16
Informazzjoni u Taħriġ Sa Oriana Bonnici Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien

Informazzjoni u Taħriġ - It-tagħlim tal-Malti | Fl ... · Fl-1795 ġie lura Malta minn Ruma u ppubblika wieħed mix-xogħlijiet l-aktar importanti tiegħu: il-Lexicon Melitensis,

  • Upload
    vuque

  • View
    239

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Informazzjoni u Taħriġ

Sa Oriana Bonnici Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien

Vassalli kien lingwista, professur u rivoluzzjonarju. Huwa magħruf bħala “Missier l-Ilsien Malti” .

•Fl-1790 ippubblika alfabett Malti u ħoloq sistema ta’ ortografija għall-kliem fil-lingwa Maltija. Fl-1791 ippubblika grammatika tal-Malti bil-Latin.

Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien

Fl-1795 ġie lura Malta minn Ruma u ppubblika wieħed mix-xogħlijiet l-aktar importanti tiegħu: il-Lexicon Melitensis, vokabularju tal-lingwa Maltija. Dan il-vokabularju fih madwar 18,000 kelma.

Vassalli ried jagħti livell xieraq

lill-ilsien Malti fi żmien meta ma kienx

meqjus.

Kien jemmen li l-lingwa setgħet tkun mezz biex bih

jiġġieled kontra l-inġustizzji fuq il-Maltin, imwettqa mill-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann.

Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien

Vassalli miet fit-12 ta’ Jannar tal-1829. Illum il-ġurnata,

Mikiel Anton Vassalli jitqies bħala ħassieb u

riformatur, kif ukoll bħala ribell u studjuż li lemaħ fil-

bogħod u sa minn kmieni l-qawmien għaqli tan-

nazzjonalità Maltija.

B’hekk rajna kif Mikiel Anton Vassalli

jagħmel parti importanti mill-istorja u

l-iżvilupp tal-lingwa Maltija.

Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien

Lil Mikiel Anton Vassalli Dun Karm

Il-poeta Nazzjonali ddedika dan is-sunett lil Mikiel Anton Vassalli – Missier l-Ilsien Malti.

Vassalli, meta ngħarrex ġewwa ħsiebek, Il-ħsieb li kiber ma’ żgħużitek f ’Ruma, U kif fissirtu fit-taħdit ma’ ħbiebek, Meta lil artek rajt bil-ħan maħkuma; u n-nafra tas-sultan li xejn ma ġiebek wara t-twissija b’għaqal kbir maħduma, u l-għawġ u l-għarr li nġabar wara biebek u l-ħabs u l-ħarba f ’nofs ta’ lejl mitmuma, “Malti safi tassew!” joħroġ minn fommi; Mhux għax għallimtni l-ġmiel, is-saħħa, il-għana Tal-ilsien li tkellmu bih ommok u ommi, iżd’ għax ħabbejtha lil din l-art ħanina, u kont ewlieni fost in-nisel tagħna li ħsibt il-jedd li nkunu ġens għalina.

Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien

Issa pprova wieġeb dawn il-mistoqsijiet dwar Mikiel Anton Vassalli:

1. Missier l-Istorja ta’ Malta

2. Missier il-Knisja Kattolika

3. Missier l-Ilsien Malti

Kif inhu magħruf Mikiel Anton Vassalli?

Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien

Fejn qiegħed il-monument ta’ Vassalli?

1. Il-Birgu

2. Ħaż-Żebbuġ

3. Il-Belt Valletta

Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien

Meta twieled u meta miet Vassalli?

1. 1764-1829

2. 1829-1905

3. 1916-2008

Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien

Fejn mar ikompli bl-istudju tiegħu?

1. Sqallija

2. Pariġi

3. Ruma

Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien

Xi ppubblika fl-1791?

1. Dizzjunarju bil-Malti

2. Grammatika tal-Malti bil-Latin

3. Alfabett Malti

Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien

Liema hu l-aktar xogħol importanti tiegħu?

1. Il-Lexicon 2. Il-Grammatika

3. L-Alfabett

Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien

X’kien il-Lexicon?

1. Awtobijografija tiegħu

2. Vokabularju tal-Lingwa Maltija

3. Studju fuq il-Lingwa Maltija

Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien

Fiex kien jemmen Vassalli?

1. Li l-Maltin kellhom jobdu lill-ħakkiema barranin

2. Li Malta qatt ma setgħet tkun indipendenti

3. Li l-Maltin kellhom jitgħallmu l-Malti biex jiġġieldu

kontra l-inġustizzji

Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien

Talli ħa sehem f’rewwixta kontra l-Kavallieri:

1. Tawh medalja tad-deheb

2. Tefgħuh il-ħabs

3. Tawh il-piena kapitali

Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien

Meta ġie lura Malta fl-1820,Vassalli laħaq:

1. Professur tal-Malti fl-Università ta’ Malta

2. Prim Ministru

3. Mexxej ta’ partit kontra l-Ingliżi

Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien

Xi xtaq għal Malta Vassalli?

1. Li Malta tkun maħkuma

2. Li Malta tkun fi sħab mal-ħakkiema barranin

3. Li Malta tkun indipendenti

Sa Oriana Bonnici - Kulleġġ St.Jeanne Antide, Ħal Tarxien