ried jorqod ftit aktar.

L-annimali kellhom festa kbira.

Meta waslet ir-Rebbiegħa l-annimali qamu mir-raqda tagħhom. 1

Meta Orsu finalment qam kienet kważi waslet ix-xitwa.

(4x1=4 marki)

4. Imla l-vojt f’dawn is-sentenzi billi tagħżel kelma t-tajba mill-kaxxa ta’ taħt. Hemm

kelma żejda li ma tridx tintuża. L-ewwel waħda hija lesta.

(5x1=5 marki)

Orsu kien tassew ors għażżien u l-aktar ħaġa li kienet għal qalbu kien l-

_______________. _______________, l-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud kollha

qamu biex jagħmlu_____________. Orsu baqa’ rieqed dak iż-żmien kollu u

minħabba f’hekk ħassu tassew________________. Pero kien tard wisq u ma seta’

jsib xejn x’ jiekol għax il-______________ kienet miksija bis- silġ.

għażżien festa foresta

irqad Sħabu bil-ġuħ xitwa

Page 18: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 7 minn 12

5. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet. (3x2=6 marki)

a. Kemm-il darba pprovaw iqajmuh lil Orsu? (par 2,3 u 4)

_________________________________________________________

_________________________________________________________

b. Fir-rebbiegħa, l-annimali fejn ħadu gost jilagħbu? (par 2)

_________________________________________________________

_________________________________________________________

ċ. Għalfejn qam l-ors? (par 5)

_________________________________________________________

_________________________________________________________

Page 19: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 8 minn 12

6. Imla l-vojt skond x’jitolbok fil-kolonna tal-ġenb. L-ewwel waħda hija lesta.

(7x1=7 marki)

a. Għadda ż-żmien u wasal is-sajf.

Agħti l-plural.

żminijiet

b. L-annimali jorqdu tul ix-xitwa kollha.

Poġġi l-verb fil-passat.

________________ ċ. Orsu, l-ors kien għadu rieqed.

Sib Nom Propju.

________________ d. Kieku ma kontx għażżien kont inkun

ferħan.

Sib 2 aġġettivi. ______________ ______________

e. Issa setgħu jilagħbu barra fil-ħaxix. Ikteb il-Mamma ta’ dan il-verb.

_____________ f. Raqad Ikteb – Għerq skond il-

mamma. _____________

ġ. Inqum wara xitwa rieqed. Ikteb fil-kmand. ______________

g. Ors Ikteb fil-plural. ______________

Page 20: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 9 minn 12

TAQSIMA B – Il-Kitba

1. Ħarġu l-applikazzjonijiet għal Skola Sajf. Inti tixieq tattendi. Imla din il-

formula bid-dettalji tiegħek skont il-bżonn. (5 marki)

Isem u Kunjom

Data ta’ twelid

Klassi

Skola fejn tattendi

Ir-raħal jew belt fejn

tgħix

Passatempi tiegħek

Ġranet li tista’ tattendi

It-Tnejn L-Erbgħa Il-Ġimgħa

2.

( 5 marki)

Ikteb messaġġ lil ħabib/a li qiegħed/qiegħda l-isptar wara li kellu/ha, inċident

bir- rota.

Page 21: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 10 minn 12

E: Kitba Kreattiva Uża l-immaġinazzjoni tiegħek u b’Malti tajjeb ikteb komponiment ta’ mhux inqas minn 100 kelma fuq WIEĦED minn dawn it-titli.

1. Ikteb ittra elettronika lill-ħabib/ħabiba tiegħek li mar/marret jgħix/tgħix barra

minn Malta. Tista’ titkellem dwarek, dwar l-iskola, dwar il-ħbieb tiegħek, dwar

il-passatempi u kif qed tqatta’ l-ħin u kif qed tħossok mingħajru/ha.....

jew 2. L-isbaħ ktieb li qatt qrajt!

(X’jismu dan il-ktieb? Min kitbu? Xtrajtu jew iddubbajtu? Għalfejn iddeċidejt li

taqrah? Għandu stampi sbieħ? X’inhi l-istorja tal-ktieb? Min huma l-karattri

prinċipali tal-ktieb? X’tip ta’ ktieb hu: tal-avventura, tad-daħk jew tal-biża’?

Għalfejn għoġbok ħafna?)

jew 3. Id-dar tiegħi.

(Fejn tinsab id-dar tiegħek? Kemm-il kamra fiha? X’jogħġbok fiha? Liema hija

l-kamra favorita tiegħek? Xi tħobb tagħmel id-dar? ....)

jew 4. Il-Vaganzi tas-Sajf.

(Xi tħobb tagħmel fis-sajf? Ikollok aktar ħin liberu?

baħar, ġelat, barbeques, ħbieb, familja, insiefer, skola sajf ....

Page 22: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 11 minn 12

Ikteb it-titlu li għażilt: ________________________________ (18-il marka)

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

Uża dan l-ispazju biex tikteb xi ideat sabiex tippjana l-istorja tiegħek. (2 marki)

Page 23: Marka totali SKOLA THERESA NUZZOtheresanuzzoschool.com/wp-content/uploads/2017/09/... · Meta waslet ir-rebbiegħa, fil-foresta kien hemm festa kbira. L-iskwiril, iż-żrinġ u l-qanfud

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet Annwali 2017 Paġni 12 minn 12

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

______________________________________________________________

_____________________________________________________________

-------------- TMIEM --------------