Vassalli kien lingwista, professur u rivoluzzjonarju. Huwa magħruf bħala “Missier l-Ilsien Malti” .
•Fl-1790 ippubblika alfabett Malti u ħoloq sistema ta’ ortografija għall-kliem fil-lingwa Maltija. Fl-1791 ippubblika grammatika tal-Malti bil-Latin.
Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien
Fl-1795 ġie lura Malta minn Ruma u ppubblika wieħed mix-xogħlijiet l-aktar importanti tiegħu: il-Lexicon Melitensis, vokabularju tal-lingwa Maltija. Dan il-vokabularju fih madwar 18,000 kelma.
Vassalli ried jagħti livell xieraq
lill-ilsien Malti fi żmien meta ma kienx
meqjus.
Kien jemmen li l-lingwa setgħet tkun mezz biex bih
jiġġieled kontra l-inġustizzji fuq il-Maltin, imwettqa mill-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann.
Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien
Vassalli miet fit-12 ta’ Jannar tal-1829. Illum il-ġurnata,
Mikiel Anton Vassalli jitqies bħala ħassieb u
riformatur, kif ukoll bħala ribell u studjuż li lemaħ fil-
bogħod u sa minn kmieni l-qawmien għaqli tan-
nazzjonalità Maltija.
B’hekk rajna kif Mikiel Anton Vassalli
jagħmel parti importanti mill-istorja u
l-iżvilupp tal-lingwa Maltija.
Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien
Lil Mikiel Anton Vassalli Dun Karm
Il-poeta Nazzjonali ddedika dan is-sunett lil Mikiel Anton Vassalli – Missier l-Ilsien Malti.
Vassalli, meta ngħarrex ġewwa ħsiebek, Il-ħsieb li kiber ma’ żgħużitek f ’Ruma, U kif fissirtu fit-taħdit ma’ ħbiebek, Meta lil artek rajt bil-ħan maħkuma; u n-nafra tas-sultan li xejn ma ġiebek wara t-twissija b’għaqal kbir maħduma, u l-għawġ u l-għarr li nġabar wara biebek u l-ħabs u l-ħarba f ’nofs ta’ lejl mitmuma, “Malti safi tassew!” joħroġ minn fommi; Mhux għax għallimtni l-ġmiel, is-saħħa, il-għana Tal-ilsien li tkellmu bih ommok u ommi, iżd’ għax ħabbejtha lil din l-art ħanina, u kont ewlieni fost in-nisel tagħna li ħsibt il-jedd li nkunu ġens għalina.
Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien
Issa pprova wieġeb dawn il-mistoqsijiet dwar Mikiel Anton Vassalli:
1. Missier l-Istorja ta’ Malta
2. Missier il-Knisja Kattolika
3. Missier l-Ilsien Malti
Kif inhu magħruf Mikiel Anton Vassalli?
Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien
Fejn qiegħed il-monument ta’ Vassalli?
1. Il-Birgu
2. Ħaż-Żebbuġ
3. Il-Belt Valletta
Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien
Meta twieled u meta miet Vassalli?
1. 1764-1829
2. 1829-1905
3. 1916-2008
Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien
Fejn mar ikompli bl-istudju tiegħu?
1. Sqallija
2. Pariġi
3. Ruma
Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien
Xi ppubblika fl-1791?
1. Dizzjunarju bil-Malti
2. Grammatika tal-Malti bil-Latin
3. Alfabett Malti
Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien
Liema hu l-aktar xogħol importanti tiegħu?
1. Il-Lexicon 2. Il-Grammatika
3. L-Alfabett
Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien
X’kien il-Lexicon?
1. Awtobijografija tiegħu
2. Vokabularju tal-Lingwa Maltija
3. Studju fuq il-Lingwa Maltija
Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien
Fiex kien jemmen Vassalli?
1. Li l-Maltin kellhom jobdu lill-ħakkiema barranin
2. Li Malta qatt ma setgħet tkun indipendenti
3. Li l-Maltin kellhom jitgħallmu l-Malti biex jiġġieldu
kontra l-inġustizzji
Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien
Talli ħa sehem f’rewwixta kontra l-Kavallieri:
1. Tawh medalja tad-deheb
2. Tefgħuh il-ħabs
3. Tawh il-piena kapitali
Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien
Meta ġie lura Malta fl-1820,Vassalli laħaq:
1. Professur tal-Malti fl-Università ta’ Malta
2. Prim Ministru
3. Mexxej ta’ partit kontra l-Ingliżi
Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien