12
Żjara fir- razzett

Żjara fir-razzett

  • Upload
    trung

  • View
    193

  • Download
    10

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Żjara fir-razzett. Adrian u Erika marru ġurnata għand iz-zijiet tal-papa` fil-kampanja. Malli waslu z-ziju Ġanni u z-zija Marija ħarġu jifirħu bihom. Ben, il-kelb taz-ziju ħareġ jiġri jinbaħ bil-ferħ malli sema’ t-tfal. Ftit wara ġiet ukoll il-qattusa tifraħ bihom. - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Page 1: Żjara fir-razzett

Żjara fir-razzett

Page 2: Żjara fir-razzett

Adrian u Erika marru ġurnata għand iz-zijiet tal-papa` fil-

kampanja.Malli waslu z-ziju Ġanni u z-zija

Marija ħarġu jifirħu bihom.

Page 3: Żjara fir-razzett

Ben, il-kelb taz-ziju ħareġ jiġri jinbaħbil-ferħ malli sema’ t-tfal.

Ftit wara ġiet ukoll il-qattusa tifraħ bihom.

Page 4: Żjara fir-razzett

Adrian u Erika marru jaraw iż-żiemel ħiereġ mill-istalla.

X’ħin ra lit-tfal beda jiżher bil-ferħ.

Page 5: Żjara fir-razzett

Fil-maqjel kien hemm il-ħnieżer. Mhux qażquż wieħed kien hemm,

imma ħafna!

Wieħed minnhom ma tantx ħa gostu tgħidx kemm beda

jagħmel storbju.

Page 6: Żjara fir-razzett

Erika bdiet tilgħab b’fellus żgħir iżda

t-tiġieġa ma ħaditx gost u bdiet tqaqi.

It-tiġieġ ħarġu mill-gallinar.

Is-serduk beda jidden ukoll !

Page 7: Żjara fir-razzett

Fil-mandra raw iz-zija Marija taħleb il-baqra.

Imma mbagħad ħareġ il-barri u beżgħu minnu . . .

Page 8: Żjara fir-razzett

Adrian u Erika ittawlu fil-kamra tal-fniek. Kif raw lit-tfal, iż -

żrameġ ħarbu u staħbew fit-tiben.

Page 9: Żjara fir-razzett

Huma taw jieklu wkoll lil mogħoż.

Page 10: Żjara fir-razzett

Il-qattus u l-qattusa kienu fil-bitħa għax-xemx. Erika melset l-ferħ

iżda l-qattusa ma tantx ħadet gost u bdiet tnewwaħ.

Page 11: Żjara fir-razzett

Adrian u Erika ħadu gost ħafna u ma xtaqux jitilqu minn dejn l-annimali iżda kontra qalbhom

kellhom imorru lura lejn id-dar.

Fil-għaxija ġew għalihom il-mama u l-papa’.

Page 12: Żjara fir-razzett

Ċaw Tfal!