DAN HU L-DAN HU L-ĦARUF ĦARUF TA’ ALLATA’ ALLA
www.ofm
.org.m
t
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija
Is 49, 3. 5-6
Il-Mulej qalli: “Israel, inti l-
qaddej tiegħi, bik jiena nkun imfaħħar.’’
U issa tkellem il-
Mulej,
li minn ħdan ommi għamilni qaddej tiegħu, biex għandu rreġġa’ lura l-Ġakob u biex Israel jinġabar miegħu mill-
ġdid,
għax jien kont imfaħħar f’għajnejn il-Mulej, u Alla tiegħi kien
il-qawwa tiegħi.
Hu qalli: “Tkun ħaġa żgħira wisq għalik li inti tkun il-qaddej tiegħi
biex tqajjem biss it-tribu’ ta’ Ġakob u treġġa’ lura l-fdal ta’ Israel.
Jien nagħmel minnek dawl għall-ġnus,
biex is-salvazzjoni
tiegħi sa truf l-art
tinfirex.’’
Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu ħajr lil Alla.
SALM RESPONSORJ
ALISalm 39
Hawn jien, Mulej, ġej
nagħmel ir-rieda
tiegħek.
Ittamajt b’tama qawwija fil-Mulej,
u miel lejja u sema’ l-għajta tiegħi.
Qegħidli f’fommi għanja ġdida,
għanja ta’ tifħir lil Alla tagħna.
R/.
Hawn jien, Mulej, ġej
nagħmel ir-rieda
tiegħek.
Sagrifiċċju u offerta int ma tgħaxxaqtx bihom,
imma widnejja int ftaħtli.
Vittmi tal-ħruq u tat-tpattija int ma tlabtx.Imbagħad jien għedt:
“Hawn jien, ġej.’’
R/.
Hawn jien, Mulej, ġej
nagħmel ir-rieda
tiegħek.
Fil-ftuħ tal-ktieb hemm miktub fuqi
li nagħmel ir-rieda tiegħek.
Alla tiegħi, jogħġobni,u l-liġi tiegħek ġewwa
qalbi qiegħda.
R/.
Hawn jien, Mulej, ġej
nagħmel ir-rieda
tiegħek.
Xandart il-ġustizzja f’ġemgħa kbira;ara, xofftejja ma
żammethomx magħluqa.
Mulej, int taf.
R/.
Hawn jien, Mulej, ġej
nagħmel ir-rieda
tiegħek.
IT-TIENI QARI
Bidu ta’ l-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-
Korintin
1 Kor 1, 1-3
Pawlu, li Alla ried isejjaħlu
biex ikun appostlu ta’
Kristu Ġesu’, u Sostene ħuna,
lill-Knisja ta’ Alla li
qiegħda f’Korintu, lil
dawk li tqaddsu fi
Kristu Ġesu’,
imsejħa biex ikunu
qaddisin flimkien ma’ dawk kollha li
f’kull pajjiż isejħu l-isem
ta’ Sidna Ġesu’ Kristu,
Sid tagħhom u tagħna, grazzja lilkom u
sliem minn Alla
Missierna u Sidna Ġesu’
Kristu.
Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu ħajr lil Alla.
Hallelujah. Hallelujah
Tkellem, Mulej, għax Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’;qiegħed jisma’;
inti għandek il-kliem inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem.tal-ħajja ta’ dejjem.
Hallelujah
L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju
ta’ San Ġwann
Ġw 1, 29-34
F’dak iż-żmien: Ġwanni ra lil Ġesu’ riesaq lejh, u qal:
“Ara, hawn hu l-Ħaruf ta’ Alla, dan hu li jneħħi d-dnubiet tad-
dinja!
Dan hu li fuqu jiena għedt, ‘Warajja jiġi wieħed li hu aqwa minni, għax kien
qabli.’
Jiena stess ma kontx nafu:
imma jien ġejt mgħammed
bl-ilma sewwa sew biex hu
jkun imgħarraf lil
Israel.’’
Ġwanni ssokta jixhed:
“Jiena rajt l-Ispirtu nieżel
mis-sema bħal
ħamiema u joqgħod fuqu.
Tabilħaqq, jien ma kontx nafu; imma
dak li bagħatni
ngħammed bl-ilma qalli,
‘Fuq min tara l-Ispirtu
jinżel u joqgħod, dak hu li
jgħammed bl-Ispirtu s-
Santu.’
Dan rajtu b’għajnejja
u xhedt: Dan hu l-Iben ta’ Alla.’’
Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu
DAN HU L-DAN HU L-ĦARUF ĦARUF TA’ ALLATA’ ALLA
www.ofm
.org.m
t