Upload
vera
View
48
Download
6
Embed Size (px)
DESCRIPTION
NIKKOREĠU LIL XULXIN 23 Ħadd matul is-Sena A. www.ofm.org.mt. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel Eż 33, 7-9. Dan jgħid il-Mulej: U int, bin il-bniedem, jiena qegħidtek għassies fuq id-dar ta’ Iżrael. - PowerPoint PPT Presentation
Citation preview
NIKKOREĠU LIL XULXIN
23 Ħadd matulis-Sena A
www.ofm.org.mt
L-1 QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel
Eż 33, 7-9
Dan jgħid il-Mulej:U int, bin il-bniedem,
jiena qegħidtek għassies fuq id-dar ta’ Iżrael.
Meta int tisma’ kliemi ħiereġ minn fommi,għandek twiddibhom f’ismi.Meta ngħid lill-midneb, ‘Int għandek tmut żgur,’
u int ma titkellimxu ma twiddibx lill-midneb ħalli jitlaq it-triq tiegħuu l-midneb imut fi ħżunitu,demmu minn idejk infittxu.
Jekk inti twiddeb lill-
midnebbiex iħalli
triqtu u jerġa’ lura minnha
u hu ma jerġax lura minn triqtu u jmut fi
ħżunitu,inti tkun salvajt lilek
innifsek.
Il-Kelma tal-Mulej.
Inroddu ħajr lil Alla.
SALM RESPONSORJ
ALISalm 94
Isimgħu leħen il-
Mulej, u la twebbsux qalbkom.
Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena l-Mulej,
ħa ngħajtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni
tagħna!Nidhru quddiemu
b’għana ta’ radd il-ħajr,ngħannulu b’għajat
ta’ ferħ.
R/.
Isimgħu leħen il-
Mulej, u la twebbsux qalbkom.
Ejjew inqimuh mixħutin fl-art,għarkobbtejna
quddiem il-Mulej li ħalaqna,
għaliex hu Alla tagħna,u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu u n-
ngħaġ tiegħu.
R/.
Isimgħu leħen il-
Mulej, u la twebbsux qalbkom.
Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
“La twebbsux qalbkom bħal f’Meribah,
bħal dak in-nhar f’Massah, fid-deżert,
meta ġarrbuni missirijietkom,
ippruvawni, għalkemm għemili raw.”
R/.
Isimgħu leħen il-
Mulej, u la twebbsux qalbkom.
IT-2 QARI
Qari mill-Ittra ta’ San
Pawl Appostlu lir-Rumani
Rum 13, 8-10
Ħuti: Qisu li ma jkollkom ebda obbligazzjoni lejn ħadd, ħlief li tħobbu lil xulxin; għax min iħobb lill-proxxmu jkun żamm il-liġi kollha.
Għax il-kmandamenti “la tiżnix, la toqtolx, la tisraqx, la tkunx rgħib”, u kull preċett ieħor, hu liema hu, kollha jinġabru f’din il-kelma waħda:
“ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.” L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu. Mela l-imħabba hija l-milja tal-liġi.
Il-Kelma tal-Mulej.
Inroddu ħajr lil Alla.
Hallelujah. Halleluljah.
Kull min iżomm il-kelma ta’ Kristu,
fih hemm tassew l-imħabba ta’ Alla
fil-milja tagħha.
Hallelujah.
L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju
ta’ San Mattew
Mt 18, 15-20
F’DAK IŻ-ŻMIEN: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
“Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu
u widdbu.
Jekk jisma’ minnek,
tkun irbaħt lura lil ħuk.
Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kull ma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta.
Jekk imbagħad
anqas minnhom ma
jkun irid jisma’, mur
għid lill-ġemgħa.
U jekk anqas mill-ġemgħa ma jkun irid
jisma’ żommu
b’wieħed pagan u publikan.
Tassew ngħidilkom, li kull ma torbtu fuq l-art ikun marbut fis-sema, u kull
ma tħollu fuq l-art ikun maħlul
fis-sema.
Ngħidilkom ukoll li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħenhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet jagħtihielhom.
Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi,
hemm inkun jien f’nofshom.”
Il-Kelma tal-Mulej.
It-tifhir lilek Kristu.
NIKKOREĠU LIL XULXIN
23 Ħadd matulis-Sena A
www.ofm.org.mt