28
MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussell, 11.1.2016 C(2015) 9490 final RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI ta’ 11.1.2016 skema volontarja ta’ ammissjoni umanitarja mat-Turkija

RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT MT

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Brussell, 11.1.2016

C(2015) 9490 final

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ 11.1.2016

skema volontarja ta’ ammissjoni umanitarja mat-Turkija

Page 2: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 2 MT

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ 11.1.2016

skema volontarja ta’ ammissjoni umanitarja mat-Turkija

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-

Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1) Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u t-Turkija fil-

laqgħa tad-29 ta’ Novembru 2015 ftiehmu sabiex issaħħu r-relazzjonijiet u dwar l-

attivazzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni Konġunt inkluż approċċ konġunt għall-ġestjoni tal-

migrazzjoni.

(2) It-Turkija bħalissa tospita aktar minn żewġ miljun persuna spustati minħabba l-kunflitt

fis-Sirja, ħafna minnhom għal perjodi twal ta’ żmien, filwaqt li fl-istess ħin qed

tiffaċċja sfidi ekonomiċi u soċjali enormi.

(3) Miżuri ta’ akkumpanjament għall-impenji reċiproċi li jinsabu fil-Pjan ta’ Azzjoni

Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u

kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni ta’ persuni li kienu spostati mill-

kunflitt fis-Sirja lejn it-Turkija.

(4) B’mod partikolari, skema rapida, effiċjenti u volontarja li tippermetti l-ammissjoni

umanitarja mit-Turkija ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni spustati minħabba l-

kunflitt fis-Sirja għandha tiġi stabbilita biex tiżgura, wasla ġestita tajjeb, sikura u

dinjituża ta’ tali persuni minflok migrazzjoni perikoluża u irregolari.

(5) L-iskema għandha tkun flessibbli biex tieħu kont ta' tnaqqis sostenibbli tan-numru ta’

persuni li jaqsmu l-fruntiera b’mod irregolari mit-Turkija lejn l-Unjoni Ewropea bħala

riżultat tal-azzjonijiet tat-Turkija.

(6) Minħabba l-kompetenza rikonoxxuta globalment tal-Kummissarju Għoli tan-

Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) biex jiffaċilita forom differenti ta’ dħul

ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali minn pajjiżi terzi li jkunu ġew

spustati lejn Stati lesti li jaċċettawhom, bħall-programmi tar-risistemazzjoni u l-

ammissjoni umanitarja, l-UNHCR għandha tkun imsejħa biex taqdi dan ir-rwol b’rabta

ma’ din l-iskema.

(7) Barra mill-UNHCR, l-esperjenza u l-kompetenza ta’ korpi rilevanti oħra, inkluż l-

Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) u l-Organizzazzjoni

Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) għandhom jiġu msejħa biex jassistu fl-

implimentazzjoni tal-iskema ta’ ammissjoni.

(8) Il-kapaċità ta’ pproċessar tal-UNHCR għandha titqies bħala punt ta’ referenza fl-

implimentazzjoni ta’ din l-iskema. Attwalment il-UNHCR globalment għandha l-

kapaċità li tipproċessa madwar 80 000 fil-biċċa l-kbira ta’ każijiet ta’ risistemazzjoni.

Page 3: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 3 MT

(9) Skema ta' ammissjoni umanitarja effiċjenti hija xierqa fil-każ ta’ persuni li b’mod ċar

jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u għandha tagħmilha possibbli li jkun hemm

ġestjoni rapida ta’ każijiet kif ukoll li tkun inqas intensiva fir-riżorsi.

(10) Minħabba l-inprevedibbiltà tal-flussi ta’ migrazzjoni fir-reġjun, l-għadd ta’ persuni li

għandhom jiddaħħlu taħt din l-iskema għandu jiġi determinat b’mod regolari b’kont

meħud tal-kapaċità tal-ipproċessar tal-UNHCR u l-għadd totali ta’ persuni spustati li

jgħixu fit-Turkija, inkluż l-impatt fuq dawn in-numri ta’ tnaqqis sostenibbli tan-numru

ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera b’mod irregolari mit-Turkija lejn l-Unjoni Ewropea.

(11) Fit-8 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni indirizzat lill-Istati Membri Rakkomandazzjoni

dwar Skema Ewropea ta’ Risistemazzjoni, ibbażata fuq distribuzzjoni ekwa, li kienet

segwita mill-Konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri

mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill għar-risistemazzjoni, permezz ta’ skemi nazzjonali u

multilaterali, ta' 22 504 persuni fi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali fl-20 ta’

Lulju 2015. L-Istati Membri qablu li taħt din l-iskema ser jittieħed kont ta’ reġjuni ta’

prijorità inklużi l-Afrika ta’ Fuq, il-Lvant Nofsani, u l-Qarn tal-Afrika, fejn jiffokaw

b’mod partikolari fuq pajjiżi fejn Programmi ta’ Żvilupp u Protezzjoni Reġjonali huma

implimentati. Il-postijiet ta’ risistemazzjoni ġew imqassma bejn l-Istati Membri u l-

Istati Assoċjati ta’ Dublin skont l-impenji stabbiliti fl-Anness għall-Konklużjonijiet.

