8
Is-Sibt, 2 ta’ Marzu www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 20,000 impjieg ġdid maħluqa fl-aħħar ħames snin għaż-żgħażagħ Il-bniedem għandu importanza kbira fil-politika tal-Partit Nazzjonalista Mhux kapaċi jmexxi l-każin tiegħu ta’ Ħal Safi, aħseb u ara l-pajjiż ii iii vii FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGĦżEL ĦAżIN Noħolqu 25,000 job ġdid għaż-żgħażagħ Matul il-ħames snin li ġejjin Gvern Nazzjonalista jkompli joħloq aktar jobs għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin, fosthom ukoll għaż-żgħażagħ li jkunu jridu jidħlu fid-dinja tax-xogħol Fil-ħames snin li għaddew il-Gvern taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi ħoloq 20,000 impjieg ġdid. Minkejja li l-kumplament tal-pajjiżi madwarna kienu milquta minn kriżijiet diffiċli li heddewlhom l-ekonomiji tagħhom, jew li saħansitra fallewhom, pajjiżna, għax kellu tmexxija għaqlija, baqa’ miexi ‘l quddiem u kompla joħloq l-opportunitajiet tax-xogħol. Din hi d-direzzjoni li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern irid ikompli jimxi fuqha matul il-ħames snin li ġejjin – il- ħolqien ta’ 25,000 impjieg ġdid ieħor biex iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ikollhom opportunitajiet ġodda fejn jaħdmu bi qligħ tajjeb għalihom u għall-familji tagħhom. Il-Partit Nazzjonalista fil- Programm Elettorali tiegħu jirriafferma l-impenn tiegħu biex ikattar l-opportunitajiet tax-xogħol u jgħid bl-aktar mod ċar li l-ħaddiema kollha u ta’ kull età huma riżorsa prezzjuża għalih. Għaldaqstant jitkomplew u jitwessgħu l-iskemi biex meta persuna tkun mingħajr xogħol u tkun qed tieħu l-benefiċċji tal- qgħad, issib ukoll l-għajnuna meħtieġa biex tkun tista’ titħarreġ u tkun tista’ taħdem numru ta’ sigħat fil-ġimgħa mingħajr ma titlef il-benefiċċji. Il-Partit Nazzjonalista ħoloq ambjent ekonomiku li fih seta’ jinħoloq ix-xogħol u xogħol b’pagi aħjar. Dan l-ambjent il-Partit Nazzjonalista fil- Gvern ħolqu għaliex Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea – xi ħaġa li Muscat u sħabu kienu bil-qawwa kollha kontra – u nfetħu swieq u opportunitajiet ġodda għaliex il-Gvern investa f’setturi ġodda. Mhux biss, iżda nħoloq ix-xogħol għaliex il- Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista investa fil- kompetittività tan-negozju u tal-industrija, għaliex investa fir-riżorsi umani tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, fosthom fiż-żgħażagħ li ngħataw kull opportunità biex jistudjaw u jimxu ‘l quddiem. Pajjiżna se jkompli jikseb storja ta’ suċċess fil-qasam tal-opportnitajiet tax-xogħol għaż-żgħażagħ għax kif għamel matul il-ħames snin li għaddew se jkompli jippremja x-xogħol, għaliex se jkompli jżomm it-taxxi baxxi u, fuq kollox, għaliex se jkompli jżomm il-finanzi fis-sod.

Noħolqu 25,000 jobġdid għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Suppliment is-Sibt 2 ta' Marzu 2013

Citation preview

Page 1: Noħolqu 25,000 jobġdid għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Is-Sibt, 2 ta’ Marzu www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

20,000 impjieg ġdid maħluqa fl-aħħar ħames snin għaż-żgħażagħ

Il-bniedem għandu importanza kbira fil-politika tal-Partit Nazzjonalista

Mhux kapaċi jmexxi l-każin tiegħu ta’ Ħal Safi, aħseb u ara l-pajjiżii iii viiFaTTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScaT jagĦżEL ĦażIN

Noħolqu 25,000 job ġdid għaż-żgħażagħMatul il-ħames snin li ġejjin Gvern Nazzjonalista jkompli joħloq aktar jobs għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin, fosthom ukoll għaż-żgħażagħ li jkunu jridu jidħlu fid-dinja tax-xogħol

Fil-ħames snin li għaddew il-Gvern taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi ħoloq 20,000 impjieg ġdid. Minkejja li l-kumplament tal-pajjiżi madwarna kienu milquta minn kriżijiet diffiċli li heddewlhom l-ekonomiji tagħhom, jew li saħansitra fallewhom, pajjiżna, għax kellu tmexxija għaqlija, baqa’ miexi ‘l quddiem u kompla joħloq l-opportunitajiet tax-xogħol.

Din hi d-direzzjoni li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern irid

ikompli jimxi fuqha matul il-ħames snin li ġejjin – il-ħolqien ta’ 25,000 impjieg ġdid ieħor biex iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ikollhom opportunitajiet ġodda fejn jaħdmu bi qligħ tajjeb għalihom u għall-familji tagħhom.

Il-Partit Nazzjonalista fil-Programm Elettorali tiegħu jirriafferma l-impenn tiegħu biex ikattar l-opportunitajiet tax-xogħol u jgħid bl-aktar mod ċar li l-ħaddiema kollha

u ta’ kull età huma riżorsa prezzjuża għalih. Għaldaqstant jitkomplew u jitwessgħu l-iskemi biex meta persuna tkun mingħajr xogħol u tkun qed tieħu l-benefiċċji tal-qgħad, issib ukoll l-għajnuna meħtieġa biex tkun tista’ titħarreġ u tkun tista’ taħdem numru ta’ sigħat fil-ġimgħa mingħajr ma titlef il-benefiċċji.

Il-Partit Nazzjonalista ħoloq ambjent ekonomiku li fih seta’ jinħoloq ix-xogħol u xogħol b’pagi aħjar. Dan l-ambjent

il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern ħolqu għaliex Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea – xi ħaġa li Muscat u sħabu kienu bil-qawwa kollha kontra – u nfetħu swieq u opportunitajiet ġodda għaliex il-Gvern investa f’setturi ġodda.

Mhux biss, iżda nħoloq ix-xogħol għaliex il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista investa fil-kompetittività tan-negozju u tal-industrija, għaliex investa

fir-riżorsi umani tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, fosthom fiż-żgħażagħ li ngħataw kull opportunità biex jistudjaw u jimxu ‘l quddiem.

Pajjiżna se jkompli jikseb storja ta’ suċċess fil-qasam tal-opportnitajiet tax-xogħol għaż-żgħażagħ għax kif għamel matul il-ħames snin li għaddew se jkompli jippremja x-xogħol, għaliex se jkompli jżomm it-taxxi baxxi u, fuq kollox, għaliex se jkompli jżomm il-finanzi fis-sod.

Page 2: Noħolqu 25,000 jobġdid għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 2 ta’ Marzu 2013www.mychoice.pn

20,000impjieg ġdid maħluqin fl-aħħar ħames snin u 25,000 fil-ħames

snin li ġejjin għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema Maltin

u għawdxin

3,462impjieg grazzi għall-investiment

ġdid li sar f’fabbriki ġodda u f’estensjonijiet

ta’ fabbriki oħra

Fatti u Ċifri

€323 miljun

f’fabbriki ġodda u f’estensjonijiet

85% tal-investiment

f’fabbriki ġodda sarb’investiment

barrani

kien hemm żieda ta’ 300 impjieg ġdid f’fabbriki li ngħataw għajnuna mill-gvern minħabba

li fi żmien il-kriżi internazzjonali kienu għaddejjin minn

mumenti diffiċli

€110 miljunf’investiment minn

fabbriki li kienu megħjuna mill-gvern biex jegħlbu l-kriżi

internazzjonali

jidħlu minnufih il-miżuri tal-baġit li l-Partit Laburista vvota kontrihom

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalitàMILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

21. Tnaqqis tat-taxxa tad-dħul

Kif għamel fl-aħħar ħames snin, Gvern Nazzjonalista jerġa’ jnaqqas l-income tax. Fuq medda ta’ tliet snin, id-dħul sa €60,000 jiġi ntaxxat bir-rata ta’ 25% minflok 35%. L-income tax titnaqqas minn 35% għal 32% fl-2013, minn 32% għal 29% fl-2014 u minn 29% għal 25% fl-2015.

22. Tnaqqis ta’ taxxi fuq proprjetà

i. Titneħħa t-taxxa tal-boll fuq it-trasferiment ta’ proprjetà residenzjali mill-ġenituri għat-tfal kemm b’wirt mal-mewt tagħhom kif ukoll b’donazzjoni.

ii. Għal min jixtri proprjetà, il-valutazzjoni li jagħmel il-perit tal-bank se tittieħed bħala konferma tal-prezz tas-suq u b’hekk mhux se jintbagħat aktar il-perit tal-Gvern. B’hekk jispiċċa darba għal dejjem l-inkwiet li tista’ teħel aktar taxxa mill-prezz li bih xtrajt il-proprjetà.

iii. F’każ ta’ proprjetajiet li l-valur tagħhom jaqbeż il-€250,000, se nibdew proċess bi prova fejn, qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt, fl-istadju li jsir il-konvenju, ix-xerrej u l-bejjiegħ ikunu jistgħu jitolbu lid-Dipartment jibgħat il-perit tiegħu qabel biex joħroġ l-istima tal-prezz li fuqu jkun irid jitħallas il-boll. Din il-valutazzjoni tibqa’ valida sitt xhur mid-data li tinħareġ.

iv. Nestendu ż-żmien għall-bejgħ b’final withholding tax ta’ 12% minn seba’ snin għal 12-il sena.

v. Bħalissa min jixtri proprjetà residenzjali jħallas 5% taxxa tal-boll kif jaqbeż €116,500. Bit-tnaqqas fit-taxxa li tħabbar fil-baġit, sa €150,000 jitħallas 3.5%. Dan il-benefiċċju jgħodd ukoll għal min jixtri t-tieni dar, u jbigħ l-ewwel dar.

Titneħħa t-taxxa tal-boll fuq it-trasferiment ta’ proprjetà residenzjali mill-ġenituri għat-tfal kemm b’wirt mal-mewt tagħhom kif ukoll b’donazzjoni

Page 3: Noħolqu 25,000 jobġdid għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Is-Sibt, 2 ta’ Marzu f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemIl-bniedem għandu importanza kbira fil-politika tal-Partit Nazzjonalista. Għalhekk Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem żamm fiċ-ċentru l-interess tal-bniedem - it-tfal, iż-żgħażagħ, l-adulti u l-anzani. Fi ftit kliem il-familja Maltija u Għawdxija hi l-perm li fuqha titfassal il-politika tal-Partit Nazzjonalista

Gvern Nazzjonalista, gvern favur il-familji u żgħażagħIl-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem ra kif għamel biex f’Malta jkun hawn biżżejjed impjiegi għal kulħadd u anke għamel ħiltu biex fl-eqqel tal-kriżi internazzjonali jkompli jġib ix-xogħol lejn pajjiżna.

Dan għamlu għax il-Partit Nazzjonalista fil-gvern dejjem kellu viżjoni ċara u jaf fejn ried iwassal dan il-poplu u dan il-pajjiż tant li matul dawn l-aħħar ħames snin ħoloq 20,000 impjieg.

Impjiegi li jfissru s-serħan tal-moħħ għal eluf ta’ membri ta’ familji u futur fis-sod għaż-żgħażagħ.

Lawrence Gonzi l-Prim Ministru li daħħal il-kelma ‘biljun’Lawrence Gonzi se jibqa’ jissemma mhux biss bħala missier l-ewro f’pajjiżna iżda wkoll li kien l-ewwel Prim Ministru li daħħal f’pajjiżna l-kelma ‘biljun ewro’. Tajjeb li fil-ħajja wieħed ma jiħux kollox fiċ-ċert għax xejn ma jiġri b’kumbinazzjoni, iżda b’riżultat tal-impenn u tal-ippjanar.

Permezz tan-negozjati tiegħu l-pajjiż akkwista ’l fuq minn 1,128 miljun ewro li dawn se jissarrfu fl-edukazzjoni, f’postijiet tax-xogħol u ħafna oħrajn.

Biljun ewro li se jfissru mhux tieqa ġdida għall-opportunitajiet lokali iżda bieb mill-kbar għal kulħadd.

Anzjani aktar kuntentiXi ngħidu llum dwar l-progress li l-anzjani għamlu f’pajjiżna taħt Gvern Nazzjonalista, taħt tmexxija b’par idejn sodi, bdilna l-mentalità sħiħa minn dik ta’ kura għall-anzjanità attiva.

Il-Gvern nieda numru ta’ inizjattivi favur l-anzjani fosthom dawk relatati mal-bini ta’ diversi day centers, night shelters u ta żieda ta’ €300 u pensjoni biż-żieda sħiħa. Dan wassal biex aktar anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità fejn trabbew u b’hekk aktar kuntenti mal-familja u sħabhom.

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem ġab ‘il quddiem politika li tħeġġeġ lill-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità fejn trabbew u għexu u wkoll biex jibqgħu attivi fis-soċjetà, dejjem jekk ikunu għadhom b’saħħithom. L-anzjani huma fiċ-ċentru tal-politika mmexxija mill-Partit Nazzjonalista.

Roħs u tneħħija ta’ 25 taxxaPermezz ta’ ħidmet dan il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Partit Nazzjonalista kull familja qed tesperjenza aktar flus fil-but permezz ta’ numru ta’ miżuri u skemi li daħħal. Fil-ħames snin li għaddew żdied id-dħul tal-familji Maltin u Għawdxin u l-Gvern hu impenjat li matul il-ħames snin li ġejjin dan id-dħul ikompli jikber.

L-aktar li niftakar huma t-tneħħija jew tnaqqis ta’ 25 taxxa li ħallew iktar flus fi bwiet il-familja, tneħħija li ġejja dalwaqt hi dik tal-boll fuq il-propjetajiet, roħs fil-mediċini, tnaqqis tal-income tax u ħafna oħrajn. Dan wassal biex il-familji jkunu aktar kuntenti u jiġġeneraw ekonomija aħjar.

Opportunitajiet ta’ xogħol u studju liż-żgħażagħ f’pajjiżnaIllum mhux biss tistudja b’xejn f’Malta u tingħata l-istupendju u smart card kull sena tul il-kors kollu iżda l-varjetà ta’ speċjalizzazzjoni fil-Masters li tista’ tagħmel Malta hi waħda kbira tant li wieħed ma għandux bilfors isiefer barra.

Fuq kollox il-Gvern permezz ta’ diversi sorsi jagħti 2,000 scholarship mhux biss għal dik is-sena partikulari iżda għal kors kollu minn sena sa sitt snin. Dan ikompli jserraħ moħħ l-istudent biex ikompli jistudja.

Illum iż-żgħażagħ għandhom kull opportunita’ biex ikomplu jimxu ‘l quddiem fl-istudju u fit-taħriġ tagħhom biex eventwalment isibu l-job li jkunu jixtiequ.

JUSTINcASSARĦAL LUQA

JUSTINFORMOSAIL-ĦAMRUN

KEvIN cORTISL-IMTARFAMANUEL

MIcALLEFBIRKIRKARA

LOUIS cASSARĦAż-żABBAR

Page 4: Noħolqu 25,000 jobġdid għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 2 ta’ Marzu 2013www.mychoice.pn

Futur fis-sod għaż-żgħażagħ bil-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet ta’ studju u xogħol

Opportunitajiet tajbin ta’ xogħol bi dħul tajjeb kemm għaż-żgħażagħ kif ukoll għall-familji tagħhom. Hu biss il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern li f’pajjiżna jista’ jkompli jitkattru l-opportunitajiet tax-xogħol wara li fil-ħames snin li għaddew il-Gvern irnexxielu jikkrea 20,000 job ġdid għaż-żgħażagħ f’diversi setturi tal-ħajja, fosthom ukoll fil-qasam tat-teknoloġija u l-kompjuters

Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul dawn il-ħames snin daħħal fis-seħħ diversi miżuri biex iħeġġeġ liż-żgħażagħ jidħlu fil-qasam tan-negozji ż-żgħar. Għall-Gvern Nazzjonalista dan hu settur mill-aktar importanti li fih jinħolqu għadd ġmielu ta’ opportunitajiet ta’ xogħol

Page 5: Noħolqu 25,000 jobġdid għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Is-Sibt, 2 ta’ Marzu f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Fil-ħames snin li għaddew iż-żgħażagħ kellhom kull opportunità li jimxu ‘l quddiem billi jsegwu fl-MCAST il-

korsijiet li jixtiequ. Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jinkoraġġixxi liż-żgħażagħ biex ikomplu jistudjaw jew

jissuktaw bit-taħriġ u għal dan l-iskop il-Gvern jinkoraġġixxi lill-istess żgħażagħ billi jagħtihom l-istipendju dovut lilhom u jiggarantilhom li darba jispiċċaw b’suċċess il-kors li jkunu

qed isegwu, isibu l-impjieg li jkunu ilhom jaħdmu għalih

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fil-ħames snin li għaddew investa bis-sħiħ mhux biss fir-riżorsi umani involuti fil-qasam tat-tagħlim u t-taħriġ, imma anki fit-tagħlim u fil-makkinarju meħtieġ għat-tagħlim u t-taħriġ. Filwaqt li Gvern immexxi mill-Malta Labour Party kien għalaq l-MCAST ta’ dak iż-żmien u għalaq l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ, Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fil-ħames snin li għaddew fetaħ opportunitajiet kbar għaż-żgħażagħ tant li llum aktar minn 83 fil-mija qed jissuktaw bl-istudji jew bit-taħriġ tagħhom wara l-età tas-sekondarja

Page 6: Noħolqu 25,000 jobġdid għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Muscat jagħżel ħażin...vi – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 2 ta’ Marzu 20

13www.mychoice.pn

Muscat u l-media tiegħu qattgħu ġimgħat sħaħ fil-kampanja elettorali negattiva li għamlu jippruvaw jimplikaw xi politiku fil-każ ta’ tixħim għal xiri ta’ żejt mill-EneMalta

Tnejn mill-akkużati issa huma Tarcisio Mifsud, mistieden minn Muscat stess jitkellem fil-Kungress Laburista, u Alfred Mallia, eks Sindku ‘Indipendenti’ ta’ Ħal Qormi meta l-Labour Party kien jappoġġja kandidati ‘Indipendenti’ fil-kunsilli

Fil-Kungress Laburista f’Settembru, Tarcisio Mifsud appoġġja b’qawwa l-proposti ta’ Muscat dwar l-enerġija

Mistieden regolarment fuq Super 1 biex jikkritika lill-Gvern, Tarcisio Mifsud dejjem kien ippreżentat bħala espert taż-żejt u l-EneMalta

L-ISKANDLU TA’ TIXĦIM GĦAL XIRI TA’ żEJT DAR GĦAL MUScAT STESS

Tarcisio Mifsud, akkużat b’korruzzjoni u tixħim

fix-xiri taż-żejt mill-EneMalta, mistieden

minn Joseph Muscat jitkellem dwar iż-żejt u l-EneMalta fil-Kungress

tal-Partit Laburista f’Settembru li għadda

f’Ta’ Qali u għal diversi drabi fuq Super 1 bħala

espert Laburista taż-żejt

...u tbati int

Page 7: Noħolqu 25,000 jobġdid għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Is-Sibt, 2 ta’ Marzu f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Mario Cuomo, li kien Gvernatur tal-Istat ta’ New York, fl-Amerka, dwar l-elezzjonijiet kien qal: il-kampanji jsiru bil-poeżija, l-iggvernar, imbagħad, isir bil-proża.

Fl-aħħar tmien ġimgħat għaddejna minn kampanja elettorali li matulha smajna ħafna u li fihom rajna r-riżultati ta’ dak li kisbu l-partiti fil-ħames snin li għaddew u l-proposti tagħhom għall-ħames snin li ġejjin. Il-verità hi li, kif fehem Mario Cuomo, hemm differenza bejn il-kampanja elettorali ta’ disa’ ġimgħat u d-deċiżjonijiet ta’ gvern ta’ ħames snin.

Gvern li għandu r-riżultati f’idejhIl-politika tal-Gvern tal-ġurnata nafuha. U mhux bissġ qed ngħixuha wkoll. Il-Gvern

Il-bżonn tas-sustanza tul ħames snin flok l-għażliet fundamentalment ħżiena li għamel Muscat

għandu r-riżultati x’juri u nafu x’inhuma, nafu fejn aħna mal-Gvern Nazzjonalista. Mhux l-istess mal-Labour Party.

Labour li ma tax soluzzjonijiet veriGħal ħames snin sħaħ, il-Labour ta’ Muscat nesa u pprova jnessi x’kien għaddej barra minn Malta, maqdar kull nitfa ta’ dettall dwar kull ħaġa taħt il-kappa tax-xemx, imma ma kienx kapaċi joffri soluzzjonijiet għall-problemi li semma. Muscat kien qisu tabib li jinvistak, jgħidlek kemm qed iħoss għalik għas-sintomi li qed tbati, imma la jagħtik soluzzjoni u lanqas mediċina. U f’din il-kampanja rajna kemm hi vojta l-wegħda ewlenija tiegħu li jibni power station għalxejn, ineffaq lill-pajjiż 600 miljun ewro u xorta jipproduċi elettriku bl-għoli meta tqabblu ma’ dak li se

jkollna mill-interconnector cable minn Sqallija.

