10
In-Nawfraġju ta’ San Pawl fil- gżejjer Maltin.

Religion nawfragju ta san pawl

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Religion   nawfragju ta san pawl

In-Nawfraġju ta’ San Pawl fil-gżejjer

Maltin.

Page 2: Religion   nawfragju ta san pawl

San Pawl ħadem ħafna għal Ġesu’. Huwa xerred il-kelma t’Alla ma’ ħafna nies madwar id-dinja.

Mhux kulħadd kien jilqa’ lil Pawlu. Xi wħud ma ridux jisimgħuh. Kemm il-darba tefgħulu l-ġebel, sawwtuh u anke tefgħuh il-ħabs. Imma, Pawlu qatt ma ddejjaq jew beża’ jxandar lil Ġesu’.

Meta arrestaw lil Pawlu, peress li kien Ruman, talab li jmur Ruma biex ikun l-Imperatur stess li jiġġudikah.

Page 3: Religion   nawfragju ta san pawl

• Ruma kienet ‘il bogħod ħafna minn Ġerusalemm u l-vjaġġ bil-baħar kien twil u perikoluż.

• Waqt il-vjaġġ faqqgħet tempesta qalila. Kulħadd beda jibża li ser jegħreq. Mal-lejl deher anġlu lil Pawlu u qallu li ħadd mhu ser jintilef u li ser jaħbtu ma’gżira.

Page 4: Religion   nawfragju ta san pawl

Fuq il-ġifen ma’ Pawlu kien hemm ukoll San Luqa. Il-ġifen li kienu fuqu ħabat ma’ sikka u tfarrak fuq gżira. Pawlu u sħabu ħelsu mill-għarqa, u saru jafu li kienu f’Malta!

Page 5: Religion   nawfragju ta san pawl
Page 6: Religion   nawfragju ta san pawl

Il-Maltin qabdulhom ħuġġieġa biex jisħnu. Minn ġon-nar ħarġet lifgħa li qabdet ma’ id Pawlu. In-nies stagħġbu x’ħin raw li ma kien ġralu xejn u bdew jaħsbu li kien xi alla.

In-nies bdew jisimgħu t-tagħlim tiegħu. Kien hu li ġab il-fidi nisranija f’Malta.

Page 7: Religion   nawfragju ta san pawl

Sakemm dam Malta huwa kien ifejjaq, jippriedka u jgħammed lin-nies. Fost in-nies li fejjaq kien hemm missier Publiju.

Page 8: Religion   nawfragju ta san pawl

San Pawl dam Malta madwar tlett xhur. Qabel telaq minn Malta ħatar lil Publiju bħala l-ewwel isqof ta’ Malta.

Illum flok San Publiju hawn Mons. Pawlu Cremona li jieħu ħsieb id-djoċesi ta’ Malta u Mons. Mario Grech li jieħu ħsieb id-djoċesi ta’ Għawdex.

Mons. Mario Grech

Mons. Pawlu Cremona

Page 9: Religion   nawfragju ta san pawl

Postijiet f’ Malta u Għawdex ddedikati lil San Pawl

Page 10: Religion   nawfragju ta san pawl

Din il-ġrajja tinsab miktuba fl-Atti ta’ l-Appostli miktub minn San Luqa.