(12) Barra mit-Turkija, il-Ġordan u l-Libanu huma ż-żewġ pajjiżi l-oħra ospitanti ewlenija

għar-refuġjati fir-reġjun. Huwa essenzjali li jittieħed approċċ komprensiv li għandu

jinkludi wkoll aktar miżuri speċifiċi ta’ appoġġ għall-Ġordan u l-Libanu. Għal dan l-

għan, il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri, l-awtoritajiet fil-Ġordan u l-

Libanu u l-UNHCR biex tiżviluppa sħubijiet innovattivi, inkluż mas-settur privat, biex

jiġu indirizzati l-bżonnijiet tar-refuġjati fir-reġjun. L-implimentazzjoni ta’ skema

volontarja ta’ ammissjoni umanitarja mat-Turkija għandha tiffurma parti minn dan l-

approċċ komprensiv billi tippermetti sforzi ta’ risistemazzjoni li jiffukaw fuq il-

Ġordan u l-Libanu ladarba l-implimentazzjoni ta’ skema volontarja ta’ ammissjoni

umanitarja mat-Turkija tkun għaddejja.

(13) Il-parteċipazzjoni mill-Istati Membri kif ukoll l-Istati assoċjati fl-iskema ta’

ammissjoni umanitarja mat-Turkija għandha tkun volontarja, iżda għandhom ikunu

mħeġġa jipparteċipaw b’mod miftuħ, progressiv u bi proċess inklużiv għat-tfassil u l-

implimentazzjoni tal-iskema. It-tqassim ekwu ta' persuni ammessi bejn l-Istati

parteċipanti għandu jkun segwit, b’kont meħud li mhux l-Istati parteċipanti kollha

jistgħu jkunu lesti mill-bidu nett biex jieħdu impenji bħal dawn.

(14) Għall-implimentazzjoni effettiva tal-iskema, kriterji standardizzati u proċeduri relatati

mal-proċedura ta’ ammissjoni u l-istatus li għandu jingħata lill-persuni ammessi taħt

din l-iskema għandhom ikunu stabbiliti. Dawn il-kriterji u l-proċeduri għandhom

ikunu ddisinjati b’tali mod li jevitaw li l-iskema toħloq fattur ta’ ġibda għall-persuni li

jmorru t-Turkija biex jibbenefikaw mill-iskema u li tippermetti kontrolli tas-sigurtà

xierqa f’konformità mar-rekwiżiti tal-Istati parteċipanti. Huma għandhom jibnu wkoll

fuq l-esperjenza eżistenti u standards tal-Istati parteċipanti u l-UNHCR, inkluż fir-

rigward tal-vulnerabbiltà tal-kandidati għall-ammissjoni umanitarja.

(15) Għandhom jittieħdu wkoll miżuri sabiex jappoġġjaw is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika

ta’ persuni ammessi, biex tittejjeb is-sostenibbiltà, u biex jiġu evitati movimenti

sekondarji f’konformità mal-acquis tal-Unjoni.

(16) Fit-tfassil ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni organizzat laqgħat

konsultattivi ma’ sherpas tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Istati Membri kollha

Page 4: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 4 MT

kif ukoll l-Istati assoċjati ma’ Schengen, ma’ rappreżentanti esperti tal-Istati Membri

kollha kif ukoll l-Istati assoċjati ma’ Schengen, u hija assoċjat kemm l-UNHCR kif

ukoll l-IOM mill-qrib ma’ din il-ħidma.

(17) Il-Kummissjoni tipprevedi li tikkontribwixxi għal skema volontarja ta’ ammissjoni

umanitarja mat-Turkija permezz ta’ mezzi finanzjarji xierqa disponibbli bejn is-snin

2016 sa 2020.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Definizzjoni u ambitu

1. Skema volontarja ta’ ammissjoni umanitarja mat-Turkija għall-persuni spostati minħabba l-

kunflitt fis-Sirja li huma fi bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali għandhom ikunu stabbiliti

f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f’din ir-Rakkomandazzjoni.

2. Ammissjoni umanitarja għandha tfisser proċess imħaffef li bih l-Istati parteċipanti, abbażi

ta’ rakkomandazzjoni tal-UNHCR wara r-referenza mit-Turkija, idaħħlu persuni fil-bżonn ta’

protezzjoni internazzjonali, li kellhom jitilqu minn djarhom minħabba l-kunflitt fis-Sirja, li

kienu rreġistrati mill-awtoritajiet Torok qabel id-29 ta’ Novembru 2015, sabiex jagħtuhom

protezzjoni sussidjarja kif definit fid-Direttiva 2011/95/UE jew status temporanju ekwivalenti,

li l-validità tagħha ma għandhiex tkun inqas minn sena.

L-Istat parteċipanti għandu jfisser kwalunkwe Stat Membru jew Stat assoċjat li jixtieq

jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ ammissjoni umanitarja mat-Turkija.

3. Meta tkun qed tiddeċiedi dwar l-għadd ta’ persuni li jiddaħħlu taħt l-iskema l-għadd totali

ta’ persuni spustati li qed jgħixu fit-Turkija, inkluż l-impatt fuq dawn in-numri fuq it-tnaqqis

sostenibbli tan-numru ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera b’mod irregolari mit-Turkija lejn l-

Unjoni Ewropea għandu jiġi kkunsidrat, flimkien mal-kapaċità ta’ pproċessar tal-UNHCR.

4. L-Istati Membri u l-Istati assoċjati għandhom jipparteċipaw fl-iskema fuq bażi volontarja.

Meta jkunu qed jiddeċiedu dwar it-tqassim tan-numru ta’ persuni li jkunu ser jiddaħħlu, l-

Istati Parteċipanti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni kriterji li jirriflettu l-kapaċitajiet ta’

assorbiment, akkoljenza u integrazzjoni tagħhom, id-daqs tal-popolazzjoni, il-prodott

domestiku gross (PDG) totali, l-isforzi fil-qasam tal-asil fil-passat, u r-rata tal-qgħad.

5. Meta jkunu qed jiddeċiedu dwar l-implimentazzjoni tal-iskema, l-Istati parteċipanti

għandhom jikkunsidraw l-għadd totali ta’ persuni spustati li qed jgħixu fit-Turkija, inkluż l-

impatt ta' dawn in-numri fuq it-tnaqqis sostenibbli tan-numru ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera

b’mod irregolari mit-Turkija lejn l-Unjoni Ewropea.

6. Jekk l-Istati parteċipanti jaslu għal konklużjoni komuni li m’hemm l-ebda tnaqqis

sostanzjali fl-għadd ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera b’mod irregolari mit-Turkija lejn l-Unjoni

Ewropea, jistgħu jiddeċiedu li jissospendu ex nunc l-implimentazzjoni tal-iskema jew

jadattaw l-għadd skont dan.

Proċedura ta’ ammissjoni umanitarja standardizzata

7. Il-proċedura ta’ ammissjoni għandha ssir qabel l-ammissjoni tal-kandidat għal ammissjoni

umanitarja u għandha tikkonsisti fil-passi prinċipali li ġejjin:

1) il-ġbir ta’ informazzjoni dwar l-identità ta’ kandidat possibbli għall-ammissjoni

umanitarja;

2) konferma tal-fatt li l-persuna hija spustata mis-Sirja u ġiet irreġistrata mill-

awtoritajiet Torok qabel id-29 ta’ Novembru 2015;

Page 5: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 5 MT

3) valutazzjoni preliminari tar-raġunijiet għaliex ħarbet mis-Sirja u l-valutazzjoni ta’

raġunijiet għal esklużjoni mill-protezzjoni internazzjonali;

4) kontrolli tas-sigurtà;

5) eżamijiet mediċi;

6) valutazzjoni tal-kriterji ta' vulnerabbiltà skont l-istandards tal-UNHCR;

7) valutazzjoni tal-possibbiltà ta’ rabtiet familjari fl-Istati parteċipanti.

8. Il-proċeduri ta’ għażla għandhom ikunu sforz kollaborattiv tal-Istati parteċipanti, it-Turkija,

il-UNHCR u l-EASO. Il-proċeduri operattivi standardizzati dwar l-ipproċessar tal-modalitajiet

u r-rwoli tal-atturi involuti fid-diversi stadji proċedurali stabbiliti fil-punt 7 għandhom jiġu

żviluppati biex jiddefinixxu r-rwoli speċifiċi ta’ kull wieħed minn dawn l-atturi fl-

implimentazzjoni tal-iskema, ibbażata fuq l-aħjar prattiki fost l-Istati parteċipanti kif ukoll

proċeduri stabbiliti tal-UNHCR. Proċeduri operattivi standardizzati bħal dawn għandhom jiġu

żviluppati mill-EASO f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, l-Istati parteċipanti, l-

awtoritajiet Torok, il-UNHCR u l-IOM, u jiġu adottati minn dawn l-atturi mhux aktar tard

minn xahar wara l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

9. Id-deċiżjoni finali dwar id-dħul ta’ persuna għandha tkun f’idejn l-Istati parteċipanti.

Sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess, l-awtoritajiet tal-Istati parteċipanti għandhom jikkooperaw

permezz taċ-ċentri tal-ipproċessar komuni u/jew timijiet mobbli, fejn il-persunal ta’ Stat

parteċipanti huwa awtorizzat li jirrappreżenta Stat ieħor parteċipanti għall-fini ta’ twettiq sħiħ

jew ta' parti mill-proċess tal-għażla f’isem dak l-Istat l-ieħor. Dan jista’ jinkludi l-

evalwazzjoni ta’ dokumentazzjoni u tmexxija ta’ intervisti, li tista’ ssir jew fir-

rappreżentazzjoni jew fil-provinċja fejn l-ammissjoni tal-kandidat tiġi rreġistrata.

10. Il-proċedura ta’ ammissjoni għandha tiġi konkluża malajr kemm jista’ jkun u fi

kwalunkwe każ fi żmien sitt xhur.

11. Ladarba ammessi fit-territorju tal-Istati parteċipanti, persuni ammessi għandhom

jingħataw status ta’ protezzjoni sussidjarja jew status ekwivalenti taħt il-liġi nazzjonali valida

għal mhux inqas minn sena.

Prevenzjoni ta’ movimenti sekondarji

12. Bil-għan li jiġu evitati movimenti sekondarji, kandidati għal ammissjoni umanitarja

għandhom jiġu infurmati dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, taħt l-iskema ta’ ammissjoni

umanitarja kif ukoll taħt dik rilevanti tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-asil,

u jiġi pprovdut appoġġ orjentat kulturalmemt qabel it-tluq, qabel l-ammissjoni tagħhom fit-

territorju ta’ Stat parteċipanti, b’mod partikolari tal-konsegwenzi ta’ moviment ulterjuri fi

ħdan l-Istati parteċipanti u l-fatt li huma biss intitolati għad-drittijiet marbuta mal-protezzjoni

fl-Istat ta’ ammissjoni.

13. Persuni risistemati li jidħlu fit-territorju ta’ Stat parteċipanti apparti mill-Istat ta’

ammissjoni mingħajr awtorizzazzjoni, jew sakemm titlesta l-proċedura ta’ protezzjoni

internazzjonali formali jew wara l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, għandhom jintbagħtu

lura lejn l-Istat ta’ ammissjoni, skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 604/2013

tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u

tal-Kunsill. Stat parteċipanti għandu jieħu lura persuna li tgawdi minn status taħt din l-iskema

fit-territorju tiegħu jekk il-persuna msemmija tibqa’, jew tfittex li tidħol fih mingħajr

awtorizzazzjoni fit-territorju ta’ Stat ieħor parteċipanti.

Monitoraġġ u reviżjoni

Page 6: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 6 MT

14. Meta jieħdu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti 4, 5, u 6, l-Istati parteċipanti għandhom

jaġixxu fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni fir-rigward tal-preżenza

ta’ persuni spustati mit-Turkija, l-għadd ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera b’mod irregolari fi

Stat parteċipanti li ġejjin mit-Turkija, u fatturi rilevanti oħra. Dan ir-rapport għandu jinkludi l-

informazzjoni miġbura mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) u l-

Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati

Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) fuq bażi ta’ kull xahar kif ukoll ir-rapporti ta’

monitoraġġ adottati mill-Kumitat Konġunt imwaqqaf biex jissorvelja l-implimentazzjoni tar-

reġim.

15. Kumitat Konġunt li jikkonsisti mit-Turkija, l-Unjoni Ewropea, rappreżentata mill-

Kummissjoni, u l-istati parteċipanti għandu jiġi stabbilit u jiltaqa’ regolarment biex

jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-iskema. Il-UNHCR u l-IOM għandhom jipparteċipaw kif

u meta jkun meħtieġ.

Punti finali

16. Ladarba l-implimentazzjoni ta’ skema volontarja ta’ ammissjoni umanitarja mat-Turkija

tibda u bil-ħsieb li tiġi trattata s-sitwazzjoni fil-Libanu u l-Ġordan, li huma wkoll jospitaw

għadd kbir ta’ persuni spostati minħabba l-kunflitt fis-Sirja, l-isforzi ta’ risistemazzjoni tal-

Istati li jimplimentaw il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju, għandhom jiffokaw fuq il-Libanu u

l-Ġordan.

17. Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u l-Istati assoċjati.

Magħmula fi Brussell, 11.1.2016

Għall-Kummissjoni

Dimitris AVRAMOPOULOS

Membru tal-Kummissjoni

Page 7: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 7 MT

Dikjarazzjoni finanzjarja

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2. Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva:

1.4. Għan(ijiet)

1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva:

1.6. Tul ta' żmien u impatt finanzjarju indikattiv

1.7. Metodu/i ta’ ġestjoni previst/i

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1. Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet:

3. VALUTAZZJONI INDIKATTIVA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-

PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-intestatura/i baġitarja/i tan-

nefqa affettwata/i

3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4. Kompatibilità mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5. Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3. Impatt stmat fuq id-dħul

Page 8: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 8 MT

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal skema volontarja ta’ ammissjoni

umanitarja mat-Turkija

1.2. Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB1

18 – Migrazzjoni u Affarijiet Interni

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva:

Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni

preparatorja2

Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4. Għan(ijiet)

1.4.1. Għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-

proposta/inizjattiva

L-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (COM(2015)240 finali) tenfasizza l-ħtieġa urġenti ta’

reazzjoni għall-volumi kbar attwali ta’ wasliet ta’ migranti fl-UE. Aġenda Ewropea dwar il-

Migrazzjoni (COM(2015)240 finali) tenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġi żviluppat approċċ

komuni biex tingħata protezzjoni lil persuni spustati.

It-Turkija bħalissa tospita madwar żewġ miljun persuna spustati minħabba l-kunflitt fis-Sirja,

ħafna minnhom għal perjodi twal ta’ żmien, filwaqt li fl-istess ħin qed tiffaċċja sfidi

ekonomiċi u soċjali enormi.

Skema rapida u effiċjenti li tippermetti l-ammissjoni umanitarja mit-Turkija ta’ persuni

spustati minħabba l-kunflitt fis-Sirja għandha tiġi stabbilita. L-Istati Membri li jieħdu sehem

fl-iskema għandhom jaċċettaw mit-Turkija persuni spustati minħabba l-kunflitt fis-Sirja li

kienu rreġistrati mill-awtoritajiet Torok qabel id-29 ta’ Novembru 2015, fuq

rakkomandazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) u

wara riferiment mit-Turkija, sabiex jagħtuhom protezzjoni sussidjarja kif definit fid-Direttiva

2011/95/UE jew status ekwivalenti.

Filwaqt li l-Istati Membri kollha kif ukoll l-Istati assoċjati għandhom juru solidarjetà, il-

parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema ta’ ammissjoni umanitarja mat-Turkija għandha tibqa'

volontarja. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat it-tqassim ekwu ta' persuni ammessi bejn l-Istati

parteċipanti.

1.4.2. Għan(ijiet) speċifiku/iċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernati

Objettiv speċifiku Nru 4

It-titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b’mod

partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji u tal-ażil, inkluż permezz tal-

kooperazzjoni prattika.

1 ABM: immaniġġjar ibbażat fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività. 2 Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

Page 9: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 9 MT

Attività/ajiet konċernata/i ABM/ABB

18.03 – Asil u Migrazzjoni

1.4.3. Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Ammissjoni umanitarja sa 80.000 persuna kull sena mit-Turkija lejn l-Istati Membri.

