IL-PAPA: SUĊĊESSUR TA’ PIETRU
21 Ħadd matul is-sena A
www.ofm.org.mt
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-
Profeta Isaija
Is 22. 19-23
Dan igħid il-Mulej lil Sebna,
dak li jieħu ħsieb il-palazz
tas-sultan: “Jiena nwarrbek
mill-uffiċċju tiegħek u
nniżżlek minn postok.
Għad jasal iż-żmien meta nsejjaħ lill-qaddej tiegħi Eljaqim, bin Ħilqija, u llibbsu lbiesek,
inħażżmu bit-terħa tiegħek, u nagħtih is-setgħa tiegħek.
Hu jkun missier għal min igħix f’Ġerusalem u għad-dar ta’ Ġuda. Inqiegħed fuq spallejh il-muftieħ tad-dar ta’ David:
jiftaħ, u ħadd ma jagħlaq; jagħlaq, u ħadd ma jiftaħ. U nwaħħlu bħal musmar fis-sod, u jkun tron glorjuż għall-familja ta’ missieru.
Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla
SALM RESPONSORJALISalm 137
It-tjieba tiegħek, Mulej, tibqa’ għal dejjem.
Irroddlok ħajr, Mulej, b’qalbi kollha,
quddiem l-anġli rrid ngħannilek.
Ninxteħet quddiem it-tempju mqaddes
tiegħek.
R/.
It-tjieba tiegħek, Mulej, tibqa’ għal dejjem.
Irrodd ħajr lil ismekgħat tjieba tiegħek u għall-fedelta’ tiegħek.Fil-jum li fih sejjaħtlek,
smajtni,kattartli l-qawwa f’ruħi.
R/.
It-tjieba tiegħek, Mulej, tibqa’ għal dejjem.
Kbir hu l-Mulej, imma ħsieb iż-żgħar jieħu,waqt li l-kburin mill-
bogħod iħares lejhom.It-tjieba tiegħek, Mulej,
tibqa’ għal dejjem;la titlaqx egħmil idejk.
R/.
It-tjieba tiegħek, Mulej, tibqa’ għal dejjem.
IT-TIENI QARI
Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-
Rumani
Rum 11, 33-36
Ħuti: Kemm huma kbar il-
għana, il-għerf u l-għaqal ta’ Alla!
Kemm tassew ħadd ma jista’
jgħarbel il-ġudizzji tiegħu u jifhem it-triqat
tiegħu!
Għax min qatt għaraf moħħ il-Mulej? Min qatt kien il-kunsillier tiegħu? Min qatt kien hu l-ewwel li tah xi ħaġa hekk li jkun
ħaqqu l-ħlas tagħha?
Kollox ġej minnu, kollox
permezz tiegħu, kollox għalih. Lilu l-glorja għal dejjem ta’
dejjem. Amen.
Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla
Hallelujah. Hallelujah.
Infaħħrek, Mulej, Sid is-sema u l-art,
għax int għarraft liż-żgħar
il-misteri tas-saltna.
Hallelujah.
L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju
ta’ San Mattew.
Mt 16, 13-20
F’dak Iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’
Ċesarija ta’ Filippu, Ġesu staqsa lid-dixxipli tiegħu
u qalilhom:
“In-nies min igħidu li hu Bin il-
bniedem?’’ U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-
profeti.’’
“Imma intom, min tgħidu li
jien?’’ staqsiehom. U qabeż Xmun
Pietru u qallu:“Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.’’
U Ġesu’ wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun, bin
Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma
Missieri li hu fis-smewwiet.
U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi u s-setgħat ta’l-infern ma jegħelbuhiex.
Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-
Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet,
u kull ma tħoll fuq l-
art ikun maħlul fis-
smewwiet.’’
Imbagħad lid-dixxipli tiegħu
wissiehom biex ma
jitkellmu ma’ ħadd fuq li
huwa l-Messija.
Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu.
IL-PAPA: SUĊĊESSUR TA’ PIETRU
21 Ħadd matul is-sena A
www.ofm.org.mt