62
ĠUNJU 2016 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Is-Samaritan it-Tajjeb: pittura taLoth Johann Karl

ĠUNJU 2016 - signumfideimalta · 2016. 5. 29. · 29 ta’ Ġunju: San Pietru u San Pawl ... Il-Ħamis, 2 ta’ Ġunju San Pietru u San Marċellinu – martri ... mogħnija bid-delikatezza,

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

  • ĠUNJU 2016

    Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

    Is-Samaritan it-Tajjeb: pittura ta’ Loth Johann Karl

  • 2 SIGNUM FIDEI

    S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

    Intenzjonijiet tal-Papa u tal-isqfijiet tagħna għax-xahar ta’ Ġunju:

    1. Biex fl-ibliet il-kbar, l-anzjani, l-emarġinati u dawk li sfaw weħidhom jiltaqgħu ma’ nies li jagħtu kashom.

    2. Biex is-seminaristi u n-novizzi jkollhom edukaturi li jgħixu l-ferħ tal-Vanġelu u jħejjuhom bil-għaqal għall-missjoni tagħhom.

    3. Biex it-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina jgħożżu dan il-mument bħala bidu ta’ avventura sabiħa ma’ Ġesù, l-akbar ħabib tagħhom.

    Dati importanti għax-xahar ta’ Ġunju: 3 ta’ Ġunju: Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù 4 ta’ Ġunju: Il-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija 24 ta’ Ġunju: It-Twelid ta’ San Ġwann Battista 29 ta’ Ġunju: San Pietru u San Pawl Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ Ġunju issa hija aċċessibli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com.

    Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

    u ta’ Fidi

    Fidi

    - Ġunju 2016 -

    NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

    EJJEW NADURAWH

    San Ġwann Battista De La Salle

    http://signumfideimalta.wordpress.com/

  • SIGNUM FIDEI 3

    L-Erbgħa, 1 ta’ Ġunju San Ġustinu - martri

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2 Timotju 1: 1-3.6-12 Qajjem fik id-don ta’ Alla, li jinsab fik bit-tqegħid ta’ idejja. 2. Salm 122 : 1-2a.2bċd Lejk, Mulej, nerfa’ għajnejja. 3. Mark 12: 18-27 Alla mhux tal-mejtin, iżda tal-ħajjin!

    SAN ĠUSTINU MARTRI (100-165) - apoloġista u lajk Ġustinu twieled madwar is-sena 100 w.K, fi Flavia Neapoli, mibnija minn

    Vespasjanu, ħdejn l-antika Sekem. Ikkonverta mill-paganiżmu, madwar is-sena 130, wara li għalxejn kien fittex

    is-sewwa fuq Alla fit-tagħlim tas-setgħet pagani (Stojċi, Peripateliċi, Pitagorej u Platoniċi).

    Għallem u ddefenda r-Reliġjon, l-ewwel f’Efesu fejn kiteb l-L-Apoloġija u d-Djalogu ma’ Trifoni u fejn dam bosta snin, u mbagħad Ruma, fejn fetaħ skola u kellu bosta dixxipli.

    Hawn ġie arrestat madwar is-sena 156, ma’ sitt dixxipli tiegħu. Ġie arrestat mill-prefett tal-belt, Rustiku, ħabib u surmast tal-Imperatur Marku Awrelju, filosfu pagan, li kellu skola ħdejn dik ta’ Ġustinu u kien jgħir għalih. L-atti tal-martirju tiegħu huma ġenwini żgur.

    Il-Prefett Rustiku jistaqsi lil Ġustinu x’inhi l-fidi tiegħu u l-martri jwieġeb: “It-tagħlim veru li aħna l-insara nemmnu bil-qalb hu, li temmen f’Alla wieħed, ħallieq ta’ kollox, tal-ħwejjeġ li jidhru u ta’ dawk li ma jidhrux, u fil-Mulej Ġesù Kristu, Bin Alla li kien imħabbar mill-profeti, bħala dak li kellu jġib lill-bnedmin il-messaġġ tas-salvazzjoni.”

    Minn dawn l-erba’ kelmiet tidher il-karatteristika tal-apoloġetika ta’ Ġustinu, imwaqqfa’ speċjalment fuq l-argument tal-profeziji.

    Fl-aħħar Rustiku jdur fuq l-apoloġista u jittanta jwaqqgħu. Dan jgħidlu, “isma’, inti li jgħidu li int elokwenti u li tippretendi li taf it-tagħlim veru; jekk jien insawtek bil-frosta u mbagħad naqtagħlek rasek, taħseb li wara int titla’ l-ġenna?”

    “Nittama li naqla’ l-premju”, wieġeb Ġustinu, “li nsofri dak li int tħabbarli. Għax naf li dawk li jirbħu jibqgħu ħbieb ta’ Alla, sakemm tispiċċa d-dinja.”

    Rustiku wieġeb, “taħseb mela, li inti titla’ s-sema biex tirċievi l-premju?” Wieġeb Ġustinu, “mhux biss naħseb, iżda naf, u jiena żgur minnu. Niġu

    għall-fatti, ersqu lkoll u agħtu qima lill-allat ilkoll flimkien, l-ebda bniedem f’sensieh ma jħalli s-sewwa biex jaqa’ fil-qerq.”

    “Jekk ma tobdux tiġu msawtin bla ħniena”, qal Rustiku.

  • 4 SIGNUM FIDEI

    Ġustinu wieġeb bla biża’, “ix-xewqa tagħna hi li nsofru għal Sidna Ġesù Kristu u li nsalvaw. Dan ikun għalina s-salvazzjoni tagħna u rahan għalina quddiem it-tribunal tremend u universali tal-imgħallem u s-salvatur tagħna.”

    Il-martri sħabu qalu l-istess, “agħmel li trid, aħna nsara u ma noffrux sagrifiċċju lill-allat.”

    Il-Prefett Rustiku qata’ s-sentenza. Dawk li ma ridux jissagrifikaw lill-allat u jobdu l-ordni tal-imperatur ġew imsawtin bil-frosta u meħudin biex isofru l-mewt, skont il-liġijiet.

    Il-martri qaddisin, ifaħħru ’l Alla, ġew meħudin fil-post li kienu jużaw għall-qtil, qatgħulhom rashom u temmew il-martirju bl-istqarrija tal-Mulej.

    Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, Kap. 48: Meta, meta jispiċċaw dal-gwajjijiet kollha? Meta neħles mill-jasar ikrah tad-dnub? Meta, Sinjur, inkun nista’ ma naħsibx ħlief fik? Meta nista’ nithenna bik sewwa? Meta inkun maħlul għal kollox u bla xkiel ta’ xejn f’ruħi u ġismi? Meta nista’ ngawdi l-paċi soda, bla taħwid u bla biża’, paċi minn ġewwa u minn barra, paċi sħiħa minn kullimkien? O Ġesù kollok tjieba, meta jkunu jistgħu għajnejja jithennew bik għal dejjem? Meta nista’ nitgħaxxaq bis-sebħ tas-saltna tiegħek? Meta f’kull ħaġa inti tkun għalija kollox? Meta nkun miegħek fis-saltna tiegħek li inti ħejjejt għall-maħbubin tiegħek sa minn dejjem? Inħossni fqir u tturufnat f’art l-għedewwa, u fiha ma nsibx ħlief gwerer kuljum u deni bla tarf.

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 41, silta mit-2 punt … those who belong to God and who work for his glory are not put to death, people do almost anything to rob them of their honor by the most atrocious calumnies, treating them as though they were unworthy to live. You ought to be glad to be treated this way, for you must be dead to the world and have no dealings with it. If you truly belong to God, you are the world’s enemy, and the world is your enemy, because it is God’s enemy. Therefore, behave toward it as such, and hold in horror all dealings with the world.

    TALBA Għażiż Sidna Ġesù Kristu,

    aħfrilna talli nagħmlu mistoqsijiet bla sens u mliena bil-fidi sabiex nafdaw fik,

    ħalli meta mmutu u nidhru quddiemek bħala l-imħallef tagħna,

    aħna nifirħu u mhux nistħu li ddubitajna

    mill-qawwa u l-glorja tiegħek. Ammen.

    Manificat Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 5

    Il-Ħamis, 2 ta’ Ġunju San Pietru u San Marċellinu – martri

    San Feliċ minn Nicosia – reliġjuż Il-martri ta’ Lyons u Vienne, Franza

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. 2 Timotju 2: 8-15 Il-kelma ta’ Alla mhijiex marbuta. Jekk aħna mitna miegħu, għad ngħixu miegħu wkoll. 2. Salm 24: 4-5.8-9.10 u 14 Triqatek, Mulej, għarrafni. 3. Mark 12, 28b-34 Ma hemmx kmandament ieħor akbar minn dawn.

    SAN PIETRU U SAN MARĊELLINU († c. 303) – martri Marċellinu kien saċerdot magħruf f’Ruma, u Pietru kien eżorċista. Matul il-

    persekuzzjoni ta’ Djoklezjanu, ħabta tat-303, Pietru kien mitfugħ il-ħabs minħabba l-fidi tiegħu. Fil-ħabs fejjaq lil bint il-kalzrier, jismu Arthemius, u minħabba f’hekk il-kalzrier, martu u bintu talbu li jsiru nsara.

    Pietru ħadhom għand il-qassis Marċellino biex jgħammidhom. Minħabba f’hekk issa anki Marċellino ġie mixħut il-ħabs u mogħti l-moħqrija. Wara, huma ġew ikkundannati għal qtugħ ir-ras. Is-sentenza segwewha ġo masġar f’post sigriet, biex il-post tad-difna jibqa’ mistur.

    Il-Papa San Damasu ħalla skrizzjoni dwarhom minn dak li hu, meta kien għadu tfal, sema’ dwar il-martirju ta’ dawn iż-żewġ qaddisin mingħand dak stess li qatgħalhom rashom, billi wara kkonverta.

    S. Marċellinu u S. Pietru kienu midfunin fil-Via Labicana, qrib il-post magħruf bħala ż-żewġ siġar tar-rand.

    Sa mis-seklu 4 dawn il-qaddisin għandhom isimhom fil-kanoni Ruman tal-quddiesa, l-hekk imsejħa llum Talba Ewkaristika Nru. 1, u l-knisja tagħhom f’Ruma, fost l-eqdem fil-belt eterna, hi waħda mill-knejjes stazzjonali.

    Is-Sultan Kostantinu difen lil ommu Sant’ Elena fil-knisja li huwa bena fuq il-qabar ta’ dawn iż-żewġ qaddisin martri.

    Riflessjoni: Għallimna, Missier, naħfru u nħobbu bħalma tħobb u taħfer int. Agħtina qalb ħanina, li tkun rifless umli ta’ dik tiegħek u għinna nilqgħu lil min ma jħossu milqugħ minn ħadd jew jibża’ li ma għandu jedd għal ebda lqugħ. Għinna noħolqu relazzjonijiet li jagħtu l-ħelsien, solidarjetà li ma toħloqx dipendenzi, qlubija mogħnija bid-delikatezza, bir-rispett u l-attenzjoni. Agħmilna appostli tal-ħniena, li jgħidu lid-dinja bil-qawwa umli tas-sewwa l-esperjenza li għamlu tal-maħfra u s-sliem tiegħek.

    Bruno Forte

  • 6 SIGNUM FIDEI

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 44, silta mit-2 punt Only the Spirit of God can give us a correct understanding of these maxims of the Gospel and inspire us to put them into practice, because they are above the level of the human spirit. How, indeed, can we ever realize that blessed are the poor, that we must love those who hate us and rejoice when we are calumniated and when people say all sorts of evil against us, that we must return good for evil, and so many other truths entirely contrary to what nature suggests, unless the Spirit of God teaches them to us? You are obliged to teach these holy maxims to the children you are appointed to instruct. You must be thoroughly convinced of them, so that you can impress them deeply on the hearts of your students.

    TALBA

    Mulej, ħares lejn din ir-ruħ vojta li trid timtela. Fil-fidi jiena dgħajjef – saħħaħni.

    Fl-imħabba jiena biered – saħħanni u ħeġġiġni sabiex mħabbti tikber lejn il-proxxmu tiegħi.

    Jien dubjuż u ma nistax nafdak f’kollox. Mulej, saħħaħ il-fidi u t-tama tiegħi fik.

    Inti l-akbar teżor li għandi. Jiena fqajjar, inti għani

    u tħenn għal fqar. Jiena midneb, inti tjubija.

    Min għandek nista’ nirċievi ħafna ġid imma jiena ma nista’ nagħtik xejn.

    Għalhekk jiena ser nibqa’ miegħek. Martin Luther

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 7

    Il-Ġimgħa, 3 ta’ Ġunju Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Eżekjel 34: 11-16 Jiena stess nirgħa n-ngħaġ tiegħi, u jiena nserraħhom. 2. Salm 22 :1-3ab-6 Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni. 3. Rumani 5: 5b-11 Alla wriena l-imħabba tiegħu. 4. Luqa 15: 3-7 Ifirħu miegħi, għax sibt in-nagħġa li kienet intilfitli. IL-QALB TA’ ĠESÙ Id-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù ma bdietx fis-seklu sbatax wara d-dehriet li

    kellha Santa Margerita Marija Alacoque, imma wisq qabel, minn żmien missirijiet il-Knisja, li fl-ilma u fid-demm li ħarġu mill-ġenb minfud ta’ Kristu kienu jaraw imħabbra s-sagramenti tal-Magħmudija u tal-Ewkaristija.

    Dawn il-ħsibijiet, imbagħad, għamluhom tagħhom il-kontemplattivi tal-Ordni ta’ San Benedittu, l-aktar San Bernard ta’ Clairvaux. It-tagħlim ta’ San Bernard sab art tajba fil-monasteri taċ-Ċisterċiżi u kellhom influwenza kbira fl-ispiritwalità ta’ dawn ir-reliġjużi kif naraw mill-kitbiet ta’ Santa Gertrude u ta’ Santa Matilde. Aktar tard San Ġwann Eudes ħabrek ħafna biex ixerred id-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù u l-Qalb ta’ Marija.

    Wara d-dehriet lil Santa Margerita Marija Alacoque, bil-ħidma speċjalment ta’ San Klawdju de la Colombière, id-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù saret popolari ħafna fost il-poplu nisrani, iżda biss fis-sena 1765 il-Knisja daħħlet fil-Liturġija tagħha l-festa tal-Qalb ta’ Ġesù.

    Fl-1856, il-Papa Piju IX ried li tiġi ċċelebrata fil-Knisja kollha u fl-1899 l-Papa Ljun XIII ried li d-dinja tiġi kkonsagrata lill-Qalb ta’ Ġesù. Il-Papa San Piju X ried li din il-konsagrazzjoni tiġġedded kull sena.

    Riflessjoni: Fost it-titli kollha li bihom tissebbaħ il-qalb ta' Ġesù, tnejn huma dawk li jtenni l-aktar l-Evanġelju: dak ta' ‘Missier’ u dak ta' ‘Ragħaj’. Qalb li tant tħobb – illi niżlet mis-sema biex tnissel fiduċja fil-bnedmin u tikseb ’il qalbhom bl-imħabba u l-kompassjoni – ma setgħetx tagħżel titli oħra li jixirqu aktar għal dan l-għan. Id-dinja kollha taf u tara mill-esperjenza tagħha x’inhu missier twajjeb u ragħaj tajjeb. Inti hawn għandek il-qalb ta' Kristu: qalb ta' missier, qalb ta' ragħaj tajjeb.

    S. Nerik de Ossó, Il-Kwarta Talb

  • 8 SIGNUM FIDEI

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 48, l-1 punt The Jews gloried in the fact that Moses had given their forefathers a bread from heaven, but Jesus Christ told them that they were mistaken, that it was his Eternal Father who gives the true bread from heaven and that he is this living Bread come down from heaven. Indeed, he is living in those who receive him, for when they receive the sacrament of the holy Eucharist with holy dispositions, he gives himself generously to all the faculties of their souls and carries out there the actions of life. He guides and directs them by his divine Spirit, by whom he lives and acts in them. When Jesus Christ is in you, is he there as a living bread? Do you allow him complete freedom to communicate his divine Spirit to your soul? Is he living in you to the extent that you can say that it is no longer you who live but that it is Jesus Christ who lives in you?

    TALBA O qalb divina ta’ Ġesù,

    illum aħna nħossuna mħeġġin b’xewqa ġdida sabiex inwieġbu għall-ħeġġa kbira tiegħek.

    Saħħaħ int, o qalb ħanina ta’ Ġesù, dan il-proponiment tagħna u qawwilna l-forzi tagħna

    sabiex nirreżistu aħjar kontra t-tniġġiż tal-passjonijiet tagħna.

    Agħtina l-grazzja sabiex nisimgħu minnek u nikkoperaw aħjar max-xewqa tiegħek,

    ħalli bil-ħidma u bl-eżempju tagħna nxandru wkoll din id-devozzjoni

    li hija tant għal qalbek. Dun Ġużepp Cauchi (†1955)

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 9

    Is-Sibt, 4 ta’ Ġunju Il-Qalb Bla Tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Isaija 61: 9-11 Nifraħ fuq li nifraħ fil-Mulej. 2. Salm: 1 Samwel 2: 1.4-8 Ferħet qalbi bil-Mulej, is-salvatur tiegħi. 3. Luqa 2: 41-51 Kienet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha. QALB BLA TEBGĦA TA’ MARIJA Id-devozzjoni lejn il-qalb bla tebgħa ta’ Marija kellha bidu fiż-żminijiet tan-nofs

    permezz tal-kitbiet ta’ Santa Gertrude u ta’ Santa Matilde, u mbagħad kompla xerridha San Bernardinu ta’ Siena u aktar tard San Ġwann Eudes.

    Kompliet tinxtered permezz tal-midalja mirakoluża u wara d-definizzjoni tad-domma tat-tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija fl-1854 il-festa tal-qalb bla tebgħa ta’ Marija bdiet tiġi ċċelebrata f’ħafna djoċesijiet.

    Ġewwa Fatima, il-Madonna riedet li d-devozzjoni lejn il-qalb bla tebgħa tagħha tkun mezz għas-salvazzjoni tad-dinja, u dan wassal lill-Papa Piju XII, fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, fil-31 ta’ Ottubru tal-1942, biex jikkonsagra d-dinja lill-qalb bla tebgħa ta’ Marija.

    Wara dan, il-Papa Piju XII ried li l-festa tal-qalb bla tebgħa ta’ Marija tiġi ċċelebrata fit-22 t’Awwissu, fl-ottava tat-tlugħ tal-Verġni Marija fis-sema, iżda bit-tiġdid li sar fil-kalendarju liturġiku wara l-Konċilju Vatikan II, il-festa ġiet ittrasferita għas-Sibt ta’ wara s-solennità tal-Qalb ta’ Ġesù.

    Riflessjoni: Fis-solitudni tagħha, Marija rat u ppenetrat perfettament id-dinjità tal-persuna li kienet batiet, iċ-ċirkustanzi kollha tal-passjoni tiegħu u, minħabba fl-għaqda tagħha mal-ispirtu ta' Ġesù, ġarrbet fiha l-istess weġgħat tal-Iben, u dan żied l-imħabba tagħha u l-uġigħ tagħha. Hija rat it-tradiment ta' Ġuda, l-intenzjoni ħażina tal-poplu, is-sagrileġġi u l-profanazzjonijiet, u t-tixrid inutli ta' demm binha għal għadd kbir ta' bnedmin. Marija kienet tħobb lill-Iben, u minħabba f'hekk in-niket tagħha, fis-solitudni, huwa mmens, ma jitkejjilx, ma jingħadx, huwa mill-akbar.

    S. Nerik de Ossó, Il-Kwarta Talb.

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 151; silta mit-2 punt What must oblige us most especially to have a great devotion to the Most Blessed Virgin is the fact that she is so highly honored by the Eternal Father. He has given her a position above all pure creatures because she bore in her womb the One who is equal to him and who is one in nature with him. She is exalted above all creatures because of the abundance of grace bestowed on her, which surpasses that given

  • 10 SIGNUM FIDEI

    to anyone else, and because of the purity of her life, which no one has equaled. This led Saint Anselm to declare that it was only right that Mary be clothed in great glory and lifted high above all creation, because, after God, no one is superior to her.

    TALBA

    Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija Qalb bla tebgħa ta' Marija, mixħutin f’riġlejk nikkonsagraw lilna nfusna

    lilek. Nifhmu li nikkonsagrawlek dak kollu li aħna u dak kollu li għandna mingħajr ebda riserva.

    Nikkonsagrawlek speċjalment il-missjoni li Ġesù ibnek għoġbu jagħżilna għaliha, il-missjoni li nitolbu, ngħinu u nsofru għall-erwieħ saċerdotali, li huma l-erwieħ prediletti ta' Ġesù u tiegħek.

    Inti taf biżżejjed, O Marija, liema delikatezza u liema ġenerożità titlob minna missjoni bħal din. Imma aħna żguri mill-għajnuna tal-patroċinju tiegħek u għalhekk aħna nirrikorru lejk u f'idejk nerħu l-qadi tal-missjoni tagħna.

    Marija, din il-missjoni ma nistgħux naqduha sewwa mingħajr ma jkollna intimità kbira ma’ Ġesù Saċerdot Etern u l-ewwel saċerdot. Ressaqna għalhekk dejjem iżjed lejn il-qalb adorabbli tiegħu biex jagħmilna erwieħ tal-Ġetsemani, erwieħ li nkunu nafu nitolbu u nsofru.

    Żvojta l-qalb tagħna minn kull imħabba li mhix ta' Ġesù, biex nimlewha bih. Rażżan l-amor proprju tagħna, ippurifika l-intenzjonijiet tagħna u agħmel fuq kollox li r-relazzjonijiet tagħna mas-saċerdoti ta' Ġesù ibnek ikunu kollha kemm huma spiritwali u sopranaturali.

    Aċċetta, O Marija, din il-konsagrazzjoni tagħna lilek u nitolbuk biex waqt it-tqarbin tressaqna inti stess quddiem it-tron tal-iben tiegħek Ġesù. F'ġieħ l-istess Kristu sidna. Ammen.

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 11

    Il-Ħadd, 5 ta’ Ġunju L-Għaxar Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. 1 Slaten 17: 17-24 Ara, ibnek ħaj. 2. Salm 29: 2 u 4.5-6.11-13 Ngħollik, Mulej, għax erfajtni 3. Galatin 1: 11-19 Għoġbu jirrivelali lil ibnu biex inħabbru fost il-ġnus. 4. Luqa 7: 11-17 Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek, qum! Riflessjoni tal-Vanġelu:

    Li tkun armla kienet u għadha ħaġa diffiċli, iżjed u iżjed fi żmien Elija u fi żmien Ġesù. Dawn in-nisa fil-qari taI-iskrittura ta’ llum kienu tilfu lil żwieġhom diġa u kien fadlilhom biss lil binhom. Minbarra t-telfa tal-għeżież tagħhom, kellhom iħabbtu wiċċhom ma soċjeta li kienet tikkunsidra lin-nisa pratikament non-eżistenti, mingħajr opportunita ta’ xogħol jew servizzi soċjali. Il-ħolm, il-pjanijiet u t-tamiet għal uliedhom kienu spiċċaw mal-mewt tagħhom. Dawk biss li esperjenzaw it-telfa ta’ żwieġhom jew uliedhom jistgħu jifhmu minn xiex kienu għaddejin dawn iż-żewġ romol.

    It-telfa ta’ xi ħadd għażiż dejjem hi esperjenza kiefra għal kulħadd. Din l-istorja tal-armla ta’ Najm mhix biss storja ta’ kumpassjoni ta’ Ġesù għat-tbatija emozzjonali u mentali tan-nies; hi wkoll ir-rivelazzjoni tar-relazzjoni ta’ Alla ma kull wieħed minna.

    Ġesù jidħol f’din ix-xena ta’ dwejjaq. Jitqanqal bil-ħniena u jmidd idejh biex imiss it-tebut, li skont ir-ritwali tal-Lhud kienet xi ħaġa li tniġġes. Imma mqanqal bil-ħniena Ġesù jmidd idejh u jmiss, u mbagħad ilissen il-kmand: “Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek qum.”

    Imbagħad l-impossibbli sar possibbli. Il-ħajja reġgħet lura fir-raġel u l-iben reġa’ lura għand ommu. Għal darb’ oħra l-ħolm isir rejaltà, m’hemmx iżjed qtigħ ta’ qalb, il-ħajja fiha skop ġdid. Ġesù, l-għajn ta’ kull imħabba, ħajja u tama, għad jagħmel għalina dak li għamel ma dan iż-żagħżugħ. Għad jiġi żmien meta l-Iben t’Alla għad jikmandana biex inqumu, imbagħad kollha għad inqumu għal ħajja ġdida.

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 68, silta mit-2 punt They were carrying the young man out to be buried. The end result and the final effect of this spiritual death is to bury the soul attacked by it. These souls think of nothing but the earth, that is, of the world and the things of the world, because they no longer have any taste for God and for what leads to him. To hear God spoken of is for them a torture; to spend time in prayer is a martyrdom. Communion is insipid;

  • 12 SIGNUM FIDEI

    they stay away from Confession because they do not want to make their sickness known. They are guided only by their own light, and their light is false. Thus all the means that help to maintain the life of the Spirit are useless in their case because they reject them. This results from their having lost the spirit of the life that they once possessed, which is the spirit of their state. The crowd of people who accompanied the dead man as he was being carried out to be buried represents those who urge you to go back into the world. Bereft of grace, what good advice can they give you?

    TALBA

    Għażiż Ġesù, ibqa’ miegħi, ħalli nsir niddi bħalma tiddi inti,

    ħalli b’hekk insir dawl għall-oħrajn. Id-dawl, O Ġesù, ikun ġej kollu minnek, xejn ma jkun tiegħi;

    tkun inti li tiddi fuq l-oħrajn permezz tiegħi. Għalhekk, ħallini nfaħħrek bil-mod kif inti tħobb l-aktar:

    billi niddi fuq dawk ta’ madwari. Ħallini nxandrek bla ma nitkellem,

    mhux bil-kliem, imma bl-eżempju tiegħi, bil-forza qawwija ta’ dak li jiena nwettaq,

    bix-xhieda ċara tal-imħabba li f’qalbi tfawwar għalik. Ammen.

    Il-Kardinal John Henry Newman

    Missierna ...

    It-Tnejn, 6 ta’ Ġunju San Norbertu - isqof

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. 1Slaten 17: 1-6 Elija jservi quddiem il-Mulej, Alla ta’ Iżrael. 2. Salm 120 :1-8 L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej. 3. Mattew 5: 1-12 Henjin il-foqra fl-ispirtu.

  • SIGNUM FIDEI 13

    SAN NORBERTU (1080-1134) - isqof San Norbertu twieled minn familja nobbli u sinjura ħafna f’Xanten, fuq ix-

    xmara Rhine, il-Ġermanja. Ġie mrobbi fil-lussu, fil-kumdità, fil-ħela. Għalkemm ġie ordnat suddjaknu, kif ukoll elemożinier fil-qorti ta’ Enriku V,

    imperatur tal-Ġermanja, tela’ bniedem tad-dinja. Darba waħda waqt li kien fuq żiemel għaddej mill-kampanja nqabad

    f’maltempata, u minħabba sajjetta fil-qrib, iż-żiemel sfratta u Norbertu waqa’ minn fuqu u ntilef minn sensih. Meta ġie f’tiegħu għaraf kemm kien qrib tal-mewt, u li bil-ġid kollu li kellu, kien ser jidher quddiem Alla b’idu f’idu, u għalhekk iddeċieda li jbiddel ħajtu.

    Minkejja l-ostakli li għamlulu niesu u ħbiebu baqa’ determinat li jgħix ħajja tajba, sakemm sar saċerdot fl-1115 meta kellu 35 sena. Imbagħad mar bil-mixi, ħafi u bla sold, jiltaqa’ mal-Papa Ġelasju II, li kien f’St. Giles, fi Franza, u akkwista mingħandu s-setgħa li jipprietka kull fejn iħoss il-bżonn.

    Sar predikatur kbir, u mar jipprietka wkoll fil-Belġju u fi Franza. Fl-1121, fuq talba tal-Papa Kallistu II, li kien fil-Konċilju ta’ Rheims, il-Ġermanja, waqqaf ordni li billi l-bidu tiegħu kien fil-wied ta’ Premontre ġie msejjaħ l-Ordni tal-Premonstrati li f’qasir żmien infirex f’numru ta’ monasteri.

    Fl-1126, Norbertu ġie maħtur isqof ta’ Magdeburg. Huwa ddefenda bil-qawwa kollha l-Papat. Kien favur il-Papa Innoċenzju II, kontra l-antipapa, Anakletu.

    Miet f’Magdeburg fis-6 ta’ Ġunju, 1134, fl-età ta’ 54 sena. Riflessjoni: Sidna Ġesù Kristu jagħtina eżempju ħaj: “Il-volpijiet għandhom l-għerien u t-tjur tas-sema l-bejtiet, imma Bin il-Bniedem m’għandux fejn imidd rasu (Luqa 9, 58). Mill-ewwel jum tal-eżistenza tiegħu huwa trabba fil-faqar li l-ebda bniedem ieħor ma huwa kapaċi jġarrab għax “għalkemm sinjur huwa ftaqar”. Billi jien ħaddiem miegħu, “Kristu ieħor”, jien irrid ngħix u nitmantna bil-faqar li l-Mulej jitlob minni.

    Madre Teresa

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 132, it-2 punt The Spirit of God, which inspired this saint, led him to give up the income he was receiving from his ecclesiastical position, to sell his inheritance, and to give the proceeds to the poor. He also led an extremely austere life. With a few companions whom he had chosen, he went about preaching from town to town and from village to village, as the 72 disciples of Jesus Christ had done. They all, like him, lived a life of great austerity and bodily mortification. They went about barefoot, ate but once a day, and observed perpetual abstinence. The sum of their exercises was to obey, to devote themselves to prayer, to mortify themselves, and to preach the holy Gospel. Thus it was that Saint Norbert formed his order and that it had a great number of religious who did great good in the Church. You have a purpose that strongly resembles what this saint had in mind in founding his order, which was to teach the truths of the Gospel

  • 14 SIGNUM FIDEI

    to the poor. So make use of the same means he used to succeed in this task, namely, prayer and mortification.

    TALBA O Ġesù,

    agħmel li jien inħaddan dik il-ħajja sempliċi li inti għażilt.

    Għinni sabiex nagħti bil-ferħ u b’ġenerożità u nirrispetta d-dinjità ta’ dawk li huma foqra,

    batuti jew maħqurin. Fl-aħħar, agħmel li nħares aktar lejja nnifsi

    bħala tfajjel ta’ Alla, mhux lejn dak li nippossiedi

    jew il-ġid kollu li għandi. Carl Koch

    Missierna ...

    It-Tlieta, 7 ta’ Ġunju Il-Beata Anna ta’ San Bartilmew - verġni

    San Antonju Maria Gianelli, isqof

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1.1Slaten 17: 7-16 Din hi l-kelma tal-Mulej: il-ġarra tad-dqiq ma tintemm qatt. 2. Salm 4: 2-5,7,8 Ixħet fuqna Mulej, id-dawl ta’ wiċċek. 3. Mattew 5: 13-16 Intom id-dawl tad-dinja. Mill-istorja tal-Istitut: Fl-1694, San Ġwann Battista De La Salle ġie elett superjur. SAN ANTONJU MARIA GIANELLI (1789-1846) - isqof Dan il-qaddis twieled f’raħal żgħir jismu Cerreta, qrib Ġenova. Kien ġej minn

    familja fqira ħafna, imma billi kien ta’ intelliġenza mhux komuni u mħajjar għal saċerdot, mara għanja offriet li tħallas għall-edukazzjoni tiegħu.

    Qabel ma beda t-triq għal saċerdot, ommu wissietu: “Ibni, jew qassis qaddis, jew qassis xejn!” Dan il-parir ta’ ommu, imsieħeb mit-talb tagħha, żgur li kellu

  • SIGNUM FIDEI 15

    effett fuq Antonju li jibqa’ msemmi għall-ħajja qaddisa u t-tħabrik tiegħu għall-ġid tal-erwieħ.

    Antonio Gianelli kien ordnat saċerdot fl-24 ta’ Mejju 1812, u malajr beda jgħallem fis-seminarju ta’ Ġenova.

    Għall-ewwel kien viċikurat f’San Matteo, f’Bologna, u mbagħad kappillan fi Chiavari. Hawn waqqaf is-Sorijiet ta’ Santa Maria dell’Orto, magħrufin ukoll bħala Gianellini, li għandhom bħala missjoni li jgħinu lill-proxxmu fil-bżonn.

    Huwa kien ukoll jgħallem fis-seminarju ta’ Bobbjo, djoċesi li tagħha, fl-1838, ġie maħtur isqof. Kien ragħaj spiritwali tassew eżemplari, u għamel ukoll ħafna ġid materjali. F’Bobbio waqqaf ukoll l-Oblati ta’ San Alfons, kongregazzjoni ta’ saċerdoti għall-formazzjoni tal-kleru, imma din ma komplietx.

    San Antonju Maria Gianelli miet nhar il-Festa tat-Trinità, fis-7 ta’ Ġunju 1846 fl-età ta’ 57 sena.

    Iddikjarah qaddis il-Papa Piju XII fl-1951.

    Riflessjoni: Kull nisrani tajjeb għandu jafda fi Kristu; iwettaq dmirijietu skont il-kmandamenti li huma r-regola tal-kuxjenza tiegħu, quddiem is-soċjetà, quddiem Alla u quddiem il-bnedmin. In-nisrani m’għandux jaħrab il-liġi u jagħmel il-kompromessi, imma jgħix bla biża’ u ċert mill-affarijiet tiegħu. Għandu jkun ta’ għajnuna fil-problemi tal-paċi. Biex jissaħħaħ iktar kontra l-ħażen u l-iżbalji għandu jitlob; isejjaħ l-għajnuna tal-grazzja li tagħti d-dawl u l-qawwa.

    Il-Papa San Ġwanni XXIII, 29 ta’ Marzu 1959 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 164, silta mill-1 punt You have, without doubt, a need for light in this life, where you are always as if upon a stormy sea at the risk of your salvation. Have recourse to Mary. She will enlighten you and help you know God’s will for you, because she shares in the light of Jesus Christ, her Son, who came into this world to enlighten everyone (even though many did not recognize him). She is a light shining in the darkness. Ask her often, then, to enlighten your mind and to make it docile to the truth. Because she knows the truth perfectly, it is easy for her to instruct you in the truth and to make you understand what you, who are only in darkness, cannot understand.

    TALBA Missier tas-sema u l-art,

    int inqdejt bil-kbar u ż-żgħar biex ixxerred il-kelma tiegħek fostna.

    Agħtina r-rieda tajba biex nisimgħu u nqimu l-Vanġelu b’kull mezz li inti tinqeda bih, b’Ġesù Kristu Sidna,

    Ammen. Magnificat

    Missierna ...

  • 16 SIGNUM FIDEI

    L-Erbgħa, 8 ta’ Ġunju San Ġakbu Berthieu - presbiteru

    Il-Beatu Nikola minn Cestori - reliġjuż Il-Beati Diana u Ċeċilja - verġni

    Is-Sorijiet tal-Bon Pastur – Il-Beata Marija Droste zu Vischering tal-Qalb ta’ Ġesù Il-Beata Mariam Thresia Chiramel Mankidiyan – fundatriċi

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1.1Slaten 18: 20-39 Ħalli jkun jaf dan il-poplu li int, Mulej, int Alla. 2. Salm 15: 1,2a,4,5,8,11 Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn. 3. Mattew 5: 17-19 Ma ġejtx biex inwaqqa’ il-liġi jew il-profeti, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom.

    Mill-istorja tal-istitut: Fis-7 ta’ Ġunju 2009, Brother Rapheal Rafiringa kien ibbeatifikat – il-knisja għarfet il-virtujiet, id-devozzjoni u ż-żelu ta’ dan il-Brother umli. Dan hu mudell ieħor ta’ edukatur Lasalljan.

    Il-BEATA MARIAM THRESIA CHIRAMEL MANKIDIYAN (1867-1926) – fundatriċi Il-Beata Mariam Thresia twieldet fir-raħal ta’ Putenchira, fl-istat ta’ Kerala, l-

    Indja, fis-26 ta’ April 1867. Missierha kien intefa’ għax-xorb għax ma kellux flus biex iħallas id-dota għat-

    tliet ħutha bniet. Ommha ħadmet ħafna biex tinfluwenza lil Mariam spiritwalment.

    Mariam bdiet issum u tagħmel velji ta’ talb; tant li ommha kellha tieħu passi biex ma tkomplix, u hi obdiet.

    Ommha mietet meta Mariam kellha 12-il sena, u kellha tħalli l-iskola. Xtaqet tgħix ta’ eremita; imma ma ħallewhiex. Flimkien ma’ tlett iħbieb oħra,

    ingħaqdu biex jgħinu lix-xjuħ u ’l-morda tal-parroċċa, u jieħdu ħsieb tat-tfal iltiema, meta jmutu l-ġenituri.

    Beda jkollha viżjonijiet, u kienet titlob lis-saċerdot biex jikkonsagraha. Imma d-direttur spiritwali tagħha, kien jgħinha u qatt ma ddubita mill-onestà tagħha. Mariam dejjem obdietu.

    Fl-1903, talbet lill-isqof biex jagħtiha permess biex tibni dar ta’ talb, imma dan ma tahiex permess. Kien fl-1913, li l-isqof taha l-permess, biex tibni din id-dar. Ftit wara, tliet tfajliet ingħaqdu magħha u komplew ix-xogħol ta’ għajnuna lix-xjuħ u lill-morda.

    Fl-1914, l-isqof fehem li dawn il-membri kienu qed jgħixu bħal reliġjużi u tahom l-istatut kanoniku ta’ kongregazzjoni.

    Mariam għamlet il-voti perpetwi, u d-direttur spiritwali tagħha, Dun Vithayathil kien innominat il-kappillan tagħhom. Dawn addottaw ir-regola ta’ ordni

  • SIGNUM FIDEI 17

    Franċiża li kellha dar fi Sri lanka. Il-membri bdew jiżdiedu, u fi żmien 12-il sena, kellhom żewġ skejjel, żewġ orfanatrofji u żewġ hostels. Il-beata mill-ewwel ħadet ħsieb il-formazzjoni edukattiva u reliġjuża tagħhom, biex tippreparahom għall-futur.

    Mariam kienet tbati ħafna bil-marda tad-dijabete. Iz-zokkor infexx f’waħda minn riġlejha u kkaġunalha l-mewt. Mietet fit-8 ta’ Ġunju, 1926.

    Kien il-miraklu fuq wieħed tifel, li għen biex ġiet iddikjaratha beata fid-9 ta’ April, 2000.

    L-ordni tagħha llum tgħodd mal-1500 soru. Dawn jaħdmu f’Kerala, fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Ghana.

    Riflessjonijiet minn San Ġwann Maria Vianney, il-Kurat ta’ Ars Il-grazzja ta’ Alla tibdel kollox f’deheb; l-għemejjel kollha tagħna anke l-iktar

    indifferenti, jekk ikunu animati mill-ispirtu tiegħu, jimmeritawlna l-ħajja ta’ dejjem.

    Hija l-grazzja santifikanti biss illi tagħti sbuħija vera interjuri lir-ruħ tagħna, basta aħna ngħixu f’għaqda m’Alla.

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 167, silta mit-3 punt When attempts are made to entice your students to do evil, strengthen them in doing good. Do not expect any other rewards when you do the duties of your work well than to suffer persecution, injuries, insults, and curses and to have people accuse you falsely of all sorts of evil, as Saint Matthew wrote and as he put into practice. Rejoice when this happens, adds the same saint, and leap for joy, because a great reward is reserved for you in heaven, for it was in this way that they persecuted the Prophets before you. Be convinced that such persecutions will draw down on you the grace of God in abundance and his blessings on your work.

    TALBA “Mulej Ġesù, għinni nġorr dan l-isem ta’ Kristjan bil-ferħ,

    dan l-isem li jkellimni fuqi. Ħa jkun kuljum sinjal ta’ onestàu ta’ paċi. Għin lil dawk kollha li fid-dinja qegħdin

    ibatu u jmutu minħabba dan l-isem. Meta, għax jaqbilli

    jew għax nibża’ minn xi ġudizzju fuqi, jġegħelni ‘ninsih’,

    agħtini l-qawwa tiegħek. Għallimni biex jitrawmu l-għeruq

    ta’ ismek fija u tiegħi fik.” Bro. Louis

    Missierna ...

  • 18 SIGNUM FIDEI

    Il-Ħamis, 9 ta’ Ġunju San Efrem - djaknu u duttur tal-Knisja

    Il-Beata Anna Marija Taigi – Terzjarja Trinitarja

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1.1Slaten 18: 41-46 Elija talab u s-sema radd ix-xita. 2. Salm 64 :10-13 Tifħir lilek jistħoqq, o Alla. 3. Mattew 5: 20-26 Il-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh. IL-BEATA ANNA MARIJA TAIGI (1769-1837) – terzjarja trinitarja Din il-beata kienet mara tad-dar, u omm ta’ sebgħa. Missierha kien bniedem

    idejh magħluqa; ta’ 13-il sena bagħatha taħdem, l-ewwel f’fabbrika tal-bellus, imbagħad bħala seftura.

    Ta’ 20 sena żżewġet lil Domenico Taigi, seftur ruman ikbar minnha sewwa fiż-żmien. Għall-ewwel kienet vanituża ħafna, speċjalment fi lbiesha.

    Wara t-twelid tal-ewwel tarbija, immexxija minn saċerdot li għaraf ir-ruħ tagħha, bdiet ħajja ta’ virtù u tgħakkis. Il-konfessur tagħha kellu jimmoderaha fil-penitenzi tagħha.

    Ingħaqdet mat-Terzjarji Trinitarji u bdiet ukoll titqarben kuljum. Flimkien mal-favuri tas-sema, bħal estasijiet u profeziji, ma naqsux il-problemi normali tal-familja: faqar, kura ta’ ommha marida, raġel li għal kull xejn jitlagħlu, imma li hi servietu bħallikieku kien Kristu, u ż-żamma tal-paċi f’familja kbira, fosthom mart binha ta’ karattru diffiċli ħafna.

    Il-Madonna qaltilha li l-vokazzjoni tagħha kienet li turi li l-qdusija, setgħet tkun ipprattikata f’kull stat ta’ ħajja.

    Il-Beata Anna Marija Taigi mietet ta’ 68 sena, fid-9 ta’ Ġunju 1837. Żewġha, ta’ 92 sena, kien wieħed mix-xhieda fil-proċess tal-beatifikazzjoni tagħha.

    Riflessjoni: Ma hemmx xjenza; ma hemmx għana; ma hemmx qawwa umana li tiswa’ daqs it-tjubija; kollha ħlewwa, kollha mħabba, kollha sabar. L-eżerċizzju tat-tjubija jista’ jkollu mortifikazzjonijiet u kuntrasti; imma jispiċċa dejjem bir-rebħa, għax it-tjubija hija mħabba, u l-imħabba tirbaħ kollox; amor omnia vincit. Matul il-ħajja, u speċjalment fit-tmiem tal-ħajja preżenti, l-isbaħ tifħir hu dejjem l-istess: dak kien bniedem twajjeb, jew, fuq kollox kien raġel twajjeb. Ismu jfisser hena u barka.

    San Ġwanni XXIII - Papa

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58, l-1 punt In today’s Gospel Jesus Christ tells his holy Apostles that unless their virtue surpasses that of the Pharisees, they will not enter the kingdom of heaven. Apply these words to you. Be convinced that Jesus Christ is addressing them to you, that

  • SIGNUM FIDEI 19

    if you do not have more virtue than people in the world, you will be more liable to condemnation than they will be on the day of judgment. People of the world, like the Pharisees, are satisfied with observing the external and outward practices of religion. They go to Mass, listen to sermons, and sometimes follow the Divine Office, but they do all these things and a number of others without any interior spirit. You, who gave yourself to God and, consequently, ought to consecrate to God every moment of your life, must do everything in a spirit of religion without being content to do only what is exterior in the duties of your state. Even if people are satisfied with what is external in actions, God, who looks into the heart, will not put any value on them.

    TALBA

    Verb Etern, kelma ta’ Alla tiegħi,

    irrid ngħaddi ħajti nisimgħek, irrid noqgħod dejjem attenta

    biex nitgħallem kollox mingħandek. Il-Beata Eliżabetta tat-Trinità – Karmelitana

    Missierna ...

    Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju Santa Margerita - reġina tal-Iskozja

    Il-Beatu Ġwann Dominici - isqof Il-Beatu Edwardu Poppe - saċerdot

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. 1Slaten 19: 9a,11-16 Oħroġ, u oqgħod fuq il-muntanja quddiem il-Mulej! 2. Salm 26:7-9,13,14 Jien wiċċek infittex, Mulej. 3. Mattew 5: 27-32 Kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu.

  • 20 SIGNUM FIDEI

    SANTA MARGERITA (†1093) - reġina tal-Iskozja Margerita kienet prinċipessa Ingliża li kienet imrobbija fil-qorti ta’ San Stiefnu,

    re tal-Ungerija. Wara li rritornat l-Ingliterra hija baqgħet biss għal żmien qasir fil-qorti tar-re

    Edwardu l-Konfessur, għaliex meta n-Normanni rebħu l-Ingilterra (1066) hi kellha terġa’ tmur fl-eżilju.

    Sabet kenn fil-qorti ta’ Malcolm Canmore, re tal-Iskozja, li aktar tard iżżewwiġha. Din il-mara istruwita u twajba bilfors li ħalliet impressjoni qawwija fuq ir-re, li kien mexxej kapaċi, u fuq il-poplu ta’ dan il-pajjiż imbiegħed u, dak iż-żmien, kien għadu xi ftit primittiv.

    Għandna miktub dwarha minn wieħed kontemporanju: “Hi qanqlet lir-re għal opri ta’ ġustizzja, ħniena, karità u virtujiet oħra li fihom kollha, bil-grazzja ta’ Alla, hi wasslitu biex iwettaq ix-xewqat tagħha. Għaliex hu, billi ra li Kristu kien jgħammar fil-qalb tar-reġina, kien dejjem lest biex jimxi fuq il-parir tagħha.”

    Margerita kienet mudell ta’ mara miżżewġa u omm eċċellenti. Kellha tmien ulied; tlieta minnhom okkupaw, wieħed wara l-ieħor, it-tron tal-Iskozja.

    Kienet tonfoq il-ġid tagħha fuq opri ta’ karità, il-ħin liberu tagħha fit-talb u l-kura tal-morda u tal-iltiema. Il-prudenza u l-previżjoni tagħha ġiebu l-introduzzjoni ta’ kultura avvanzata barranija u ta’ drawwiet Rumani fis-saltna tagħha, mingħajr iżda ma ġiebu magħhom nuqqas ta’ qbil jew skuntentizza.

    Santa Margerita Reġina mietet fl-10 ta’ Ġunju 1093, erbat ijiem biss wara żewġha.

    It-tnejn kienu midfunin fil-knisja tal-abbazija ta’ Dunfermline (fil-Majjistral ta’ Edinbourgh) li huma kienu waqqfu.

    Kienet ikkanonizzata fl-1250 u fl-1673 Klement X ddikjaraha patruna tal-Iskozja.

    Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, l-Ewwel Ktieb, Kap. 6: Jekk wieħed jikkuntenta l-passjoni ħażina, minnufih il-kuxjenza tgħawwarlu qalbu għax mhux billi tikkuntenta l-passjoni sejjer issib il-paċi li kont tfittex. Jekk mela trid issib il-vera paċi, il-paċi tal-qalb, għandek trażżan ix-xewqat ħżiena, mhux taqa’ għalihom. Il-paċi u l-hena, mela, ma jinsabux fil-qalb ta’ min iħobb lil ġismu, anqas ta’ min hu marbut ma’ did-dinja. Min jgħix skont il-qalb t’Alla, u min iservih bil-ħrara, dawn għandhom il-vera paċi. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58, silta mit-3 punt People living in the world think very little about God and have little concern about their salvation. Their sole occupation is usually with their temporal affairs and the needs of the body. It would seem that most have nothing to hope for or to fear beyond this present life. If we speak to them about God, about what leads us to God, about the essential duties of a Christian, about the practice of what is right, and about avoiding occasions of sin and dangerous company, they then have ears and hear nothing, because all they can grasp is what strikes their senses.

  • SIGNUM FIDEI 21

    TALBA

    Tiċħadniex Mulej mis-sinjal tal-preżenza spiritwali tiegħek fostna:

    twarrabx minn qalbna l-qawwa u l-ħlewwa tal-preżenza tiegħek.

    In-natura tagħna li tmut, twassalna, bla ma nintebħu, għat-tħassir;

    it-tiswib, mis-sema, tal-imħabba tiegħek fina inaddaf qlubna minn kull taħsir.

    Ammen. San Efrem

    Missierna ...

    Nitolbu għal Bro. Walter Joseph Coster (1961) Bro. Edward Henry Grech (1981) Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

    Is-Sibt, 11 ta’ Ġunju San Barnaba - appostlu

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Atti 11: 21b-26; 13: 1-3 Kien raġel tajjeb, mimli bl-Ispirtu s-Santu u l-fidi. 2. Salm 97: 1-6 Il-Mulej għarraf is-salvazzjoni lill-ġnus. 3. Mattew 10: 7-13 Intom u sejrin xandru u għidu li s-saltna tas-smewwiet

    waslet. SAN BARNABA (†61) – appostlu San Barnaba ma kienx wieħed mit-tnax, li Ġesù sejjaħ biex ikunu appostli.

    Imma sa mill-bidu nett ġie msejjaħ appostlu minħabba l-ħidma kbira tiegħu għall-Knisja.

  • 22 SIGNUM FIDEI

    Kien Lhudi, twieled f’Ċipru, trabba f’Ġerusalemm, u x’aktarx li studja fl-iskola ta’ Gamaliel, fl-istess żmien ma’ San Pawl.

    Kien wieħed minn tal-ewwel li kkonvertew għall-Kristjaneżmu, f’Ġerusalemm, wara l-Pentekoste, fis-sena 29 jew 30. Kien jismu Ġużeppi, imma l-appostli bidlulu ismu f’Barnaba – Bin il-Faraġ. Kien raġel tajjeb, mimli bl-Ispirtu s-Santu u l-fidi (Atti 11: 24).

    Kellu għalqa u biegħha, u dak li daħħal tagħha tah lill-appostli biex iqassmuh lill-foqra.

    Meta San Pawl, tliet snin wara li kkonverta, mar Ġerusalemm, kien San Barnaba li laqgħu u introduċieh lil San Pietru u lill-Insara li għall-ewwel sabuha bi tqila biex jemmnu kif minn persekutur qalil, isir wieħed minnhom, mimli ħeġġa l-iktar kbira.

    Minn Ġerusalemm, San Barnaba mar iżur il-Knisja ta’ Antjokja. Kien f’din il-belt, li s-segwaċi ta’ Kristu bdew għall-ewwel darba jiġu msejħa nsara. Darba minnhom, San Barnaba mar Tarsu, sab lil San Pawl, u wara li stiednu, ħadu miegħu u ħadmu flimkien biex isaħħu l-komunita’ ġdida ta’ Antjokja.

    Meta waqa’ għaks kbir f’Ġerusalemm u l-insara kienu qed ibatu, San Barnaba u San Pawl ġabulhom l-għajnuna li kienu ġabru mingħand l-insara ta’ Antjokja.

    Imbagħad San Barnaba, ingħaqad ma’ San Pawl u mar miegħu fl-ewwel vjaġġ missjunarju. Magħhom ħadu lil Mark (l-Evanġelista, li kien il-kuġin ta’ Barnaba) li wara telaqhom f’nofs triq.

    Meta nqalgħet il-kwistjoni taċ-ċirkunċiżjoni, San Barnaba kien jaqbel ma’ San Pawl u mar miegħu għall-Konċilju ta’ Ġerusalemm.

    San Barnaba u San Pawl kienu ser jerġgħu jmorru jippritkaw flimkien, iżda ma qablux fuq Mark. San Barnaba ried li jeħduh magħhom iżda San Pawl ma riedx. Spiċċaw biex San Barnaba ħa lil Mark u mar Ċipru, waqt li San Pawl ħa lil Sila u mar is-Sirja. Wara dan ma nafux x’sar minn San Barnaba.

    Iżda nafu li miet martri, imħaġġar, f’Salamis, Ċipru, fis-sena 61. Riflessjoni: Dak li għamel mal-appostli tiegħu l-Mulej Ġesù jrid li nagħmluh aħna wkoll. Jibgħatna mhux għal rasna iżda tnejn tnejn, in-numru minimu biex toħloq komunità. Ftakar li t-tħabbira tas-saltna ta’ Alla inti u jien ser inwettquh fil-komunità nisranija li qed ngħixu fiha. Huwa għalhekk essenzjali li inti tħossok l-ewwel u qabel kollox parti sħiħa mill-komunità ekkleżjali.

    Mitt minuta mal-Mulej – Pubblikazzjoni Dumnikana

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 40, silta mit-3 punt Jesus Christ prays for you to draw down God’s mercy on you and to prevent God from turning his anger against you when you offend him. Say with Saint Augustine, then, that the Ascension of Jesus Christ is your glory, the motive of your hope, and the promise of your happiness. Become worthy to have Jesus Christ as your Sovereign, your Head, and your Mediator in heaven.

  • SIGNUM FIDEI 23

    TALBA

    Alla Missier tagħna, int imlejt lil San Barnaba

    bil-fidi u l-għerf tal-Ispirtu s-Santu u bgħattu jxandar u jikkonverti n-nazzjonijiet imbegħda.

    Għinna, biex inkunu bħal San Barnaba xandara tal-Evanġelju bil-kliem u bl-għemil.

    Dan nitolbuk, b’sidna Ġesù Kristu, l-iben tiegħek, li jgħix u jsaltan

    flimkien miegħek u mal-Ispirtu s-Santu Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem,

    Ammen.

    Missierna ...

    Il-Ħadd, 12 ta’ Ġunju Il-11-il Ħadd ta’ Matul is-Sena

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. 2Samwel 12: 7-10,13 Il-Mulej ħafirlek; inti ma tmutx. 2. Salm 31:1,2,5,7,11 Aħfirli, Mulej, il-ħażen ta’ dnubi. 3. Galatin 2: 16,19-21 Ngħix, imma mhux iżjed jien, iżda jgħix fija Kristu. 4. Luqa 7: 36 – ; 8: 3 Dnubietha, li kienu ħafna, inħafrulha, għax ħabbet ħafna. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

    “Mbagħad Natan qal lil David: “Inti hu dak il-bniedem! Dan jgħid il-Mulej, Alla ta' Iżrael:” David ma kienx ħares lejh innifsu sakemm Natan lissen dan il-kliem direttament lilu. Malajr intebaħ x’kien għamel u għaraf l-infedelta tiegħu: ”Jiena dnibt kontra l-Mulej!” David jiddispjaċih minn qalbu u għadda jiem sħaħ fis-sawm u t-talb, jitlob lill-Mulej jaħfirlu dnubietu. U l-Mulej ħafirlu b’dawn il-kelmiet “Il-Mulej ukoll ħafirlek dnubek. Int ma tmutx”.

    Il-Vanġelu jirrakkontalna l-istorja tal-mara li kienet midinba magħrufa. Imma issa l-indiema pubblika tagħha ssir eżempju għall-Fariżej biex iħarsu ħarsa

  • 24 SIGNUM FIDEI

    lejhom infushom; l-infedelta tagħhom, id-dnubiet u l-fallimenti tagħhom. Il-Fariżew kien mehdi jiġġudika lil ħaddieħor u ma setgħax jagħrbel lilu nnifsu; u anqas ma ttratta lill-mistednin kif kien mistenni; ma tagħhomx ilma biex jaħslu saqajhom, ma tagħhomx bewsa, u lanqas fwieħa biex jidilku rashom. Minflok il-mara għamlet dawn il-ġesti sbieħ kollha u kienet lesta tħalli kollox u timxi wara Ġesù b’qalbha kollha.

    Il-qari joffrilna żewġ lezzjonijiet importanti. L-ewwel, m’għandniex niġġudikaw lill-oħrajn, għax aħna ma nafux l-intenzjonijiet ta’ dik il-persuna u x’inhi s-sitwazzjoni. It-tieni, li Alla jrid jaħfrilna u jeħlisna. Hu jrid relazzjoni intima magħna. Aħna ma nistgħux inħallu d-dnubiet tagħna tal-imgħoddi jkaxkruna ‘l-isfel. Għalhekk, nistaqsu lilna nfusna: X’inhu jżommna l-bogħod mill-Mulej, li nitolbuh ħniena? Għaliex niġġudikaw lill-oħrajn? Forsi qegħdin naħarbu mid-difetti tagħna billi nħarsu lejn id-difetti tal-oħrajn?

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 25, silta mit-2 punt The tender love that Jesus Christ has for sinners not only inspired him with this willingness to suffer and to die for us but also made him conceive a great desire to do so. This made him say, longing for the destruction of sin, I have come to bring fire upon the earth, and what do I desire except that it be kindled? But as he saw that this fire of God’s love could not exist in us except through the destruction of sin and because sin could only be destroyed by his suffering and death, he added, speaking of his death, I have a baptism with which I am to be baptized; Oh, how I long that it be accomplished! By these words he indicated how great was the anguish he experienced because this plan for his death, which was to be so very advantageous to all people, was taking so long to be accomplished, for this delay also delayed their salvation.

    TALBA Missier,

    ħenn għalina u aqlgħalna l-maħfra tiegħek. Agħmel li aħna kuljum insiru iżjed

    nixbhu lil Ġesù, is-sultan

    perfett u mingħajr dnub. Dan nitolbuh bi Kristu sidna.

    Ammen. Magnificat

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 25

    It-Tnejn, 13 ta’ Ġunju Sant Antnin ta’ Padova - presbiteru u duttur tal-Knisja

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. 1Slaten 21: 1-16 Nabot ġie mħaġġar u miet. 2. Salm 5: 2,3,5-7 Mulej, agħti kas tat-tnehid tiegħi. 3. Mattew 5: 38-42 Jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux. SAN ANTNIN TA’ PADOVA (1195-1231) - saċerdot u duttur tal-Knisja Aktarx li dan il-qaddis hu fost l-aktar popolari fost l-insara. Għalkemm jissejjaħ

    ta’ Padova, li tinsab fl-Italja ta’ Fuq, hu ma kienx Taljan iżda twieled fil-Portugall. Il-ġenituri tiegħu, li fi twelidu semmewh Ferdinandu, minn kmieni bagħtuh biex jieħu l-edukazzjoni tiegħu mal-komunità tal-kanonċi tal-katidral ta’ Lisbona. Ta’ ħmistax-il sena daħal mal-Kjeriċi Regulari ta’ S. Wistin qrib Lisbona.

    Wara li għadda tmien snin fid-dar tal-istudju miżmuma mill-Kanoniċi Agostinjani f’Coimbra, imqanqal mill-aħbar tal-martirju ta’ ħames patrijiet Franġiskani fil-Marokk, (li hu kien iltaqa’ magħhom fi triqthom lejn dak il-pajjiż), Ferdinandu ħalla l-istudju, fl-1220, u sar Franġiskan fejn bidel ismu f’Antonju u malajr telaq lejn il-Marokk ħerqan biex jipprietka u jieħu l-martirju. Iżda huwa marad u, fi triqtu lura, maltempata tefgħet il-ġifen fi Sqallija.

    Fl-1221 l-qaddis attenda l-kapitlu famuż imsejjaħ “tal-ħsajjar” fil-Porzjunkula u ra lil San Franġisk bilqiegħda f’riġlejn Fra Elija.

    Sant’ Antnin intbagħat f’eremitaġġ fejn kien jitlob u jagħmel xogħol tad-dar. Darba kellha ssir prietka, il-predikatur ma marx u Sant’ Antnin ġie mqabbad jipprietka hu. Tant ingħoġob li l-aħħar għaxar snin ta’ ħajtu għaddiehom jipprietka fl-Italja u fi Franza u jgħallem it-teoloġija lil sħabu fl-ordni.

    Hu kien jeħodha kontra l-vizzjijiet ta’ żmienu, bħalma huma l-użura (self b’imgħaxxijiet għoljin) u x-xeħħa, b’lingwaġġ qawwi u kultant aħrax ukoll.

    Għalkemm Sant’ Antnin kien ġej minn familja aristokratika, hu kien veru ħabib tal-fqar u tal-maħqurin. L-aħħar sentejn ta’ ħajtu għaddiehom f’Padova. Jingħad li għamel ħafna mirakli, l-aktar wara mewtu.

    Huwa miet ta’ 36 sena f’Arcella, qrib Padova, mifni mill-predikazzjoni. F’inqas minn sena, Girgor IX iddikjarah qaddis. Il-Papa Piju XII iddikjarah

    duttur tal-Knisja fl-1946. Id-drawwa tal-hekk imsejjaħ “Ħobż ta’ S. Antnin” inbdiet f’Toulon (Franza) fl-

    1890. Sant’ Antnin hu msejjaħ fil-każi ta’ ħwejjeġ mitlufin.

  • 26 SIGNUM FIDEI

    Riflessjoni: Jekk aħna veru wlied Alla rridu nħobbu kif Alla ħabb lilna jiġifieri mingħajr limiti u kundizzjonijiet, li naħfru u li ngħinu lil min iweġġagħna. Mhux faċli iżda din hija l-bidla ta’ mentalità li jridna nwettqu Alla. Huwa BISS jekk inħobbu lil xulxin, li Alla jgħammar fina u aħna ngħammru f’Alla għax inkunu xhieda awtentika tiegħu.

    Mitt Minuta mal-Mulej – Pubblikazzjoni Dumnikana Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 135, it-3 punt When this saint was put to the work of preaching by the order of Saint Francis, it became apparent that God had placed his holy word in his mouth, for when he preached, all his hearers were filled with admiration, and he brought about altogether surprising conversions. He succeeded so well in this holy ministry because he had prepared for it by seclusion and prayer, undertaken it only through obedience, and always stayed in humble work until his superior ordered him to preach. It ought to be only in response to the order of God and in submission to your superior that you work for the salvation of souls. This will be the way to sanctify you in this work and to procure the sanctification of others.

    TALBA

    Spirtu Mqaddes, nar ta’ mħabba, ejja strieħ fuq kull wieħed minna,

    ħejjilna lsienna biex jistqarr ħtijietna, biex aħna u ngħidu kollox bla ma naħbu xejn,

    niksbu l-ħajja tal-ġenna biex hemm nissieħbu għal dejjem fit-tifħir

    flimkien mal-anġli. Dan jista’ jseħħ bil-għajnuna tiegħek,

    int li tgħix u ssaltan għal dejjem. Ammen.

    Sant’ Antnin ta’ Padova Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 27

    It-Tlieta, 14 ta’ Ġunju San Eliżew - profeta San Metodju - raħeb

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. 1Slaten 21: 17-29 Waqqajt lil Iżrael fid-dnub. 2. Salm 50 : 3-6,11,16 Ħenn għalina, o Alla fi tjubitek. 3. Mattew 5: 43-48 Ħobbu lill-għedewwa tagħkom. SAN METODJU († 847) - raħeb Dan il-qaddis kien l-ewwel wieħed biex jiċċelebra l-festa tal-Ortodossija,

    solennità miżmuma fil-liturġija Biżantina fl-ewwel Ħadd tar-Randan biex iġib ’il quddiem il-qima lejn ix-xbihat imqaddsa (ikoni) ta’ Kristu u tal-qaddisin. It-tieni Konċilju ta’ Niċea (787) kien iddistingwa b’mod ċar bejn il-qima lejn ix-xbihat u l-vera adorazzjoni riservata biss lil Alla. Il-konċilju ddefenda l-prattika li jinxtegħlu xemgħa u li jinħaraq l-inċens quddiem l-ikoni tal-qaddisin, u għamilha ċara li l-unur mogħti lix-xbiha hi filfatt realment mogħtija lill-persunaġġ li hija tirrappreżenta.

    San Metodju twieled fi Sqallija, imma meta kien żagħżugħ mar Kostantinopli jfittex impjieg fil-qorti imperjali. Iżda raħeb ipperswadieh biex jagħżel il-ħajja monastika, u daħal fil-monasteru ta’ Chenolakhos.

    Kien iżomm mal-Isqof S. Niċeforu matul it-tieni persekuzzjoni mqajma minn dawk li kienu kontra l-qima tax-xbihat (imsejħin ikonoklasti). Huwa għalhekk kellu jgħaddi 7 snin bi ftit ikel f’ħabs maħmuġ. Lill-Imperatur Teofilu li kien iżomm mal-Ikonoklasti, qallu: “Ġaladarba xbiha hija hekk bla valur quddiem għajnejk, kif inhi li, waqt li inti tikkundanna x-xbiha ta’ Kristu, inti wkoll ma tikkundannax il-qima li tingħata x-xbihat tiegħek? Minflok, inti kontinwament tħabrek li jsiru aktar minnhom.”

    Metodju sar patrijarka ta’ Kostantinopli mal-mewt tal-aħħar ikonoklasta, imma ma tantx dam f’dil-kariga għax miet erba’ snin wara, fl-14 ta’ Jannar 847.

    Kiteb ħafna, u speċjalment ħajjiet ta’ diversi qaddisin tal-ewwel żmien tal-Knisja.

    Riflessjoni: Ġesù jitlob għall-għaqda fost il-poplu tiegħu, għall-Knisja. Imma Ġesù jaf li l-ispirtu tad-dinja hu spirtu ta’ firda, ta’ gwerra, ta’ għira, ta’ ġelożija anki fil-familji, anki fil-familji reliġjużi, anki fid-djoċesijiet, anki fil-Knisja kollha: din hi t-tentazzjoni l-kbira: dik li twassal għat-tqassis, li twassal biex tagħti t-tikketti, biex tittimbra lill-persuni. Jeħtieġ li nkunu ħaġa waħda kif inhuma ħaġa waħda Ġesù u l-Missier. Din hi propju l-isfida li għandna aħna l-insara: li ma nagħtux wisgħa għall-firdiet bejnietna,

  • 28 SIGNUM FIDEI

    li ma nħallux l-ispirtu tal-firda, lil missier il-gideb, jidħol bejnietna. Infittxu dejjem l-għaqda. Kulħadd jibqa’ kif inhu, imma nfittxu li ngħixu magħqudin. Ġesù ħafrilek? Hu jaħfer lil kulħadd. Ġesù jitlob biex aħna nkunu ħaġa waħda. U l-Knisja għandha bżonn kbir ta’ din it-talba għall-għaqda.

    Il-Papa Franġisku – Omelija Santa Marta Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 84, silta mill-1 punt For Jesus says in the Gospel, Blessed are the poor; the majority of Christians consider them unfortunate. Jesus Christ says that it is necessary to do good to our enemies and to pray to God for them; they think only of getting revenge for the outrages they imagine someone did to them and of doing harm to those who have injured them in some way. Jesus Christ says that it is necessary to carry our cross daily; they seek all possible ways to escape suffering. Is that to have faith and to believe in the Gospel when they act this way? Do not be so blinded, for you have the advantage of reading the Gospel and of meditating on the truths found in it every day, and you are responsible to teach these truths to others. Show by the way your actions conform to these holy maxims that, in fact, you do believe them by putting them into practice.

    TALBA O Alla,

    bl-umiltà nitolbuk taħfrilna d-dnubiet li għamilna.

    Agħmel li ma nerġgħux nersqu lejn il-ħażen, u agħtina l-għajnuna

    biex naħfru minn qalbna lil ħutna, u niksbu l-premju tas-sebħ fejn int tgħammar.

    Int jistħoqqlok it-tifħir għal dejjem. Ammen.

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 29

    L-Erbgħa, 15 ta’ Ġunju San Vitu, San Modestu u Santa Krexxenzja - martri

    S. Ġermana Cousin

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2Slaten 2: 1,6-14 Deher karru tan-nar u Elija tela’ s-sema. 2. Salm 30 : 20,21,24 Issaħħu u qawwu qalbkom, intom ilkoll li tittamaw fil- Mulej. 3. Mattew 6: 1-6,16-18 Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.

    SAN VITU, SAN MODESTU U SANTA KREXXENZJA (seklu IV) - martri Għalkemm fl-imgħoddi kien hemm devozzjoni kbira lejn San Vitu u sħabu martri, dwarhom ma għandna ebda tagħrif ċert. Jingħad li Vitu kien minn Sqallija, u tgħammed bil-moħbi ta’ missieru li kien pagan imma li, malli sar jaf x’għamel ibnu, ħaseb biex jikkastigah. Iż-żagħżugħ ħarab lejn Lucania u aktar tard f’Ruma flimkien mas-surmast tiegħu Moderstu u ma’ Krexxenzja li kienet tieħu ħsiebu. It-tlieta ħadu l-martirju f’Ruma. San Vitu sar ħafna popolari fis-seklu 7. Ismu hu mniżżel fost l-hekk imsejħa 14-il Qaddis Awżiljatur. Hu miżmum bħala l-qaddis protettur fil-mard tal-epilepsija, u ta’ dawk li jbatu bil-marda li ġġib ismu: Ballu San Vitu. SANTA ĠERMANA COUSIN (c. 1579-1601) Missier Ġermana Laurent Cousin, kien ħaddiem fqir minn Pibracv, qrib

    Toulouse (Franza); ommha Marie Laroche mietet ftit wara t-twelid ta’ bintha. Ġermana twieldet b’diżabbilità u marradija u idha l-lemenija msawra ħażin u paralitika. Kienet tmur tirgħa n-ngħaġ f’Pibrac.

    Missierha, li flok imħabba kellu averżjoni għaliha, reġa’ żżewweġ u din it-tieni mara tiegħu wkoll xejn ma kienet iġġibha lil Ġermana anzi kienet taħqarha u lanqas biss ma kienet tħalliha tersaq lejn uliedha, avolja kienet tħobbhom.

    Kienet iġġagħalha torqod fl-istalla, jew taħt it-taraġ fuq gozz zkuk tad-dwieli. Skola ma kinetx taf, iżda Alla għanieha b’paċenzja soprannaturali u bi mħabba li biha kienet taqsam mat-tallaba l-bċejjeċ żgħar tal-ħobż li kienet taqla’.

    Kienet dejjem bil-kuruna tar-rużarju fi jdejha; u titlob ’l Alla jħarsilha l-merħla sakemm kienet tmur tisma’ l-quddiesa ta’ kuljum. U Alla kien tassew iħarishomlha għax qatt ma sabet nagħġa waħda nieqsa minkejja l-għadd kbir ta’ lpup li kien hemm f’dawk l-inħawi.

    Matul is-sigħat li kienet tgħaddi tirgħa n-nagħaġ hija tgħallmet tant ħwejjeġ fit-talb, li kienet kapaċi tiġbor t-tfal tar-raħal u tkellimhom fuq Alla.

  • 30 SIGNUM FIDEI

    Il-ġirien bil-mod il-mod għarfu l-qdusija tagħha u ftit qabel mewtha, li ġrat meta kellha 22 sena, il-familja tagħha bdiet titrattaha tajjeb.

    Il-ħafna mirakli li saru fuq qabarha taw bidu għall-proċessjoni kull sena lejn il-knisja ta’ Pibrac.

    Il-Beatu Piju IX ddikjaraha qaddisa fid-29 ta’ Ġunju 1867. Riflessjoni, storja kif għaraf il-vokazzjoni Patri Ugo - Trappist: “Darba waħda, meta kont f’Boston fl-Istati Uniti, dħalt f’monasteru tat-Trappisti ġewwa Spencer. Xħin dħalt f’dik il-knisja vojta, mimlija biss b’silenzju profond ħassejtni qed niltaqa’ ma’ xi ħadd li kont abbandunajt ... m’Alla. Did-darba ħassejt il-preżenza tiegħu u ndunajt li kont jien li abbandunajtu u tlaqtu filwaqt li hu baqa’ jistennieni dan iż-żmien kollu. Illum qed ngħix ħajja ta’ talb u skiet fil-Monasteru tat-Tre Fontane ġewwa Ruma. Iltqajt miegħu, meta kont qed ngħum fil-ħama tad-dnub, ġo Manhattan, New York. U issa ltqajt miegħu fis-skiet u fit-talb fil-monasteru ta’ Spencer.” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 67, silta mit-3 punt Jesus Christ assures you that God will take charge of providing your food and your support. Your heavenly Father, he says, knows that you need all these things. He is the one who feeds the birds of the sky. Are you not far more valuable than they? Are you not far dearer to him than birds? If God, he adds, takes care to clothe the grass of the field, which is underfoot today and will be cut down tomorrow, with how much more care will he not clothe you, O man of little faith! Be convinced, concludes Jesus Christ, that if you truly seek the kingdom of God and his justice, all these things will be given to you besides, because God takes responsibility for the care to provide for you.

    TALBA

    Ġesù tiegħi, dirgħajk huma l-lift

    li se jwassalna sal-ġenna. M’għandix bżonn nikber,

    għall-kuntrarju, jien għandi nibqa’ żgħira u nibqa’ niċkien.

    O Alla, inti tajtni aktar milli qatt kont noħlom, u jien irrid biss inkanta

    l-ħniena tiegħek. Ammen. Tereża ta’ Lisieux

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 31

    Il-Ħamis, 16 ta’ Ġunju S. Ġwann Franġisk Regis - saċerdot

    Santa Ludgarda Il-Beati Aniċet Koplin, presbiteru u sħabu, martri tal-persekuzzjoni nazista fil-

    Polonja Il-Beatu Ġwann minn Parma - presbiteru

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Bin Sirak 48 : 1-14 Elija nħataf minn riefnu u Eliżew imtela bl-ispirtu tiegħu. 2. Salm 96 :1-7,12a Ifirħu, ġusti, fil-Mulej. 3. Mattew 6: 7-15 Mela itolbu hekk. SAN ĠWANN FRANĠISK REGIS (1597-1640) - saċerdot Kien ġej minn familja nobbli tal-Languédoc (Franza) fejn twieled fl-1597.

    Studja fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti f’Beziers, u ta’ 19-il sena daħal magħhom. Qaddes ta’ 33 (1630) u sena wara beda l-ħidma tiegħu missjunarja fix-xlokk ta’ Franza.

    Kien jaħdem bla mistrieħ. Darba qagħad ġurnata sħiħa fuq gozz borra fuq muntanja jipprietka u mbagħad għadda lejl sħiħ iqarar. Darba waqa’ waqt vjaġġ u kiser siequ iżda bl-għajnuna ta’ bastun u mistrieħ fuq spalla ta’ sieħbu rnexxielu jasal sal-konfessjonarju. Wara x-xogħol tal-jum instab li siequ kienet imfejqa.

    Kien ħsiebu biex jgħin lill-foqra. Kellu kamartu mimlija ħwejjeġ, għamara u mbarazz ieħor li kien jiġbor għalihom. Fost il-penitenti tiegħu f’Le Puy organizza programm soċjali li kien jinkludi żjarat fil-ħabsijiet, kura tal-morda, tqassim ta’ qamħ lill-foqra, u kenn għan-nisa. Il-poplu kien isibu bħala “l-qaddis”.

    Fid-disa’ snin u nofs bħala qassis għamel aktar minn kulħadd fil-kontro-riforma biex iqajjem il-fidi fl-inħawi ta’ Viviers u Le Puy.

    Fl-aħħar erba’ xhur ta’ ħajtu jingħad li qarar mal-10,000 ruħ. Għal żmien twil xtaq li jinbagħat il-Kanada biex jikkonverti l-Indios, imma l-art tal-missjoni tiegħu kienet pajjiżu.

    Huwa miet bl-iplewrite waqt missjoni li kien qiegħed jagħmel. Kellu 43 sena. Il-qabar tiegħu f’Louvesc sar ċentru ta’ pellegrinaġġi. Il-Kurat t’Ars jattribwixxi

    lil dan il-qaddis it-twettiq tal-vokazzjoni tiegħu għas-saċerdozju.

  • 32 SIGNUM FIDEI

    Riflessjoni: L-ISPIRTU TA’ FIDI U L-EFFETTI TIEGĦU

    1. Li ma tħares lejn xejn jekk mhux bl-għajnejn tal-fidi. 2. Li ma tagħmel xejn jekk mhux għal Alla. 3. Li tqis kollox bħala ġej minn Alla.

    l-Ispirtu ta’ Fidi huwa spirtu li f’kollox jirregola ruħu li jimxi fuq il-massimi u s-sentimenti meħudin mill-Iskrittura. Ħsieb: U faċli titgħallem it-talba tal-Missierna bl-amment, imma bil-mod biex titgħallimha f’qalbek. Bro. Louis Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

    Explanation of the Method of Interior Prayer When we begin to experience a certain facility in making reflections on these acts, we ought to use only a few words in these reflections and then try to pause for a few moments in an attitude of inner silence, to let these reflections penetrate the mind in a more interior manner. Using many words when praying in this way tends to unsettle the mind and disturb the depths of the soul, rather than procure for us true awareness of God in an interior manner.

    TALBA

    Mulej Alla, jiena midneb

    qisni nemlu fuq strixxa ta' njam li ż-żewġt itruf qed jaqbdu

    u ma nafx x'ser nagħmel f'dan id-disprament. Fil-ħniena tiegħek,

    ħares fuqi b'ħarsa ta' mħabba għaliex jien

    fik nittama Mulej! Bro. Louis

    Missierna ...

    Nitolbu għal Bro. Patrice Francois Gambin (1966) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

  • SIGNUM FIDEI 33

    Il-Ġimgħa, 17 ta’ Ġunju Santa Emilja de Vialar

    San Albert Adam Chmielowski - reliġjuż

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2Slaten 11: 1-4,9-18,20 Dilku lil Ġowas u bdew jgħajtu “Viva s-sultan!”. 2. Salm 131 :11-14,17,18 Il-Mulej għażel ’il Sijon id-dar tiegħu. 3. Mattew 6 : 19-23 Fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll. SAN ALBERT ADAM CHMIELOWSKI (1845-1916) – reliġjuż Adam Ilarju Bernard Chmielowski twieled Igolomia, fit-tarf tal-Belt ta’ Krakaw

    ġewwa l-Polonja fl-20 ta’ Awwissu 1845. Il-familja tiegħu kienet aristokratika u kienu sinjuri ħafna. Kien wieħed mill-4 wlied. Ta’ età żgħira tilef il-ġenituri tiegħu u hu u ħutu ġew imrobbija minn xi qraba.

    Għall-bidu beda jistudja l-agrikultura, biex ikun jista’ jmexxi l-propjetà tal-familja, iżda mbagħad beda jinvolvi ruħu fil-politika u ta’ 18-il sena, fl-1864, meta kien qed jieħu sehem f’rewwixta kontra l-Ksar Allessandru III, tilef riġlu x-xellugija. Din l-istess rewwixta kienet ir-raġuni għaliex Chmielowski kellu jħalli l-Polonja.

    Issetilja f’Ghent, il-Belġju, fejn beda jistudja l-inġinerija. Kien f’dan l-istess perjodu li l-qaddis skopra li kellu t-talent tal-arti, u beda jiżviluppah. Dan wasslu biex imur jistudja Pariġi, Munich, u fl-1874, lura fi Krakaw. Hawn sar magħruf ġmielu u ħa fama ta’ artist mill-aqwa.

    Kien ukoll f’dan il-perjodu li Chmielowski, beda jirrealizza kemm kien hemm faqar u nies batuti fil-belt. Ħass li jrid jagħmel xi ħaġa għal dawn l-imsejkna u għalhekk beda jagħti l-għajnuna tiegħu lil dawk bla dar.

    Wara snin ta’ riflessjoni, Chmielowski ddeċieda li jħalli l-karriera tiegħu u jmur jgħix qalb il-foqra u l-emarġinati u jgħix ta’ tallab.

    Fil-25 ta’ Awwissu,1887 ingħaqad mat-Terz’ordni ta’ San Franġisk. Ingħata l-libsa griża tal-ordni. Beda jsejjaħ lilu nnifsu Brother Albert u baqa jgħix ma’ dawk li ma kellhomx dar.

    Sena wara pprofessa u ħa l-voti reliġjużi u waqqaf l-Aħwa tat-Terz’ordni ta’ San Franġisk, Serviti tal-Foqra magħrufin bħala l-Aħwa Albertini.

    Fl-1891, flimkien mal-Beata Bernardina (Maria Jablonska) waqqaf dik tan-nisa. Dawn l-aħwa nisa u rġiel kienu jieħdu ħsieb iqassmu l-ikel u jsibu saqaf għal dawk foqra u bla dar.

    Huwa miet nhar il-Milied tas-sena 1916, f’dar tal-fqar li waqqaf hu stess. Ġie bbeatifikat fit-22 ta’ Ġunju 1983 mill-Papa San Ġwanni Pawlu II, u fit-12

    ta’ Novembru 1989, ġie kkanonizzat fi pjazza San Pietru, mill-istess Papa.

  • 34 SIGNUM FIDEI

    Il-Papa Qaddis Ġwann Pawlu II, meta kien għadu saċerdot fi Krakaw, kiteb dramm, li kien milqugħ ħafna, fuq il-ħajja ta’ Br. Albert. Il-quddiem, meta laħaq Papa, kien qal li kien sab support spiritwali kbir għall-vokazzjoni tiegħu, fil-ħajja ta’ San Albert, li kien ta’ eżempju għalih li jħalli d-dinja tal-arti, letteratura u teatru, biex jagħmel għażla radikali għas-saċerdozju.

    Riflessjoni: Aħna nistgħu nimxu kemm irridu, aħna nistgħu nibnu tant ħwejjeġ, imma jekk ma nistqarrux lil Ġesù Kristu, hemm xi ħaġa ħażina. Insiru bħal organizzazzjoni ta’ assistenza non-governattiva (NGO), imma mhux knisja, għarusa ta’ Kristu. Meta ma timxix, tieqaf. Meta ma tibnix fuq il-ġebel, x’jiġri? Jiġri dak li jiġri lit-tfal f’xatt il-baħar, meta jagħmlu binjiet bir-ramel, jaqa’ kollox, għax m’hemmx sodizza. Meta ma tistqarx lil Ġesù Kristu, jiġini f’moħħi dak li qal Léon Bloy: “Min ma jitlobx lill-Mulej, jitlob lix-xitan.”

    L-omelija tal-ewwel quddiesa Papali tal-Papa Franġisku, l-14 ta’ Marzu, 2013

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 159; silta mill-1 punt How fortunate you are to carry the holy Gospel with you at all times, for in it are found all the treasures of the knowledge and the wisdom of Jesus Christ. Be faithful to this practice. From this holy book, you must draw the truths that you are to teach your disciples every day to give them by this means the true Christian spirit. For the same reason, nourish your soul daily with the holy maxims contained in this wonderful book; make them familiar to you by often meditating on them.

    TALBA

    O Qalb ta’ Ġesù maħbuba, nitolbok biex tagħtina l-grazzja

    li nirrikorru bil-ħeġġa, bit-tama u

    bil-perseveranza lejn l-għajn tal-grazzja li hi qalbek.

    Għallimna nitolbu. Għallimna npoġġu fik it-tama li naqdu

    bir-reqqa u bil-perfezzjoni d-dmirijiet tal-istat tagħna. Ammen

    Dun Ġużepp Cauchi († 1955)

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 35

    Is-Sibt, 18 ta’ Ġunju L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

    San Girgor Barbarigo

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2Kron 24: 17-25 Qatlu lil Żakkarija bejn is-santwarju u l-altar. 2. Salm 88 : 4-5.29-34 It-tjieba tiegħi nżommha fuqu għal dejjem. 3. Mattew 6: 24-34 Toqogħdux tħabblu raskom għall-għada. SAN GIRGOR BARBARIGO (1625-1697) San Girgor Barbarigo kien mill-familja nobbli ta’ Barbarigo, qarib tal-

    Venerabbli Marcantonio Barbarigo, kardinal u isqof ta’ Montefiascone, u twieled Venezja fl-1625.

    Kien isqof, l-ewwel ta’ Bergamo u wara ta’ Padova. Il-Papa Alessandru VII (li qabel kien inkwiżitur Malti u li kien ġie kkunsagrat

    isqof fil-knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta) ħatru kardinal fl-1660. Kien bniedem ta’ karitajiet kbar mal-foqra, irriforma s-seminarji taż-żewġ

    djoċesijiet li tagħhom kien isqof, ħadem ħafna għall-għaqda tax-Xiżmatiċi tal-Lvant mal-Knisja Kattolika, u waqqaf stamperija fejn ħarġu kitbiet bil-Grieg, Ebrajk, Sirjan, Persjan u Slavoniku għall-insara tal-Orjent, u għal dawk taħt il-Misilmin, u librerija mill-aqwa, tant li, minħabba speċjalment kemm wettaq tajjeb ir-riformi ordnati mill-Konċilju ta’ Trento, bdew isejħulu t-tieni San Karlu Borromeo.

    Miet Padova fis-17 ta’ Ġunju 1697, u l-fdal tiegħu jinsab meqjum fil-kattidral ta’ Padova.

    Il-Papa Ġiovanni XXIII, li sa minn meta kien għadu seminarista kellu lejh devozzjoni kbira, mar jgħoddu mal-qaddisin nhar Lapsi, fis-26 ta’ Mejju 1960.

    Riflessjoni, l-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, kap. 39: Ibni f’kull ħaġa li jkollok, ħallini dejjem nagħmel jien; jien, tibżax, immexxi kollox għall-aħjar fil-waqt tiegħu. Ħallini nagħmel jien, imbagħad tara kif kollox ikun għall-ġid tiegħek. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 67, silta mill-1 punt For this present life, you must not be concerned about anything except to make God reign in your heart by his grace and by the fullness of his love. It is for God that you ought to be living; it is the life of God that ought to be the life of your soul. You nourish the life of your soul with God’s life by being occupied with his holy presence as much as you are able. What characterizes the life of the saints is their continual

  • 36 SIGNUM FIDEI

    attention to God; this ought also to be true of souls consecrated to God, who seek only to do his holy will, to love him, and to cause him to be loved by others.

    TALBA

    Mulej mhux ser nitolbok biex twarrab minni s-sofferenzi,

    imma se nitolbok biex qatt ma tabbandunani

    fin-niket tiegħi! Bro. Louis

    Missierna ...

    Il-Ħadd, 19 ta’ Ġunju It-Tnax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Żakkarija 12: 10,11-; 13:1 Huma jħarsu lejn dak li jkunu nifdu. 2. Salm 62 :2-9 Ruħi bil-għatx għalik, Mulej, Alla tiegħi. 3. Galatin 3: 26-29 Intom, li intom mgħammda fi Kristu, ilbistu ’l Kristu. 4. Luqa 9: 18-24 “Inti l-Messija ta’ Alla.” Jeħtieġ li Bin il-Bniedem ibati ħafna Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

    Impressjonanti l-fatt li Ġesù f’dan it-test tal-Vanġelu jħoss il-bżonn li jistaqsi lid-dixxipli tiegħu: “Min jgħidu n-nies li jien?” u “intom, min tgħidu li jien?”. Avolja nistgħu neskludu li dan hu xi stħarriġ soċjoloġiku, jew xi sforz min naħa tar-Rabbi biex jikkoreġi l-idejat żbaljati li d-dixxipli tiegħu kellhom dwaru u dwar il-missjoni tiegħu, xorta jibqa’ d-dubju: kien hemm bżonn jagħmel mistoqsija daqshekk tqila lil dawk l-imsejkna dixxipli? Forsi l-Mulej ma kienx jaf diġa r-risposta? Mhux hu l-uniku Iben ta’ dak Alla wieħed li għall-mistoqsija ta’ Mose` wieġeb “Jien Hu li Hu”?

    Fir-rejalta nifhmu din il-provokazzjoni ta’ Ġesù bl-aħħar affermazzjoni “Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isalvaha.” (Lq 9:24). M’hemmx dubju li l-mistoqsijiet kollha ta’ Ġesù fil-fatt għandhom x’jaqsmu mal-kwistjoni radikali tas-salvazzjoni: kien hekk għal

  • SIGNUM FIDEI 37

    żmienu u jibqa’ hekk illum ukoll. Illum għal din l-espressjoni evanġelika “issalva jew titlef ħajtek” il-bniedem jippreferi jsib il-punti ta’ riferiment għall-ferħ, fih innifsu biss – f’din id-dinja mhux fl-oħra. Speċi ta’ awto-krejazzjoni li tagħmel lill-bniedem, anzi lill-individwu protagonist assolut.

    Il-bniedem ta’ llum ma jafdax, suspettuż, anke lejn Alla li fl-omnipotenza tiegħu jitqies bħala theddida għal-liberta tiegħu, u lejn il-bnedmin l-oħra. Lil dawk li jinagħlqu fihom infushom jippruvaw isalvaw ħajjithom, Alla jirrispondi billi jibgħat lil Ibnu li jidħol f’relazzjoni mad-dinja, b’tant liberta u b’mod tant miftuħ li jiskandaliżża lill-għorrief; li jorbot il-ħajja divina tiegħu ma dik tal-midinbin, tant li jaħsbuħ wieħed minnhom. Id-destin tiegħu ma dak tal-bniedem, tant li jaqsam miegħu it-tmiem traġiku.

    Dan jiġri għax Alla, la darba ħalaqna ma jistax jgħaddi mingħajrna. Propju bħal missier li m’hemmx bżonn ikollu iben biex jgħix, imma wara li jkun nisslu ma jistax jgħix mingħajru: għalhekk Ġesù mibgħut ta’ Alla fit-toroq tad-dinja jiltaqa’ mal-merħla mxerrda tal-umanita u jkompli dejjem jistaqsi lil kull persuna din il-mistoqsija “Min jien għalik?” Għax biss meta ninfetħu għall-oħrajn, biss meta naċċettaw li huma huma li jgħidulna min aħna, nagħmlu s-salvazzjoni tagħna possibbli. Dan li jfisser noħorġu minna nfusna, nirrifjutaw li nsalvaw ruħna waħedna mingħajr l-oħrajn jew saħansitra kontra l-oħrajn; dan ifisser li l-ferħ, is-sodisfazzjon u l-ġid huma asppirazzjonijiet tajbin, imma bil-patt li jinqasmu bejn kulħadd. Hekk ifisser li naċċettaw li anke l-ieħor, dak li hu differenti, il-barrani, mhux biss l-għeżież tagħna, jgħidulna min aħna.

    Ftit jimporta jekk it-tweġibiet tagħna jkunu bla ħeġġa, fqar, jew inkella bħal dik ta’ Pietru, ma jkunux eżatti.

    Ġesù ma jiskandaliżżax ruħu, għal kuntrarju jeħodhom bis-serjeta għax juru s-sitwazzjoni fqira tagħna ta’ nies imbegħdin minn Alla u mit-tajjeb tant li naħsbuh il-kuntrarju. Madankollu f’dan id-djalogu mal-umanita, Ġesù ma jċedix għat-tifħir tal-opinjoni pubblika ta’ żmienu “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti ta' l-imgħoddi ” (Lq 9:19) u lanqas għall-aspettativi messjaniċi tad-dixxipli “Inti l-Messija ta' Alla." (Lq 9 :20), għaliex jikkonfronta lilu nnifsu mhux biss mal-oħrajn li huma aħna, imma mal-Ieħor li hu Missieru : mhux ta’ b’xejn Luqa jemfasiżża li Ġesù kien għadda l-lejl jitlob !

    Meta nqabblu lilna nfusna li bil-biża’ li niġu mwarrbin, nadattaw ħajjitna għall-gideb rassikuranti tal-opinjoni pubblika : li bil-biża’ li niġu abbandunati nikkundizzjonaw l-għażliet tagħna għar-rikatti ta’ dawk li nħobbu, Ġesù jħalli li ħajtu u l-għażliet li tiegħu jiddependu biss minn Alla, u jibqa’ dejjem fidil lejh, u mill-oħrajn li jibqa’ f’solidarjeta magħhom sal-aħħar.

    Għalhekk Hu, l-uniku bniedem ħieles fl-istroja kollha, jista’ jaċċetta li « ibati ħafna, jiċħduh » sa ma « joqtluh » u b’hekk jgħaqqad l-innoċenza tiegħu mal-ħtija tal-umanita, biċ-ċertezza li « fit-tielet jum, iqum » billi jadatta ħajtu sal-aħħar mal-wegħda divina.

  • 38 SIGNUM FIDEI

    Għalhekk id-destin tagħna jiddependi mhux biss mis-suċċess personali, imma billi npoġġu ruħna f’pożizzjoni li nkunu nistgħu nimxu wara l-Mulej, bħalu naċċettaw li niċħdu lilna nfusna, bħalu nilqgħu is-salib għas-salvazzjoni tad-dinja.

    Minn “La Realta` e` Cristo”, Don Davide Rota Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 104, silta mit-2 punt This offering that the Son of God made to his Father was at that moment only an interior one, although it was made exteriorly on the part of the Most Blessed Virgin. Jesus was waiting to make the exterior offering of himself on the tree of the cross before the eyes of all the world. You offered yourself to God when you left the world. Did you hold back anything at that time? Did you give yourself entirely to him? Have you taken back nothing of the offering you made to God at that time? You must not be content to have made this offering to God once. Renew it daily, and consecrate all your actions to him by not performing any of them except for him.

    TALBA

    Qiegħed Mulej fi qlubna, xewqat li inti tista’ ttemm.

    Qiegħed fuq xofftejna talb li tista’ tisimgħu.

    Qiegħed f’dak li nagħmlu għemejjel li tista’ tberkhom.

    Il-Liturġija Spanjola Możarabika

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 39

    It-Tnejn, 20 ta’ Ġunju Il-Beatu Patrizju u sħabu – martri

    San Silverju, Papa - martri

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2Slaten 17: 5-8,13-15a,18 Il-Mulej inkorla sewwa għal Iżrael, u warrabhom minn quddiem wiċċu, u baqgħet weħidha t-tribù ta’ Ġuda. 2. Salm 59 : 3-5,12,13 Mulej, għinna bil-leminija tiegħek u weġibna! 3. Mattew 7: 1-5 Neħħi l-ewwel it-travu li għandek f’għajnek int. SAN SILVERJU PAPA (+537) - martri Dan il-qaddis twieled fi Frosinone fl-Italja. Missieru kien il-Papa San Ormisda,

    li kien miżżewweġ qabel ma rċieva l-Ordni Sagri. Hu l-uniku każ fl-istorja fejn missier u ibnu kienu papiet u qaddisin.

    Silverju kien għadu suddjaknu meta laħaq Papa wara l-mewt ta’ San Agapitu I f’Kostantinopli. Il-pontifikat tiegħu kien qasir, b’kollox 16-il xahar (536-537), u kien fi żmien meta Ruma kienet amministrata mill-Goti, imma ftit wara l-qawwiet Bizantini tal-Imperatur Ġustinjanu okkupaw il-belt.

    Teodora, imperatriċi ta’ Kostantinopli, talbet lill-Papa Silverju li jerġa’ jqiegħed bħala isqof lil Antimo li kien imneħħi mis-setgħa mill-Papa Agapitu għax kien iżomm mal-eretiku Ewtike li kien jiċħad in-natura umana fi Kristu. Billi Silverju ma setax jilqa’ t-talba tagħha Teodora ppruvat tqiegħed lil Viġilju, arċidjaknu tal-Knisja ta’ Ruma bħala Papa bit-tama li dan jikkundanna l-Konċilju ta’ Kalċedonja li kien ħadha kontra t-tagħlim ta’ Ewtike.

    Bl-intriċċi ta’ Teodora, Silverju kien eżiljat f’Patara fl-Asja ż-Żgħira. L-isqof ta’ Patara għaraf sewwa l-innoċenza ta’ Silverju u għarraf lil Ġustinjanu, l-imperatur ta’ Kostantinopli, bil-fatti kollha. L-imperatur ordna li Silverju jintbagħat lura biex il-każ tiegħu jerġa’ jiġi studjat, imma kif il-Papa wasal Napli, kien maħtuf min-nies tar-re Belisarju u mitfugħ fuq il-gżira Palmarola fil-bajja ta’ Napli.

    Nieqes mill-ikel u mifni bil-bard u l-maltrattamenti, San Silverju Papa radd ruħu lill-Mulej fis-sena 537.

    Il-fdal tiegħu, midfun fil-bażilika Vatikana, sar famuż għall-mirakli li seħħew bl-interċessjoni tiegħu.

    Riflessjoni: F’dan il-kuntest mhux inutli nfakkru fir-rabta li teżisti bejn ġustizzja u ħniena. Mhumiex żewġ aspetti kontra xulxin, imma żewġ dimensjonijiet ta’ realtà waħda li tiżviluppa bil-mod il-mod sakemm tilħaq il-qofol tagħha fil-milja tal-imħabba. Il-

  • 40 SIGNUM FIDEI

    ġustizzja hi kunċett fundamentali għas-soċjetà ċivili meta, normalment, isir riferiment għall-ordni ġuridiku li bih tiġi applikata l-liġi. B’ġustizzja nifhmu anki li kulħadd jieħu dak li ħaqqu. Fil-Bibbja, ħafna drabi jissemma l-ħaqq divin u Alla bħala mħallef. Hemm normalment wieħed jifhem l-osservanza sħiħa tal-liġi u l-imġiba ta’ Israelita tajjeb li joqgħod għall-kmandamenti mogħtija minn Alla. Imma din il-viżjoni mhux darba jew tnejn wasslet lill-bniedem biex jaqa’ fil-legaliżmu, għax tilef is-sens