1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

L-għadd ta’ applikanti li għandhom jiġu ammessi

1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva:

1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta' żmien

L-għanijiet tal-proposta tal-Kummissjoni huma li jiġi stabbilit tqassim ġust tar-responsabbiltà

mat-Turkija għall-protezzjoni ta’ persuni li ġew spustati bil-forza mill-konflitt fis-Sirja u biex

tiġi sostitwita l-migrazzjoni irregolari u perikoluża b’mod ordnat, ġestit, sigur u dinjituż ta'

persuni li jeħtieġu l-protezzjoni

Meta jkunu qed jiddeċiedu dwar l-implimentazzjoni tal-iskema, l-Istati parteċipanti għandhom

jikkunsidraw il-livell ta' żieda ta' persuni spustati li qed jgħixu fit-Turkija bħala riżultat ta'

tnaqqis sostenibbli tan-numru ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera b’mod irregolari mit-Turkija

lejn l-Unjoni Ewropea.

1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-iskema ta' ammissjoni umanitarja proposta tikkostitwixxi miżura ta’ akkumpanjament

importanti fl-iskema ta’ impenji reċiproċi li jinsabu fil-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt mat-Turkija

u timmira lejn it-tisħiħ tar-relazzjonijiet, inkluż approċċ konġunt u kkoordinat għall-

migrazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri kollha kif ukoll l-Istati assoċjati għandhom

juru solidarjetà billi volontarjament idaħħlu ċerti persuni spustati taħt l-iskema u għal dan l-

għan kriterji komuni u proċeduri relatati ma’ proċedura ta’ ammissjoni u l-istatus li għandu

jingħata lill-persuni ammessi taħt din l-iskema għandhom ikunu stabbiliti.

1.5.3. Tagħlim miksub minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-għadd ta’ persuni li jiddaħħlu mit-Turkija lejn l-UE permezz tal-qafas tal-iskema ta'

ammissjoni umanitarja proposta huwa ogħla mill-għadd li kienu qablu li għandhom jiġu

risistemati skont il-konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri

mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tal-20 ta’ Lulju.

L-implimentazzjoni ta’ din l-iskema għaddejja bħalissa.

1.5.4. Kompatibilità u sinerġija possibbli ma’ strumenti oħrajn addatti.

L-AMIF jipprevedi l-possibbiltà ta’ trasferiment tal-applikanti għal protezzjoni

internazzjonali bħala parti mill-programm nazzjonali ta’ kull Stat Membru fuq bażi

volontarja.

Page 10: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 10 MT

1.6. Tul ta' żmien u impatt finanzjarju indikattiv

Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[DD/MM]YYYY sa [DD/MM]YYYY

Impatt finanzjarju mill-2016 sal-2020

Proposta/inizjattiva ta' tul taż-żmien mhux limitat

Implimentazzjoni b'perjodu għat-tnedija minn YYYY sa YYYY,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7. Il-metodu/i previst(i) ta’ mmaniġġjar

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mis-servizzi tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

mill-aġenziji eżekuttivi

Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

Ġestjoni indiretta permezz tad-delega ta' kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja lil:

pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

korpi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi tal-liġi pubblika;

korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji

finanzjarji adegwati;

korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’

sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-

TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-

taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Din id-dikjarazzjoni finanzjarja turi l-ammonti li huma meħtieġa biex ikopru l-ispiża ta’

ċentru wieħed tal-ipproċessar fit-Turkija u l-ispiża tal-ammissjoni umanitarja mit-Turkija lejn

l-Istati Membri. Għall-kalkolu, il-linja tal-bażi użata hija sa 80.000 persuni ammessi għal kull

sena. Għall-ammissjoni umanitarja, l-approprjazzjonijiet ta’ impenji u ħlasijiet għandhom

jiżdiedu mal-allokazzjoni attwali tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (l-

AMIF) fil-linja baġitarja 18.030101. L-approprjazzjonijiet li jkopru ċ-ċentru ta' proċessar

huma previsti taħt l-Intestatura 4. Parti mill-iskema ta’ ammissjoni umanitarja għandha tiġi

amministrata mill-UNHCR.

Page 11: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 11 MT

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1. Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Għal ġestjoni kondiviża, qafas ta’ rappurtar, monitoraġġ u evalwazzjoni koerenti u effiċjenti

huma fis-seħħ. Għal kull programm nazzjonali, l-Istati Membri huma rikjesti li jwaqqfu

Kumitat ta’ Monitoraġġ li fih tista’ tipparteċipa l-Kummissjoni.

Fuq bażi annwali l-Istati Membri se jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tal-programm

pluriennali. Dawn ir-rapporti huma prekundizzjoni għal pagamenti annwali fil-qafas tal-

proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet, stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 514/2014

(Regolament Orizzontali).

Fl-2018, f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament 514/2014, il-Kummissjoni

tissottometti rapport dwar ir-rieżami ta’ nofs it-terminu mwettaq dwar il-programmi

nazzjonali li jinkludi l-implimentazzjoni tar-riżorsi finanzjarji li saru disponibbli permezz ta’

din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tippreżenta rapport intermedjarju dwar l-implimentazzjoni

tal-Fondi sal-31 ta’ Diċembru 2018 u rapport ta’ evalwazzjoni ex-post sat-30 ta’ Ġunju 2024,

li jkopri l-implimentazzjoni kollha (jiġifieri mhux biss programmi nazzjonali taħt ġestjoni

kondiviża).

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1. Riskju(i) identifikat(i)

DĠ HOME ma kienx qed jiffaċċja riskji importanti ta’ żbalji fil-programmi ta’ nfiq tiegħu.

Dan huwa kkonfermat min-nuqqas rikorrenti ta’ sejbiet sinifikanti fir-rapporti annwali tal-

Qorti tal-Awdituri kif ukoll min-nuqqas ta’ rata ta’ żbalji residwali 'l fuq minn 2% fis-snin li

għaddew f’rapporti annwali ta’ attività tad-DĠ HOME.

Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll issegwi r-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-Fondi tal-QSK u hija

kompletament konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju.

Programmazzjoni pluriennali kkombinata ma' saldu annwali bbażata fuq il-pagamenti li jsiru

mill-Awtorità Responsabbli tallinja l-perjodi ta’ eliġibbiltà mal-kontijiet annwali tal-

Kummnissjoni, mingħajr ma żżid il-piż amministrattiv meta mqabbel mas-sistema attwali.

Se jitwettqu kontrolli fuq il-post bħala parti mill-kontrolli tal-ewwel livell, jiġifieri mill-

Awtorità Responsabbli u se jappoġġjaw id-dikjarazzjoni annwali ta' ġestjoni ta’

assigurazzjoni.

2.2.2. Tagħrif li jikkonċerna s-sistema ta’ kontroll intern

Minbarra l-applikazzjoni ta' kull mekkaniżmu regolatorju ta' kontroll, id-DĠ HOME se joħloq

strateġija kontra l-frodi allinjata mal-istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni kontra l-frodi

(CAFS) adottata fl-24 ta' Ġunju 2011 sabiex jiżgura li fost l-oħrajn, il-kontrolli interni relatati

ma' kontra l-frodi jkunu allinjati bis-sħiħ mal-CAFS u l-approċċ tiegħu għall-ġestjoni kontra l-

frodi jitħaddem b'tali mod li jsib oqsma b'riskju ta' frodi u tweġibiet xierqa għalihom. Fejn

meħtieġ, se jitwaqqfu gruppi ta’ netwerk u għodod adegwati tal-IT iddedikati għall-analiżi ta’

każijiet tal-frodi relatati mal-Fondi.

Fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża, il-CAFS tidentifika biċ-ċar il-ħtieġa li l-proposti tal-

Kummissjoni għar-regolamenti tal-2014-2020 jitolbu lill-Istati Membri sabiex idaħħlu fis-

seħħ miżuri tal-prevenzjoni tal-frodi li huma effettivi u proporzjonati għar-riskji tal-frodi

Page 12: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 12 MT

identifikati. F’Artikolu 5, il-proposta attwali tinkludi talba ċara mill-Istati Membri sabiex jiġu

evitati, identifikati u kkoreġuti l-irregolaritajiet u sabiex jiġi rrappurtat lill-

Kummissjoni. Aktar dettalji fir-rigward ta’ dawn l-obbligi se jkunu parti mir-regoli dettaljati

dwar il-funzjonijiet tal-Awtorità Responsabbli kif previst fl-Artikolu 24(5)(c).

Barra minn hekk, l-użu mill-ġdid ta' fondi li jiġu minn korrezzjoni finanzjarja bbażata fuq

kummissjoni jew riżultati tal-Qorti tal-Awdituri ġie indikat b’mod ċar fl-Artikolu 41.

2.2.3. Stima tal-kosti u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-

riskju ta’ żball

Kostijiet tal-kontroll negliġibbli u riskju ta’ żball baxx ħafna.

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet:

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Se japplikaw il-miżuri standard f’DĠ HOME għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet.

Page 13: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 13 MT

3. VALUTAZZJONI INDIKATTIVA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-

PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-intestatura/i baġitarja/i tan-

nefqa affettwata/i

Il-linji baġitarji eżistenti

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestaturi baġitarji.

Intestatu

ra tal-

qafas

finanzjar

ju

plurienn

ali

Intestatura baġitarja Tip ta'

nefqa Kontribuzzjoni

Numru

3 Sigurtà u ċittadinanza

Diff./Mh

ux-diff.3

minn

pajjiżi

tal-

EFTA4

minn

pajjiżi

kandidat

i5

minn

pajjiżi

terzi

fis-sens tal-

Artikolu 21(

2)(b) tar-

Regolament

Finanzjarju

18.030101

Diff. LE LE LE LE

Intestatura 4 tal-QFP – Ewropa globali

22.02.03.01

Intestaturi tal-baġit ġodda rikjesti: Mhux applikabbli

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestaturi baġitarji.

Intestatu

ra tal-

qafas

finanzjar

ju

plurienn

ali

Intestatura baġitarja Tip ta'

nefqa Kontribuzzjoni

Numru

[…][Intestatura………………………

………………]

Diff./Mh

ux-diff.

minn

pajjiżi

tal-

EFTA

minn

pajjiżi

kandidat

i

minn

pajjiżi

terzi

fis-sens tal-

Artikolu 21(

2)(b) tar-

Regolament

Finanzjarju

[…][XX.SS.SS.SS]

IVA/L

E IVA/LE

IVA/L

E IVA/LE

3 Diff:= Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati. 4 L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. 5 Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.

Page 14: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 14 MT

3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljuni

Intestatura tal-qafas finanzjarju

pluriennali Numru 3 - Sigurtà u ċittadinanza

DĠ: AFFARIJIET INTERNI

Sena

2016

Sena

2017

Sena

2018

Sena

2019

Is-

sena

2020

Daħħal snin

daqskemm

ikun meħtieġ

sabiex turi t-tul

tal-impatt (ara

l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali

18.030101 Impenji (1)

840

840

840

840

840 4,200

Pagamenti (2)

Numru tal-intestatura baġitarja Impenji (1a)

Pagamenti (2a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati

mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

Numru tal-intestatura baġitarja (3)

Page 15: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 15 MT

TOTAL tal-approprazzjonijiet

għad-DĠ HOME

Impenji

=1+

1a

+3

840 840 840 840 840 4,200

Pagamenti

=2+

2a

+3

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

operazzjonali

Impenji (4)

840

840

840

840

840 4,200

Pagamenti (5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura

amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal

programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprazzjonijiet

taħt l-INTESTATURA 3

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji =4+

6

840

840

840

840

840 4,200

Pagamenti =5+

6

Jekk aktar minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / mill-inizjattiva:

DĠ: NEAR

Sena

2016

Sena

2017

Sena

2018

Sena

2019

Is-

sena

2020

Daħħal snin

daqskemm

ikun meħtieġ

TOTAL

Page 16: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 16 MT

sabiex turi t-tul

tal-impatt (ara

l-punt 1.6)

Approprjazzjonijiet operazzjonali

22.02.03.01 Impenji (1)

26.60

0

26.60

0

26.60

0

26.60

0

26.60

0

133

Pagamenti (2)

Numru tal-intestatura baġitarja

Impenji (1a)

Pagamenti (2 a

)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati

mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

Numru tal-intestatura baġitarja (3)

TOTAL tal-approprazzjonijiet

għad-DĠ NEAR

Impenji

=1+

1a

+3

26.60

0

26.60

0

26.60

0

26.60

0

26.60

0

133

Pagamenti

=2+

2a

+3

Page 17: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 17 MT

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

operazzjonali

Impenji (4)

26.60

0

26.60

0

26.60

0

26.60

0

26.60

0

133

Pagamenti (5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura

amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal

programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprazzjonijiet

taħt l-INTESTATURI 4

tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta' referenza)

Impenji =4+

6

26.60

0

26.60

0

26.60

0

26.60

0

26.60

0

133

Pagamenti =5+

6

Page 18: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 18 MT

Intestatura tal-qafas finanzjarju

pluriennali 5 "Nefqa amministrattiva"

EUR miljuni

Sena

2016

Sena

2017

Sena

2018

Sena

2019

Is-

sena

2020

Daħħal snin

daqskemm

ikun meħtieġ

sabiex turi t-tul

tal-impatt (ara

l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: AFFARIJIET INTERNI

Riżorsi umani 1.320 1.320 1.320 1.320 1.320 6.600

Nefqa amministrattiva oħra 0.03 0.03 0.03 0.03 0.03 0.150

TOTAL DĠ HOME Approprjazzjonijie

t 1.350 1.350 1.350 1.350 1.350 6.750

TOTAL tal-approprazzjonijiet

taħt l-INTESTATURA 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji

= Total tal-

pagamenti)

1.350 1.350 1.350 1.350 1.350 6.750

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena

2016

Sena

2017

Sena

2018

Sena

2019

Is-

sena

2020

Daħħal snin

daqskemm ikun

meħtieġ sabiex turi

t-tul tal-impatt (ara

l-punt 1.6)

TOTAL

Page 19: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 19 MT

TOTAL tal-approprazzjonijiet

taħt l-INTESTATURI 1 sa 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji 867.9

5 867.95

867.9

5

867.9

5

867.9

5 4,339.750

Pagamenti

Page 20: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 20 MT

3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sat-tielet punt deċimali)

Indika l-

għanijiet u

r-riżultati

Sena

2016

Sena

2017

Sena

2018

Sena

2019

Is-sena

2020

Daħħal snin

daqskemm ikun

meħtieġ sabiex turi t-

tul tal-impatt (ara l-

punt 1.6)

TOTAL

IR-RIŻULTATI

Tip6

Kost

medj

u

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Ko

st

Le

Kost

Le

Kost Nru

totali

Spiża

totali

GĦAN SPEĊIFIKU

Nru 17

Risistemazzjoni

- Riżultat

Som

ma

f’da

qqa

għall

-

Istati

Me

10.0

00

80.00

0

800

80.00

0

800

80.000

800

80.000

800

80.0

00

800

4.000

6 Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu forniti (eż.: għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, għadd ta' kilometri ta' toroq mibnija, eċċ.). 7 Kif deskritt fil-punt 1.4.2. "Objettiv jew objettivi speċifiċi..."

Page 21: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 21 MT

mbri

- Riżultat Kost

ijiet

ta’

trasf

erim

ent

500

80.00

0 40

80.00

0 40

80.000 40 80.000 40

80.0

00 40

200

Subtotal għall-għan

speċifiku Nru 1

840

840

840

840

840

4.200

OBJETTIV SPEĊIFIKU

Nru 2 ...

It-twaqqif u l-ġestjoni ta’

ċentru wieħed8 tal-

ipproċessar

- Riżultat Pers

unal

meħt

ieġ

132.

000

50

6,600

50

6,600 50

6,600 50

6,600

50

6,60

0

33,000

Spejj

oper

attivi

1

1

20,000

1

20,000 1

20,000 1

20,000

1

20,0

00

100,000

8 Għal ċentru wieħed ta’ kapaċità ta’ 10.000 persuna. 50 membru tal-persunal huma meħtieġa u l-infiq tal-operazzjoni jammonta għal 20 Me fis-sena. Abbażi ta’ kalkolu

approssimattiv ħafna.

Page 22: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 22 MT

Subtotal għall-għan

speċifiku Nru 2

26,600

26,600

26,600

26,60

0

26,6

00

133,00

0

KOSTIJIET TOTALI

866,60

0

866,60

0

866,60

0

866,60

0

866,

600

4.333

Page 23: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 23 MT

3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1. Sommarju

Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta' natura

amministrattiva

Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura

amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena

2016

Sena

2017

Sena

2018

Sena

2019

Is-sena

2020

Daħħal snin

daqskemm ikun

meħtieġ sabiex turi

t-tul tal-impatt (ara

l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA

5

tal-qafas

finanzjarju

pluriennali

Riżorsi umani 1.320 1.320 1.320 1.320 1.320 6.600

Infiq

amministrattiv

ieħor 0.03 0.03 0.03 0.03 0.03 0.150

Subtotal tal-

INTESTATURA

5

tal-qafas

finanzjarju

pluriennali

1.350 1.350 1.350 1.350 1.350 6.750

Barra l-

INTESTATURA

59

tal-qafas

finanzjarju

pluriennali

9 L-assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi

u/jew tal-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-intestaturi “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka

diretta.

Page 24: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 24 MT

Riżorsi umani

Infiq ieħor

ta’ natura

amministrattiva

Sottototal

barra mill-

INTESTATURA

5

tal-qafas

finanzjarju

pluriennali

TOTAL 1.350 1.350 1.350 1.350 1.350 6.750

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u spejjeż oħrajn ta’ natura amministrattiva

se jiġu ssodisfati minn approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati lill-immaniġġjar tal-

azzjoni u/jew kienu riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk neċessarju, ma’ xi allokazzjoni

addizjonali li tista’ tkun mogħtija lid-DĠ ta’ ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni

annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet tal-baġit.

Page 25: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 25 MT

3.2.3.2. Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time

Sen

a

201

6

Sen

a

201

7

Is-

sena

201

8

Sena N+3

Daħ

ħal

snin

daqs

kem

m

ikun

meħt

ieġ

sabie

x

turi

t-tul

tal-

impa

tt

(ara

l-

punt

1.6)

Postijiet tal-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal

temporanju)

XX 01 01 01 (il-Kwartieri Ġenerali u

l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-

Kummissjoni)

10 10 10 10 1

0

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (Ekwivalenti ta' ingaġġ full-time: EFT)10

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-

"pakkett globali")

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u

10 AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal

tal-aġenzija; JED= Esperti Żgħażagħ f'Delegazzjonijiet.

Page 26: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 26 MT

JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy 11

- fil-Kwartieri

Ġenerali

- fid-

delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT -

Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT -

Riċerka diretta)

Intestaturi baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL 10 10 10 10 1

0

XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-

ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band'oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun

meħtieġ, ma' xi allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni

skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju Jappoġġjaw, jipproċessar u jissorveljaw l-attivitajiet fil-qasam ta’

rilokazzjoni fil-livell tal-Kummissjoni, u jassistu lit-Turkija fiċ-ċentru

tal-ipproċessar.

Persunal estern

11 Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (linji "BA" preċedenti).

Page 27: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 27 MT

3.2.4. Kompatibilità mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali iżda tista’

tinvolvi l-użu ta’ strumenti speċjali kif definit fir-Regolament tal-MFF.

Il-proposta/l-inizjattiva tkun teħtieġ programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura

rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji konċernati

u l-ammonti korrispondenti.

[...]

Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew

reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega dak li huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi baġitarji konċernati u l-

ammonti korrispondenti.

F’każ li l-marġni taħt l-intestatura tan-nefqa "Sigurtà u ċittadinanza" ikun ġie eżawrit, u wara

li jkunu ġew analizzati l-possibilitajiet kollha għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-

approprjazzjonijiet, huwa propost li jiġi mmobilizzat l-istrument ta’ flessibbiltà.

3.2.5. Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament mingħand terzi persuni.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena

N

Sena

N+1

Sena

N+2

Sena

N+3

Daħħal snin daqskemm

ikun meħtieġ sabiex turi t-

tul tal-impatt (ara l-punt

1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’

kofinanzjament

TOTAL tal-

approprjazzjonijiet

kofinanzjati

Page 28: RAKKOMANDAZZJONI TAL -KUMMISSJONI WD ......Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni

MT 28 MT

3.3. Impatt stmat fuq id-dħul

Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

Il-proposta/l-inizjattiva għandha dan l-impatt finanzjarju:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq dħul mixxellanju

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

L-intestatura tad-

dħul baġitarju:

Approprja

zzjonijiet

disponibbl

i għas-

sena

finanzjarja

kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva12

Sena

2015

Sena

2016

Sena

2017

Sena

2018

Sena

2019

Daħħal snin

daqskemm ikun

meħtieġ sabiex turi

t-tul tal-impatt (ara

l-punt 1.6)

Artikolu 6600 p.m. p.m. p.m. p.m.

Għal dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-intestatura/i tan-nefqa tal-baġit affettwata/i.

.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[...]

12 Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati

għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 % għal kostijiet ta’ ġbir.