Muscat ma jgħidx kif se jiggarantixxi x-xogħol... Il-mistoqsijiet dwar l-għażliet ewlenin huma ċari. Muscat kif se jiggarantixxi x-xogħol li hawn minkejja atmosfera dinjija tant imqallba? Kif se jara li ma jiġrilniex bħall-pajjiżi li poġġielna bħala xempju tul dawn il-ħames snin, jiġifieri Ċipru u Spanja li t-tnejn jinsabu għarkupptejhom jittallbu u b’qgħad kbir?

… is-saħħa... Il-Labour kif se jassigura l-progress fis-saħħa b’45,000 operazzjoni li qed isiru kull sena, sptar modern u l-aqwa apparat fih? Kif se jiggarantixxi l-isptar li qed jinbena u s-sistemi ġodda għall-kura tal-kanċer u għall-prevenzjoni ta’ tipi ta’ kanċer

komuni? Kif se jassigura l-kura mill-aqwa tal-anzjani li għandna llum u l-1,300 mediċina li qed jingħataw b’xejn lil 100,000 ruħ?

…l-edukazzjoniMuscat kif se jiggarantixxi l-avvanz fl-edukazzjoni b’25,000 gradwat li kellna tul l-aħħar ħames snin, 20,000 student fl-MCAST, fl-Università u fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi jgawdu l-istipendji u aktar korsijiet ġodda? Kif se jassigura l-iskejjel ġodda u l-apparat il-ġdid li qed isir tant investiment fih fl-iskejjel tal-Gvern? Kif se jiggarantixxi l-korsijiet li qed jingħataw illum lil żgħażagħ u ħaddiema f’kull livell biex javvanzaw u jkun jista’ jkollhom impjiegi sodi b’pagi tajbin?

Muscat fuq dawn l-għażliet importanti ftit li xejn tkellem b’sustanza f’dawn l-aħħar tmien ġimgħat. Slogans iva, u ħafna, imma sustanza mill-anqas.

Muscat jagħżel ħażin ħafna, jaħbi u jigdebJekk xejn, f’dawn it-tmien ġimgħat, Muscat uriena kemm għażel ħażin f’każ kbir ta’ reat kriminali li jġorr piena ta’ għomor il-ħabs. Ħareġ kif ħeba każ ta’ traffikar tad-droga fil-każin tiegħu stess ta’ Ħal Safi. Ħareġ kif gideb meta lill-ġurnalisti qalilhom li ma kienx jaf meta, fil-fatt, kien jaf. Ħareġ kif reġa’ gideb meta qal lill-ġurnalisti li, kieku kien jaf, kien jirrapporta meta, fil-fatt, nafu li kien jaf u ma rrappurtax. Muscat anke f’dawn it-tmien ġimgħat wera li ma kienx kapaċi jmexxi każin, aħseb u ara pajjiż.

Muscat f’dawn it-tmien ġimgħat wera li ma kienx kapaċi jmexxi mqar il-każin tiegħu

ta’ Ħal Safi, aħseb u ara l-pajjiż

Page 8: Noħolqu 25,000 jobġdid għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 2 ta’ Marzu 2013www.mychoice.pn

“Fl-Elezzjoni Ġenerali tad-9 ta’ Marzu ż-żgħażagħ se jkunu qed jagħżlu bejn politika b’direzzjoni ċara li ħolqot il-ġid u x-xogħol u politika bla direzzjoni. Iż-żgħażagħ se jkunu qed jagħżlu bejn politika ppruvata fil-maltemp li toħloq ix-xogħol u li ssaħħaħ l-oqsma tat-tagħlim u t-taħriġ u politika opportunista u populista li twiegħed kollox lil kulħadd iżda li fil-fatt ittellef l-impjiegi u toħnoq l-ekonomija. Jien m’għandix dubbju li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin kapaċi jagħżlu lil dak il-Partit li verament għandu għal qalbu l-ġid ta’ pajjiżna biex hekk Malta u Għawdex jissuktaw jimxu ’l quddiem kif għamlu matul il-ħames snin li għaddew.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi