16
Paġna 1 | 1. INTRODUZZJONI Is-swieq tas-servizzi huma ċentrali għall- ekonomija tal-UE peress li jirrappreżentaw 71 % tal-valur miżjud tal-UE u 68 % tal- impjiegi tal-UE 1 . Għaldaqstant, swieq tas- servizzi li jaħdmu kif suppost u kompetittivi huma essenzjali għat-tkabbir u għall-impjiegi fl-UE. Biex jintlaħaq il-potenzjal sinifikanti ta’ tkabbir u tal-impjiegi tas-swieq tas- servizzi, ir-regolamentazzjoni trid tlaħħaq mad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi u mal- integrazzjoni dejjem akbar tas-servizzi u tal-industriji tal-manifattura. Illum hemm diversi fatturi li qed irażżnu l- prestazzjoni tas-swieq tas-servizzi fl- Ewropa. Dawn jinkludu pressjonijiet kompetittivi baxxi, tkabbir baxx fil- produttività, nuqqas ta’ investimenti u ta’ kummerċ transfruntiera u mobilità batuta tas-suq tax-xogħol (ara t-taqsima 2). Dawn l-isfidi huma parzjalment dovuti għal restrizzjonijiet regolatorji u għal proċeduri amministrattivi għaljin li jirriżultaw mill- politiki u mir-regolamentazzjoni tas- servizzi tal-Istati Membri tal-UE (ara t- taqsima 3). Diversi analiżijiet juru li r-riforma fir- regolamentazzjoni tas-servizzi u fil- proċeduri amministrattivi tal-Istati Membri twassal għal eżiti ekonomiċi pożittivi. It- tnaqqis tar-restrizzjonijiet regolatorji u amministrattivi fuq is-swieq tas-servizzi 1 Il-pajjiżi koperti bid-dejta ta’ din l-iskeda informattiva huma tal-UE-28, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. jwassal għal kompetizzjoni akbar, għal produttività ogħla, għal servizzi aktar affordabbli u għal għażla akbar għall- konsumaturi. Iż-żieda tal-produttività f’dan is-settur li qed jikber hi fundamentali biex jiġu żgurati impjiegi ta’ kwalità u pagi għoljin u jingħata aċċess eħfef għas-swieq tax-xogħol, b’mod partikolari liż-żgħażagħ. Il-produttività fis-settur tas-servizzi għandha riperkussjonijiet importanti għall- industrija tal-manifattura tal-Ewropa. L- industriji tal-manifattura huma fost l-akbar konsumaturi ta’ servizzi fl-Ewropa u r- regolamentazzjoni antikompetittiva fis- settur tas-servizzi żżid il-kost tas-servizzi li jixtru 2 . Id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi qed tbiddel il-mod li bih jitwasslu s-servizzi kif ukoll il- mod li bih tinħoloq id-domanda għal servizzi ġodda, inkluż fl-ekonomija kollaborattiva. Għamlet is-servizzi aktar kummerċjabbli wkoll peress li għamlitha eħfef li jiġu pprovduti fuq distanza. Ir-regolamentazzjoni taqdi rwol importanti fil-ħarsien tal-objettivi tal-ordni pubbliku, fil-protezzjoni tal-konsumatur, fis-sigurtà pubblika u fil-protezzjoni tas-saħħa u tal- ambjent. Il-valutazzjonijiet bejn il-pajjiżi juru li dawn l-objettivi jistgħu jintlaħqu b’livelli differenti ta’ regolamentazzjoni li 2 Il-valuri tal-moltiplikaturi għas-servizzi, li jvarjaw minn 1.6 (proprjetà immobbli) sa 2.5 (trasport bl-ajru), huma konsiderevoli għas- setturi prijoritarji tal-kostruzzjoni (2.3), għas- servizzi tan-negozji (1.9) u għas-servizzi għall- konsumatur (1.8). Ikkalkolati għall-2011 għall- UE-27. Sors tad-dejta: World Input-Output Database (WIOD). SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW IS-SWIEQ TAS-SERVIZZI

SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA TAS-SEMESTRU EWROPEW · Paġna 1 | 1. INTRODUZZJONI Is-swieq tas-servizzi huma ċentrali għall-ekonomija tal-UE peress li jirrappreżentaw 71 % tal-valur

Embed Size (px)

Citation preview

Paġna 1 |

1. INTRODUZZJONI

Is-swieq tas-servizzi huma ċentrali għall-

ekonomija tal-UE peress li jirrappreżentaw 71 % tal-valur miżjud tal-UE u 68 % tal-

impjiegi tal-UE1. Għaldaqstant, swieq tas-servizzi li jaħdmu kif suppost u

kompetittivi huma essenzjali għat-tkabbir u għall-impjiegi fl-UE.

Biex jintlaħaq il-potenzjal sinifikanti ta’ tkabbir u tal-impjiegi tas-swieq tas-

servizzi, ir-regolamentazzjoni trid tlaħħaq mad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi u mal-

integrazzjoni dejjem akbar tas-servizzi u tal-industriji tal-manifattura.

Illum hemm diversi fatturi li qed irażżnu l-prestazzjoni tas-swieq tas-servizzi fl-

Ewropa. Dawn jinkludu pressjonijiet kompetittivi baxxi, tkabbir baxx fil-

produttività, nuqqas ta’ investimenti u ta’ kummerċ transfruntiera u mobilità batuta

tas-suq tax-xogħol (ara t-taqsima 2).

Dawn l-isfidi huma parzjalment dovuti għal

restrizzjonijiet regolatorji u għal proċeduri amministrattivi għaljin li jirriżultaw mill-

politiki u mir-regolamentazzjoni tas-servizzi tal-Istati Membri tal-UE (ara t-

taqsima 3).

Diversi analiżijiet juru li r-riforma fir-

regolamentazzjoni tas-servizzi u fil-proċeduri amministrattivi tal-Istati Membri

twassal għal eżiti ekonomiċi pożittivi. It-tnaqqis tar-restrizzjonijiet regolatorji u

amministrattivi fuq is-swieq tas-servizzi

1 Il-pajjiżi koperti bid-dejta ta’ din l-iskeda

informattiva huma tal-UE-28, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

jwassal għal kompetizzjoni akbar, għal produttività ogħla, għal servizzi aktar

affordabbli u għal għażla akbar għall-

konsumaturi. Iż-żieda tal-produttività f’dan is-settur li qed jikber hi fundamentali

biex jiġu żgurati impjiegi ta’ kwalità u pagi għoljin u jingħata aċċess eħfef għas-swieq

tax-xogħol, b’mod partikolari liż-żgħażagħ.

Il-produttività fis-settur tas-servizzi

għandha riperkussjonijiet importanti għall-industrija tal-manifattura tal-Ewropa. L-

industriji tal-manifattura huma fost l-akbar konsumaturi ta’ servizzi fl-Ewropa u r-

regolamentazzjoni antikompetittiva fis-settur tas-servizzi żżid il-kost tas-servizzi

li jixtru2.

Id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi qed tbiddel

il-mod li bih jitwasslu s-servizzi kif ukoll il-mod li bih tinħoloq id-domanda għal

servizzi ġodda, inkluż fl-ekonomija kollaborattiva. Għamlet is-servizzi aktar

kummerċjabbli wkoll peress li għamlitha eħfef li jiġu pprovduti fuq distanza.

Ir-regolamentazzjoni taqdi rwol importanti fil-ħarsien tal-objettivi tal-ordni pubbliku,

fil-protezzjoni tal-konsumatur, fis-sigurtà pubblika u fil-protezzjoni tas-saħħa u tal-

ambjent. Il-valutazzjonijiet bejn il-pajjiżi juru li dawn l-objettivi jistgħu jintlaħqu

b’livelli differenti ta’ regolamentazzjoni li

2 Il-valuri tal-moltiplikaturi għas-servizzi, li jvarjaw minn 1.6 (proprjetà immobbli) sa 2.5

(trasport bl-ajru), huma konsiderevoli għas-setturi prijoritarji tal-kostruzzjoni (2.3), għas-servizzi tan-negozji (1.9) u għas-servizzi għall-konsumatur (1.8). Ikkalkolati għall-2011 għall-

UE-27. Sors tad-dejta: World Input-Output Database (WIOD).

SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA

TAS-SEMESTRU EWROPEW

IS-SWIEQ TAS-SERVIZZI

Paġna 2 |

jimponu anqas jew aktar restrizzjonijiet fuq il-fornituri ta’ servizzi (ara t-taqsima

4). Ir-regolamentazzjoni intelliġenti li

tiffavorixxi t-tkabbir tiżgura li l-objettivi tal-politika jiġu ssodisfati filwaqt li l-

kostijiet tar-restrizzjonijiet regolatorji jinżammu għal minimu.

Is-servizzi kummerċjali, il-kostruzzjoni u

s-servizzi għall-konsumaturi huma fost l-aktar ekonomikament importanti fl-UE.

Is-servizzi kummerċjali jinkludu firxa ta’ attivitajiet professjonali, xjentifiċi u

tekniċi kif ukoll servizzi amministrattivi u ta’ appoġġ3. Dawn huma parti kbira mill-

ekonomija tal-UE, u jipproduċu 12.8 % tal-valur miżjud tal-UE u 13.7 % tal-

impjiegi totali, hekk kif jirrappreżentaw 31

miljun impjieg. Dawn jikkostitwixxu inputs importanti fis-settur tal-manifattura. Illum

il-ġurnata, 16 % tal-valur medju ta’ prodott manifatturat fl-UE hu ġġenerat

mill-attivitajiet tas-servizzi kummerċjali4. Ħafna mis-servizzi ta’ valur miżjud għoli

għan-negozji huma pprovduti minn professjonijiet regolati (ara aktar ’il

quddiem).

Is-servizzi tal-kostruzzjoni huma vitali

għall-ekonomija tal-UE. Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni mwettqa mill-bennejja u mill-

iżviluppaturi jirrappreżentaw 5.3 % tal-valur miżjud tal-UE u 6.3 % tal-impjiegi

tal-UE. Is-settur tal-kostruzzjoni tal-UE

jagħti xogħol lil 14-il miljun ruħ.

Is-servizzi għall-konsumatur jirrappreżentaw 4.5% mill-valur miżjud

totali tal-UE u jħaddmu lil 8.6 % tal-forza tax-xogħol b’rappreżentazzjoni sinifikanti

ta’ impjegati fil-grupp ta’ età 15-24 sena.

Aktar minn 3.5 miljun kumpanija fil-livell tal-konsumatur jaġixxu bħala intermedjarji

bejn eluf ta’ fornituri ta’ prodotti u miljuni ta’ konsumaturi. Il-kummerċ elettroniku, li

qed jikber b’rata ta’ 12 % fis-sena,

3 Is-servizzi kummerċjali huma ddefiniti bħala s-setturi M, N77-78, N80-82 u J62-63 bl-użu

ta’ “Nace Rev.2 — Klassifikazzjoni statistika tal-

attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea”, Eurostat, il-Lussemburgu, 2008. 4 Il-Konsorzju Ewropew għall-Politika Industrijali Sostenibbli (ECSIP), “Study on the relation between industry and services in terms of productivity and value creation”, 2014.

jipprovdi opportunitajiet għall-bejgħ bl-imnut tradizzjonali, iżda anki xi sfidi. Żied

is-suq potenzjali għall-bejjiegħa bl-imnut u

l-firxa ta’ prodotti disponibbli għall-konsumaturi5.

Madwar 22 % ta’ dawk impjegati fl-UE

jaħdmu fi professjoni regolata6. Ir-regolamentazzjoni tas-servizzi

professjonali teżisti fis-setturi kollha tal-ekonomija. Is-settur tas-servizzi tas-saħħa

u soċjali, li jinkludi t-tobba u d-dentisti,

jirrappreżenta 40 % tal-professjonijiet regolati kollha (skont in-numru ta’

professjonijiet). Wara dan, is-servizzi kummerċjali, bħal avukati, kontabilisti,

inġiniera u periti, jirrappreżentaw 15 % minn dak it-total, segwiti mis-settur tat-

trasport (kważi 10 %), mis-settur tas-servizzi pubbliċi u tal-edukazzjoni (9 %), u

mill-kostruzzjoni (7 %)7.

Fil-livell tal-UE, id-Direttiva dwar is-

Servizzi adottata fl-2006, li tkopri 47 % tal-valur miżjud tal-UE, tipprovdi qafas

għar-regolamentazzjoni nazzjonali tas-servizzi. Din irriżultat fit-tneħħija ta’ ħafna

ostakli regolatorji mill-Istati Membri, kif

ukoll fi proċeduri amministrattivi simplifikati. Id-Direttiva dwar ir-

Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, riveduta fl-2013, issostni l-mobilità tal-

professjonisti billi tippermetti r-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali

madwar l-Istati Membri u stabbilixxiet

5 Fl-2016, 22 % tal-kumpaniji fil-livell tal-konsumatur kienu jbigħu online, kontra 18 %

għall-ekonomija tal-UE sħiħa. Dan l-ammont ilu jiżdied b’mod kostanti mill-2010, meta kien ta’ 11.7 %. Il-valur tal-bejgħ online kważi rdoppja

bejn l-2011 u l-2016, u laħaq il-EUR 204 biljun fl-2016. Madankollu, il-kummerċ elettroniku għadu biss frazzjoni mis-suq tal-konsumaturi.

Il-valur tal-bejgħ ibbażat mill-ħwienet fl-2016 kien ta’ kważi EUR 2 300 biljun, 11-il darba l-valur tal-bejgħ online. Sorsi: Euromonitor u Eurostat. 6 TNS Opinion, “Measuring the prevalence of occupational regulation: ad-hoc survey for the European Commission”, April 2015,

pubblikazzjoni pendenti. Skont l-analiżi f’M.

Koumenta u M. Pagliero, “Measuring Prevalence and Labour Market Impacts of

Occupational Regulation in the EU”, 2016. 7 Il-bażi ta’ dejta Ewropea ta’ professjonijiet regolati (http://ec.europa.eu/growth/tools-databases/regprof/).

Paġna 3 |

qafas biex jiġi żgurat li r-regolamentazzjoni nazzjonali tas-servizzi

professjonali tkun proporzjonata.

F’Jannar 2017, il-Kummissjoni ppreżentat

il-Pakkett dwar is-Servizzi li inkluda rakkomandazzjonijiet ta’ riforma għall-

Istati Membri u tliet proposti leġiżlattivi biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq

uniku tas-servizzi8. Inizjattivi oħra ppreżentati dan l-aħħar jinkludu

komunikazzjoni dwar l-iżvilupp tal-

ekonomija kollaborattiva, proposta għal regolament rigward l-imblukkar

ġeografiku, li magħhom għandha tiżdied inizjattiva pendenti tal-Kummissjoni li

tistabbilixxi l-aħjar prattiki li jiffaċilitaw l-istabbiliment u l-operat ta’ servizzi għall-

konsumaturi.

2. L-ISFIDI TAL-POLITIKA: ĦARSA

ĠENERALI LEJN IL-PRESTAZZJONI FIL-PAJJIŻI TAL-UE

Is-swieq tas-servizzi tal-UE għadhom qed

jaffaċċjaw numru ta’ sfidi li jxekklu t-

tkabbir tas-settur. Dawn jinkludu pressjonijiet kompetittivi baxxi, tkabbir

baxx fil-produttività, nuqqas ta’ integrazzjoni ta’ servizzi transfruntiera u

mobilità batuta tas-suq tax-xogħol għall-professjonisti.

