8
Marzu 2021 - Nru. 494 Żewġtiħbieb iltaqgħu bħas-soltu l-Ħadd filgħodu fil-ħanut tal-kafè, u wara li għaddew ſtit tal-ħin jitkellmu bejniethom, wieħed minnhom bħas-soltu seden lill-ieħor biex imorru jilagħbu logħba golf flimkien. L-ieħor ħares lejn l-arloġġ u qallu: Ma nistax sieħbi, għax irrid immur sal-knisja nismaquddiesa.L-ewwel raġel bid-daħqa qallu: Issa dak mhux ħela taħin, toqgħod hemm il-ħin kollu fil-knisja. Mhux aħjar ġi miegħi sieħbi, nieħdu pjaċir flimkien għall-arja.L-ieħor, kważi bil-mistħija wieġbu: Le ta, ħallieha llum, ħa mmur il-quddies.Għaddiet xi minuta jew tnejn, imbagħad l-ewwel wieħed qallu: Kos, qed ngħid, jien dejjem nisednek ħalli ġi miegħi nilagħbu l-golf, imma in qa ma stedintni biex niġi miegħek il-knisja!Meta mmorru l-knisja għall-quddies jew biex nitolbu, qed nagħmlu dan bkonvinzjoni jew bi tradizzjoni? Għax kieku aħna konvin bl-importanza tal-quddies u t-talb, mhux talli mgħandniex nistħu, talli għandna nagħmlu minn kollox biex nippruvaw nikkonvinċu l ħaddieħor jagħmel bħalna. Suppost li tant qed inħossu l-benna tal-grazzji li l-Mulej qed jagħna permezz tal-Kelma egħu u tal-Ewkarisja, li ma nkunux kunten jekk ma naqsmux maħaddieħor dawn l-okkażjonijiet fħajjitna. Jew kollox qed ikun drawwa? b’konvinzjoni jew bi tradizzjoni?

WD¶NX OO[DKD U fuljett Marzu 2021 Nru. 494 mahrug minn

  • Upload
    others

  • View
    2

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: WD¶NX OO[DKD U fuljett Marzu 2021 Nru. 494 mahrug minn

Marzu 2021 - Nru. 494

Żewġt’iħbieb iltaqgħu bħas-soltu l-Ħadd filgħodu fil-ħanut tal-kafè, u wara li għaddew ftit tal-ħin jitkellmu bejniethom, wieħed minnhom bħas-soltu stieden lill-ieħor biex imorru jilagħbu logħba golf flimkien. L-ieħor ħares lejn l-arloġġ u qallu: ‘Ma nistax sieħbi, għax irrid immur sal-knisja nisma’ quddiesa.’ L-ewwel raġel bid-daħqa qallu: ‘Issa dak mhux ħela ta’ ħin, toqgħod hemm il-ħin kollu fil-knisja. Mhux aħjar tiġi miegħi sieħbi, nieħdu pjaċir flimkien għall-arja.’ L-ieħor, kważi bil-mistħija wieġbu: ‘Le ta, ħallieha llum, ħa mmur il-quddies.’ Għaddiet xi minuta jew tnejn, imbagħad l-ewwel wieħed qallu: ‘Kos, qed ngħid, jien dejjem nistiednek ħalli tiġi miegħi nilagħbu l-golf, imma inti qatt ma stedintni biex niġi miegħek il-knisja!’

Meta mmorru l-knisja għall-quddies jew biex nitolbu, qed nagħmlu dan b’konvinzjoni jew bi tradizzjoni? Għax kieku aħna konvinti bl-importanza tal-quddies u t-talb, mhux talli m’għandniex nistħu, talli għandna nagħmlu minn kollox biex nippruvaw nikkonvinċu ‘l ħaddieħor jagħmel bħalna. Suppost li tant qed inħossu l-benna tal-grazzji li l-Mulej qed jagħtina permezz tal-Kelma tiegħu u tal-Ewkaristija, li ma nkunux kuntenti jekk ma naqsmux ma’ ħaddieħor dawn l-okkażjonijiet f’ħajjitna. Jew kollox qed ikun drawwa?

fuljett

ta’ kull xahar

mahrug minn

Grupp ta’ talb

fost

il-Haddiema

-

-

b’konvinzjoni

jew

bi tradizzjoni?

Page 2: WD¶NX OO[DKD U fuljett Marzu 2021 Nru. 494 mahrug minn

Nru. 494 Marzu 2021

fuljett

ta’ kull xahar

mahrug minn

Grupp ta’ talb

fost

il-Haddiema

-

-

fuljett ta’ kull xahar

maħruġ minn grupp ta’ talb fost

il-ħaddiema

Editorjal

2 it-triq - marzu 2021

It-tibna u t-travu

Ħbieb, Fil-Vanġelu nsibu li Ġesù dejjem kien ċar u dirett fid-diskors tiegħu. Kliemu kien jappella għal kulħadd. Darba, waqt diskors lill-folla qal: ‘Għax tara t-tibna f’għajnejn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnejk int? Kif tista’ tgħidlu lil ħuk, ‘Ħi, ejja nneħħilek it-tibna li għandek f’għajnejk, meta m’intix tara t-travu li għandek f’għajnejk int? Ja wiċċ b’ieħor, neħħi l-ewwel it-travu minn għajnejk int, ħalli mbagħad tara sewwa kif tneħħi t-tibna minn għajn ħuk.’ (Lq.6, 41-42) Uċuh b’oħra! Hekk isejħilhom Ġesù lil dawk kollha li jippuntaw subgħajhom lejn ħaddieħor u ma jarawx id-difetti tagħhom; lil dawk li jippużaw ta’ nies retti u twajba meta fil-verità ikunu qed jaħbu l-ħażin li hemm ġewwa fihom. Dan isir meta noqogħdu ngħaddu ġudizzji jew kliem żejjed fuq xulxin li ċertament qatt ma jagħmel ġid. Anzi, kemm ħsara nistgħu nagħmlu lil xulxin meta naqgħu f’dawn l-iżbalji li Ġesù jikkundannahom bis-saħħa kollha, kif rajna f’din is-silta. Hemm bżonn nibdew ngħarblu bis-serjetà l-għemejjel tagħna u mhux moħħna biex inċappsu lil ħaddieħor! Nitolbu lill-Mulej spiss, sabiex jgħinna nqiegħdu quddiemna l-verità tal-ħajja tagħna, u jbiegħdna milli nkunu nies ta’ wiċċ b’ieħor.

Page 3: WD¶NX OO[DKD U fuljett Marzu 2021 Nru. 494 mahrug minn

it-triq - marzu 2021 3

L-Amerikan Eugene Orowits kien żagħżugħ xipli. Darba nzerta ra xi atleti jwaddbu l-lanez, u stagħġeb x’saħħa u kapaċità kellhom. Meta hu pprova jagħmel bħalhom, il-lanza li waddab wassalha biss ftit metri. Ma qatax qalbu, anzi, għamel kuraġġ u beda jittrenja b’rieda soda biex ikun jista’ jieħu sehem ma’ atleti oħrajn. Wara xi xhur persuntu saret aħjar u seta’ jikkompeti fl-isport tal-javelin.

Imma hawn ġrat traġedja li permezz tagħha l-ħolm tiegħu sfaxxa fix-xejn. Għax waqt mument ta’ taħriġ, huwa ġibed xi ligamenti u t-tobba qalulu li ma setax jikkompeti iżjed fl-isports. Kien żmien diffiċli ferm għal Eugene li, għalkemm daħal jaħdem f’maħżen, ingħalaq fih innifsu u ma ried jaf b’xejn.

Però darba sar jaf li sieħbu, li kien jaħdem miegħu, kien qed jattendi kors tad-drama, u tħajjar jibdieh hu ukoll. Kienu għaddew ftit ġimgħat, u kontra dak li basar, intgħażel għal parti f’serial televiżiv jismu ‘Bonanza’, serial li kiseb suċċess kbir u li dam jintwera għal 14-il sena sħaħ. F’dan is-serial, Eugene kellu l-parti simpatika ta’ Little Joe Cartwright.

Wara dan, ingħata parti ferm iktar importanti fis-serial ‘Little House on the Prairie’. Hawnhekk Eugene sar ferm iktar magħruf bl-isem tal-personaġġ li kien jirrapreżenta fis-serial ... Michael Landon. Bla ebda dubju li l-qarrejja ta’ ċertu età jiftakruhom sew dawn is-serials Amerikani tant popolari.

Meta Eugene kien iħares lura lejn il-passat tiegħu, kien jammetti li l-mument importanti ta’ ħajtu kien meta qata’ l-ligamenti. Propju meta ħaseb li kollox kien spiċċa għalih!

Il-ħajja ma nifhmuhiex! Meta naħsbu li qegħdin f’qiegħ xortina, appuntu dan il-mument jista’ jkun il-bidu ġdid għal ħajjitna. Jeħtieġ iżda li nibqgħu nittamaw fil-Mulej, u ma nħallux id-disfatti jkissrulna r-rieda li nerġgħu inqumu u nibdew mill-ġdid.

MICHAEL LANDON

Il-ħajja ma nifhmuhiex!

Page 4: WD¶NX OO[DKD U fuljett Marzu 2021 Nru. 494 mahrug minn

mis-suq tal-ħajja

Mertu

Ilkoll nafu kemm jistgħu jixegħlu l-fantasiji tagħna. Ejjew ma ninkwetawx fuq l-impressjonijiet u l-ħsibijiet li fil-bidu jinbtu spontanjament bla kontroll tagħna. Hekk kif jiġu f’moħħna, ikun imiss lilna li niddeċiedu naċċettawhomx jew le. Ġew f’moħħna bla ma ridniehom. Kif nintebħu li ma jixirqux, inkeċċuhom. U jkollna l-mertu talli dawn il-ħsibijiet neħħejniehom mal-ewwel.

Kliem iebes

San Franġisk de Paule kien qal: ‘Agħmel kulma tista’ biex ma tgħidx kliem iebes. Jekk jaqbżulek, fittex irrimedja għax dak il-kliem ikun fera lil ħaddieħor. Kliem iebes iżid ir-rabja, imantni d-dnub. Hu vleġġa msadda u velenu tar-ruħ. Ikeċċi l-virtujiet kollha.’

Kont qed indur. Fis-suq tal-ħajja. Meta l-Mulej, għodu għodu, waqt li kont qed nitħaddet ma’ persuna, għallimni: Iż-żejt jegħleb il-qawwa tal-ħadid. Għax proprju hu daqshekk irqiq, fin u ħelu li għandu l-qawwa jħaddem l-eħxen ċappetti tal-ħadid li jeżiżtu fuq wiċċ l-art!

Eh ħabib! X’kapaċi tagħmel kelma mimlija ħlewwa! Kapaċi tiftaħ u tħaddem qalb mill-aktar iebsa u samma!

Patri Mario Attard OFM Cap

What most people need to learn in life is how to love people and use things, instead of

using people and loving things. Unknown

Page 5: WD¶NX OO[DKD U fuljett Marzu 2021 Nru. 494 mahrug minn

D an ix-xahar kollu huwa żmien tar-Randan, mela hu żmien ta’ grazzji

spiritwali li l-Mulej qed joffrielna u li mhux ta’ min jitlifhom. Propju fl-aħħar Ħadd ta’ dan ix-xahar se niċċelebraw Ħadd il-Palm, li jfakkarna fid-daħla solenni ta’ Ġesù fil-belt ta’ Ġerusalemm. Ġesù kien daħal kemm-il darba f’din il-belt qaddisa, iżda din id-darba Hu ried jidħol b’solennità għax kellha tkun l-aħħar daħla tiegħu bħala bniedem. Dakinhar kien il-bidu tar-Rebħa ta’ Ġesù. Fuq kollox, Ġesù ried jagħmel hekk għaliex fil-ġranet ta’ wara kien ser iwettaq dak li għalih kien ġie fid-dinja bħala bniedem. Jiġifieri li jmut għalina fuq l-għolja tal-Kalvarju u jqum mill-imwiet glorjuż u rebbieħ. Iva, is-salvazzjoni tagħna l-bnedmin kellha sseħħ f’dik il-ġimgħa. Il-poplu ta’ Ġerusalemm donnhom ħassew li, wara tant ġid li Ġesù għamel magħhom matul it-tliet snin ta’ ħajja pubblika tiegħu, issa kellha tiġri xi ħaġa speċjali f’dawk il-ġranet, u għalhekk ħarġet bi ħġarha fit-toroq jilqgħu lil Ġesù bil-friegħi tal-palm f’idejhom u jkantaw innijiet ta’ Osanna u ta’ tifħir lil Alla. Ġesù żgur li ħass ferħ u għafsa ta’ qalb fl-istess ħin: ferħ għax il-poplu kien qed jagħrfu bħala l-Messija, u għafsa ta’ qalb għax kien jaf li dan l-istess poplu malajr kien ser jinsa dak kollu u, imġegħlin mill-kbarat tagħhom , kienu ser iduru kontrieh u jikkundannawh għall-mewt.

Kemm jibdel fehmtu malajr il-bniedem! U dan jgħodd għalina wkoll. Iva, għax aħna wkoll, malajr nibdlu l-fehma tagħna jew insibu min idawwarna.

‘Ġesù maħbub, inti li batejt il-passjoni ħarxa minħabba n-nuqqas ta’ lealtà tagħna, tħalli qatt nitolbuk li aħna nduru kontra tiegħek.’

Minn ‘Osanna’

għal ‘Sallbu’

Page 6: WD¶NX OO[DKD U fuljett Marzu 2021 Nru. 494 mahrug minn

4 it-triq - marzu 2021

No matter how beautiful and handsome you are ... just remember that baboons and gorillas also attract tourists. Stop boasting. No matter how big and strong you are ... you will not carry yourself to your grave. Be humble. No matter how tall you are ... you can never see tomorrow. Be patient. No matter how light-skinned you are ... you will always need light in darkness. Take caution. No matter how rich and many cars you have ... you always have to walk to bed. Be contented.

Coincidences of life?

Have you taken note of the coincidences of life? LIFE has 4 letters, so does DEAD. KNOWLEDGE has 9 letters, so does IGNORANCE. FRIENDS has 7 letters, so does ENEMIES. TRUTH has 5 letters, so does LYING. HURT has 4 letters, so does HEAL. NEGATIVE has 8 letters, so does POSITIVE. FAILURE has 7 letters, so does SUCCESS. BELOW has 5 letters, so does ABOVE. CRY has 3 letters, so does JOY. ANGER has 5 letters, so does HAPPY. RIGHT has 5 letters, so does WRONG. RICH has 4 letters, so does POOR. FAIL has 4 letters, so does PASS. HATE has 4 letters, so does LOVE.

Are they all coincidence? This means that LIFE is like a double-edged sword. We should choose wisely.

If you think it is your alarm clock that woke you up this morning, try putting it beside a dead body and you will realise that it is the Grace of the Great Architect of the Universe that woke you up.

In life, whatever you really want will never come so easy. Like a child learning to walk, the skills achieve most through diligent practice. We learn by doing and falling over. So, learning is the ladder of process leading to progress.

No matter how .....

Page 7: WD¶NX OO[DKD U fuljett Marzu 2021 Nru. 494 mahrug minn

it-triq - marzu 2021 5

Il-Ġimgħa - 05.03.2021: L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar Tajjeb li nħarsu dan il-jum b’devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù billi, jekk inkunu nistgħu, nattendu għall-quddies u nkunu disposti li nitqarbnu;

Is-Sibt - 06.03.2021: L-Ewwel Sibt tax-Xahar F’dan il-jum, tajjeb li, jekk inkunu nistgħu, nattendu għall-quddies u naraw li nkunu disposti li nitqarbnu. Tajjeb ukoll jekk ngħidu r-Rużarju b’devozzjoni lejn il-Qalb bla tebgħa ta’ Marija;

Il-Ġimgħa - 19.03.2021: Festa ta’ San Ġużepp

Nagħtu ġieħ lil dan il-qaddis kbir billi, min jista’, jersaq lejn il-quddies u t-tqarbin;

Il-Ġimgħa - 26.03.2021: Id-Duluri F’dan il-jum ta’ devozzjoni, nirriflettu ftit fuq it-tbatija li ġarrbet Ommna Marija waqt il-Passjoni u l-mewt ta’ Binha Ġesù. Ikun tajjeb li, min ikun jista’, jattendi għal quddiesa u jkun dispost li jitqarben.

Dan hu AVVIŻ importanti

Nerġgħu infakkrukom li, minħabba ċ-ċirkustanzi kkawżati mill-pandemija tal-Covid19, din is-sena mhux ser jiġu organizzati la l-Eżerċizzi Spiritwali, la l-Irtir miftuħ għal kulħadd, u lanqas il-quddiesa nhar id-Duluri, li s-soltu jkunu organizzati mill-grupp It-Triq. Dan qed isir biex tkun assigurata s-saħħa pubblika. Tajjeb però li, fl-assenza ta’ dawn l-okkażjonijiet spiritwali, fis-skiet personali tagħna, nitolbu lill-Mulej jgħinna fil-fejqan spiritwali tagħna u wkoll f’din il-mixja tagħna ta’ fejqan minn din il-pandemija.

Page 8: WD¶NX OO[DKD U fuljett Marzu 2021 Nru. 494 mahrug minn

Jekk tixtieq twaqqaf l-abbonament tiegħek f’dan il-fuljett, nitolbuk tinforma lid-direzzjoni billi tiktbilna fl-indirizz postali jew

elettroniku li jidhru hawn taħt.

Id-Direzzjoni

Il-ħarġa tal-fuljett ‘It-Triq’ ta’ Marzu 2021 qed niddedikawha għall-Għaqda ‘Qaddejja taċ-Ċenaklu’.

B’apprezzament għall-ħidma bil-qalb tas-sorijiet u l-istaff kollu b’dedikazzjoni sħiħa lejn is-saċerdoti anzjani li jgħixu

fid-Dar tal-Kleru.

Offerti permezz ta’ cheques bankarji, għandhom ikunu pagabbli:

Prayer Group IT-TRIQ

Kull korrespondenza għandha tintbagħat lil:

Paul Schembri - 73, ‘Terezita’, Triq Birbal, Balzan BZN 9015

w: www.it-triq.org ● email: [email protected] ● Tel: 79537649

My daughter wanted a Cindirella themed party, so I invited all her friends over, and made them clean the house! I waited all night to see where the sun would rise … and then it dawned on me. Question: Why are fish so smart? Answer: Because they live in schools. Question: What did one toilet say to the other? Answer: You look flushed!

‘Never criticize someone until you have walked a mile in their shoes. That way, when you criticize them, you’ll be a mile away and you’ll have their shoes!’ ‘Instead of The John, I call my toilet The Jim. That way, it sounds better when I say I go to the Jim first thing every morning.’ Why is it that your nose runs, but your feet smell?!

DROPS

OF

LAUGHTER