8
It-Tnejn, 11 ta’ Frar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 1,000 studenta se jkunu qed jattendu l-Iskola Sekondarja l-ġdida f’Tal-Ħandaq Il-Gvern Nazzjonalista hu l-unika garanzija għall-istipendji Fejn hu l-espert tal-enerġija tal-Labour Party Konrad Mizzi? ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGĦżEL ĦAżIN Skola ġdida kull sena Matul din il-leġiżlatura l-Gvern Nazzjonalista bena u fetaħ ħames skejjel ġodda. Skola ġdida kull sena – xhieda tal-impenn tal-Gvern b’risq l-edukazzjoni F’din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista beda u fetaħ skola ġdida kull sena. Dawn l-iskejjel huma: n l-Iskola Sekondarja tas- Subien fil-Kulleġġ Santa Margerita fil-Verdala, Bormla; n l-Iskola Primarja ta’ Pembroke fil-kulleġġ Santa Klara; n l-Iskola Sekondarja tas- Subien fil-Kulleġġ ta’ Għawdex; n l-Iskola Sekondarja tas- Subien fil-Kulleġġ Marija Reġina f’Taż-Żokrija, fil- Mosta; u n l-Iskola Sekondarja tal-Bniet fil-Kulleġġ Sant’Injazju tal-Ħandaq, f’Ħal Qormi. L-investiment f’dawn l-iskejjel ġodda kien qawwi u l-Gvern daħal għal dan l-impenn għax dejjem jemmen li l-aqwa investiment għandu jsir fit-tagħlim tat-tfal u ż-żgħażagħ. Grazzi għal dan l-investiment kontinwu l-Gvern issokta b’rivoluzzjoni siekta fl-edukazzjoni. Il-Gvern kompla jinvesti wkoll bil-qawwi fl-apparat tat-tagħlim u fl-edukaturi u l-Partit Nazzjonalista issa qed jipproponi qabża oħra ta’ kwalità fl-edukazzjoni b’sistema għalkollox ġdida ta’ e-learning. Nibqgħu nibnu skola ġdida kull sena sal-2020 L-impenn tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fil-qasam tal-edukazzjoni jibqa’ prijorita’ assoluta anki fis-snin li ġejjin u xhieda ta’ dan hu l-programm ta’ bini ta’ skejjel ġodda. Il-Gvern immexxi mill- Prim Ministru Lawrence Gonzi għandu ppjanat li kull sena sal-2020, tinbena u tinfetaħ skola ġdida. Din is-sena se tkun inawgurata l-Iskola Sekondarja tal-Bniet f’Tal- Ħandaq li tagħmel parti mill- Kulleġġ San Injazju. Is-sena d-dieħla se tkun inawgurata l-Iskola Sekondarja tal-Bniet f’Ħal Kirkop u se tkun tagħmel parti mill-Kulleġġ San Benedittu. Fl-2015 se tkun inbniet l-Iskola Sekondarja tas-Subien f’Raħal Ġdid u li se tkun tagħmel parti mill-Kulleġġ San Tumas Moore. Investiment ieħor jaħseb biex fl-2016 tkun inbniet l-Iskola Sekondarja tal-Bniet fil-Ħamrun u se tkun tifforma parti mill-Kulleġġ San Nikola. Fl-2017 hu ppjanat li tinfetaħ l-Iskola Sekondarja tas-Subien fil-Ħamrun u se tkun tifforma parti mill-Kulleġġ Santa Tereża. Fis-sena ta’ wara se tkun inawgurata l-Iskola Sekondarja tas-Subien f’Pembroke u se tkun tifforma parti mill- Kulleġġ Santa Klara. Żewġ skejjel ġodda oħra huma l-Iskola Primarja f’Marsaskala li se tinfetaħ fl-2019 u se tkun tagħmel parti mill-Kulleġġ San Tumas Moore u l-Iskola Sekondarja tas-Subien tal-Ħamrun li se tkun tagħmel parti mill- Kulleġġ San Nikola.

Skola Ġdida Kull Sena - Futur fis-Sod

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Suppliment - It-Tnejn 11 ta' Frar 2013

Citation preview

Page 1: Skola Ġdida Kull Sena - Futur fis-Sod

It-Tnejn, 11 ta’ Frar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

1,000 studenta se jkunu qed jattendu l-Iskola Sekondarja l-ġdida f’Tal-Ħandaq

Il-Gvern Nazzjonalista hu l-unika garanzija għall-istipendji

Fejn hu l-espert tal-enerġija tal-Labour Party Konrad Mizzi?ii iii viFaTTI U ĊIFrI TITKELLEM INT MUScaT jaGĦżEL ĦażIN

Skola ġdida kull senaMatul din il-leġiżlatura l-Gvern Nazzjonalista bena u fetaħ ħames skejjel ġodda. Skola ġdida kull sena – xhieda tal-impenn tal-Gvern b’risq l-edukazzjoni

F’din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista beda u fetaħ skola ġdida kull sena.

Dawn l-iskejjel huma: n l-Iskola Sekondarja tas-

Subien fil-Kulleġġ Santa Margerita fil-Verdala, Bormla;

n l-Iskola Primarja ta’ Pembroke fil-kulleġġ Santa Klara;

n l-Iskola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ ta’ Għawdex;

n l-Iskola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ Marija Reġina f’Taż-Żokrija, fil-Mosta; u

n l-Iskola Sekondarja tal-Bniet fil-Kulleġġ

Sant’Injazju tal-Ħandaq, f’Ħal Qormi.L-investiment f’dawn

l-iskejjel ġodda kien qawwi u l-Gvern daħal għal dan l-impenn għax dejjem jemmen li l-aqwa investiment għandu jsir fit-tagħlim tat-tfal u ż-żgħażagħ.

Grazzi għal dan l-investiment kontinwu l-Gvern issokta b’rivoluzzjoni siekta fl-edukazzjoni.

Il-Gvern kompla jinvesti wkoll bil-qawwi fl-apparat tat-tagħlim u fl-edukaturi u l-Partit Nazzjonalista issa qed jipproponi qabża oħra ta’ kwalità fl-edukazzjoni b’sistema għalkollox ġdida ta’ e-learning.

Nibqgħu nibnu skola ġdida kull sena sal-2020L-impenn tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fil-qasam tal-edukazzjoni jibqa’ prijorita’ assoluta anki fis-snin li ġejjin u xhieda ta’ dan hu l-programm ta’ bini ta’ skejjel ġodda.

Il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi għandu ppjanat li kull sena sal-2020, tinbena u tinfetaħ skola ġdida.

Din is-sena se tkun inawgurata l-Iskola Sekondarja tal-Bniet f’Tal-Ħandaq li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Injazju.

Is-sena d-dieħla se tkun

inawgurata l-Iskola Sekondarja tal-Bniet f’Ħal Kirkop u se tkun tagħmel parti mill-Kulleġġ San Benedittu.

Fl-2015 se tkun inbniet l-Iskola Sekondarja tas-Subien f’Raħal Ġdid u li se tkun tagħmel parti mill-Kulleġġ San Tumas Moore.

Investiment ieħor jaħseb biex fl-2016 tkun inbniet l-Iskola Sekondarja tal-Bniet fil-Ħamrun u se tkun tifforma parti mill-Kulleġġ San Nikola.

Fl-2017 hu ppjanat li tinfetaħ l-Iskola Sekondarja tas-Subien fil-Ħamrun u se tkun tifforma parti mill-Kulleġġ

Santa Tereża.Fis-sena ta’ wara se

tkun inawgurata l-Iskola Sekondarja tas-Subien f’Pembroke u se tkun tifforma parti mill-Kulleġġ Santa Klara.

Żewġ skejjel ġodda oħra huma l-Iskola Primarja f’Marsaskala li se tinfetaħ fl-2019 u se tkun tagħmel parti mill-Kulleġġ San Tumas Moore u l-Iskola Sekondarja tas-Subien tal-Ħamrun li se tkun tagħmel parti mill-Kulleġġ San Nikola.

Page 2: Skola Ġdida Kull Sena - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni It-Tnejn, 11 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalità

5skejjel ġodda – skola ġdida

kull sena – inbnew f’din il-leġiżlatura

b’investiment għaqli għal uliedna

7skejjel ġodda – skola ġdida

kull sena – għas-snin li ġejjin sas-sena 2020

Fatti u Ċifri

605studenti jattendu l-Iskola

Sekondarja l-ġdida tas-Subien fil-Verdala

324student jattendu l-Iskola Primarja

l-ġdida f’Pembroke

773student jattendu

l-Iskola Sekondarja l-ġdida tas-Subien fil-Mosta

1,000studenta se jkunu jistgħu jattendu

l-Iskola Sekondarja l-ġdida tal-Bniet f’Tal-Ħandaq

700student jattendu l-Iskola

Sekondarja l-ġdida tas-Subien f’Għawdex

L-edukazzjoni hi ċ-ċavetta għall-potenzjal ta’ kulħadd

MILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

Il-PN huwa sinonimu mal-edukazzjoni. Għax il-persuna hija fiċ-ċentru tal-politika tagħna aħna għarafna li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta għall-potenzjal ta’ kull persuna. Għalhekk ninvestu dejjem aktar fl-edukazzjoni u edukazzjoni ta’ livell għoli. Edukazzjoni mill-bidu sal-livell terzjarju.

Edukazzjoni li tilħaq aktar u aktar żgħażagħ, tant li llum, 83% taż-żgħażagħ tagħna jkomplu l-edukazzjoni post-sekondarja. Edukazzjoni tul il-ħajja. Edukazzjoni bi stipendji u scholarships. Investiment ma jaqta’ xejn fi skejjel ġodda u infrastruttura ġdida fl-Università, l-MCAST u istituzzjonijiet edukattivi oħra.

Aħna ngħożżu l-kontribut li jagħtu l-għalliema u l-ħaddiema kollha f’dan il-qasam u rridu naħdmu magħhom biex inkomplu nibnu fuq dan is-suċċess. Biex nagħmlu qabża oħra ta’ kwalità fl-edukazzjoni qed nipproponu dawn il-miżuri ġodda għall-ħames snin li ġejjin.

37. Tablets għat-tfal fl-iskola

Wara li wettaqna rivoluzzjoni sħiħa fil-kamp tal-edukazzjoni b’teknoloġija mill-aqwa, issa se nagħtu tablet personali lill-istudenti u lill-għalliema kollha għall-użu fil-klassi u d-dar. Inwaqqfu fond biex il-kumpaniji lokali li jippubblikaw il-kotba jiżviluppawhom f’format elettroniku u biex l-industrija tal-IT tiżviluppa applikazzjonijiet edukattivi biex jiġi ffaċilitat tagħlim one-to-one. It-tablets

jingħataw kemm lill-istudenti fi skejjel tal-Gvern, kif ukoll fi skejjel indipendenti u tal-Knisja.

38. Mal-21 skopri pajjiż Ewropew ieħor

Malli tagħlaq 21 sena tingħata għotja ta’ massimu ta’ €500 sabiex iżżur pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea u twessa’ l-għarfien kulturali tiegħek skont programm approvat. Jekk issegwi kors ta’ lingwa barranija waqt din iz-zjara, l-għotja titla’ sa massimu ta’ €1,000.

39. Faċilitajiet ta’ childcare għal ommijiet li jistudjaw

Is-sistema ta’ vouchers għas-servizzi ta’ childcare services tkun tgħodd ukoll għal ommijiet jew missirijiet li jmorru jistudjaw l-Università u l-MCAST jew f’istituzzjoni oħra edukattiva jew ta’ taħriġ rikonoxxuta.

40. aktar Ċentri Klabb 3-16

Inżidu aktar Ċentri Klabb 3-16, mal-15 li diġà hawn miftuħa bħalissa u li fihom ikunu jistgħu jattendu tfal ta’ bejn it-tliet snin u s-16-il sena. Il-programmi edukattivi, sportivi, rikreattivi u ta’ żvilupp li jsiru f’dawn iċ-Ċentri jibqgħu għaddejjin sas-6 p.m. Fiċ-Ċentri jistgħu jattendu studenti mill-iskejjel pubbliċi, tal-Knisja u skejjel indipendenti.

Page 3: Skola Ġdida Kull Sena - Futur fis-Sod

It-Tnejn, 11 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemIl-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista hu garanzija li l-istudenti li jissoktaw l-istudji tagħhom - kollha - jingħataw l-istipendju dovut lilhom. Dan ġara matul din il-leġiżlatura minkejja l-kriżi finanzjarja internazzjonali. Għaliex għandna l-finanzi fis-sod u tmexxija għaqlija, l-istipendji jissaħħu u jibqgħu jingħataw anke fis-snin li ġejjin

Stipendji ta’ għajnuna lill-istudentiL-istipendji nħolqu biex jgħinu lill-istudenti jixtru affarijiet relatati mal-edukazzjoni, fosthom kotba u noti li l-ispiża tagħhom titla’ għal ħafna flus. Bihom ma jkunx hemm sogru li wieħed jieqaf mill-istudju minħabba problemi finanzjarji.

Wieħed irid iżomm f’moħħu li mhux kull student għandu l-vantaġġ li familtu tista’ tgħinu finanzjarjament kif jixtieq u allura permezz tal-istipendju l-istudent ikun jista’ jixtri l-kotba meħtieġa mingħajr ma jkun ta’ piż fuq familtu u b’hekk ikollu ċans li javvanza mingħajr problemi u jkollu stat ogħla minn ta’ familtu.

Għall-mistoqsija jekk l-istipendju għandux jibqa’ jingħata, jien personalment naqbel li għandu jibqa’ dment li l-flus investiti f’kull student qegħdin jintefqu fuq affarijiet relatati mal-edukazzjoni. B’hekk, l-istudenti kollha jibqgħu javvanzaw.

Żieda fl-istipendji L-istipendju hu bżonjuż u hu sors għal kull student u l-ġenituri tiegħu. L-istipendju u għajnuniet oħra bħal, ngħidu aħna, l-ismart cards, jingħataw biex jgħinu fl-ispejjeż li l-istudent ikollu matul is-sena fil-qasam edukattiv.

Jien naħseb li kieku ma kienx għall-istipendju, inqas studenti kienu jagħżlu li jkomplu jistudjaw. Mhux għax l-istipendju jagħmilhom sinjuri jew iġegħilhom ikunu għażżenin, iżda għax l-isudenti speċjalment dawk li għandhom problemi familjari, ma jkunux iridu jkunu ta’ piż fuq il-familja tagħhom u allura, forsi jagħżlu li ma jkomplux jistudjaw.

Il-Gvern kien għaqli f’dan il-qasam għax barra li assigura li l-istipendji se jibqgħu jingħataw, firex xibka ikbar ta’ għajnuniet għal dawk l-istudenti li għandhom problemi familjari, bħal meta xi wieħed mill-ġenituri jkun miet jew ikun bla xogħol.

L-istipendju hu investiment fl-istudenti kollhaL-istipendju hu investiment fl-istudenti li jattendu istituzzjonijiet ogħla mis-sekondarja, bħal ngħidu aħna dawk li jattendu l-MCAST, l-ITS, l-Università u l-Junior College. Il-flus tal-istipendji jintużaw biex jinxtraw riżorsi li jkollhom bżonn matul is-sena skolastika.

Jien nemmen li l-istipendju hu investiment fl-istudent u dan meta jiggradwa u jsib post tax-xogħol, ikun jista’ jagħti kontribut ferm ikbar lis-soċjetà milli kieku telaq l-iskola qabel ma ggradwa, għax ix-xogħol li jsib permezz tad-degree jrendi aktar flus.

Naqbel mal-istipendju sakemm dan jintefaq kif suppost u mhux jintuża f’affarijiet oħra ta’ ħsara għall-istudent.

L-istipendju hu ta’ għajnuna kemm għall-istudent kif ukoll għall-ġenituri għax jgħin biex itaffi l-piż finanzjarju.

Serħan il-moħħ għal kull studentIs-sistema tal-ismart card u l-istipendju hi importanti fil-ħajja tal-istudent għax tgħinu biex itaffi l-ispejjeż u b’hekk isir ġid kbir li jagħti s-serħan il-moħħ lill-istudent.

Minn meta daħlet is-sistema tal-ismart card l-istudenti bbenefikaw ferm minnha, issa jistgħu jixtru aktar materjal bżonjuż għall-eżamijiet tagħhom.

Wieħed m’għandux jaħseb li student se jgħix xi ħajja ta’ lussu bl-istipendju għax dawn il-flus qegħdin hemm biex jintużaw u bilkemm iservu u hu kważi bżonn li ħafna studenti, biex ikampaw aħjar, isibu impjieg part-time biex idaħħlu ftit flus iktar.

Tajjeb li wieħed japprezza l-impenn tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li jibqa’ jiggarantixxi l-għoti tal-istipendji lill-istudenti biex jissoktaw bl-istudji tagħhom.

Essenzjali fil-ħajja ta’ kull studentL-istipendju bżonjuż ħafna u nemmen li kompla jqawwi qalb l-istudenti biex ikomplu jistudjaw u javvanzaw fil-ħajja akkademika tagħhom.

Dan jixhduh l-eluf kbar ta’ studenti f’diversi istituzzjonijiet fosthom fl-Università u l-MCAST.

Jien naħseb li l-aktar ħaġa li fiha jgħin l-istipendju hi x-xiri ta’ kotba, materjal utli għall-iskola u xi affarijiet oħra li l-istudent ikollu bżonn.

Wieħed irid jifhem li għalkemm hawn min forsi hu kontra l-istipendju għax dan jaf jintefaq ħażin, xorta jrid jinnota li l-ammont ta’ flus mogħtija hu limitat. Wieħed irid iżomm f’moħħu li dawn il-flus qegħdin ikunu investiti mill-ġdid fl-ekonomija Maltija u għalhekk il-flus qegħdin jgħinu biex ikun hawn il-kummerċ.

ChRISTOPhER BRAILSAN PAwL IL-BAĦAR

NIGEL DEBATTISTAIL-GŻIRA

ELENA DIMEChTAS-SLIEMAM. FARRUGIA

BIRŻEBBUġA

KARINA SUDA

Page 4: Skola Ġdida Kull Sena - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni It-Tnejn, 11 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

2008 - Skola Sekondarja tas-Subien, Verdala, fil-Kulleġġ Santa Margerita. Din tilqa’ fiha 605 studenti. Matul din il-leġiżlatura

l-Gvern - għax għandu għal qalbu l-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin - imbarka fuq proġetti ta’ modernizzazzjoni tal-iskejjel u dan wassal biex kull sena

nbniet skola ġdida tal-ogħla livelli

2009 - Skola Primarja Pembroke fil-Kulleġġ Santa Klara. Din tilqa’ fiha 324 student u studenta. L-Edukazzjoni hi

fuq quddiem nett tal-aġenda tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista u dan bl-iskop li f’pajjiżna t-tfal u ż-żgħażagħ

jingħataw l-aħjar edukazzjoni possibbli

Skejjel ġodda kull sena b’deċiżjonijiet għaqlin u finanzi fis-sod

Page 5: Skola Ġdida Kull Sena - Futur fis-Sod

It-Tnejn, 11 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

2009 - Skola Primarja Pembroke fil-Kulleġġ Santa Klara. Din tilqa’ fiha 324 student u studenta. L-Edukazzjoni hi

fuq quddiem nett tal-aġenda tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista u dan bl-iskop li f’pajjiżna t-tfal u ż-żgħażagħ

jingħataw l-aħjar edukazzjoni possibbli

2010 - Skola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ ta’ Għawdex. Din tilqa’ fiha 700 student. Il-Gvern dejjem emmen li l-aqwa investiment jista’ jsir biss billi t-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jingħataw l-aqwa għalliema, l-aqwa riżorsi u l-aqwa mezzi possibbli biex ikunu jistgħu jimxu ‘l quddiem fit-tagħlim u fl-edukazzjoni tagħhom

2011 - Skola Sekondarja tas-Subien fil-Mosta fil-Kulleġġ Santa Marija. Din tilqa’

fiha 773 student. Din l-iskola ġdida hi wkoll xhieda tal-ħidma qawwija li saret

mill-Gvern matul din il-leġiżlatura fejn komplew jinkisbu riżultati mill-aqwa fil-kamp

edukattiv. Ħidma li ma waqfet xejn u li, fost l-oħrajn, kienet tinkludi l-bini ta’ skola ġdida

kull sena u ferm u ferm aktar inizjattivi

2012 - Skola Sekondarja tal-Bniet fil-Kulleġġ San Injazju f’Tal-Ħandaq f’Ħal Qormi li se tkun tesa’ mal-elf student. Kull sena l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista bena

skola ġdida tal-ogħla livell u bl-aqwa faċilitajiet skont iż-żminijiet tal-lum. Fil-qasam edukattiv ir-riżultati tul

din il-leġiżlatura nkisbu u huma mill-aktar inkoraġġanti. Dawn ir-riżultati qegħdin hemm biex jarahom kulħadd u

nkisbu grazzi għall-viżjoni tal-Gvern li jħares ‘il quddiem u jippjana għall-quddiem. Il-ġid ta’ wliedna għall-Gvern jiġi l-ewwel u hu għalhekk li l-politika tal-Gvern għandha fiċ-

ċentru tagħha l-edukazzjoni

Page 6: Skola Ġdida Kull Sena - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni It-Tnejn, 11 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

...u tbati int

Muscat jagħżel ħażin...

IL-GwU MILITANTI TAĦT GVERN NAZZJONALISTA... U MODERATA TAĦT GVERN TAL-LABOUR(dehret għall-ewwel darba: il-mument 28.02.08)

Alfred Sant, appoġġjat mill-prim propagandist tal-Labour Joseph Muscat, fl-1996 wiegħed li jraħħas il-kontijiet tal-elettriku u l-ilma

Fl-1998, waqt li ż-żejt kien bit-12-il dollaru l-barmil, Alfred Sant għolla l-kontijiet b’mod esaġerat u qala’ kritika kbira... waqt li l-GWU qagħdet ‘tistudja’... u ‘tistudja’... u ‘tistudja’

Wieħed mill-ftit li faħħru t-tariffi kif għollewhom Alfred Sant u l-Ministru tal-Finanzi tiegħu Leo Brincat kien Joseph Muscat li fl-14 ta’ Ġunju 1998 kiteb hekk fil-KullĦadd: “id-deċiżjoni dwar it-tariffi kienet waħda ġusta”

Il-Ministru tal-Finanzi Leo Brincat iressaq il-budget għall-1998

Page 7: Skola Ġdida Kull Sena - Futur fis-Sod

It-Tnejn, 11 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Is-saħħa hi prijorità għall-Partit Nazzjonalista għaliex poplu b’saħħtu jgħix aħjar u aktar fit-tul. L-investiment kbir li Gvern Nazzjonalista għamel fl-Isptar Mater Dei u fl-apparat l-aktar modern ħalla frott qawwi u dirett f’ħajjet in-nies. U bl-inizjattivi li ħabbar il-Partit Nazzjonalista għas-saħħa fil-ħames snin li ġejjin, dan il-qasam kruċjali jista’ jagħmel il-qabża ta’ kwalità li hi fil-bażi tal-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.

Kura tas-saħħa ta’ kwalità f’nazzjon li hu tassew sħiħIs-sistema tal-kura tas-saħħa hi rahan tan-nazzjon wieħed u sħiħ li ħoloq Gvern Nazzjonalista. Illum, Maltin u Għawdxin minn kull sfond soċjali qed jieħdu kura tas-saħħa tal-aqwa kwalità fl-isptarijiet tal-Gvern. Il-Gvern wessa’ bil-qawwi l-lista ta’ mard kroniku li minħabba fih nies jieħdu mediċini

Saħħa fis-sod bl-investiment u l-inizjattivi ta’ Gvern Nazzjonalista li wettaq nazzjon wieħed u sħiħ anke fis-saħħa

b’xejn mill-Gvern. Dan hu rahan ieħor ta’ nazzjon sħiħ li jsaħħaħ il-kura tas-saħħa għal kulħadd, hu min hu u ġej minn fejn ġej.

45,000 operazzjoni fis-sena f’Mater DeiL-Isptar Mater Dei hu xempju tat-twemmin tal-Partit Nazzjonalista fis-saħħa. Dan l-Isptar ‘state of the art’ illum hu mogħni wkoll bl-aqwa apparat li jwassal l-avvanz fix-xjenza u r-riċerka għand min tassew għandu bżonnhom, il-bniedem li jkun qed ibati minn mard jew xi kundizzjoni ta’ saħħa.

Illum fl-Isptar Mater Dei qed isir ammont ta’ operazzjonijiet rekord: 45,000 operazzjoni fis-sena, jew 123 operazzjoni kuljum.

Żieda ta’ 12,000 operazzjoni fuq l-aħħar sena ta’ St Luke’sDawn il-45,000 operazzjoni li saru s-sena l-oħra f’Mater

Dei jfissru 12,000 operazzjoni aktar milli kienu jsiru fl-Isptar San Luqa. Din hi l-bidla t-tajba fis-saħħa li saret bl-investiment fi sptar ġdid u apparat mill-aqwa minn Gvern Nazzjonalista.