2.1. Pressjonijiet kompetittivi baxxi

Il-pressjonijiet kompetittivi jixprunaw l-innovazzjoni u l-prestazzjoni, billi jagħtu

lill-konsumaturi aċċess għal firxa usa’ ta’ servizzi bi prezzijiet orħos. Il-

kompetizzjoni tixpruna l-produttività billi

tiżgura li ditti anqas produttivi jittiħdilhom posthom minn oħrajn ġodda produttivi

maż-żmien, u billi toħloq inċentivi għad-ditti biex jinvestu fit-tnaqqis tal-kostijiet u

f’servizzi u fi prodotti innovattivi li jsaħħu l-produttività.

Fost l-indikaturi li jistgħu jintużaw biex juru l-forzi tas-suq hemm ir-rati ta’

8 Il-Kummissjoni Ewropea, “Ekonomija tas-servizzi effikaċi għall-Ewropej”, 2017, http://europa.eu/rapid/press-release_IP-17-23_mt.htm.

attrizzjoni tas-suq9 u r-rati operatorji

gross10

. Ir-rati ta’ attrizzjoni u r-rati ta’

profitt diżaggregati skont is-setturi tas-servizzi jvarjaw ħafna bejn l-Istati Membri

u s-setturi tas-servizzi. Differenzi kbar fir-rati ta’ attrizzjoni jew fir-rati ta’ profitt

jirriflettu gradi li jvarjaw ta’ pressjoni kompetittiva. Suq aktar integrat ikun

mistenni jara konverġenza ta’ dawn l-indikaturi bejn l-Istati Membri.

Għal attivitajiet ekonomiċi partikolari b’livell għoli ta’ restrizzjonijiet regolatorji,

l-Illustrazzjoni 1 turi r-rata ta’ attrizzjoni medja tan-negozji fil-livell tal-UE meta

mqabbla ma’ dik tal-ekonomija kummerċjali totali. Bl-eċċezzjoni tas-

setturi tal-kostruzzjoni u fil-livell tal-

konsumaturi, is-setturi tas-servizzi l-oħra kollha għandhom rata ta’ attrizzjoni

kummerċjali inferjuri mill-ekonomija kummerċjali totali, jiġifieri anqas dawran

tal-kumpaniji. Din tista’ tindika dinamiżmu relattivament inferjuri jew kompetizzjoni

relattivament inferjuri f’dawn is-setturi milli fil-bqija tal-ekonomija.

9 Ir-rati ta’ attrizzjoni tas-suq huma ddefiniti

bħala s-somma tar-rati ta’ twelid u ta’ mortalità espressi bħala perċentwal tan-numru totali ta’

ditti attivi f’industrija. 10 Ir-rata operatorja gross hi ddefinita bħala l-proporzjon ta’ surplus operatorju gross għall-fatturat u hi indikatur tal-profitti.

Paġna 4 |

Illustrazzjoni 1 — Ir-rata ta’ attrizzjoni kummerċjali f’attivitajiet ekonomiċi partikolari, UE-28, 2014 (%)

Sors: Eurostat, kalkoli proprji.

10,0 12,0 14,0 16,0 18,0 20,0

Attivitajiet legali

Attivitajiet ta' kontabbiltà udawk relatati

Attivitajiet fil-proprjetàimmobbli

Attivitajiet marbutin mal-arkitettura

Attivitajiet ta' inġinerija udawk relatati

Aġenziji tal-ivvjaġġar,servizzi ta' prenotazzjoni tal-

aġenziji tal-ivvjaġġar uattivitajiet relatati

Kummerċ bl-imnut

Il-kostruzzjoni

Ekonomija tan-negozju ħliefgħall-attivitajiet tal-kumpaniji azzjonarji

Paġna 5 |

Indikatur ieħor tal-intensità tal-kompetizzjoni hu l-profitti ġġenerati fil-

livell settorjali. Profitti relattivament

ogħla jindikaw li l-kumpaniji qed jiġġeneraw marġini ogħla, jiġifieri

valutazzjonijiet pożittivi ogħla fuq il-prezz fuq il-kost tas-servizzi/tal-prodotti

tagħhom, għad-detriment tal-konsumaturi.

Għall-UE sħiħa, l-Illustrazzjoni 2 turi r-rati

operatorji gross fis-setturi magħżula, meta

mqabbla mar-rata medja għall-ekonomija kummerċjali sħiħa. Ir-rata operatorja

gross hi indikatur li jkejjel il-profitt ta’ kumpanija fuq il-fatturat tagħha. Ħafna

mis-setturi tas-servizzi tal-UE għandhom rati operatorji gross ogħla mill-ekonomija

inġenerali, li jissuġġerixxu livelli anqas ta’ kompetizzjoni.

Illustrazzjoni 2 — Ir-rata operatorja gross f’attivitajiet ekonomiċi partikolari, UE-28, 2014 (%)

Sors: Eurostat, kalkoli proprji.

2.2. Tkabbir baxx fil-produttività

Minkejja xi titjib fil-produttività tax-xogħol għal kull persuna impjegata mill-2008 sal-

2013, f’ċerti pajjiżi, it-tkabbir fil-produttività tax-xogħol fis-settur tas-

servizzi tal-UE ġie megħlub minn setturi oħra, li jinkludu dak tal-manifattura

11.

Id-dejta tal-OECD12

turi tkabbir annwali

medju fil-produttività tax-xogħol tal-manifattura (2001-2013) ta’ 2.6 %,

filwaqt li ħafna mis-setturi tas-servizzi esperjenzaw tkabbir ta’ anqas minn 1 %,

jew saħansitra tnaqqis, tul dan il-perjodu.

11 Il-Kummissjoni Ewropea SWD(2015) 203,

“Report on Single Market Integration and Competitiveness in the EU and its Member States”, li jakkumpanja l-Komunikazzjoni

COM(2015) 550, “Naġġornaw is-Suq Uniku:

opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji”. 12 L-istatistiki tal-OECD dwar il-Produttività u l-KUL skont l-attività ekonomika ewlenija (http://stats.oecd.org/Index.aspx?DataSetCode=PDBI_I4).

Paġna 6 |

Illustrazzjoni 3 — It-tkabbir fil-produttività settorjali għal kull persuna, UE-28 (tibdil annwali medju f’%, 2011-2016)

Sors: Eurostat, kalkoli proprji.

L-Illustrazzjoni 3 tqabbel it-tkabbir fil-

produttività tax-xogħol fl-UE fost is-setturi tas-servizzi u fil-manifattura.

Mhux talli l-produttività tax-xogħol tas-servizzi hi anqas minn

dik tal-manifattura. Iżda anki t-tkabbir

tagħha baqa’ lura meta mqabbel mat-tkabbir fil-produttività tal-manifattura.

Illustrazzjoni 4 — It-tkabbir fil-KUL settorjali, UE-28 (tibdil annwali medju f’%, 2011-

2016)

Sors: Eurostat, kalkoli proprji.

Paġna 7 |

L-Illustrazzjoni 4 tippreżenta l-kostijiet ta’ unità lavorattiva (KUL) f’livell settorjali fis-

servizzi kif ukoll dawk fil-manifattura. It-

tqabbil bejn l-iżviluppi fil-produttività u t-tendenzi ta’ kumpens għall-ħaddiema jista’

jitqies bħala indikatur tat-titjib fil-kompetittività. F’termini tar-relazzjoni bejn

l-iżviluppi fil-produttività tax-xogħol u l-kumpens għall-ħaddiema, l-evidenza

riċenti13 turi li l-produttività tax-xogħol fis-servizzi tas-suq qabeż il-kumpens għall-

ħaddiema f’pajjiżi bħall-Portugall, Spanja,

Ċipru u l-Greċja biss14. Dawn il-pajjiżi esperjenzaw pressjonijiet kbar tas-suq u

għaddejjin minn aġġustamenti kbar fil-kompetittività. It-telf fil-kompetittività ta’

qabel il-kriżi kien ikkawżat minn żidiet kbar fil-KUL fis-servizzi. Setturi importanti

tas-servizzi għadhom qed juru ċerta reżistenza għall-aġġustament, kif jista’

jidher fit-tqabbil bejn il-Figuri 3 u 4. Dan

hu l-każ b’mod partikolari fis-servizzi kummerċjali u fil-bejgħ bl-imnut.

2.3. Nuqqas ta’ integrazzjoni ta’

servizzi transfruntiera

Għad li skont in-natura tagħhom is-

servizzi huma anqas kummerċjabbli mill-prodotti, dawn l-aħħar snin il-kummerċ

fis-servizzi kiber madwar id-dinja kollha.

L-integrazzjoni tal-kummerċ jista’

jintuża bħala kejl ta’ kemm in-negozji jistgħu jaċċessaw lil klijenti potenzjali fi

Stati Membri oħra. B’6.6 %, l-integrazzjoni tal-kummerċ15 tas-servizzi madwar l-UE

għadha konsiderevolment lura meta mqabbla ma’ dik tal-prodotti (20.6 %).

13 Il-Kummissjoni Ewropea, “Quarterly Report on the Euro Area”, Volum 14, Nru 2, 2015. 14 Minkejja l-fatt li l-aġġustament b’saħħtu fil-

pagi fil-Greċja ma kienx akkumpanjat minn titjib fil-produttività tax-xogħol tas-servizzi. 15 Definita bħala l-medja tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet intra-UE diviża bil-PDG (2015, UE-28) (Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku 2017).

L-investimenti transfruntiera16 fis-servizzi jinsabu fil-livell ta’ 12% u wkoll

huma baxxi b’mod sproporzjonat meta

mqabbla mal-prodotti (17 %).

Filwaqt li wħud minn dawn id-differenzi huma dovuti għall-kummerċjabbiltà anqas

tas-servizzi, iċ-ċifri jindikaw li l-fornituri ta’ servizzi ma jistgħux jisfruttaw bis-sħiħ il-

potenzjal li joffrilhom is-suq uniku.

2.4. Mobilità batuta tas-suq tax-

xogħol għall-professjonisti

Il-mobilità tas-suq tax-xogħol hi

determinant importanti tal-produttività li ttejjeb it-tkabbir17. Mhux talli tgħin biex

jitneħħew id-diskrepanzi fil-ħiliet u tnaqqas in-nuqqas ta’ ħaddiema. Din

tibbilanċja wkoll id-domanda għall-ħaddiema bejn l-Istati Membri.

Fil-każ ta’ professjonijiet regolati, il-professjonisti minn Stati Membri oħra jaf

ikollhom jgħaddu mill-proċess ta’ rikonoxximent. Spiss dan ikun jeħtieġ il-

ħlas ta’ tariffi sostanzjali u jista’ jieħu ħafna żmien u jkun impenjattiv. Dan

jaffettwa b’mod dirett il-mobilità tal-professjonisti, u jħalli effett

konsegwenzjali fuq l-ammont ta’ ħiliet

disponibbli għan-negozji.

Minkejja r-rati għolja ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali ffaċilitati mid-

Direttiva modernizzata tal-UE dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali18,

16 Is-sehem tal-valur miżjud iġġenerat mill-intrapriżi kkontrollati minn Stat Membru ieħor tal-UE — stabbiliment sekondarju. Is-setturi

tas-servizzi inklużi ta’ Nace Rev. 2 huma D-J, L-N u S95 (sors: Eurostat, 2014). Ma hemm ebda dejta disponibbli dwar il-forniment ta’

servizzi transfruntiera mingħajr stabbiliment minn qabel. 17 OECD, “The future of productivity”, 2015. 18 Mill-2013 sal-2015, mill-175 900 każ ta’

applikazzjonijiet għal rikonoxximent irreġistrati fil-bażi ta’ dejta dwar professjonijiet regolati,

kważi 84 % (147 500) ġew konklużi

b’deċiżjoni, pożittiva (78.7 %) jew negattiva (5.1 %). Is-16 % li jifdal (28 400 każ) ma

ġewx solvuti (ebda deċiżjoni), qed jiġu eżaminati jew huma soġġetti għal appell. Sors: Il-bażi ta’ dejta Ewropea ta’ professjonijiet regolati:

Paġna 8 |

il-mobilità tal-ħaddiema għadha baxxa. Fl-2015, fi ħdan l-ekonomija kummerċjali

sħiħa, 3.6 % ta’ dawk impjegati fl-UE

kienu ċittadini tal-UE minn Stat Membru ieħor. Din hi anqas miċ-ċifra għall-periti

(6.5 %), iżda ogħla minn dik għall-attivitajiet kontabilistiċi (3.2 %), għall-

attivitajiet tal-proprjetà immobbli (2.8 %), għall-inġinerija ċivili (2.3 %) u għall-

attivitajiet legali (1.6 %).

3. GĦODOD TA’ POLITIKA GĦALL-

INDIRIZZAR TAL-ISFIDI POLITIĊI

L-isfidi deskritti hawn fuq huma sa ċertu punt riżultat tal-politiki regolatorji u

amministrattivi tal-Istati Membri tal-UE.

L-indirizzar ta’ dawn l-isfidi ser ikollu ħafna

effetti pożittivi. Jista’ jintuża numru ta’ għodod ta’ politika biex isir progress fil-

modernizzazzjoni tar-regolamenti dwar is-servizzi madwar l-UE.

3.1. Ir-riformi fis-settur tas-servizzi b’bini fuq l-implimentazzjoni tad-

Direttiva dwar is-Servizzi

L-evidenza ekonomika turi li hemm lok sinifikanti għal riformi fis-servizzi lil hinn

mir-rekwiżiti legali minimi tad-Direttiva

dwar is-Servizzi.

L-awtorizzazzjonijiet meħtieġa min-negozji biex joffru s-servizzi tagħhom

jistgħu jservu objettivi ta’ interess pubbliku, iżda jridu jkunu proporzjonati

biex jinkisbu ħalli l-kompetizzjoni ma tiġix

ristretta għalxejn. Ħafna Stati Membri implimentaw riformi profondi bl-għan li

jabolixxu l-awtorizzazzjonijiet jew jissostitwixxuhom ma’ obbligi ta’ notifika

jew ta’ dikjarazzjoni anqas onerużi, iżda hemm lok għal riformi ulterjuri f’ħafna

Stati Membri u setturi oħra. Id-Direttiva dwar is-Servizzi tistipula li l-Istati Membri

ma jistgħux jidduplikaw ir-rekwiżiti

ekwivalenti għal dawk li l-fornitur ta’ servizzi diġà kellu jissodisfa fi Stat

Membru ieħor. Madankollu, dan mhuwiex applikat biżżejjed fil-prattika għaliex il-

fornituri ta’ servizzi spiss iridu jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-kumpaniji

domestiċi, minkejja l-fatt li jaf diġà jkunu

(http://ec.europa.eu/growth/tools-databases/regprof/).

ssodisfaw rekwiżiti ekwivalenti jew simili fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.

Il-forma ġuridika u r-rekwiżiti tal-

parteċipazzjoni azzjonarja jxekklu ħafna l-libertà tal-istabbiliment fis-settur

tas-servizzi kummerċjali. Evalwazzjoni bejn il-pari fuq is-suġġett uriet li dawn ir-

rekwiżiti jaffettwaw kemm l-istabbiliment primarju kif ukoll dak sekondarju. Dawn

jillimitaw il-possibbiltajiet ta’ investiment, inaqqsu l-għażliet għall-mudelli

kummerċjali u jistgħu jagħmluha diffiċli jew saħansitra impossibbli biex jiġu

stabbiliti prattiki professjonali

multidixxiplinari u stabbiliment sekondarju. Il-varjazzjoni kbira fil-forma

ġuridika u fir-rekwiżiti tal-parteċipazzjoni azzjonarja bejn l-Istati Membri turi li

hemm lok għal valutazzjonijiet ulterjuri tal-proporzjonalità.

Il-kumpaniji li joffru servizzi kummerċjali jew servizzi tal-kostruzzjoni jsibu

diffikultajiet kbar biex jiksbu l-kopertura

legalment meħtieġa tal-assigurazzjoni għall-indennizz professjonali meta

jfittxu li joffru s-servizzi tagħhom fi Stat Membru ieħor.

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali għadha mhix ċara dwar ir-regoli li huma applikabbli għal

negozji li jipprovdu servizzi transfruntiera b’mod temporanju. Dan

hu b’mod partikolari l-każ fejn il-liġijiet

settorjali ma ġewx emendati biex jagħmlu distinzjoni ċara bejn ir-rekwiżiti applikabbli

għal kumpaniji li jfittxu li jistabbilixxu lilhom infushom u dawk li jfittxu li

jipprovdu servizzi transfruntiera b’mod temporanju. L-inċertezza li tirriżulta tfisser

li spiss l-awtoritajiet japplikaw rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni għall-fornituri ta’ servizzi

stabbiliti fi Stat Membru għal negozji li

jipprovdu servizzi transfruntiera. Ir-rekwiżiti regolatorji sproporzjonati li

jirriżultaw jistgħu jagħmluha ferm diffiċli biex jipprovdu servizzi transfruntiera fil-

prattika.

Wara l-adozzjoni tad-Direttiva dwar is-

Servizzi fl-2006, l-Istati Membri implimentaw riformi approfonditi, filwaqt li

adottaw aktar minn elf liġi. Fl-2012, valutazzjoni tal-Kummissjoni sabet li r-

riformi implimentati sa dak iż-żmien kienu

Paġna 9 |

ser iġibu żieda ta’ 0.8 % fil-PDG tul is-snin segwenti

19.

Il-valutazzjoni sabet ukoll li li kieku l-Istati Membri kienu aktar ambizzjużi fl-

implimentazzjoni tar-riformi (biex jilħqu l-

medja tal-5 Stati Membri l-anqas restrittivi), il-potenzjal addizzjonali tat-

tkabbir kien stmat għal 1.8 % tal-PDG tal-UE.

F’valutazzjoni aġġornata fl-2015, li tat

stima tal-impatt tar-riformi mill-2012 sal-

2014, instab li frazzjoni biss (0.1 %) mill-potenzjal ta’ 1.8 % tal-PDG issarrfet

f’realtà. Dawn ir-riżultati mhumiex sorprendenti meta wieħed iqis li r-riforma

matul dan il-perjodu ma kinitx indaqs, hekk kif ġiet primarjament implimentata fi

Stati Membri soġġetti għal programmi ta’ assistenza finanzjarja jew bħala parti minn

programmi nazzjonali komprensivi ta’ riforma

20.

Intwera21 li t-tnaqqis tal-ostakli regolatorji

fis-servizzi jżid ir-rati ta’ attrizzjoni speċifiċi għas-setturi, li min-naħa tagħhom

iwasslu għal żieda fl-effiċjenza allokattiva u għal tnaqqis fil-profittabilità, li jirriżultaw

fi prezzijiet orħos għall-konsumaturi. Dan jissostanzja s-suppożizzjoni teorika li

swieq aktar dinamiċi jixħtu pressjoni

kompetittiva akbar fuq ir-rati ta’ profitt filwaqt li jikkontribwixxu għal użu aktar

effiċjenti tal-fatturi tal-produzzjoni.

Skont l-istudju tal-Bank Dinji ppubblikat fl-2016, il-limitazzjoni tar-restrizzjonijiet tas-

settur tas-servizzi għal-livell tal-anqas tliet

Stati Membri regolati (ir-Renju Unit, id-Danimarka u l-Iżvezja) tkun iżżid il-

produttività tas-servizzi u tad-ditti tal-

19 J. Monteagudo, A. Rutkowski u D. Lorenzani, “The economic impact of the

Services Directive: A first assessment following implementation”, Dokument Ekonomiku 456 tal-Kummissjoni Ewropea, 2012. 20 Il-Kummissjoni Ewropea SWD(2015) 202,

“A Single Market Strategy for Europe — Analysis and Evidence”. 21 E. Canton, D. Ciriaci u I. Solera, “The Economic Impact of Professional Services Liberalisation”, Dokument Ekonomiku 533 tal-Kummissjoni EWROPEA, 2014.

manifattura sa 5.3 % fi żmien sentejn mill-implimentazzjoni22.

Il-valutazzjonijiet tal-FMI jikkonkludu li r-riformi fis-suq tal-prodotti, b’mod

partikolari fis-servizzi kummerċjali u fil-bejgħ bl-imnut, għandhom effetti pożittivi

fuq il-kapital, fuq l-output u fuq l-impjiegi, u jiżdiedu maż-żmien. Ir-riformi fis-suq

tal-prodotti jippromwovu wkoll id-dħul ta’ ditti u għandhom tendenza li jkollhom

effettiv pożittivi fuq id-ditti f’setturi

downstream li jagħmlu użu intensiv mill-inputs intermedji mis-setturi deregolati23.

L-istudji tal-OECD urew li t-tnaqqis tal-

ostakli fis-settur tas-servizzi jsaħħaħ it-tkabbir fil-produttività fi ħdan l-ekonomija

minħabba r-rwol tas-servizzi bħala inputs

intermedji24. Livell inferjuri ta’ regolamentazzjoni tas-servizzi jżid il-valur

miżjud, il-produttività u t-tkabbir fl-esportazzjonijiet f’industriji downstream

intensivi fis-servizzi25.

3.2. Ir-riformi tar-regolamentazzjoni

tas-servizzi professjonali

Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-UE, ir-regolamentazzjoni tas-servizzi

professjonali hi prerogattiva tal-Istati Membri. Ir-regolamentazzjoni tista’ toħloq

ostakli għas-suq uniku u tista’ trażżan it-

tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol fl-ekonomiji tal-UE. L-ostakli għat-tkabbir u għall-

kummerċ jistgħu joriġinaw minn restrizzjonijiet li jidher li jkollhom impatt

anqas iżda li l-effetti kumulattivi tagħhom jistgħu jkunu dannużi maż-żmien.

Fil-Komunikazzjoni riċenti tagħha fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta’ riforma

22 Il-Bank Dinji, “Growth, jobs and integration:

Services to the rescue”, Rapport Ekonomiku Regolari tal-Bank Dinji dwar l-UE, 2016. 23 P. Gal u A. Hijzen, “The short-term impact of product market reforms: A cross-country firm-

level analysis”, Dokument ta’ Ħidma tal-FMI WP/16/116, 2016. 24 R. Bourlès, G. Cette, J. Lopez, J. Mairisse u

G. Nicoletti, “Do Product Market Regulations in

Upstream Sectors Curb Productivity Growth? Panel Data Evidence for OECD Countries”,

Dokument ta’ Ħidma Nru 791 tal-OECD, 2010. 25 G. Barone u F. Cingano, “Service Regulation and Growth: Evidence from OECD Countries”, 2010.

Paġna 10 |

għar-regolamentazzjoni fis-servizzi professjonali26, il-Kummissjoni offriet

gwida dwar il-potenzjal għal riformi xierqa

ekonomikament li jistgħu jagħmlu differenza vera f’seba’ professjonijiet

sinifikanti. Pereżempju, din tirrakkomanda li l-Awstrija tikkunsidra l-proporzjonalità

tar-restrizzjonijiet tagħha fuq attivitajiet multidixxiplinari għall-periti; li l-Italja

terġa’ tivvaluta l-ambitu wiesa’ tal-attivitajiet riżervati għall-inġiniera ċivili; li

l-Belġju jerġa’ jeżamina r-regoli dwar l-inkompatibilità li jipprojbixxu l-eżerċizzju

simultanju ta’ kwalunkwe attività

ekonomika oħra għall-kontabilisti; u li l-Ġermanja tirrieżamina r-rekwiżiti ta’

parteċipazzjoni azzjonarja fis-servizzi tal-arkitettura, tal-inġinerija u legali, fost

ħafna oħra.

Il-Kummissjoni żviluppat indikatur ġdid

tar-restrittività biex issostni r-rakkomandazzjonijiet tagħha. Dan iqabbel

l-approċċi regolatorji, ir-rekwiżiti ta’ kwalifika, rekwiżiti oħra ta’ dħul u r-

rekwiżiti tal-eżerċizzju tal-Istati Membri f’seba’ professjonijiet.

Analiżi ekonometrika magħmula mill-Kummissjoni turi li livelli inferjuri ta’

restrizzjonijiet regolatorji fuq is-servizzi professjonali jmorru id f’id

ma’ eżiti ekonomiċi aħjar, speċifikament ma’ kirjiet inkombenti

inferjuri u ma’ żieda akbar fin-numru ta’ intrapriżi27.

Analiżi oħra tal-effetti ekonomiċi tar-regolamentazzjoni wriet li skont il-

professjoni, jista’ jkun hemm bejn 3 u 9 % aktar nies jaħdmu fi professjoni partikolari

jekk ir-rekwiżiti ta’ aċċess ikunu inqas stretti. Ir-regolamentazzjoni hi stmata li

tirriżulta fi primjum aggregat tal-pagi ta’

26 Il-Kummissjoni Ewropea COM(2016) 820, “Komunikazzjoni dwar rakkomandazzjonijiet ta'

riforma għar-regolamentazzjoni tas-servizzi

professjonali”. 27 Il-Kummissjoni Ewropea SWD(2016) 436,

“Komunikazzjoni dwar rakkomandazzjonijiet ta' riforma għar-regolamentazzjoni tas-servizzi professjonali”, it-taqsima 6 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal.

medja ta’ madwar 4 %, u b'hekk iżżid il-prezz tas-servizzi għall-konsumaturi28.

Ir-riċerka turi li meta r-regolamentazzjoni ssir aktar

proporzjonata u din tiġi adattata għar-realtà tas-suq, eż. billi jiġu rilassati l-aktar

rekwiżiti restrittivi u mhux ġustifikati, titjieb l-effiċjenza allokattiva u naqqset

il-profittabilità osservata akbar mill-medja billi intensifikat id-dinamika

kummerċjali29.

3.3. It-tneħħija tal-ostakli fis-settur

tal-bejgħ bl-imnut

B'mod ġenerali, is-settur tal-bejgħ bl-

imnut hu kemxejn dinamiku. Madankollu, dan jista’ jaħbi varjetà kbira ta’

sitwazzjonijiet. Is-settur hu magħmul minn ħwienet kbar, medji u żgħar, li lkoll

jaffaċċjaw sfidi differenti. Is-sitwazzjoni tvarja b’mod sinifikanti wkoll bejn pajjiż u

ieħor. Il-bejjiegħa bl-imnut jaqdu lil klijenti permezz ta’ kanali dejjem aktar

diversifikati. Din hi opportunità għal xi

kumpaniji iżda jista’ jkun diffiċli għal oħrajn biex jaħtfuha. It-tisħiħ tar-riformi

biex jitnaqqsu l-ostakli regolatorji fis-settur tal-bejgħ bl-imnut ikollu numru ta’

effetti pożittivi. Pressjonijiet kompetittivi akbar ikunu jwasslu għad-dħul u għas-

sopravivenza ta’ ditti aktar effiċjenti u innovattivi. Il-konsumaturi jistgħu jgawdu

prezzijiet orħos, varjetà akbar,

innovazzjoni u kwalità aħjar30. Dan ikollu effetti konsegwenzjali pożittivi f’setturi

oħra tal-ekonomija tal-UE wkoll.

Il-bejjiegħa bl-imnut bi ħwienet fiżiċi u dawk online jaffaċċjaw ostakli differenti. L-

28 M. Koumenta u M. Pagliero, “Measuring Prevalence and Labour Market Impacts of

Occupational Regulation in the EU”, 2016. Primjums tal-pagi u marġini għoljin tal-profitt huma indikatur komuni tal-kirjiet ta’ monopolji. Min-naħa tagħhom, dawn iwasslu għal

prezzijiet ogħla għall-konsumaturi u nuqqas ġenerali ta’ kompetizzjoni fil-professjoni inkwistjoni. 29 E Canton, D. Ciriaci u I. Solera, “The

Economic Impact of Professional Services Liberalisation”, Dokument Ekonomiku 533 tal-

Kummissjoni Ewropea, 2014. 30 Il-Kummissjoni Ewropea SWD(2015) 202, “A Single Market Strategy for Europe — Analysis and Evidence”.

Paġna 11 |

espansjoni transfruntiera tal-kumpaniji fis-settur tal-bejgħ bl-imnut b’ħanut fiżiku

sseħħ bil-ftuħ ta’ ħwienet fiżiċi fi Stati

Membri oħra. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jimponu rekwiżiti relatati mad-

daqs tal-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut jew mal-post fejn jiġu stabbiliti. Dawn ir-

rekwiżiti jistgħu jirriżultaw f’ostakli għad-dħul fis-suq għal ċerti tifsiliet ta’ ħwienet

jew ċerti mudelli kummerċjali u jistgħu jaffettwaw l-istabbiliment sekondarju.

Minbarra restrizzjonijiet relatati mal-istabbiliment, il-bejjiegħa bl-imnut

jaffaċċjaw restrizzjonijiet operazzjonali li jaffettwaw l-attivitajiet kummerċjali ta’

kuljum tagħhom u jxekklu l-effiċjenza tagħhom. Restrizzjonijiet bħal dawn

jistgħu jaffettwaw kemm lil bejjiegħa bl-imnut b’ħanut fiżiku kif ukoll dawk online.

It-tkabbir tal-kummerċ elettroniku qed ibiddel is-settur tal-bejgħ bl-imnut b’mod

fundamentali. Għaldaqstant, l-oqfsa regolatorji għandhom jindirizzaw b’mod

ġust fl-istess ħin kemm il-bejgħ bl-imnut minn ħanut fiżiku kif ukoll dak li jsir

online.

Biex in-negozji jisfruttaw bis-sħiħ il-

benefiċċji tas-suq uniku, hu kruċjali li l-Istati Membri jirrispettaw il-moviment

liberu tal-merkanzija u l-libertà tal-istabbiliment.

Fl-Istrateġija għal Suq Uniku, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li

tipproponi l-aħjar prattiki għall-faċilitazzjoni tal-istabbiliment fil-livell tal-

konsumatur u għat-tnaqqis tar-restrizzjonijiet operatorji fis-suq uniku. L-

aħjar prattiki bħal dawn għandhom iservu bħala gwida għar-riformi fl-Istati Membri.

4. EŻAMINAZZJONI BIR-REQQA TAL-POLITIKI: IS-SITWAZZJONI

ATTWALI

4.1. L-ostakli persistenti fis-swieq

tas-servizzi

Għad li l-Istati Membri ssodisfaw l-obbligi relatati mat-traspożizzjoni tad-Direttiva

dwar is-Servizzi u għamlu valutazzjoni sistematika tar-regolamentazzjoni

nazzjonali tagħhom tas-servizzi

professjonali fuq il-bażi tad-direttiva riveduta dwar ir-Rikonoxximent ta'

Kwalifiki Professjonali, il-fornituri f’diversi setturi tas-servizzi għadhom jaffaċċjaw

ħafna ostakli biex jistabbilixxu lilhom infushom fi Stat Membru ieħor jew

jipprovdu servizzi fuq bażi transfruntiera temporanja.

Paġna 12 |

Illustrazzjoni 5 — Il-punteġġi tar-restrittività ġenerali għal kull Stat Membru (servizzi kummerċjali)

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, “Business services — Assessment of barriers and their economic impact”, 2015

.

Jekk jittieħed l-eżempju tas-servizzi

kummerċjali, l-akbar settur tas-servizzi li

jaqa’ taħt id-Direttiva dwar is-Servizzi, li jirrappreżenta kważi 12 % tal-PDG tal-UE

u tal-impjiegi, il-piż amministrattiv u regolatorju jvarja b’mod sinifikanti minn

Stat Membru għal ieħor. L-Illustrazzjoni 5 turi r-restrizzjonijiet ġenerali f’erba’

professjonijiet ewlenin li jifformaw parti mis-servizzi kummerċjali — kontabilisti,

periti, inġiniera u avukati, fuq il-bażi ta’

studju tal-2015 tal-ostakli fis-servizzi

kummerċjali31

.

L-Istati Membri kollha kienu legalment obbligati jittrasponu d-Direttiva dwar is-

Servizzi. Ċerti Stati Membri ħadu approċċ ambizzjuż fit-traspożizzjoni ta’ din u

introduċew riformi aktar komprensivi fis-settur tas-servizzi. Il-każijiet ta’ żewġ

31 Il-Kummissjoni Ewropea, “Business services — Assessment of barriers and their economic impact”, 2015.

Stati Membri bħal dawn, l-Estonja u

Spanja, huma ppreżentati hawn taħt.

Fl-Estonja, ir-riformi assoċjati mal-

Kodiċi tal-Attivitajiet Ekonomiċi daħlu fis-seħħ fl-2014. Ir-riforma ssimplifikat

ir-rekwiżiti frammentati fost is-setturi u pprovdiet biċ-ċar li r-rekwiżiti ta’

awtorizzazzjoni u ta’ notifika ma

japplikawx għall-fornituri ta’ servizzi transfruntiera. L-Estonja għandha rati

ogħla ta’ dħul u rati operatorji gross medji anqas fis-servizzi meta mqabbla

mal-medja tal-UE. Fl-2013, Spanja adottat il-Liġi dwar l-

Unità tas-Suq. L-għan ewlieni tagħha kien li tindirizza l-frammentazzjoni tas-

suq domestiku li tirriżulta mid-

differenzi bejn ir-regolamentazzjoni ċentrali, reġjonali u lokali u t-trikkib ta’

din. Il-liġi introduċiet il-prinċipju ta’ validità madwar il-pajjiż kollu. Dan

ifisser li l-prodotti u s-servizzi legalment maħluqa jew ipprovduti

f’reġjun jistgħu jiġu forniti mingħajr ebda formalità addizzjonali madwar it-

Paġna 13 |

territorju nazzjonali kollu. L-iskrinjar li akkumpanja r-riforma identifika aktar

minn 6000 regolament li kellhom jiġu

indirizzati. Fil-perjodu ta’ wara l-adozzjoni tal-liġi, Spanja bbenefikat

minn żieda fil-kummerċ u fl-investiment transfruntier kif ukoll minn

żieda fil-kompetizzjoni, fit-tkabbir tal-produttività, u fil-moderazzjoni taż-

żidiet fil-prezzijiet fis-setturi kkonċernati. Madankollu, f’Ġunju

2017, il-Qorti Kostituzzjonali Spanjola ddikjarat null u bla effett numru

partikolari ta’ artikoli tal-liġi, inkluż il-

prinċipju tal-validità madwar il-pajjiż kollu tal-awtorizzazzjonijiet. Dan

joħloq inċertezza legali għall-fornituri ta’ servizzi u jista’ jxekkel il-progress

ekonomiku miksub sal-lum.

4.2. Is-sitwazzjoni attwali fi professjonijiet regolati

L-indikatur tar-restrittività tar-regolamentazzjoni tas-servizzi

professjonali tfassal biex isostni l-analiżi kwalitattiva tal-ostakli msemmija fit-

taqsima 3.2. Dan jipprovdi tqabbil tal-prestazzjoni bejn il-pajjiżi fis-seba’

professjonijiet li ġejjin: il-periti, l-inġiniera, l-avukati, il-kontabilisti, l-aġenti tal-

privattivi, l-aġenti tal-proprjetà immobbli u

l-gwidi turistiċi.

L-Illustrazzjoni 6 turi kif imorru l-pajjiżi f’termini relattivi fir-rigward tal-professjoni

tal-perit: aktar ma jkun għoli l-punteġġ, aktar ikun għoli l-livell ta’ restrittività.

Illustrazzjoni 6 — L-indikatur tar-restrittività għall-periti

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, 2016.

Paġna 14 |

Studji tal-każ tar-riformi fil-livell nazzjonali32 analizzaw l-impatt li r-

riformi tal-kundizzjonijiet għall-

aċċess u għall-eżerċitar tal-professjonijiet regolati jista’ jkollhom fuq

is-settur.

Fil-Polonja, il-klassifikazzjoni riċenti tal-kriterji għall-ammissjoni ta’ avukati

u ta’ konsulenti legali għall-professjoni fil-kuntest tar-riformi implimentati fi

22 professjoni regolata bejn l-2005 u l-

2014 ġiet segwita minn żieda qawwija fin-numru ta’ avukati u ta’ konsulenti

legali. Din kienet akkumpanjata minn żieda anqas mill-medja fil-prezz tas-

servizzi legali u minn tnaqqis fil-qligħ tal-avukati u tan-nutara.

Fil-Ġermanja, fl-2004 ir-rekwiżiti bbażati fuq il-kwalifiki saru anqas

stretti għal numru ta’ professjonijiet

tas-sengħa. Bħala riżultat ta’ dan, in-numru ta’ persuni li jidħlu ġodda

f’dawn il-professjonijiet irdoppja bejn l-2002 u l-2008. Ħames snin wara r-

riforma kien għad hemm aktar negozji ġodda milli kumpaniji li qed ifallu.

Il-Greċja implimentat riforma leġiżlattiva estensiva fl-2011 bl-għan li

tneħħi r-regolamenti restrittivi fuq id-

dħul u l-ipprattikar ta’ ħafna professjonijiet. Ġew irreġistrati effetti

pożittivi għall-professjonijiet regolati, fil-forma ta’ prezzijiet ferm orħos

għall-konsumaturi għas-servizzi tal-aġenti tal-proprjetà immobbli u tal-

professjonisti legali, filwaqt li n-numru ta’ negozji ġodda għal nutara, għal

awdituri, eċċ. kiber b’aktar mid-doppju

fl-2014, meta mqabbel mal-medja annwali qabel il-liberalizzazzjoni.

Fl-Italja, l-awtoritajiet wettqu eżerċizzju annwali biex ikomplu jilliberalizzaw l-

ekonomija. F’dan il-qafas, fl-2015 ġie ppreżentat lill-Parlament l-ewwel dritt

annwali tal-kompetizzjoni. Eventwalment, dan ġie adottat

f’Awwissu 2017. L-iskop ta’ dik il-liġi hu

32 “The effects of reforms of regulatory

requirements to access professions: country-based case studies”, 2017,

http://ec.europa.eu/growth/content/ effects-reforms-regulatory-requirements-access-professions-country-based-case-studies-0_mt.

li tneħħi l-ostakli regolatorji biex tagħmilha possibbli biex is-swieq jinfetħu,

tiġi promossa l-kompetizzjoni u tiġi

ggarantita protezzjoni tal-konsumatur.

L-elementi l-ġodda elwenin jinkludu (1) l-introduzzjoni ta’ sjieda mhux minn avukat

ta’ ditti legali, bidla milqugħa, fid-dawl tal-punteġġ għoli tal-indikatur tar-restrittività

tal-professjonijiet legali (ara aktar ’il fuq); (2) iż-żieda tan-numru ta’ nutara filwaqt li

ġie estiż il-kamp ta’ applikazzjoni

territorjali; (3) l-introduzzjoni ta’ kapital tal-ishma mis-suq ta’ 20 % għall-ispiżeriji

u l-liberalizzazzjoni tal-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom; eċċ.

4.3. Is-settur tal-bejgħ bl-imnut

Tul l-aħħar snin, l-Istati Membri għamlu riformi biex ineħħu ċerti restrizzjonijiet tal-

istabbiliment u operazzjonali u jtejbu l-funzjonament tas-settur tal-bejgħ bl-

imnut. Uħud minn dawn ir-riformi kellhom l-għan li jissimplifikaw il-proċeduri ta’

awtorizzazzjoni, iqassru l-proċess ta’

awtorizzazzjoni u jtaffu l-piż amministrattiv fuq il-bejjiegħa bl-imnut li

jiftħu ħanut (eż. il-Belġju, il-Greċja, Franza, il-Portugall u Spanja u ferm riċenti

d-Danimarka u l-Finlandja). Riformi oħra mmiraw biex jagħmlu l-kundizzjonijiet

operattivi anqas stretti. Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet ġew liberalizzati f’numru ta’

Stati Membri (eż. id-Danimarka, il-

Finlandja, l-Italja, il-Portugall u Spanja) u r-regoli dwar l-iskontijiet promozzjonali u

l-iskontijiet f’livelli anqas mill-kost ġew illaxkati (eż. Ċipru, il-Greċja, il-

Lussemburgu, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja).

Madankollu, għad hemm numru ta’ restrizzjonijiet fis-seħħ u l-livell ta’

restrittività għadu jvarja ħafna minn Stat Membru għal ieħor. Barra minn hekk,

hemm tendenza li f’ċerti Stati Membri jiġu introdotti miżuri li fil-prattika jaffettwaw

primarjament lil bejjiegħa bl-imnut barranin.

Data: 22.11.2017

Paġna 15 |

5. REFERENZI

E Canton, D. Ciriaci u I. Solera, “The Economic Impact of Professional Services

Liberalisation”, Dokument Ekonomiku 533 tal-Kummissjoni Ewropea, 2014.

Il-Konsorzju Ewropew għall-Politika Industrijali Sostenibbli (ECSIP), “Study on the

relation between industry and services in terms of productivity and value creation”, 2014.

Il-Kummissjoni Ewropea COM(2016) 820, “Komunikazzjoni dwar rakkomandazzjonijiet ta’ riforma għar-regolamentazzjoni tas-servizzi professjonali”.

Il-Kummissjoni Ewropea COM(2015) 550, “Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji”.

Il-Kummissjoni Ewropea SWD(2015) 202, “A Single Market Strategy for Europe —

Analysis and Evidence”.

Il-Kummissjoni Ewropea SWD(2015) 203, “Report on Single Market Integration and

Competitiveness in the EU and its Member States”.

Il-Kummissjoni Ewropea, “Business services — Assessment of barriers and their

economic impact”, 2015.

Il-Kummissjoni Ewropea, “Quarterly Report on the Euro Area”, Volum 14, Nru 2,

2015.

J. Monteagudo, A. Rutkowski u D. Lorenzani, “The economic impact of the Services

Directive: A first assessment following implementation”, Dokument Ekonomiku 456

tal-Kummissjoni Ewropea, 2012.

M. Koumenta u M. Pagliero, “Measuring Prevalence and Labour Market Impacts of

Occupational Regulation in the EU”, 2016.

OECD, “The future of productivity”, 2015.

Il-Bank Dinji, “Growth, jobs and integration: Services to the rescue”, Rapport Ekonomiku Regolari tal-Bank Dinji dwar l-UE, 2016.

L. Chini, A. Minichberger, E. Reiner u H. Grafl, “Effects of Liberalisation in Austria using the Example of Liberal Professions”, L-Università ta’ Vjenna tal-Ekonomija u l-

istitut tan-Negozju u tar-Riċerka għall-Professjonijiet Liberi, 2016.

M. Rojek u M. Masior, “The effects of reforms liberalising professional requirements in Poland”, l-Iskola ta’ Varsavja tal-Ekonomija, 2016.

D. Rostam-Afschar, “Regulatory Effects of the Amendment to the HwO [German Trade and Crafts Code] in 2004 in German Craftsmanship”, L-Università Libera ta’

Berlin u l-Istitut Ġermaniż għar-Riċerka Ekonomika (DIW Berlin), 2015.

E. Athanassiou, N. Kanellopoulos, R. Karagiannis u A. Kotsi, “The effects of

liberalisation of professional requirements in Greece”, Iċ-Ċentru għall-Ippjanar u għar-Riċerka Ekonomika (KEPE), Ateni, 2015.

M. Koumenta u A. Humphris, “The Effects of Occupational Licensing on Employment,

Skills and Quality: A Case Study of Two Occupations in the UK”, l-Università Queen Mary ta’ Londra, 2015.

M. Pagliero, “The effects of recent reforms liberalising regulated professions in Italy”, l-Università ta’ Turin u l-Kulleġġ Carlo Alberto, 2015.

Paġna 16 |

6. RIŻORSI UTLI

Il-paġna web tas-servizzi Europa

http://ec.europa.eu/growth/single-market/services/services-directive_mt

Strateġija għal Suq Uniku

https://ec.europa.eu/growth/single-market/strategy_mt

Sommarju tal-analiżi ekonomika tal-funzjonament tas-suq uniku tas-servizzi

http://ec.europa.eu/growth/single-market/services/economic-analysis_mt

Il-paġna web Europa dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi

https://ec.europa.eu/growth/single-market/services/services-directive/implementation_mt

Il-paġna web Europa dwar il-professjonijiet regolati

http://ec.europa.eu/growth/single-market/services/free-movement-professionals_mt

Il-bażi ta’ dejta Ewropea ta’ professjonijiet regolati:

http://ec.europa.eu/growth/tools-databases/regprof/

L-indikatur tal-OECD tar-regolamentazzjoni tas-suq tal-prodotti

http://www.oecd.org/eco/growth/indicatorsofproductmarketregulationhomepage.htm

L-istatistiki tal-OECD dwar il-Produttività u l-KUL skont l-attività ekonomika

ewlenija http://stats.oecd.org/Index.aspx?DataSetCode=PDBI_I4

Il-Bank Dinji, “Growth, jobs and integration: Services to the rescue”, Rapport

Ekonomiku Regolari tal-Bank Dinji dwar l-UE, 2016 http://pubdocs.worldbank.org/en/930531475587494592/EU-RER-3-Services-to-the-

Rescue.pdf