46
633/15MH Pagna 1 minn 46 QORTI CIVILI PRIM’AWLA ONOR. IMHALLEF DR. MIRIAM HAYMAN LL.D. Rikors Guramentat Nru.: 633/15MH Illum 29 ta’ Mejju, 2017 1) L-Assocjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta 2) Frankie Sammut [K.I. 210578M] u 3) Malcolm Bondin [K.I. 360480M] vs 1) Il-Kummissarju tal-Pulizija 2) Kevin Mahoney, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghall-Intern u s- Sigurta’ Nazzjonali 3) Pierre Grech Pillow u 4) Obelisk Auctions Limited (C 42122) Il-Qorti: Rat ir-rikors guramentat tal-atturi tat-30 ta’ Gunju 2015 fejn gie premess:

QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

  • Upload
    lamque

  • View
    240

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 1 minn 46

QORTI CIVILI – PRIM’AWLA

ONOR. IMHALLEF DR. MIRIAM HAYMAN LL.D.

Rikors Guramentat Nru.: 633/15MH

Illum 29 ta’ Mejju, 2017

1) L-Assocjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta

2) Frankie Sammut [K.I. 210578M]

u

3) Malcolm Bondin [K.I. 360480M]

vs

1) Il-Kummissarju tal-Pulizija

2) Kevin Mahoney, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghall-Intern u s-

Sigurta’ Nazzjonali

3) Pierre Grech Pillow

u

4) Obelisk Auctions Limited (C 42122)

Il-Qorti:

Rat ir-rikors guramentat tal-atturi tat-30 ta’ Gunju 2015 fejn gie premess:

Page 2: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 2 minn 46

“1) Illi l-Assocjazzjoni rikorrenti tirrapprezenta l-interessi tal-membri tal-Korp

tal-Pulizija. Iz-zewg rikorrenti l-ohra huma ufficcjali pubblici.

2) Illi fl-24 ta' Frar 2015 kien ser jinzamm irkant hekk kif ordnat mill-ewwel u t-

tieni intimat, jew min minnhom, konsistenti f'Vehicle & Sea Craft auction ta'

mija u disgha u ghoxrin (129) vettura, dghajjes u spare-parts qabel uzati mill-

Korp tal-Pulizija jew fil-pussess tal-Korp li ser jinbieghu individwalment; u

mill-25 sat-28 ta' Frar 2015 kien ser jinzamm irkant iehor konsistenti f'An

Important arms auction fejn kienu ser jigu rkantati ftit anqas minn tmien mitt

(800) arma qabel uzati mill-Korp tal-Pulizija jew fil-pussess tal-Korp u li kienu

ser jinbieghu individwalment.

3) Illi l-intimati avzaw li l-ufficcjali pubblici kollha tal-Gzejjer Maltin kienu ser

jigu pprojbiti milli jippartecipaw f'dawn iz-zewg irkanti, meta ma hemm l-ebda

disposizzjoni fil-ligi li taghti lok ghal din il-projbizzjoni, u ghalhekk tali

projbizzjoni li ufficcjali pubblici jinzammu milli jippartecipaw f'irkant pubbliku,

flimkien mal-bqija tal-poplu Malti u Ghawdxi kollu, hi projbizzjoni

diskriminatorja u arbitrarja, li hi wkoll bi ksur tal-ligi.

4) Illi d-disposizzjoni tal-ligi citata mill-ewwel zewg intimati [Avviz Legali 40

tas-sena 1966 kif sussegwentement emendat, regolament 110] biex

jissostanzjaw din il-posizzjoni taghhom bl-ebda mod ma tapplika meta jkun ser

ikun hemm bejgh individwali u b'irkant pubbliku ta' numru ta' oggetti simili.

Tali projbizzjoni tghodd biss, ghal ragunijiet evidenti, meta tali oggetti jkunu

ser jitnehhew raggruppati permezz ta' quotations jew permezz ta' tender.

5) Illi l-Assocjazzjoni rikorrenti, f'isem il-membri taghha, u z-zewg rikorrenti l-

ohra, jixtiequ illi huma u l-ufficcjali pubblici jippartecipaw f'dan l-irkant kif

Page 3: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 3 minn 46

ghandhom dritt li jaghmlu bhal kull cittadin iehor, u mhux jigu mcahhda milli

jaghmlu dan sempliciment ghax huma ufficcjali pubblici. Hu ironiku kif

kriminal jista' jippartecipa f'dan l-irkant biex jixtri arma li permezz taghha hu

stess kien ikkommetta reat, imma membru tal-Korp tal-Pulizija li jaf ghamel

ghomru jahdem b'arma partikolari hu prekluz milli jippartecipa u joffri biex

jixtri dik l-arma mill-irkant.

6) Illi ghalhekk kellu jigi pprezentat Mandat ta' Inibizzjoni kontra l-intimati biex

dawn iz-zewg irkanti ma jinzammux stante` l-eskluzjoni tal-partecipazzjoni tal-

ufficcjali pubblici, liema mandat gie akkordat provvizorjament, u mbaghad

b'mod definittiv fis-17 ta' Marzu 2015, ghal dawk ir-ragunijiet hemm

awtorevolment u dettaljatament spjegati mill-Prim'Awla tal-Qorti Civili - kopja

tad-digriet relattiv annessa u markata bhala Dokument A. L-effetti tal-Mandat

gew estizi sat-30 ta' Gunju 2015 minghajr il-htiega li tigi pprezentata l-kawza

skont ma jirrizulta mill-anness Dokument B.

7) Illi wara l-ghoti ta' dan id-digriet, ir-rikorrenti ghamlu kull tentattiv, sal-

ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri

gudizzjarji ulterjuri u l-irkanti jsiru bil-partecipazzjoni miftuha wkoll ghall-

ufficcjali pubblici, imma kull tentattiv kien ghalxejn, u ghalhekk kellha ssir din

il-kawza.

Jghidu ghalhekk l-intimati ghaliex ghar-ragunijiet premessi din l-Onorabbli

Qorti m'ghandiex :

1) Issib li l-imħarrkin ma kellhom ebda raguni tajba biex izommu lir-rikorrenti

milli jippartecipaw fl-irkant konsistenti f'Vehicle & Sea Craft auction ta' mija u

disgha u ghoxrin (129) vettura, dghajjes u spare-parts qabel uzati mill-Korp

tal-Pulizija jew fil-pussess tal-Korp li ser jinbieghu individwalment; u fl-irkant

Page 4: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 4 minn 46

iehor konsistenti f'An Important arms auction fejn kienu ser jigu rkantati ftit

anqas minn tmien mitt (800) arma qabel uzati mill-Korp tal-Pulizija jew fil-

pussess tal-Korp u li kienu ser jinbieghu individwalment; u li l-projbizzjoni

imposta mill-imharrkin dwar il-partecipazzjoni tal-ufficcjali pubblici fiz-zewg

irkanti msemmija hi diskriminatorja, abusiva u llegali;

2) Tordna lill-imħarrkin sabiex jippermettu lir-rikorrenti u lill-ufficcjali

pubblici li jippartecipaw b'mod shih daqs kull cittadin iehor fiz-zewg irkanti

msemmija.

3) Tordna illi z-zewg irkanti msemmija ma jkunux jistghu jibdew u jinzammu

hlief bil-partecipazzjoni tar-rikorrenti u tal-ufficcjali pubblici flimkien mal-

bqija tal-pubbliku.

4) Tikkonferma l-jedd imsemmi/pretiz mir-rikorrenti fil-Mandat ta' Inibizzjoni

fuq riferit u li gie dekretat definittivament fis-17 ta' Marzu 2015 (Dok A).

Bl-ispejjez kontra l-istess konvenuti minn issa ngunti ghas-subizzjoni.”

Rat il-lista tax-xhieda u d-dokumenti annessi mar-rikors guramentat.

Rat ir-risposta guramentata tal-Kummissarju tal-Pulizija u tas-Segretarju

Permanenti fil-Ministeru ghall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali tal-21 ta’

Ottubru 20051 li permezz taghha ressqu s-segwenti eccezzjonijiet:

1. “Illi preliminarjament, l-esponenti jecepixxu l-inamissibilita’ tat-talba tar-

rikorrenti stante illi ghalkemm it-talbiet tar-rikorrenti huma tali li jidher li hija

azzjoni stharrig ta’ ghemil amministrattiv u cioe’ tad-decizjoni tal-esponenti li

1 Fol 23 et seq

Page 5: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 5 minn 46

ufficcjali pubblici ma ghandhomx jithallew jippartecipaw fl-irkant madankollu

ma tipprecizawx l-artikolu tal-ligi li fuqu hija bazata l-azzjoni;

2. Illi preliminarjament u minghajr pregudizzju, ir-rikorrenti ghandhom jipprovaw

l-interess guridiku taghhom fit-talbiet impustati kif mehtieg bil-ligi.

3. Subordinatament u minghajr pregudizzju, l-esponenti jikkontestaw it-talbiet

attrici bhala nfondati fil-fatt u fid-dritt stante illi ma sar xejn minnhom illi jista’

legalment jattira l-htiega ta’ revizjoni da parti tal-Qorti;

4. Illi l-esponenti formalment jecepixxu li l-premessi ta’ l-azzjoni in kwantu huma

diretti ghal kisba ta’ dikjarazzjoni li l-esponenti agixxew ultra vires dak li

tipprovdi l-ligi u b’mod abussiv u illegali huma wkoll infondati. Dan peress li

r-Regolament 110 tar-Regolamenti dwar il-Finanzi Generali (L.S. 174.01)

specifikatament jirregola kif ghandhom jitnehhew hazniet. Illi dan l-artikolu

jipprovdi s-segwenti:

“110. Hlief meta s-Segretarju Permanenti responsabbli ghad-dipartiment

interessat jordna mod iehor, oggetti ta’ hazna zejda msemmija taht ir-

regolament 104 ghandhom jitnehhew mid-Direttur tal-Kuntratti wara lid an

ikun hareg sejha pubblika ghall-offerti”

Illi minn dana r-regolament jinzel bic-car illi hazniet jistghu jitnehhew kemm

permezz ta’ sejha pubblika ghall-offerti (tender) kif ukoll “mod iehor”. Illi l-

ghazla tal-“mod iehor” kif ghandhom jitnehhew il-hazniet jithalla fid-

diskrezzjoni tas-Segretarju Permanenti responsabbli mid-dipartiment interessat.

Illi r-regolament 110 tar-Regolamenti dwar il-Finanzi Generali ma jiqafx hemm

izda jistipula b’mod car fit-tieni proviso tieghu li kemm f’kaz li t-tnehhija ta’

Page 6: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 6 minn 46

hazniet issir b’sejha ghall-offerti kif ukoll jekk tali tnehhija issir b’ “mod iehor”

“ebda ufficjal pubbliku m’ghandu jithalla jikkwota jew jitfa’ offerti biex

jakkwista oggetti bhal dawk sew direttament sew indirettament”. Illi dan

johrog car mill-kliem “f’kull kaz” li juri li tali divjet japplika ghal kull tip ta’

tnehhija u mhijiex limitata biss ghal tnehhija b’sejha pubblika ghall-offerti.

Illi li kieku t-tieni proviso kien japplika biss ghat-tnehhija permezz ta’ sejha

pubblika ghall-offerti tali limitazzjoni kienet tigi stipulata espressament.

Madanakollu gialadarba dan il-proviso qed isir ghar-regolament 110 fl-intier

tieghu u bil-kliem “f’kull kaz” ma jhalli l-ebda dubbju li r-restizzjoni mposta

mit-tieni proviso ghal dak li jirrigwarda ufficjali pubblici tapplika kemm ghat-

tnehhija tal-hazniet zejda permezz ta’ sejha pubblika ghall-offerti kif ukoll ghat-

tnehhija tal-hazniet zejda permezz ta’ “mod iehor” kif ordnat mis-Segretarju

Permanenti u dan b’mod indistint peress li t-tieni proviso japplika ghar-

Regolament 110 fl-intier tieghu.

5. L-esponenti jecepixxu wkoll illi dina l-projbizzjoni totali ghal dak li jirrigwarda

ufficjali pubblici li jippartecipaw fit-tnehhija ta’ hazniet sew jekk tali tnehhija

ssir b’sejha pubblika sew jekk tali tnehhija ssir b’mod iehor ghandha ratio legis

taghha mpernijat fuq l-eradikazzjoni ta’ kull kunflitt ta’ interess li jista’

jkollhom ufficjali pubblici fl-isfera ta’ l-amministrazzjoni pubblika ta’ finanzi

fdati f’idejn dipartimenti tal-Gvern.

6. Illi minghajr pregudizzju ghas-suespost, l-esponenti jecepixxu illi l-kawza

odjerna hija ta’ stharrig gudizzjarju u mhux kawza kostituzzjonali u fi

kwalunkwe kaz filwaqt illi jirrespingu kull allegazzjoni ta’ diskriminazzjoni in

konfront tar-rikorrenti, jecepixxu illi r-rikorrenti ghalkemm jallegaw vjolazzjoni

naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni b’mod vag u ma

jispecifikawx ir-raguni tat-talbiet taghhom. Certament illi wiehed ma jistax

Page 7: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 7 minn 46

jghid illi tali restrizzjoni hija tikkostitwixxi vjolazzjoni stante li l-paragun f’kaz

ta’ diskriminazzjoni ghandu jsir fuq bazi ta’ “like with like” kif ukoll ghandu

jkun allaccat ma wiehed mid-drittijiet sustantivi u jkun ukoll marbut ma wiehed

mill-bazijiet msemmija fl-artikoli appoziti tal-Kostituzzjoni u Konvenzjoni

Ewropeja.

7. Illi l-esponenti jirrespingu kull allegazzjoni ta’ abbuz ta’ poter u ta’ agir illegali

stante li huma dejjem agixxew fil-parametri tal-ligi u ghal motivi li jirrispettaw

it-test ta’ dak li jipprovdu l-provvedimenti tal-ligi.

8. Salv eccezzjonijiet ulterjuri.

9. Bl-ispejjez.”

Rat il-lista tax-xhieda annessa mar-risposta guramentata.

Rat illi l-konvenuti l-ohra Pierre Grech Pillow u Obelisk Auctions Limited

debitament notifikati2 baqghu kontumaci.

Rat it-traskrizzjoni tax-xhieda mressqa mill-partijiet.

Rat id-dokumenti kollha pprezentati mill-partijiet u d-digrieti relattivi.

Rat in-Noti ta’ Sottomissjonijiet skambjati bejn il-partijiet.

Rat li l-kawza thalliet ghal-lum ghas-sentenza.

Rat l-atti kollha l-ohra tal-kawza.

2 Fol 19

Page 8: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 8 minn 46

Ikkunsidrat:

Il-kaz tal-lum skatta wara li fuq struzzjonijiet tal-konvenuti Kummissarju tal-

Pulizija u tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Intern u s-Sigurta’

Nazzjonali hareg Avviz li kien ser jinzamm bejgh individwali bl-irkant ta’

diversi oggetti li kienu jintuzaw minn jew li kienu fil-pussess tal-Kummissarju

tal-Pulizija. L-oggetti kienu jinkludu vetturi, dghajjes u armi. Skont l-imsemmi

Avviz, l-ufficjali pubblici kollha fil-gzejjer Maltin kienu ser jigu projbiti milli

jippartecipaw f’dawn iz-zewg irkanti. Skont l-atturi ma hemm ebda

dispozizzjoni tal-ligi li tipprovdi ghal tali projbizzjoni u ghalhekk fil-fehma

taghhom l-agir tal-awtoritajiet imsemmija huwa wiehed diskriminatorju,

arbitrarju u bi ksur ta’ ligi. Ghall-atturi, r-regolament 110 tal-Legislazzjoni

Sussidjarja 170.01 citat mill-awtoritajiet in sostenn tal-projbizzjoni minnhom

imposta huwa inapplikabbli ghal bejgh individwali u b’irkant pubbliku. L-atturi

ghandhom interess li huma u l-ufficjali pubblici kollha jippartecipaw f’dan l-

irkant u ghalhekk qeghdin jitolbu lil din il-Qorti sabiex issib li l-konvenuti ma

kellhom ebda raguni valida sabiex izommu lill-atturi milli jippartecipaw fl-

irkanti msemmija u li l-projbizzjoni tal-partecipazzjoni taghhom fihom hija

diskriminatorja, abbuziva u llegali. Huma qed jitolbu wkoll li l-konvenuti jigu

ordnati jhallu lill-atturi u lill-ufficjali pubblici kollha jippartecipaw f’dawn l-

irkanti flimkien mal-bqija tal-pubbliku, liema rkanti m’ghandhomx isiru hlief

bil-partecipazzjoni tal-atturi u tal-ufficjali pubblici. Inoltre, l-jedd tar-rikorrenti

skont il-Mandat t’Inibizzjoni Nru 313/15 fl-istess ismijiet ghandu jigi

konfermat.

Minn naha l-ohra z-zewg konvenuti Kummissarju tal-Pulizija u s-Segretarju

Permanenti fil-Ministeru ghall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali laqghu ghal din l-

azzjoni kemm b’eccezzjonijiet preliminari kif ukoll fil-mertu. Ghal dak li hu

Page 9: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 9 minn 46

mertu dawn il-konvenuti jsostnu li huma m’agixxewx ultra vires u lanqas

b’mod abbuziv u llegali izda skont il-provvedimenti tar-regolament 110 tal-

L.S.174.01 li jirregola t-tnehhija ta’ hazniet tad-Dipartimenti tal-Gvern. Skont

dawn il-konvenuti, dan ir-regolament jippermetti t-tnehhija tal-hazniet kemm

permezz ta’ sejha pubblika ghall-offerti kif ukoll b’modi ohra skont id-

diskrezzjoni tas-Segretarju Permanenti responsabbli mid-Dipartiment koncernat.

Il-konvenuti jishqu li dan ir-regolament, f’kull kaz u ghal kull tip ta’ tnehhija,

jipprekludi l-ufficjali pubblici milli jikkwotaw jew jitfghu offerti biex

jakkwistaw il-hazniet imsemmija kemm b’mod dirett kif ukoll indirett. Ir-ratio

legis wara dan ir-regolament huwa l-eradikazzjoni u kontroll ta’ kull kunflitt ta’

nteress li jista’ jkollhom ufficjali pubblici fl-amministrazzjoni pubblika ta’

finanzi f’idejn dipartimenti tal-Gvern. Fil-fehma tal-konvenuti t-talbiet kollha

attrici ghandhom jigu michuda.

Ikkunsidrat:

Mill-provi li tressqu jirrizulta li:

1. Permezz ta’ Avviz3 mahrug mill-konvenuti Obelisk Auctioneers & Valuers

fuq struzzjonijiet tal-konvenut l-iehor il-Kummissarju tal-Pulizija gie reklamat

bejgh bl-irkant fuq medda t’erbat ijiem ta’:

a. aktar minn 700 arma tan-nar in kwantu ghal 425 lott ta’ armi tan-nar antiki u

tal-kollezzjoni li qabel kienu stokk jew jintuzaw fis-servizz tal-pulizija u in

kwantu ghal 342 lott ta’ armi tan-nar konfiskati;

b. 129 lott ta’ vetturi uzati tal-Pulizija, speedboats, ribs u spare parts.

3 Fol 41

Page 10: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 10 minn 46

2. L-irkant tal-vetturi tal-Pulizija, dghajjes u spare parts kellu jsir it-Tlieta 24

ta’ Frar 2015 filwaqt li l-irkant tal-armi kellu jsir mill-Erbgha 25 sas-Sibt 28 ta’

Frar 2015;

3. L-istess Avviz kien jghid ukoll li:

“As stipulated in the General Financial Regulations (SL. 174.01) Art.110 public

officers are not allowed to participate in this auction both in a direct or in an

indirect manner.”

4. Il-konvenuta Obelisk Auction Gallery ppublikat katalgi bil-listi tal-oggetti

ntizi ghall-irkant pubbliku inkluz l-auction starting price ghal kull oggett4;

5. Fit-23 ta’ Frar 2015, l-atturi odjerni ntavolaw proceduri ghall-hrug ta’

Mandat t’Inibizzjoni Nru 313/2015 fl-ismijiet “L-Assocjazzjoni tal-Pulizija ta’

Malta et vs Il-Kummissarju tal-Pulizija et” permezz ta’ liema huma talbu lill-

Qorti sabiex tordna l-hrug tal-Mandat sabiex izzomm lill-intimati milli jibdew u

jipprocedu u jzommu z-zewg irkanti msemmijin hawn taht li fihom ma humhiex

qed jithallew jippartecipaw billi huma ufficjali pubblici. B’digriet datat 17 ta’

Marzu 2015 il-Qorti laqghet dik it-talba5;

6. L-eks Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit, imharrek mill-atturi

xehed6 illi fi zmienu rrizulta li l-Korp kellu diversi assi li ma kienx qieghed

jutilizza u peress li l-Korp kellu bzonn il-fondi ghall-istrutturar tieghu kellu l-

idea li dawn jinbieghu b’irkant. Huwa qal li kienet qamet il-kwistjoni li l-

ufficjali pubblici ma setghux jippartecipaw f’dawn l-irkanti u hu kien tal-fehma

li huwa zbaljat li dawn ma jithallewx jippartecipaw. Dan ghaliex fil-fehma

4 Fol 85 u 93

5 Fol 4 et seq

6 Fol 32 et seq

Page 11: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 11 minn 46

tieghu huma mhux biss kienu ufficjali tal-korp izda hafna mill-membri kienu

wkoll kollezzjonisti u huma licenzjati barra l-korp. Uhud mill-armi ghall-bejgh

kienu wzati minnhom stess. Ir-raguni tal-impediment ghall-partecipazzjoni ta’

dawn l-ufficjali pubblici li giet moghtija lilu kienet li kien hemm regolament

minn naha tal-Finanzi. Fil-fehma tax-xhud, fil-kuntest partikolari ta’ dan il-kaz,

din il-projbizzjoni ma kinitx taghmel sens. Ghalkemm meta hareg l-Avviz fl-

2015 huwa ma kienx ghadu Kummissarju, huwa kien involut hafna fil-

preparamenti ghal dan l-irkant;

7. L-Ispettur Malcolm Bondin, wiehed mill-atturi, xehed7 li huwa kien ilu 16

il-sena fil-Korp u jokkupa l-kariga ta’ President tal-Assocjazzjoni tal-Pulizija ta’

Malta. L-interess personali tieghu fl-irkanti in kwistjoni huwa li whud mill-armi

li ser jinbieghu kienu gew trejnjati bihom huma stess meta dahlu l-Akkademja u

ghalhekk huwa xtaq jakkwista xi armi minnhom bhala tifkira. Huwa xtaq ukoll

jakkwista xi armi bhala tifkira tal-kunjatu tieghu li ghamel snin shah fil-korp

tal-Pulizija. U peress li huwa wkoll dilettant tal-karozzi xtaq ukoll jippartecipa

fl-irkant taghhom. L-Assocjazzjoni kienet ukoll waqqfet il-Malta Association

Shooting Club li fih ‘il fuq minn 200 membru u meta dawn marru biex jaghmlu

l-viewing u gew infurmati li ma kinux ser jithallew jiehdu sehem huma marru

jilmentaw mal-Assocjazzjoni. Fil-fehma tal-Assocjazzoni r-Regolament 110 tal-

L.S. 174.01 m’ghandux japplika ghal fini ta’ dan l-irkant u huma mhu ser

ikollhom ebda vantagg fuq ebda persuna ghax kulma ser jaghmlu huwa li

jmorru u min jibbidja l-akbar somma jirbah;

8. L-Ispettur Frankie Sammut, wiehed mill-atturi, xehed8 li huwa kien ilu 15

il-sena fil-Korp u huwa l-PRO tal-Assocjazzjoni. Peress li ghamel 9 snin

minnhom jahdem gewwa s-sezzjoni tal-Administrative Law Enforcement, kien

7 Fol 37 et seq

8 Fol 52 et seq

Page 12: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 12 minn 46

hemm xi dghajjes li kienu ghal qalbu u xtaq li forsi jibbidja ghal wahda

minnhom ghax ghandu l-licenzja nawtika. Huwa gie wkoll avvicinat minn

diversi membri tal-Assocjazzjoni li xtaqu jippartecipaw fl-irkanti. Huwa

kkorrisponda mal-Kummissarju Michael Cassar biex jitlob kjarifika bil-miktub

dwar is-sitwazzjoni u r-risposta li nghata kien li skont ir-regolament 110 tal-LS

174.01 huma ma setghux jippartecipaw. Minkejja t-tentattivi u t-tahdidiet li saru

mal-awtoritajiet koncernati, l-awtoritajiet konvenuti ma bidlux il-pozizzjoni

taghhom.

9. Emanuel Galdes, ufficjal pubbliku li jahdem mad-Dipartiment tad-Dwana

spjega9 li meta huma jkollhom surplus items huma jiddisponu minnhom

permezz ta’ rkant pubbliku u fih ma jippartecipawx impjegati tad-Dwana u

familjari taghhom. Huwa ma kienx f’qaghda jghid jekk qatt kienx hemm

ufficjali tad-Dwana li ghamlu xi rikjesta jew ilment biex jippartecipaw f’dawn l-

irkanti. Senjatament esebixxa d-dokument EG10

fejn f’dan il-kuntest hemm

imnizzel “..employees of the Custom Department and their immediate families

are to refrain from tendering any offers in connection with this particular call

for application” .

10. L-Ispettur Kenneth Haber spjega11

li bhala procedura tac-civil, meta jkun

hemm surplus items, jinhatar Bord estraneju mid-Dipartiment, f’dan il-kaz mill-

Korp tal-Pulizija, biex jevalwaw dawn l-items u jaghmlu rapport dwar x’ghandu

jsir bihom. Din kienet ser tkun l-ewwel darba li l-korp tal-Pulizija ser jiddisponi

mill-armi. Ir-raguni kienet kemm wahda ta’ ntrojtu finanzjarju kif ukoll biex

ikun hemm aktar spazju fl-istores. Fir-rapport li sar minn dan il-Bord12

kien sar

suggeriment biex issir talba lill-Ministru tal-Finanzi ghal ezenzjoni mill-ligi fir-

9 Fol 65 et seq

10 FoL 85A.

11 Fol 76 et seq

12 Dok KH a fol 85

Page 13: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 13 minn 46

rigward tal-ufficjali pubblici sabiex huma wkoll ikunu jistghu jippartecipaw fl-

irkanti in kwistjoni. Fl-24 ta’ Mejju 2014, rapprezentant tal-Kummissarju tal-

Pulizija kiteb lill-Ministeru tal-Finanzi fejn a bazi ta’ din ir-rakkomandazzjoni

tal-Bord talab l-awtorizzazzjoni tal-Ministeru biex ufficjali pubblici jithallew

jippartecipaw f’dawn l-irkanti13

. Fil-5 ta’ Gunju 2015 inghatat ir-risposta tal-

Ministeru tal-Finanzi fis-sens li d-dispozizzjonijiet tar-regolament 110 tal-Ligi

Sussidjarja in ezami kellhom japplikaw f’dan il-kaz14

. Fil-kaz tal-lum kien gie

deciz li s-surplus items jiddisponu minnhom mhux b’tender izda b’irkant ta’

oggetti ndividwali. Dan b’kuntrast mas-sistema kif kienet tithaddem qabel fejn

l-oggetti kienu jinbieghu b’lottijiet ghal prezz baxx hafna. Fl-irkanti mertu ta’

dawn il-proceduri kienu diga’ bdew isiru l-viewings u lejliet li kien ser jibda l-

irkant sar il-Mandat t’Inibizzjoni mill-atturi. Ix-xhud cahad li originarjament l-

intendiment kien li l-irkant ikun miftuh biss ghall-membri tal-Korp izda

rrikonoxxa li kien sar suggeriment f’dak is-sens;

11. Audrey Anne Callus Randich, direttur fil-Ministeru tal-Finanzi xehdet15

dwar il-procedura mhaddma biex id-Dipartimenti tal-Gvern jiddisponu minn

hazniet zejda. Irreferiet ghar-regolament 110 tal-Ligi Sussidjarja in ezami. Hija

spjegat li jkun hemm sejha ghall-offerti jew tender mid-Dipartiment tal-

Kuntratti izda s-Segretarju Permanenti jista’ jiddeciedi li jiddisponi b’mod iehor

milli b’tender bhal per ezempju b’irkant pubbliku. Jekk l-ammont ikun sa

€47,000 kull lott, jista’ jiddisponi mill-hazniet zejda s-Segretarju Permanenti

billi jaghmel sejha ghall-offerti jew dipartimentali jew miftuha. Jekk tkun ghal

ammont sa €6,000 jistghu ukoll jitnehhew fis-suq liberu wara li jingabru hames

kwotazzjonijiet filwaqt li fil-kaz ta’ valur li ma jaqbizx l-€1,200 il-Kap tad-

Dipartiment jista’ jiddisponi minnhom kif jidhirlu l-ahjar u cioe’ jew bis-sejha

13

Dok KH 2 a fol 85 14

Dok KH 3 a fol 85 15

Fol 88 et seq

Page 14: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 14 minn 46

ghall-offerti jew bl-irkant. Ghal dawn is-sejhiet jista’ jippartecipa kulhadd barra

l-ufficjali pubblici.

Ikkunsidrat:

Qabel kull kunsiderazzjoni ohra l-Qorti tissottolinea li mandati kawtelatorji jigu

decizi biss fuq bazi prima facie, u cioe’ dak li jirrizulta lill-Qorti mad-daqqa

t’ghajn. Kif riaffermat minn din il-Qorti stess fil-proceduri ghal hrug ta’ Mandat

t’Inibizzjoni fl-ismijiet Globalair Travel Ltd vs Tomie McCarthy et tat-2 ta’

Jannar 201616

-

“A priori din il-Qorti terga tirritjeni kif dejjem ghamlu il-Qrati nostrana illi l-

ezami li trid taghmel hawn huwa bla dubbju u biss dak sal livell ta’ prima

facie. Hija ma tista qatt tidhol fid-dettal ta’ l-ezami tal-lanjanzi mressqa b’tali

mod illi tuzurpa il funzjoni li trid tezercita meta tigi biex tiddeciedi ir-rikors

guramentat gia presentat kontestwalment mal-mandat kawtelatorju.

Illi nghad fid-digriet “Joseph Camilleri et vs Anthony Gove’ et” P.A.(RCP)

10 ta’ Mejju 2001 – Rikors Numru 286/2001/RCP) u “Josephine Sammut vs

Emanuel Sammut et” (P.A. (RCP) 29 ta’ Novembru 2001 inghad ukoll “li mid-

disposizzjoni tal-istess artikolu 836 jidher li l-unika ezami li trid taghmel din il-

Qorti huwa dak biss ta’ 'prima facie', u dan ghaliex il-mertu kollu jigi nvestigat

fil-kawza proprja bejn il-partijiet, u ghalhekk hemm limitazzjoni sinifikanti fl-

ezami li trid taghmel il-Qorti f’dan l-istadju, u dan tenut kont li hawn si tratta

dejjem ta’ procedura preliminari, li ghad qed tistenna l-ezitu finali tal-kawza

proprija”.(Ara wkoll P.J. Sutters Company Limited vs Concept Limited – P.A.

RCP.10 ta’ Mejju 2001; Visa Investments Ltd vs Blye Engineering Co. Ltd

16

Nru 1002/16 – Dawn kienu proceduri ghar-revoka ta’ Mandat kawtelatorju izda l-principji dwar il-kriterju tal-

prima facie huma l-istess

Page 15: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 15 minn 46

P.A.

RCP. 7 ta’ Frar 2001).

Ghalhekk bla dubbju ta’ xejn kull stedina lil Qorti li tezamina in funditus it-

talbiet mressqa fir-rikors jew il-veru mertu tal-bazi tal-mandat ma jistghux jigu

ikkontemplati f’dan l-istadju.”

Dan qed jinghad ghax hija l-Qorti li quddiemha tigi ntavolata l-kawza li

ghandha l-kompetenza li tiddeciedi l-kaz fil-mertu, u dan indipendentement

minn dak li jkun instab fuq bazi prima facie fil-proceduri kawtelatorji. Huwa

fatt maghruf li mhux kull jedd milqugh prima facie b’mandat kawtelatorju gie

konfermat fil-mertu u vice versa. Ghalhekk, u partikolarment b’referenza ghal

dak sottomess mill-atturi fir-rigward17

, il-Qorti taghmilha cara li hija b’ebda

mod ma hi se thossha marbuta jew influwenzata minn dak deciz prima facie fil-

Mandat t’Inibizzjoni Nru 313/2015 fir-rigward tal-interpretazzjoni tar-

regolament 110 tal-L.S. 174.01 u l-evalwazzjoni taghha ser issir in funditus kif

inhu mistenni minnha a bazi tal-provi u sottomissjonijiet imressqa quddiemha

fl-atti tal-proceduri odjerni u xejn iktar.

Stabbilit il-premess, il-Qorti sejra tghaddi biex titratta l-ewwel zewg

eccezzjonijet preliminari tal-konvenuti Kummissarju tal-Pulizija u tas-

Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali.

L-ewwel eccezzjoni preliminari

Din tghid hekk –

17

Nota ta’ Sottomissjonijiet a fol 102

Page 16: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 16 minn 46

“Illi preliminarjament, l-esponenti jecepixxu l-inammissibilita’ tat-talba tar-

rikorrenti stante illi ghalkemm it-talbiet tar-rikorrenti huma tali li jidher li hija

azzjoni ta’ ghemil amministrattiv u cioe’ tad-decizjoni tal-esponenti li l-ufficjali

pubblici m’ghandhomx jithallew jippartecipaw fl-irkant madankollu ma

tipprecizax l-artikolu tal-ligi li fuqu hija bazata l-azzjoni;”

Dawn il-konvenuti jargumentaw18

li minkejja li fir-rikors promotur ma hemm

ebda referenza ghall-artikolu 469A tal-Kap 12 tal-Ligijiet ta’ Malta il-Qorti

ghandha tezamina x’qed jintalab fir-rikors guramentat ghax huwa dan l-att li

jirrispekkja dak li qed tigi mitluba tiddeciedi l-Qorti. Fil-fehma taghhom,

minkejja li r-rikors guramentat ma jirreferix ghall-artikolu 469A tal-Kap 12

b’mod esplicitu, analizi tal-premessi u t-talbiet fir-rikors guramentat twassal

ghall-konkluzjoni li l-azzjoni odjerna hija wahda ta’ stharrig gudizzjarju.

Huma jsostnu li kif konfermat mill-gurisprudenza, il-kawzali tal-att promotur

trid tkun cara u bazata fuq dispozizzjoni ta’ ligi u mhux tkun talba bla raguni

legali. L-artikolu 156 (1) tal-Kap 12 ma jippermettix konfuzjoni fit-talba

f’citazzjoni ghax dan la hu gust mal-kontro-parti li trid tkun f’qaghda li

tiddefendi ruhha u lanqas mal-Qorti li jrid ikollha c-certezza dwar l-indoli tal-

procedura li jrid jiddeciedi dwarha.

Il-konvenuti jissottomettu li n-nuqqas tal-atturi li jindikaw il-bazi tal-azzjoni

taghhom fir-rikors guramentat odjern igib mieghu in-nullita’ tal-proceduri

istitwiti minnhom a tenur tal-artikolu 789 (c) u (d) tal-Kap 12 ghaliex il-fatt li l-

atturi ma ndikawx l-artikolu tal-ligi li fuqu qed jibbazaw l-azzjoni taghhom

ippregudika d-difiza tal-konvenuti, liema nuqqas jekwivali ghal vjolazzjoni tal-

forma mehtiega mill-ligi ghax ir-rikors promotur huwa nieqes minn

partikolarita’ essenzjali espressament mehtiega mil-ligi.

18

Nota ta’ Sottomissjonijiet a fol 109 et seq

Page 17: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 17 minn 46

Il-Qorti tibda billi tosserva li nonostante l-eccezzjoni preliminari li tressqet mill-

konvenuti msemmija, u nonostante li fl-ewwel seduta quddiem din il-Qorti19

l-

atturi gew mitluba sabiex jindikaw il-bazi tal-azzjoni taghhom, huma naqsu li

jaghmlu dan matul il-proceduri kollha.

Filwaqt li l-Qorti tesprimi d-dizappunt taghha li l-atturi baqghu ma ottemprawx

ruhhom ma’ dak mitlub, hija sejra tghaddi biex tevalwa din l-eccezzjoni tal-

konvenuti anke fid-dawl tal-principju li sa fejn hu possibbli l-atti jigu salvati u

mhux annullati.

Fl-ewwel lok il-Qorti tosserva li l-kriterji saljenti li ghandhom jiffurmaw parti

mir-rikors guramentat skont l-artikolu 156 (1) tal-Kap 12 huma li dan l-att

ghandu jkun fih:

(a) dikjarazzjoni li tfisser b’mod ċar u sewwa l-oġġett tal-kawża f’paragrafi

numerati separatament, sabiex isaħħaħ it-talba tiegħu u jiddikjara wkoll liema

fatti huwa jaf bihom personalment;

(b) ir-raġuni tat-talba;

(ċ) it-talba jew it-talbiet li għandhom ikunu enumerati.

Minn harsa lejn ir-rikors guramentat tal-atturi ebda wiehed minn dawn il-kriterji

ma huma nieqsa kemm ghax il-premessi u r-ragunijiet ghat-talbiet taghhom

huma mfissra b’mod car, kif ukoll dawn huma enumerati.

19

Fol 28 – seduta tal-4 ta’ Novembru 2015

Page 18: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 18 minn 46

Ghal dik li hi l-bazi tal-azzjoni, fil-fehma tal-Qorti, huwa decifrabbli mid-

dicitura stess tal-premessi u t-talbiet tar-rikors guramentat, li dawn huma diretti

biex jattakaw id-decizjoni amministrattiva mehuda mill-konvenuti Kummissarju

tal-Pulizija u s-Segretarju Permanenti ghall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali li

f’zewg irkanti organizzati jeskludu lill-ufficjali pubblici kollha milli

jippartecipaw fihom. Il-bazi tat-talbiet taghhom hija mibnija fuq l-allegazzjoni li

tali decizjoni hija wahda abbuziva, diskriminatorja u kontra l-ligi, bazi li fis-

sustanza taghha hija rispekkjata fit-termini tal-artikolu 469A tal-Kap 12 tal-

Ligijiet ta’ Malta. Dan kif anke ben osservat mill-awtoritajiet konvenuti stess.

Dan l-artikolu jghid hekk -

“469A. (1) Ħlief hekk kif provdut mod ieħor bil-liġi, il-qrati tal-ġustizzja ta’

kompetenza ċivili għandhom ġurisdizzjoni biex jistħarrġu l-validità ta’ xi

egħmil amministrattiv jew li jiddikjaraw dak l-egħmil null, invalidu jew

mingħajr effett fil-każijiet li ġejjin biss:

(a) meta l-egħmil amministrattiv jikser il-Kostituzzjoni;

(b) meta l-egħmil amministrattiv ikun ultra vires għal xi raġuni minn dawn li

ġejjin:

(i) meta dak l-egħmil jitwettaq minn awtorità pubblika li ma tkunx

awtorizzata sabiex twettqu; jew

(ii) meta l-awtorità pubblika tkun naqset milli tosserva l-prinċipji tal-

ġustizzja naturali jew ħtiġiet proċedurali mandatorji fit-twettiq tal-egħmil

amministrattiv jew fid-deliberazzjonijiet ta’ qabel dwar dak l-egħmil; jew

(iii) meta l-egħmil amministrattiv jikkostitwixxi abbuż tas-setgħa tal-awtorità

pubblika billi dan isir għal għanijiet mhux xierqa jew jissejjes fuq

konsiderazzjonijiet mhux rilevanti;

(iv) meta l-egħmil amministrattiv ikun imur mod ieħor kontra l-liġi.”

Page 19: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 19 minn 46

Specifikatament, min-natura tal-ilment kif impustat fir-rikors guramentat,

l-allegazzjoni hija mifhuma li qed tirreferi ghal ksur da parti tal-

awtoritajiet koncernati tas-sub-artikolu (1) (b) (iii) u (iv) ta’ dan l-artiklu

469A tal-Kap 1220

.

Issa l-kwistjoni tal-validita’ o meno ta’ att gudizzjarju trid tittiehed fl-ambitu ta’

dak li jipprovdi l-artiklu 789(1) tal-Kap.12 dwar meta meta att gudizzjarju jista'

jigi dikjarat null:

“(1) L-eccezzjoni ta' nullità ta' l-atti gudizzjarji tista' tinghata:

(a) jekk in-nullità hija ddikjarata mil-ligi espressament;

(b) jekk l-att jinhareg minn Qorti mhux kompetenti;

(c) jekk fl-att ikun hemm vjolazzjoni tal-forma mehtiega mil-ligi, ukoll jekk

mhux taht piena ta' nullità, kemm-il darba dik il-vjolazzjoni tkun giebet, lill-

parti li titlob in-nullità, pregudizzju illi ma jistax jissewwa xort' ohra hlief billi

l-att jigi annullat;

(d) jekk l-att ikun nieqes minn xi partikolarità essenzjali espressament mehtiega

mil-ligi:

Izda dik l-eccezzjoni ta' nullità kif mahsuba fil-paragrafi (a), (c), u (d) ta' dan

is-subartikolu ma tkunx tista' tinghata jekk dak in-nuqqas jew vjolazzjoni jkunu

jistghu jissewwew that kull dispozizzjoni ohra tal-ligi.

(2) L-eccezzjoni ta' nullità ta' att, taht il-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta'

dan l-artikolu, ma tistax tinghata, meta l-parti li taghtiha tkun baqghat taghmel

20

Ma tressqet ebda prova li l-azzjoni tressqet barra l-limiti tat-terminu ta’ sitt xhur impost mill-ligi u ghalhekk l-

azzjoni hija meqjusa tempestiva.

Page 20: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 20 minn 46

jew, ghad li tkun taf biha, tkun halliet li jibqghu jsiru atti ohra wara, minghajr

ma teccepixxi dik in-nullità”.

Il-gurisprudenza nostrali dwar din il-materja hija kopjuza u kostanti. Il-kaz fl-

ismijiet Antonia Zahra vs Raymond Borg deciz fid-29 ta’ Settembru 201521

jigbor fih sintezi ta’ principji li huma rilevanti ghall-vertenza odjerna fuq dan il-

punt:

“Illi fl-ewwel lok jinghad li llum hija gurisprudenza li l-Qorti kemm jista’ jkun,

ghall-pratticita` u biex tigi evitata multiplikazzjoni ta’ kawzi u spejjez zejda,

ghandha tkun pjuttost iebsa fl-akkoljiment tal-eccezzjoni tan-nullita` u kemm

jista’ jkun issalva atti gudizzjarji, u att ta’ citazzjoni ghandu jigi mwaqqa’ u

annullat biss ghal ragunijiet gravi.

Illi skont is-sentenza moghtija mill-Onorabbli Qorti ta’ l-Appell fil-kawza fl-

ismijiet “Michael Attard nomine vs Raymond Galea” deciza fit-12 ta’ Mejju,

1998 intqal illi “bhala regola, skont il-gurisprudenza ormai stabbilita, l-atti

kemm jista’ jkun ghandhom jigu salvati biex issir gustizzja

sostanzjali fil-mertu tal-kaz” u “kif gie ritenut minn dawn il-Qrati, ir-

rigorozita’ procedurali, u il-formalizmu esagerat rarament huma ambaxxaturi

tal-gustizzja sostanzjali u ghalhekk ma ghandhomx normalment janimaw l-

andament tal-kawza” (“Aquilina vs Cassar” – Vol. LXXVI.iv.666).

Illi l-emendi li saru fil-ligi bl-Att XXIV tal-1995, huma mmirati proprju

ghalhekk, ghaliex huwa bl-istess tibdil ovvju li l-interess tal-gustizzja fil-kaz in

partikolari jigi moqdi generalment biss b’decizjoni fuq il-punt sostantattiv tal-

kawza, u dak huwa dak li fil-verita’ l-partijiet ikunu qed ifittxu. Ir-regoli tal-

procedura jezistu biex jipprovdu l-ahjar triq sabiex id-dritt sostantattiv ikun

21

Rik Nru 1157/2014

Page 21: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 21 minn 46

jista’ jingieb bl-ahjar u bl-izjed mod spedjattiv ghall-konferma tieghu, u dan

entro llimiti tal-ligi, u sabiex l-istess dritt ma jkunx jista’ jigi abbuzat.

Illi ghalhekk l-ebda principju ta’ gustizzja ma ghandu jhalli d-dritt procedurali

jiehu s-sopravent fuq id-dritt sostantattiv, b’mod li l-formalizmu bil-mod estrem

tieghu jiddetta l-effettiva ezekuzzjoni u mplimentazzjoni tal-gustizzja skont il-ligi

(vide “Anthony Abdilla et vs Emanuel Deguara et” deciza minn din il-Qorti fl-

4 ta’ Marzu, 1999 (P.A. (RCP) Cit. Nru. 1998/97).

Illi hawn issir riferenza ghas-sentenza fl-ismijiet “Dottor Henry Vassallo vs

Onor. Prim Ministru et” (P.A.Kost. (JRM) 9 ta’ Ottubru 1991. Rikors Numru

6/01/JRM) fejn inghad:

“Illi kif inghad f’ghadd ta’ decizjonijiet tal-Qrati taghna, id-distinzjoni bejn

nullita’ mtella’ taht il-paragrafu (c) u dik taht il-paragrafu (d) tas-sub-artikolu

(1) tal-Artikolu 789, tikkonsisti fil-fatt li f’tat-tieni, l-att gudizzjarju jkun milqut

minn nuqqas ta’ partikolarita’ essenzjali mehtiega mil-ligi, u

mhux “semplici” ksur ta’ forma preskritta (“Carmelo Galea vs Pawlu

Cuschieri” – P.A. (C.S) 4 ta’ Novembru 1988)”.

Il-konvenuti jissenjalaw il-pregudizzju fid-difiza taghhom bhala r-raguni il-

ghala r-rikors guramentat ghandu jigi dikjarat inammissibbli. Izda l-Qorti ma

ssibx li dan l-argument huwa wiehed gustifikat. Ghalkemm, kif inghad, l-atturi

ma identifikawx espressament l-artikolu tal-ligi li fuqu sejsu l-azzjoni taghhom,

is-sustanza tal-pretensjonijiet u t-talbiet tal-atturi ma jistghux hlief jippontaw

lejn azzjoni ghal stharrig gudizzjarju ta’ ghemil amministrattiv, fatt illi l-

konvenuti stess issenjalaw sa mill-bidu nett tal-proceduri fi stadju ta’ risposta

guramentata. Il-Qorti ghalhekk ma tarax li l-konvenuti sofrew xi pregudizzju

fid-difiza taghhom ghax mill-mod kif huma laqghu ghall-azzjoni bl-

Page 22: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 22 minn 46

eccezzjonijiet taghhom, kif ukoll bil-mod kif huma stradaw il-provi taghhom,

huwa car li huma dderigew id-difiza taghhom f’kull stadju fuq il-binarji ta’

kawza ghal stharrig gudizzjarju ta’ att amministrattiv.

Din l-eccezzjoni sejra ghalhekk tigi michuda.

It-tieni eccezzjoni preliminari

Din tghid hekk –

“Illi preliminarjament u minghajr pregudizzju, ir-rikorrenti ghandhom

jipprovaw l-interess guridiku taghhom fit-talbiet impustati kif mehtieg bil-ligi.”

Fl-ewwel u kif inhu risaput fil-gurisprudenza, sabiex l-atturi juru l-interess

guridiku taghhom fil-proceduri odjerni huma jehtigilhom jissodisfaw il-kriterji

stabbiliti mill-ligi kif elenkati fost ohrajn fil-kaz fl-ismijiet Agatha Formosa

Gauci vs Avukat Dottor Francis Lanfranco et deciza fit-28 ta’ Novembru

200322

-

“(i) l-interess (guridiku) mehtieg irid ikun wiehed dirett, legittimu, kif ukoll

attwali;

(ii) l-istat attwali ta’ ksur ta’ jedd jikkonsisti f’kundizzjoni pozittiva jew

negattiva li xxejjen jew tinnewtralizza dritt li jkun jappartjeni lid-detentur jew

lil dak li lilu jkun misthoqq;

22

App Nru 621/01

Page 23: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 23 minn 46

iii) l-interess guridiku fl-attur huwa dak li l-imharrek jirrifjuta li jaghraf il-jedd

ta’ l-istess attur u dan billi kull persuna ghandha d-dritt titlob li, fil-konfront

taghha, isir haqq jew tigi msewwija ingustizzja li tkun giet maghmula kontriha;

iv) l-interess guridiku irid ikun iwassal ghal rizultat ta’ utilita’ u vantagg ghal

min irid jezercita l-jedd. Jekk l-azzjoni ma tistax twassal ghal tali rizultat ghal

min jibdiha, dik l-azzjoni ma tistax tregi;

v) l-interess guridiku jrid jibqa’ jissussisti tul il-hajja kollha ta’ l-azzjoni u

mhux biss fil-bidu taghha. Jekk l-interess jintemm, il-konsegwenza mmedjata

tkun li l-imharrek jinheles milli jibqa’ fil-kawza;

vi) l-interess ta’ l-attur ghandu jkun jidher mill-att tac-citazzjoni nnifisha.

Ghalkemm il-mottiv ta’ l-interess mhux mehtieg li jkun imsemmi fic-citazzjoni,

dan ghandu jirrizulta mill-provi jekk kemm-il darba jigi kkuntrastat;

vii) fil-prattika gudizzjarja, wiehed jista’ jippromwovi kawza biex jikseb

dikjarazzjoni preordinata ghal azzjoni definittiva u ahharija, minkejja li din ma

tkunx giet inkluza fl-azzjoni ta’ accertament. Madankollu, f’kaz bhal dan, il-

Qorti trid tkun sodisfatta li jkun hemm linteress mehtieg, anki preordinat ghall-

kawza l-ohra, u li d-dikjarazzjoni hekk miksuba tkun tifforma l-bazi tal-kawza

l-ohra li tista’ ssir aktar ’il quddiem;

viii) l-interess mhux bilfors ikun wiehed li jigi kkwantifikat f’somma determinata

ta’ flus jew gid, imma jista’ jkun imsejjes biex ihares jew jaghti gharfien ghal

jedd morali jew soggettiv, imbasta l-jedd invokat ma jkunx wiehed ipotetiku;

ix) jekk azzjoni, ghalkemm tkun imsejsa fuq jedd ta’ l-attur, tkun mahsuba biss

biex tirreka hsara lill-imharrek bla ebda vantagg utli lill-attur tali azzjoni

Page 24: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 24 minn 46

titqies bhala wahda llegali – azzjoni maghrufa fid-duttrina bhala wahda acta ad

aemulationem – u titqies li fiha jkun jonqos l-interess guridiku mehtieg.”

Studju gurisprudenzjali dettaljat rigwardanti din l-eccezzjoni insibuh fis-

sentenza fl-ismijiet it-Tabib Charles Delicata et vs Glen Debattista et.23

,

inghad:

“L-interess guridiku : Gurisprudenza

Il-punt tat-tluq ta` kull azzjoni civili huwa l-interess guridiku tal-partijiet, kemm

ta` min jistitwixxi l-azzjoni kif ukoll ta` min jilqa` ruhu kontra dik l-azzjoni, l-

hekk maghruf fid-dottrina kontinentali : “point d`interet, point d`action”.

In linea generali, it-talba ta` l-attur titwieled mill-vjolazzjoni attwali jew

allegata tad-drittijiet tieghu. Ghalhekk objettivament l-iskop ta` kull kawza

huwa sabiex l-attur jerga` jitqieghed fl-ezercizzju jew tgawdija shiha tal-

jeddijiet tieghu. Il-funzjoni u l-oneru tal-gudikant huwa li jiehu konjizzjoni tat-

talbiet attrici u jaccerta ruhu mid-drittijiet ta` l-attur sabiex jasal u jistabilixxi

jekk tezistix xi vjolazzjoni ta` l-jedd, kif ukoll jekk ghandhiex issehh it-tnehhija

ta` tali vjolazzjoni.

Dan huwa l-interess bazilari li jrid ikollu kull min jippromwovi l-azzjoni:-

“Il primo e precipuo interesse [ta` l-attur] e` di ottenere dal tribunale, come

rizultato dell` azione promossa il riconoscimento e l`affermazione del diritto

che ne` ha formato il sostrato e ne costituisce anche l`oggetto, e che si allega

essere stato leso.” (Micallef Goggi vs. Armando Mifsud [Vol. XXVII.I.507]).

23

Deciza 28 ta’ Frar, 2017; rikors guramentat 924/11JZM.

Page 25: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 25 minn 46

L-interess guridiku jsehh ruhu fl-utilita` finali li l-ezitu tal-kawza jkollha ghall-

attur, liema utilita` finali ta` l-azzjoni tirrisjedi appuntu fil-propositu li jitnehha

l-istat ta` vjolazzjoni tad-dritt almenu opinata u affermata mill-attur. (ara :

“Antonio Borg vs Guido Abela” : Kollez. Vol. XXXVIII.I.300.

Ikun hemm interess guridiku jekk il-kawza tkun tista` twassal ghal vantagg ghal

min jipproponiha. Il-Qorti trid tkun konvinta li l-attur ikollu l-iskop li jirkupra

l-oggett jew beneficcju ta` xi jedd moghti lilu bil-ligi, u li jkun gie vjolat :-.

“Per istituire un giudizio non basta che un fatto d`altri pregudichi i nostri

interessi, ma occorre che questo fatto ci arrechi un danno giuridico.”(Mattirolo

: Diritto Giudiziario : Vol I par 56)

Fis-sentenza li tat din il-Qorti (PA/TM) fit-2 ta` Mejju 2002 fil-kawza “George

Laferla et vs Joseph Lauri et” inghad li :-

“Huwa risaput li l-interess ta` l-attur f`kawza jrid jibqa` jissussisti matul il-

hajja ta` l-azzjoni, ghaliex jekk tali interess jigi nieqes, il-kawza ma tkunx tista`

tissokta (ara “Calleja vs Micallef” deciza mill-Qorti ta` l-Appell fl-1 ta` April,

1992, u “Sammut vs Attard” deciza wkoll mill-istess Qorti ta` l-Appell fis-17

ta` Frar, 1993).”

Il-Qorti tosserva wkoll li l-interess guridiku, irid jissussisti matul il-hajja kollha

ta` l-azzjoni. Meta dan l-interess jonqos, il-konsegwenza immedjata hija li l-

konvenut ghandu jigi liberat mill-osservanza tal-gudizzju.

Fis-sentenza li tat din il-Qorti (PA/RCP) fis-26 ta` April 2012 fil-kawza

“Nicholas de Giorgio vs Vincent Paul Savona et” inghad hekk :-

“Illi dwar in-nuqqas ta` interess guridiku tal-attur fil-mument li l-prezenta

Page 26: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 26 minn 46

l-kawza huwa rilevanti li jinghad li “biex wiehed jipproponi domanda

f`gudizzju, kif ukoll biex imantniha, hem bzonn li jkollu interess fiha, jigifieri

hemm bzonn illi d-domanda ggiblu rizultat utli jew vantaggjuz” (“Beatrice

Manche noe –vs-Maria Montebello” A.C. - 13 ta` Frar 1953), “b`mod li jekk l-

azzjoni ma twassalx biex tipproduci tali rizultat ghal min jipproponiha, dik l-

azzjoni ma tistax tregi” (“Giuseppe Camilleri et –vs- Giuseppe Sammut et”

P.A. - 7 ta` Jannar 1953) u jekk irrizultat, jew sentenza, ma jkunx jista` jigi

uzufruwit, dik l-azzjoni ma tistax tigi protetta (“Michelangelo Bond –vs-

Carmelo Mangion et” A.C. 27 ta` Mejju 1991; u “Albert Calleja –vs-Orazio

Micallef” A.C. - 1 ta` April 1992).

Fuq il-kuncett tar-rizultat vantagguz jew utli, ossija ta` l-utilita` guridika ssir

riferenza ghas-sentenzi fl-ismijiet “Veronica Farrugia et –vs- Mary Buhagiar”

(A.C. - 2 ta` April 1993) u “Joseph Attard et –vs- Paul Baldacchino” (A.C. - 5

ta` Ottubru 2001).

Fid-decizjoni li tat din il-Qorti fil-kawza “Angelo Spiteri vs Giuseppe Zammit

et” (Kollez Vol XLII-II-1032), inghad hekk :-

“Dan l-interess irid ikun jezisti fil-mument li tkun spjegata l-azzjoni. L-attur irid

juri illi ghal esercizzju tad-dritt tieghu huwa ghandu attwalment bzonn li invoka

l-protezzjoni tal-Qorti. Irid juri li mill-kawza jirritraji utilita` “rikonoxxuta mil-

ligi.”

“L`utilita` che dal gudizio si spera di trarre deve essere riconosciuta dal diritto

obiettivo come base sufficiente per intentare l`azione”. (Dizionario Pratico del

diritto privato, Scaloja, Interesse in Giudizio)” (“Bartoli vs. Zammit Tabone”

Vol. XLV-1-58).

Page 27: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 27 minn 46

“F`dan ir-rigward huwa ormaj pacifiku anki fil-gurisprudenza taghna, illi l-

interess huwa l-misura mhux biss tal-azzjoni, imma anki ta` l-eccezzjoni

(Kollezz XXIV-11-627); jigifieri, dan l-interess ghandu jinstab tant f`min

jipproponi domanda gudizzjarja, kemm f`min jigi mharrek biex jikkontradiciha

“Dan l-interess ghandu jkollu diversi rekwisiti fost hwejjeg ohra ghandu jkun

legittimu, jigifieri ghandu jkun konformi mad-dritt u jekk dan ikun biss interess

u mhux anki dritt, l-azzjoni ma tregix (kollezz. XXXVII-III-889) u ghandu jkun

ukoll ezistenti fil-konfront tal-konvenut maghzul bhala kontradittur legittimu fil-

kawza.” (Kollezz XXIV-II-627 u XXXVII- II-889)

Fid-decizjoni li tat fis-27 ta` Ottubru 2004 fil-kawza “Simonds Farsons Cisk

Limited vs Agent Direttur ta` l-Ufficcju tal-Kompetizzjoni” din il-Qorti

(PA/PS) qalet illi :-

“Presuppost specifiku ta` l-ezercizzju ta` azzjoni gudizzjarja (`action nata`) hu

l-interess guridiku. Dan pero` mhux bizzejjed. Hu mehtieg ukoll li jigi dimostrat

illi t-talba trid taghti lill-propronent rizultat utili, ghax jekk tali rizultament

vantaggjuz jew utli ma jistax jinkiseb, l-azzjoni ma tistax tigi protetta.”

Fis-sentenza li tat fit-2 ta` Ottubru 2003 fil-kawza “Edrichton Estates Ltd vs

Munro Philips and Company Ltd” din il-Qorti (PA/RCP) qalet hekk –

“Illi l-Qorti kkwotat dak li ntqal fis-sentenza “J. Muscat et vs R.Buttigieg et”

(A.C. 27 ta` Marzu 1990 – Vol. LXXIV.iii.481) fejn intqal :-

“L-interess irid ikun

a) guridiku, jigifieri d-domanda jrid ikun fiha ipotesi ta` lezistenza

ta` dritt u l-vjolazzjoni tieghu ;

b) dirett u personali : fis-sens li huwa dirett meta jezisti filkontestazzjoni

Page 28: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 28 minn 46

jew fil-konsegwenzi taghha, personali fis-sens li

jirrigwarda l-attur, hlief fl-azzjoni popolari ;

c) attwali fis-sens li jrid johrog minn stat attwali ta` vjolazzjoni

ta` dritt, jigifieri l-vjolazzjoni attwali tal-ligi trid tikkonsisti

f`kondizzjoni pozittiva jew negattiva kontrarja ghall-godiment ta`

dritt legalment appartenenti jew spettanti lid-detentur.”

Fis-sentenza taghha tas-6 ta` Ottubru 1999 fil-kawza “Onor. E.Fenech Adami

vs Dr. George Abela et” (Kollez Vol LXXXIII.II.331) il-Qorti tal-Appell

sostniet:-

“Illi d-definizzjoni accettata fil-gurisprudenza nostrana ta` interess guridiku

hija dik tal-Mortara li jghid li l-interess guridiku huwa `l`utilita` finale della

domanda giudiziale nel tema dell`asserita esistenza o violazione del diritto`. Illi

ghalkemm fissistema taghna tista` tinghata dikjaratorja huwa rekwizit

essenzjali li jkun hemm dritt legali li jkun il-bazi li bih l-attur ikun jista`

jippromwovi u jitlob l- accertament tieghu permezz ta` l-awtorita` gudizzjarja”.

“Illi kif gie ritenut fis-sentenza ta` din il-Qorti fil-15 ta` Lulju 1952 (Vol.36. ii.

493), fl-ismijiet “Edgar Baldacchino vs Rosie Bellizzi et” li :-

“Citazzjoni tista` ssir biex tinghata semplici dikjarazzjoni, u ma hemmx bzonn

bilfors li tintalab dejjem kundanna ... biss, min jistitwixxi azzjoni jrid bilfors

ikollu xi dritt – `l`azione civile non puo` essere promossa che per far valere un

diritto, e da colui a cui il diritto spetti. Mancando l`uno e l`altro di questi

requisiti, l`azione e` infondata e inammissibile`.

Hekk ukoll fis-sentenza li tat fit-28 ta` Frar 1997 fil-kawza “Alexander

Eminyan vs John Mousu` pro et noe et” tat-28 ta` Frar 1997 (Kollez Vol.

LXXI.II.429) il-Qorti tal-Appell irriteniet :-

Page 29: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 29 minn 46

“li l-interess guridiku jrid ikun reali u attwali u ghandu jiskaturixxi minn

vjolazzjoni jew theddida ta` vjolazzjoni ta` xi dritt li jappartjeni lill-attur u f`dan

is-sens allura jrid ukoll ikun personali. Irid jigi stabbilit in-ness guridiku bejn l-

agir abbuziv u llegali allegatament kommess mill-konvenut u d-danni jew

almenu l-pregudizzju allegatament subit mill-attur konsegwenzjali ghal tali

agir”.

Fis-sentenza li tat fit-18 ta` Jannar 2001 fil-kawza “Emilio Persiano vs Il-

Kummissarju tal-Pulizija” din il-Qorti (PA/JRM) sostniet :-

"Illi ghal bosta snin il-Qrati taghna fissru li l-elementi mehtiega biex isawru

interess ta` l-attur f`kawza huma tlieta, u jigifieri li l-interess irid ikun guridiku,

li l-interess irid ikun dirett u personali u li dak l-interess ikun attwali. B`ta` l-

ewwel, wiehed jifhem li dak l-interess ghandu jkollu mqar iz-zerriegha ta` l-

ezistenza ta` jedd u l-htiega li tilqa` ghal kull attentat ta` ksur tieghu minn

haddiehor. Dan l-interess m`hemmx ghalfejn ikun jissarraf fi flus jew f`valur

ekonomiku [ara per ezempju, Qorti ta` l-Appell fil-kawza fl-ismijiet “Falzon

Sant Manduca vs Weale", maqtugha fid- 9 ta` Jannar 1959, Kollezz. Vol

XLIII.i.11”.

“Illi minbarra dawn l-elementi, gie mfisser ukoll li biex wiehed ikollu interess li

jiftah kawza, dak l-interess (jew ahjar, il-motiv) tat-talba ghandu jkun konkret u

jezisti fil-konfront ta` dak li kontra tieghu t-talba ssir [ara, per ezempju,

sentenza ta`din il- Qorti (PASP) moghtija fit-13 ta`Marzu 1992, fil-kawza fl-

ismijiet “Francis Tonna vs Vincent Grixti", Kollezz. Vol LXXV1.iii.592].”

Page 30: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 30 minn 46

Fis-sentenza li tat fit-23 ta` April 2013 fil-kawza “Amedeo Barletta noe et vs L-

Awtorita` tas-Servizzi Finanzjarji ta` Malta” din il-Qorti (PA/JRM) osservat :-

“Illi l-Qorti tqis li meta wiehed ihares lejn is-siwi ta` eccezzjoni li tqanqal

dubju dwar jekk hemmx tassew l- interess guridiku tal-parti attrici li ssostni l-

kawza, wiehed irid izomm ma` dak li jipprovdi l-artikolu 780 tal-Kapitolu 12

tal-Ligijiet ta` Malta u mal-principji li sa minn zmien twil ilu ssawru biex ifissru

x`inhu mehtieg biex tali interess isejjes il-jedd tal-azzjoni. Biex tali interess ikun

tutelat minn karattru guridiku, irid ikun iwassal ghal rizultat ta` utilita` u

vantagg ghal min irid jezercita l-jedd (Ara App. Civ. 13.2.1953 fil-kawza fl-

ismijiet Manche` vs Montebello (Kollez. Vol: XXXVII.i.56), b`mod li jekk l-

azzjoni ma tistax twassal biex ipproduci tali rizultat ghal min jibdiha, dik l-

azzjoni ma tistax tregi (P.A. 7.1.1953 fil-kawza fl-ismijiet Camilleri vs Sammut

(Kollez. Vol: XXXVII.ii.605). Kien minhabba dan il-principju li ghadd ta`

sentenzi cahdu l-jedd tal-azzjoni lil min ried jikseb`sentenza biss dikjarazzjoni

minghajr oggett materjali (Ara App. Civ. 8.6.1942 fil-kawza fl-ismijiet Cortis vs

Bonello (Kollez. Vol: XXXI.i.218);

Illi, minbarra dan, u dejjem ghal dak li jirrigwarda l-aspett tal-attwalita`

tal-interess f`attur, irid jintwera li dak l-interess jibqa`jsehh matul il-hajja

kollha tal-azzjoni, u mhux biss fil-bidu taghha, ghaliex jekk dan l-interess

jintemm fix-xejn, il-konsegwenza mmedjata tkun li l-imharrek jinheles milli

jibqa` fil-kawza (App. Civ. 17.2.1993 fil-kawza fl-ismijiet Sammut et noe vs

Attard (Kollez. Vol: LXXVII.ii.246).

Hu stabilit ukoll mill-Qrati li dak li jfisser l-interess tal-attur ghandu jkun jidher

mill-att innifisu li bih tinbeda kawza (Ara App. Civ. 3.12.1984 fil-kawza fl-

ismijiet Borg vs Caruana (Kollez. Vol: LXVIII.ii.232) u l-ghadd ta` sentenzi

hem imsemmija, u ghalkemm il-mottiv tal-interess mhux mehtieg li jkun

Page 31: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 31 minn 46

imsemmi fir-Rikors Mahluf, ghandu jirrizulta mill-provi jekk kemm-il darba jigi

kuntrastat (Ara App. Civ. 12.12.1983 fil-kawza fl-ismijiet Ignazio Gatt vs

Michael Debono et).

Illi l-interess mhux tabilfors ikun wiehed li jigi kwantifikat f`somma determinata

ta` flus jew gid, u jista` jezisti wkoll fejn jimmira li jhares jew jaghti gharfien

ghal jedd morali jew suggettiv (P.A. 13.10.1952 fil-kawza fl-ismijiet Axiaq vs

Mizzi noe et (Kollez. Vol: XXXVI.ii.532), imbasta l-jedd invokat ma jkunx

wiehed ipotetiku (App. Civ. 15.12.1932 fil-kawza fl-ismijiet Scolaro vs Bailey

(Kollez. Vol: XXVII.ii.195).”

Fis-sentenza li tat fit-28 ta` Novembru 2003 fil-kawza “Agatha Formosa Gauci

vs Dr Francis Lanfranco et” il-Qorti tal-Appell elenkat il-principji li

ghandhom iservu bhala gwida sabiex tkun indirizzata u risolta l-kwistjoni tal-

interess. Il-principji huma dawn :-

(i) l-interess (guridiku) mehtieg irid ikun wiehed dirett, legittimu,

kif ukoll attwali.

(ii) l-istat attwali ta` ksur ta` jedd jikkonsisti f`kundizzjoni pozittiva jew

negattiva li xxejjen jew tinnewtralizza dritt li jkun jappartjeni lid-detentur jew

lil dak li lilu jkun misthoqq.

(iii) l-interess guridiku fl-attur huwa dak li l-imharrek jirrifjuta li jaghraf il-jedd

ta` l-istess attur u dan billi kull persuna ghandha d-dritt titlob li, fil-konfront

taghha, isir haqq jew tigi msewwija ngustizzja li tkun giet maghmula kontriha.

Page 32: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 32 minn 46

(iv) l-interess guridiku jrid ikun iwassal ghal rizultat ta` utilita` u vantagg ghal

min irid jezercita l-jedd. Jekk l-azzjoni ma tistax twassal ghal tali rizultat ghal

min jibdiha, dik l-azzjoni ma tistax tregi.

(v) l-interess guridiku jrid jibqa` jissussisti matul il-hajja kollha ta`l-azzjoni, u

mhux biss fil-bidu taghha. Jekk l-interess jintemm, il-konsegwenza mmedjata

tkun li l-imharrek jinheles milli jibqa` fil-kawza.

(vi) l-interess ta` l-attur ghandu jkun jidher mill-att tac-citazzjoni nnifisha.

Ghalkemm il-mottiv ta` l-interess mhux mehtieg li jkun imsemmi fic-citazzjoni,

dan ghandu

Fid-dawl tas-suesposti principji, il-Qorti ma tarax li din l-eccezzjoni hija

gustifikata.

Kif dikjarat fl-ewwel paragrafu tar-rikors guramentat, fir-rigward tal-

Assocjazzjoni tal-Pulizija, hija ghandha l-mandat li tagixxi sabiex tippromwovi

l-interessi tal-membri taghha24

, u cioe’ l-membri tal-Korp tal-Pulizija, u ntavolat

dawn il-proceduri proprju f’din il-vesti. Fir-rigward taz-zewg atturi l-ohra,

huma ntavolaw il-kawza odjerna fil-funzjoni taghhom ta’ ufficjali pubblici.

Stabbilit dan, il-Qorti tqis li kull wiehed minn dawn it-tlett atturi ghandhom l-

interess guridiku mehtieg sabiex imexxi ‘l quddiem il-kaz tieghu quddiem din

il-Qorti. L-interess huwa meqjus dirett, legittimu kif ukoll attwali. Mill-

premessi u t-talbiet huwa car li l-atturi qeghdin ifittxu li jasserixxu jedd pretiz

minnhom (dak tal-partecipazzjoni taghhom fl-irkanti in ezami), liema jedd fil-

fehma taghhom qed jigi vjolat mill-konvenuti. L-interess huwa ghalhekk wiehed

konkret reali u legittimu. Huwa wkoll attwali ghax intiz li jindirizza decizjoni

24

Artikolu 2.1.1

Page 33: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 33 minn 46

mehuda mill-awtoritajiet konvenuti, liema decizjoni fil-fehma tal-atturi qeghda

xxejjen id-dritt pretiz minnhom li huma ghandhom ikunu partecipi fl-irkanti

msemmija. Certament ukoll li ezitu favorevoli ghall-atturi jkun utli u ta’

vantagg ghalihom ghax jirnexxielhom jottjenu dak pretiz minnhom.

Isegwi ghalhekk li l-atturi kollha rnexxielhom juru l-interess guridiku taghhom

ghal fini ta’ din il-kawza.

Din l-eccezzjoni preliminari hija michuda wkoll.

Ikkunsidrat:

Sorvolati dawn l-eccezzjonijiet preliminari, l-Qorti sejra tghaddi biex tezamina

l-qofol tal-kwistjoni fil-mertu bejn il-partijiet u cioe’ jekk id-decizjoni tal-

awtoritajiet konvenuti li jipprojbixxu lill-atturi, flimkien mal-bqija tal-ufficjali

pubblici l-ohra, hijiex wahda li ssib il-komfort taghha fil-ligi, kif jirritjenu l-

istess konvenuti, jew inkella hijex wahda abbuziva kif allegat mill-atturi.

Il-punt krucjali li ghandu jwassal ghad-determinazzjoni ta’ din il-kwistjoni

huwa proprju l-interpretazzjoni tar-regolament 110 tar-Regolamenti dwar il-

Finanzi Generali (L.S.174.01).

In linea ta’ principji gurisprudenzjali, intqal hekk fil-kaz It-Tabib Dottor John

Cassar et vs Stanley Castillo deciz fis-6 t’Ottubru 200425

-

“Kif saput, il-kompitu ta’ l-interpretazzjoni mhux ezercizzju facli u, anzi, ta’

sikwit joffri insidji li, jekk wiehed ma joqghodx attent ghalihom, spiss jinkorri fi

zball. Dan jokkorri partikolarment fejn it-test ikun oskur jew elaborat izzejjed

25

App Nru 284/01

Page 34: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 34 minn 46

jew fejn ikun fonti ta’ aktar minn interpretazzjoni wahda. B’danakollu, kif wisq

tajjeb gie espress, “billi hi regola ta’ interpretazzjoni illi ebda ligi ma ghandha

titqies kontradittorja fiha nfisha, meta jkun hemm dubju fuq hekk, huwa kompitu

tal-gudikant li jindaga u jinterpreta s-sens skond l-intenzjoni tal-legislatur, u

b’quddiem ghajnejh ir-ragunijiet li geghlu lil-legislatur jaddotta l-ligi. Il-

gudikant ghalhekk ghandu jirrikorri ghal “mens legis” biex jaghti dik l-

interpretazzjoni li tikkorrispondi ghall-ispirtu nformatur tal-ligi” (“Kollez. Vol.

XXXVII pI p1 79).”

Naturalment, u kif inghad fil-kaz Dr Charles Galea noe vs Franca Pia di

Donna deciz fis-17 ta’ Marzu 200326

, il-Qorti -

“…ghandha taghti lill-kliem espress tal-ligi s-sinifikat naturali u ordinarju

tieghu. Din wara kollox hi l-ewwel u l-iprem regola tal-interpretazzjoni.”

Ir-regolament 110 tal-L.S. 174.01 jipprovdi hekk -

“Hlief meta s-Segretarju Permanenti responsabbli ghad-dipartiment interessat

jordna mod iehor, oggetti ta` hazniet zejda msemmija taht ir-regolament 104,

ghandhom jitnehhew mid-Direttur tal-Kuntratti wara li dan ikun hareg sejha

pubblika ghall-offerti:

Izda:

oggetti ta` hazna li meta jigu raggruppati skont il-kategorija li lilha jappartjenu

jkollhom valur stmat li ma jaqbizx sebgha u erbghin elf euro (€47,000) ghal kull

grupp jistghu jitnehhew dipartimentalment hekk kif jista` jigi approvat mis-

26

App Nru 178/00

Page 35: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 35 minn 46

Segretarju Permanenti responsabbli ghad-dipartiment interessat wara sejha

pubblika jew dipartimentali ghall-offerti;

oggetti ta` hazna li meta jigu raggruppati skont il-kategorija li lilha jappartjenu

jkollhom valur stmat li ma jaqbizax sitt elef euro (€6000) ghal kull grupp

jistghu wkoll jitnehhew dipartimentalment fid-diskrezzjoni tas-Segretarju

Permanenti responsabbli ghad-dipartiment interessat wara li jkunu ngabru

mhux anqas minn hames kwotazzjonijiet mis-suq liberu;

oggetti ta` hazna li meta jigu raggruppati skont il-kategorija li lilha jappartjenu

jkollhom valur stmat li ma jaqbizx elf u mitejn euro (€1,200) ghal kull grupp

jistghu wkoll jitnehhew dipartimentalment fid-diskrezzjoni tal-Kap tad-

dipartiment interessat:

Izda wkoll, f`kull kaz, ebda ufficjal pubbliku m`ghandu jithalla jikkwota jew

jitfa` offerti biex jakkwista oggetti bhal dawk sew direttament jew

indirettament.”

Imbaghad ir-regolament 104 li ghalih jirreferi r-regolament appena citat

jipprovdi kif gej:-

Ghall-fini ta` din it-taqsima, “hazniet” ghandha tinkludi provvisti ta` xorta

generali mehtiega ghal xogholijiet u servizzi ordinarji li jsiru matul il-kors ta`

sena finanzjarja, oggetti jew apparat li jitqiesu li jkunu zejda, u oggetti li ma

jkunux prattikabbli li jigu msewwijin jew li ma jistghux jittejbu.”

Page 36: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 36 minn 46

L-atturi jargumentaw27

li l-projbizzjoni ta’ dan ir-regolament biex ufficjali

pubblici ma jippartecipawx fi process t’akkwist ta’ hazniet zejda tad-

Dipartimenti tal-Gvern ma tapplikax ghall-kaz tal-lum peress li din id-

dispozizzjoni tal-ligi tghodd biss meta l-oggetti msemmija jkunu ser jitnehhew

b’mod ragruppat permezz ta’ kwotazzjonijiet jew sejhiet pubblici ghall-offerti.

Fil-fehma tal-atturi, la bejgh bl-irkant ma huwhiex kontemplat f’dan ir-

regolament, il-projbizzjoni msemmija fih ma tistax tigi estiza ghall-

partecipazzjoni ta’ ufficjali pubblici meta l-oggetti li jkunu proprjeta’ ta’ jew fil-

pussess tad-Dipartiment ikunu ser jitnehhew bl-irkant.

L-atturi jissenjalaw ukoll dak li huma jsejhu nuqqasijiet/konfuzjoni fit-

traduzzjoni mill-Malti ghall-Ingliz ta’ certu kliem tar-regolament 110 fejn ir-

referenza ghal kelma “auction” fil-verzjoni ngliza mkien ma ssib postha bhala

verzjoni “rkant” fit-test Malti.

Ghall-atturi, dak li r-regolament 110 irid jipprevjeni hi sitwazzjoni ta’ kunflitt

ta’ nteress potenzjali fejn tigi leza t-trasparenza ta’ hazniet f’sitwazzjonijiet fejn

ufficjal pubbliku jista’ jkun edott minn informazzjoni nterna li tista’ tagevolah

fil-prezz idoneju ta’ l-oggett mahzun meta jkun hemm sejha pubblika ghall-

offerti. Ix-xenarju fil-kaz ta’ rkant pubbliku pero’ huwa kompletament

differenti.

Il-konvenuti Kummissarju tal-Pulizija u s-Segretarju Permanenti invece

jirribattu li r-regolament 110 jipprovdi li l-hazniet zejda tad-Dipartimenti tal-

Gvern jistghu jitnehhew b’zewg modi: jew (a) wara li tinhareg sejha pubblika

ghall-offerti mid-Direttur tal-Kuntratti; jew (b) bil-mod kif is-Segretarju

Permanenti responsabbli ghad-Dipartiment partikolari jordna li l-hazniet

27

Nota ta’ Sottomissjonijiet a fol 101 et seq

Page 37: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 37 minn 46

ghandhom jitnehhew. F’dan il-kaz, huma jghidu li s-Segretarju Permanenti

ghazel li l-hazniet jitnehhew b’irkant pubbliku u mhux b’tender.

Il-konvenuti jkomplu jispjegaw li l-ewwel proviso tal-istess Regolament jahseb

ghall-mod ta’ tnehhija ta’ hazniet meta dawn ikunu permezz ta’ sejha pubblika

ghall-offerti. Ikomplu jargumentaw li fit-tieni proviso tieghu, ir-regolament

jghid li “f’kull kaz” ta’ tnehhija ta’ hazniet u cioe’ kemm jekk dawn jitnehhew

permezz ta’ tender jew b’mod iehor skont kif deciz mis-Segretarju Permanenti,

ebda ufficjal pubbliku m’ghandu jithalla jikkwota jew jitfa’ l-offerti tieghu biex

jakkwista dawk l-oggetti, kemm b’mod dirett u anke ndirett. Ghall-konvenuti, l-

uzu tal-kliem “f’kull kaz” juri li d-divjet fuq l-ufficjali pubblici japplika ghal

kull tip ta’ tnehhija u mhux limitatament ghal tnehhija permezz ta’ sejha

pubblika ghall-offerti. Il-konvenuti jsostnu illi li kieku dan it-tieni proviso kien

intiz li japplika biss f’kaz ta’ tnehhija permezz ta’ sejha pubblika ghall-offerti,

tali limitazzjoni kienet tigi stipulata espressament. Haga li ma saritx.

Fil-fehma tal-konvenuti, ir-ratio legis wara din it-tip ta’ projbizzjoni huwa l-

eradikazzjoni ta’ kull kunflitt ta’ nteress li jista’ jkollhom ufficjali pubblici fl-

isfera tal-amministrazzjoni pubblika bil-punto temporis ikun il-koncepiment u

cioe’ fl-ghazla u d-determinazzjoni ta’ dak li huwa effettivament “hazna” a

tenur tar-regolament 104. Huma jsostnu li l-ghan tal-projbizzjoni hu li ebda

ufficjal pubbliku ma jaqa’ fit-tentazzjoni li jikklassifika oggett bhala hazna

zejda skont ir-Regolament 104 u dan ghall-ghan ahhari li jakkwista tali oggett

b’valur ridott jew bic-certezza li jakkwista tali oggett.

Esposti l-pozizzjonijiet rispettivi tal-partijiet il-Qorti sejra tghaddi ghall-

evalwazzjoni ta’ dan ir-regolament 110.

Page 38: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 38 minn 46

Fl-ewwel lok u a skans ta’ kull ekwivoku, il-Qorti ma hijiex sejra taghti piz lid-

dicitura “auction” fit-test ingliz tar-regolament de quo u dan ghal zewg

ragunijiet: (i) f’kaz ta’ kunflitt huwa dejjem it-test Malti li jipprevali, u fit-test

malti ma hemm ebda referenza ghal kelma “rkant”; u (ii) huwa evidenti li l-uzu

tal-kelma “auction” uzata fit-test ingliz hija f’kunflitt mat-traduzzjoni tal-istess

kelma maltija f’parti ohra tat-test. Dan peress li filwaqt li fl-ewwel parti tar-

regolament il-kliem “sejha pubblika ghall-offerti” hija (korrettement) tradotta

bhala “public call for tenders”, fil-paragrafu mmedjat ta’ wara, (l-ewwel

proviso), l-istess kelma Maltija “sejha pubblika jew dipartimentali ghall-offerti”

hija tradotta (erroneament) bhala “an auction or a departmental call for

tender”. Huwa car ghalhekk li l-uzu tal-kelma “auction” fit-test ingliz hija frott

ta’ zball tat-traduzzjoni peress li sejha pubblika ghall-offerti, li huwa process

interament differenti minn irkant pubbliku ma jista’ qatt jigi tradott bhala

“auction.”

Fit-tieni lok, il-Qorti tqis li huwa pacifiku bejn il-partijiet li r-regolament 110

tal-L.S. 174.01 jirregola zgur it-tnehhija ta’ hazniet zejda permezz ta’ sejha

pubblika ghall-offerti. Infatti, ir-regolament jipprovdi b’mod dettaljat il-process

li bih ghandhom jitnehhew il-hazniet zejda permess ta’ tali sejha. Naturalment,

u meta l-valur tal-hazniet ikun wiehed sostanzjali, huwa d-Direttur tal-Kuntratti

li ghandu jmexxi l-process tat-tenders, filwaqt li mbaghad kif hemm stipulat fl-

ewwel proviso, skont il-valur tal-hazniet ragruppati, il-process jitmexxa

Dipartimentalment skont il-proceduri ndikati.

Huwa pacifiku wkoll bejn il-partijiet li l-projbizzjoni tal-ufficjali pubblici milli

jippartecipaw f’tali sejhiet pubblici ghall-offerti hija projbita kemm direttament

u ndirettament.

Page 39: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 39 minn 46

Il-punt ta’ divergenza bejniethom huwa jekk tali projbizzjoni hijiex ukoll estiza

ghar-rigward ta’ tnehhija ta’ hazniet zejda permezz ta’ bejgh bl-irkant.

Wara li l-Qorti ezaminat bir-reqqa l-kuntest shih ta’ dan ir-regolament 110 hija

ssib li l-atturi ghandhom ragun jargumentaw li l-projbizzjoni ghall-

partecipazzjoni tal-ufficjali pubblici ma tistax titqies li tapplika ghall-process ta’

tnehhija ta’ oggetti permezz ta’ rkant pubbliku. Huwa minnu li fil-bidu tieghu

ir-regolament 110 isemmi li s-Segretarju Permanenti jista’ jordna mod iehor

minn dak provdut fir-rigward ta’ tnehhija ta’ hazniet permezz ta’ sejhiet

pubblici ghall-offerti. Izda huwa car, fil-fehma tal-Qorti, li l-projbizzjoni fil-

konfront tal-ufficjali pubblici hija ntiza biss fir-rigward tas-sejhiet pubblici

ghall-offerti li dwarhom jitkellem ir-regolament. Dan huwa manifest mid-

dicitura stess uzata mit-tieni proviso:

Izda wkoll, f`kull kaz, ebda ufficjal pubbliku m`ghandu jithalla jikkwota jew

jitfa` offerti28

biex jakkwista oggetti bhal dawk sew direttament jew

indirettament.”

Il-kliem uzat fejn l-ufficjal pubbliku m’ghandux jithalla “jikkwota” huwa

evidentement abbinat ma’ u riferibbli ghall-paragrafu (b) tal-ewwel proviso tar-

regolament fejn fir-rigward ta’ oggetti ta` hazna li meta jigu ragruppati skont il-

kategorija li lilha jappartjenu jkollhom valur stmat li ma jaqbizx sitt elef euro

(€6000) ghal kull grupp, dawn jistghu wkoll jitnehhew dipartimentalment fid-

diskrezzjoni tas-Segretarju Permanenti responsabbli ghad-dipartiment interessat

wara li jkunu ngabru mhux anqas minn hames kwotazzjonijiet mis-suq liberu.

Hija tal-fehma soda din il-Qorti li l-kliem uzat fejn l-ufficjal pubbliku

m’ghandux jithalla “jitfa’ offerti” huwa evidentement abbinat u sinonimu mat-

28

Tipa grassa u sottolinear b’enfasi tal-Qorti

Page 40: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 40 minn 46

tnehhija tal-hazniet zejda permezz tas-sejhiet pubblici ghall-offerti li ghalihom

hemm referenza specifika u dettaljata fir-regolament imsemmi.

Tinnota l-Qorti nvece li mkien f’din il-projbizzjoni ma hemm referenza ghal

kazijiet ta’ bejgh bl-irkant. Addirittura, u kif ben osservaw l-atturi, t-

terminologija uzata fil-kuntest ta’ bejgh bl-irkant hija ben diversa fejn wiehed

ma jitkellimx fuq li wiehed jitfa’ “offerti” bhalma jsir fil-kaz tat-tenders izda

fuq li jaghmel “offerta ta’ prezz” kif stipulat fir-Regolamenti dwar bejgh

b’Irkant Pubbliku29

.

Fir-rigward tal-kunflitt ta’ nteress li fuqu ghamlu hafna enfasi l-konvenuti, il-

Qorti ssib li tali thassib ma ghandux jiffigura fil-kaz tal-bejgh bl-irkant ghax kif

inhuwa evidentement maghruf, il-mod kif jitmexxa rkant huwa ferm differenti

minn kif jitmexxa tender. F’kaz ta’ rkant, il-potenzjali xerrejja, huma min huma,

jkunu kollha fl-istess pozizzjoni, u cioe’ jaghmlu offerta ta’ prezz li tista’

tintlaqa’ jew ma’ tintlaqax skont min joffri l-aktar. Ghalhekk l-argument tal-

konvenuti li d-decizjoni originali dwar liema hazniet ghandhom jitnehhew tista’

eventwalment tohloq kunflitt ta’ nteress meta l-process jasal ghal fazi finali tal-

bejgh bl-irkant, hija wahda mgebbda u ma tistax tigi paragunata mal-kunflitt ta’

nteress potenzjali fil-kaz ta’ sejha pubblika ghall-offerti. Dan ghaliex filwaqt li

huwa minnu li fil-kaz ta’ sejha pubblika ghall-offerti (tenders) ufficjal pubbliku

jista’ jottjeni nformazzjoni minn gewwa d-Dipartiment dwar cifri, figuri u

offerenti ghat-tenders, ma jistax jinghad l-istess fir-rigward tal-bejgh bl-irkant.

Dan peress li f’tali process l-offerta tal-prezz (bid) issir direttament u

spontanjament waqt il-bejgh tal-irkant stess u hadd m’ghandu konoxxenza jew

garanzija ta’ liema ser tkun l-ahjar offerta ta’ prezz. Di piu’ jinghad ukoll ghal

fini tal-kaz odjern, l-auction starting prices, l’hekk imsejjha riserva, ghall-

oggetti ntizi li jinbieghu fiz-zewg irkanti in kwistjoni huma diga’ stabbiliti u

29

L.S. 342.01 – Regolament 7 (4)

Page 41: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 41 minn 46

maghrufa u huma l-istess ghal kull min se jithajjar joffri prezz minghajr ebda

distinzjoni. Di piu l-irkantatur zgur li jkollu influenza konsiderevoli fuq dak li

huwa l-prezz idoneju ta’ l-oggett intiz ghal irkant u kemm ghandu jigi stmat.

Dawn il-konsiderazzjonijiet fil-fehma tal-Qorti jgibu fix-xejn id-difiza tal-

awtoritajiet konvenuti fir-rigward ghax minn dak li rrizulta, din il-Qorti ma

tistax minn jeddha ggebbed l-interpretazzjoni naturali u ordinarja tar-regolament

110 biex tkopri wkoll tnehhija ta’ hazniet b’irkant kif inhu l-kaz tal-lum.

In fine u ghal kull buon fini l-Qorti ma tistax ma tergax temfasizza li filwaqt li

r-rapprezentant tad-Dwana xehed f’dawn il-proceduri li t-tnehhija ta’ hazniet

zejda mid-Dwana ssir permezz ta’ rkant pubbliku (public auction), skont id-

dokument30

li pprezenta (fir-rigward ta’ vetturi) ntwera li t-tnehhija ssir permezz

ta’ tender. Suppost ghalhekk li l-projbizzjoni msemmija fit-tieni proviso tar-

regolament 110 ghandha tapplika ghall-ufficjali pubblici kollha. Nonostante

dan, l-unika kondizzjoni li kienet giet imposta sabiex jigi evitat kunflitt ta’

nteress kienet fuq l-impjegati tad-Dwana u l-familjari mmedjati taghhom. Dan

juri wkoll li fil-prattika l-projbizzjoni in kwistjoni, anke fir-rigward ta’ sejhiet

pubblici ghall-offerti, lanqas biss hi applikata b’mod uniformi skont dan l-istess

Regolament.

Maghmula dawn l-osservazzjonijiet, il-Qorti tqis li t-tezi tal-atturi timmerita li

tigi milqugha.

Ghall-istess ragunijiet, l-eccezzjonijiet kollha fil-mertu mressqa mill-

awtoritajiet konvenuti sejrin jigu respinti.

30

Fol 85A suriferit.

Page 42: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 42 minn 46

Il-Qorti tqis ukoll li in kwantu ma hemm ebda dubju li d-decizjoni li jsiru l-

irkanti mpunjati, u d-decizjoni li l-ufficjali pubblici ghandhom ikunu projbiti

milli jippartecipaw f’tali rkanti kienet unikament taz-zewg konvenuti

Kummissarju tal-Pulizija u s-Segretarju Permanenti, ghandhom ikunu huma biss

li jgorru r-responsabilta’ f’din il-kawza. Infatti kif issottomettew iz-zewg

konvenuti l-ohra Pierre Grech Pillow u s-socjeta’ Obelisk Auctions Limited31

, u

ma gie kontradett b’ebda prova kuntrarja, ir-rwol taghhom f’dawn l-irkanti kellu

jkun biss ta’ rkantaturi biex ibieghu l-oggetti indikati lilhom mill-awtoritajiet

konvenuti.

Ikkunsidrat:

Imiss issa jigu kkunsidrati t-talbiet tal-atturi.

Fid-dawl ta’ dak appena deciz, l-akkoljiment tal-ewwel talba huwa meritat

ghax ma ntweriet ebda raguni valida li tiggustifika d-decizjoni amministrattiva

li ufficjali pubblici ma jithallewx jippartecipaw f’dawn iz-zewg irkanti. Dan

iwassal ghall-konkluzjoni li a tenur tal-artikolu 469A (1) (b) (ii) u (iii) tal-Kap

12 l-projbizzjoni mposta fuq l-atturi hija ultra vires ghax hija:

ii. abusiva peress li l-awtoritajiet kompetenti ma kellhom ebda setgha mill-ligi

(li huma stess invokaw a favur taghhom) biex jeskludu lill-atturi mill-

partecipazzjoni fl-irkanti msemmija b’dana li l-ghemil amministrattiv sar għal

għanijiet mhux xierqa u ssejjes fuq konsiderazzjonijiet mhux rilevanti.

iii. illegali ghax ma hemm ebda ligi li ttihom il-poter li jiehdu l-mizura li hadu

fil-konfront tal-atturi.

31

Nota ta’ Sottomissjonijiet a fol 120

Page 43: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 43 minn 46

Madanakollu, il-Qorti mhijiex sejra tidhol fil-kwistjoni dwar jekk l-eghmil

amministrattiv lamentat huwhiex wiehed diskriminatorju peress li tali materja

hija wahda riservata ghall-Qrati fil-vesti kostituzzjonali fi proceduri fejn jigu

mistharrga allegat ksur ta’ drittijiet fundamentali.

Dwar it-tieni u t-tielet talba attrici, mill-mod kif gew redatti dawn ma jistghux

jintlaqghu in kwantu fi proceduri ta’ stharrig gudizzjarju ta’ eghmil

amministrattiv il-Qorti, f’kaz bhal tallum fejn tkun diga’ ttiehdet decizjoni

amministrattiva, l-aktar li tista’ taghmel il-Qorti huwa li thassar id-decizjoni

amministrattiva izda ma tistax tuzurpa d-diskrezzjoni tad-Dipartiment u

tiddeciedi hi minflok x’ghandu jsir.

Kif inghad fil-kaz Reginald Fava pro et noe v. Supretendent tas-Sahha

Pubblika noe et deciz 11 ta’ Mejju 201032

“Din il-Qorti, pero`, trid tirrimarka, anke biex jigu evitati malintizi ’l quddiem

f’kaz ta’ cirkostanzi simili, li hi ma taqbilx mal-mod kif l-ewwel Qorti pprovdiet

rimedju. F’kaz li l-qrati ordinarji jigu mitluba jistharrgu ghemil amministrattiv,

il-kompetenza taghhom hi limitata biex tordna li tittiehed decizjoni jew biex

thassar dik l-istess decizjoni, pero` ma jaslu qatt biex huma stess jiehdu d-

decizjoni flok l-awtorita` kompetenti. Jekk ligi tvesti diskrezzjoni f’xi awtorita`,

hija dik l-awtorita` li trid tuza dik id-diskrezzjoni u tiehu d-decizjoni; jekk id-

decizjoni li tittiehed tigi mhassra, il-kwistjoni tigi rimessa mill-gdid lill-

awtorita` biex dik tiehu ddecizjoni taghha kif suppost u fit-terminu tal-

kunsiderazzjonijiet kollha rilevanti. Jekk l-awtorita` ma tiehux decizjoni tista’

tigi mgieghla taghmel dan, u jista’ jigi indikat lilha li r-ragunijiet ghaliex kienet

qed tittituba milli tiehu decizjoni ma kienux relevanti; pero` finalment hija dik l-

awtorita` li trid tiehu d-decizjoni mhux il-Qorti. Hekk fil-kawza ‘Grech v.

32

App Nru 278/10

Page 44: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 44 minn 46

Ministru tax-Xoghlijiet et’ deciza minn din il-Qorti (diversament komposta)

fid-29 ta’ Jannar 1996 intqal illi:

“... il-Qrati fil-funzjoni taghhom ta’ judicial review tal-operat tal-Ezekuttiv

ghandhom iva d-dritt li jiddeciedu li att partikolari tal-Ezekuttiv ikun null u bla

effett izda m’ghandhom qatt id-dritt li jissostitwixxu d-diskrezzjoni rizervata lill-

Ezekuttiv b’dik taghhom.”

Ir-raba’ talba tal-atturi hija gustifikata u ghalhekk sejra tintlaqa’.

Ghal dawn il-motivi l-Qorti qeghda taqta u tiddeciedi l-kawza billi:

1. Tilqa’ l-ewwel talba attrici billi jirrizultalha li l-konvenuti

Kummissarju tal-Pulizija u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru

ghall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali ma kellhom ebda raguni tajba

biex izommu lill-atturi milli jippartecipaw fl-irkanti msemmija u li l-

projbizzjoni mposta minn dawn il-konvenuti dwar il-partecipazzjoni

tal-ufficjali pubblici fiz-zewg irkanti msemmija hija abbuziva u

llegali fil-konfront tal-istess atturi. Izda ghar-ragunijiet moghtija

tastjeni milli tiehu konjizzjoni tat-talba attrici fir-rigward tal-

allegata diskriminazzjoni sofferta minnhom bid-decizjoni mpunjata;

2. Tichad it-tieni u t-tielet talba ghar-ragunijiet imsemmija;

3. Tikkonferma l-jedd pretiz mill-Mandat t’Inibizzjoni Nru 313/15 fl-

isimijiet “Assocjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta et vs Kummissarju tal-

Pulizija et” dekretat definittivament fis-17 ta’ Marzu 2015;

Page 45: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 45 minn 46

4. Tichad l-eccezzjonijiet tal-konvenuti Kummissarju tal-Pulizija u s-

Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghall-Intern u s-Sigurta’

Nazzjonali;

5. L-ispejjez tal-kawza ikunu a karigu tal-konvenuti Kummissarju tal-

Pulizija u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghall-Intern u s-

Sigurta’ Nazzjonali solidalment bejniethom.

Onor. Dr. Miriam Hayman LL.D.

Imhallef

Nadya Ciappara

Deputat Registratur

Page 46: QORTI CIVILI PRIM’AWLA - mpa.org.mt · ahhar mument qabel giet intavolata din il-kawza, sabiex jigu evitati proceduri ... naxxenti minn diskriminazzjoni jakkampaw tali allegazzjoni

633/15MH

Pagna 46 minn 46