1,300 mediċina b’xejn lil 100,000 ruħIl-Gvern Nazzjonalista żied b’mod sostanzjali l-mediċini li jingħataw b’xejn. Illum il-Gvern qed jagħti b’xejn aktar minn 1,300 mediċina lil aktar minn 100,000 ruħ, jiġifieri kwart tal-popolazzjoni ta’ Malta u Għawdex, u dan fil-biċċa l-kbira minn spiżeriji tal-għażla ta’ min jieħu l-mediċini. 76,000 ruħ diġà qed jieħdu l-mediċini b’xejn mill-ispiżerija li jagħżlu huma u l-programm hu li kulħadd jibda jieħu l-mediċini mill-ispiżerija li jrid.

Prevenzjoni u kura aqwa tal-kanċer Biex is-saħħa tkun fis-sod, il-Partit Nazzjonalista qed

jinvesti bil-kbir fil-kura tal-kanċer u qed jibni sptar ġdid tal-kanċer li se jkollu l-aktar apparat modern, u wkoll nieda programmi ta’ prevenzjoni tat-tipi ta’ kanċer l-aktar komuni. 150 mara ġew salvati permezz tal-iscreening għall-kanċer tas-sider. Din ukoll hi l-bidla t-tajba lejn il-prevenzjoni.

Anjanzità attivaFil-kura tal-anzjani, il-Partit Nazzjonalista qed jinvesti biex kull anzjan ikun jista’ jgħix attiv, jista’ jaħdem jekk irid, u jekk ikollu bżonn il-kura, igawdi kura fis-sod. Fil-fatt, illum il-Maltin huma l-aktar poplu fl-Ewropa li jgħix fit-tul b’saħħtu.

Proposti għal qabża ta’ kwalità fis-saħħaFis-saħħa, il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel diversi proposti ġodda fil-Programm Elettorali tiegħu. Waqt li titqawwa l-ġlieda

kontra l-kanċer, se titqawwa dik ukoll kontra d-dijabete, kundizzjoni komuni wisq f’Malta u li tista’ tgħid tmiss lil kull familja.

Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi garanzija aqwa għall-mediċini b’xejn, prijorità lill-kura primarja, ċentru għar-riabilitazzjoni, servizzi aqwa għas-saħħa mentali, appoġġ aħjar għal persuni vulnerabbli u servizz b’xejn ta’ IVF.

Nazzjon dejjem aktar wieħed u sħiħDan hu l-mod kif Gvern Nazzjonalista jkompli jseddaq l-inklużjoni, li ġab fil-pajjiż bl-edukazzjoni u x-xogħol, anke bis-saħħa. B’sistema pubblika tas-saħħa tal-aqwa kwalità integrata mal-qasam privat li miegħu l-Gvern qed jissieħeb f’diversi servizzi, kulħadd ikun jista’ jgawdi saħħa u kura tagħha tal-aqwa livell u li ma tħares lejn wiċċ jew il-mezzi ta’ ħadd imma li fiha nkunu lkoll tassew Maltin indaqs.

Sptar pubbliku li jagħti kura tal-aqwa livell lil kulħadd, hu min hu u ġej

minn liema sfond soċjali ġej

Page 8: Skola Ġdida Kull Sena - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni It-Tnejn, 11 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

“wettaqna politika qawwija favur l-aħjar faċilitajiet edukattivi fl-iskejjel kollha tal-Gvern. Imma mhux biss. Ftaħna skola ġdida kull sena. F’ħames snin se nkunu ftaħna ħames skejjel ġodda - fil-Verdala, f’Pembroke, f’Għawdex, fil-Mosta u f’Tal-Ħandaq. Dawn kollha huma skejjel tal-aqwa kwalità. Iżda mhux se nieqfu hemm. Għandna programm għal aktar skejjel ġodda mifruxa ma’ Malta. Dan hu programm impenjattiv li jwassalna biex sal-2020 inkomplu niftħu skola ġdida kull sena. Impenn għax għal uliedna rridu l-aħjar ġid u tagħlim, l-aħjar għalliema u infrastruttura, l-aħjar ambjent skolastiku u faċilitajiet.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi