It-Terz Ordni Karmelitan Sekulari jew
L-Ordni Karmelitan Sekulari
Ngharfu l-Passat taghnabiex nibnu l-Futur
Lajci jew Sekulari? Mill-Koncilju Vatikan II ’il quddiem il-Knisja bdiet taghmel enfasi kbira fuq ir-rwol tal-lajci fil-Knisja. • Is-Sejha Universali ghall-Qdusija• Forom godda ta’ kif il-Lajci jimpenjaw
irwiehhom fil-Knisja• Enfasi, kwazi ezagerata, dwar x’wiehed
jista’ jaghmel (attivizmu) waqt li nsejna dak li jghallem il-Koncilju Vatikan II li l-ewwel dmir taghna fil-Knisja hu li nghixu l-qdusija hemm fejn huwa l-post u r-rwol taghna.
F’dan il-kuntest qsamna l-hajja tal-Knisja fi Kleru u Lajci u tlifna xi ftit il-kuncett “sekulari” li dejjem kien fil-Knisja taht forom li jinbidlu skont is-sinjali taz-zminijiet.
Bhalma l-Hajja Konsagrata dahlet xi ftit fi krizi minhabba li kellha mill-gdid tiskopri lilha nnifisha u l-valuri li jsawwruha u jaghtuha identita’, hekk ukoll kien hemm il-htiega li niskopru mill-gdid l-identita’ ta’ dawk il-gruppi u persuni li jixorbu mill-ghajn tal-Hajja Konsagrata b’mod generali u universali.
Il-CIC fil-fatt rega’ stabilixxa per ezempju x’inhuma l-identitajiet tat-Terz Ordnijiet u l-movimenti marbutin ma’ Ordnijiet Religjuzi.
Sfortunatament tefa’ lil kulhadd taht keffa wahda.
Fil-kaz tal-Ordni Karmelitan, il-kwestjoni tikkumplika ftit ruhha ghaliex it-Terz Ordni beda b’forma u identita’ differenti minn dawk marbutin ma’ Ordnijiet ohra li kienu bbazati fuq hajja penitenzjali ta’ konverzjoni lejn Alla skont l-ispirtu ta’ Ordni Religjuz partikulari.
Biz-zmien, kemm minhabba l-legislazzjoni tal-Knisja kif ukoll minhabba influwenzi minn Terz Ordnijiet ohra, it-Terz Ordni Karmelitan Sekulari tilef xi ftit mill-originalita’ tieghu.
Illum, bil-vokazzjoni ta’ xi membri tat-Terz Ordni Karmelitan, li qed tqajjem mill-gdid stil ta’ hajja fit-Terz Ordni skont l-ispirtu tal-bidu, qeghdin nergghu niskopru mill-gdid fhiex tikkonsisti s-sejha ta’ Karmelitan Sekulari.
Sa mis-Seklu XIII l-Ordni kien isieheb fih tliet forom ta’ hajja:• Fratres (Patrijiet, Frajiet, semifrati)• Sorores (Oblate jew Converse xebbiet u romol)• Confratres u Consores (nisa u rgiel oblati)
Bil-Bulla Cum Nulla tal-1452 twaqqfu • it-Tieni Ordni (Sorijiet Klawstrali) u • t-Terz Ordni Sekulari (Nisa konversi vergni jew
romol bil-vot tal-kastita’) Fl-1476 il-Papa Sistu IV fetah it-Terz Ordni
Sekulari ghall-mizzewgin fuq il-mudell Frangiskan. L-imsiehba wkoll kienu jaghmlu l-vot tal-castitatem matrimonialem, il-faqar u l-ubbidjenza.
Jigifieri fil-mentalita’ taz-zmiem kienu jghixu• l-kontinenza fi zwieg imsejjah Guzeppin jew• kontinenza perjodika fi granet u zminijiet
liturgici partikulari
Mill-1476 fil-fatt l-Ordni kien maqsum f’dawn il-gruppi:• Religjuzi rgiel• Religjuzi nisa klawstrali• Terzjarji Sekulari• Nisa u rgiel “de habito Ordinis”
Ma’ dawn zdiedu l-Konfraternitajiet tal-Madonna tal-Karmnu jew tal-Labtu.
Biz-zmien mat-Terzjarji Sekulari ssieheb it-Terz Ordni Regulari maghmul minn Kongregazzjonijiet u Istituti religjuzi femminili (sorijiet) li jispiraw irwiehhom mill-Karizma Karmelitana.
Kieku jkollna nidentifikaw dawn il-gruppi bil-fehmiet ta’ zmienna, nghidu li n-Nisa u rgiel “de habito Ordinis”u l-Konfraternitajiet tal-Karmnu jitqiesu bhala gruppi lajkali fi hdan l-Ordni u mhux it-Terz’Ordni Sekulari.
Dawk fl-Ordni Karmelitan Sekulari (jew Terz Ordni) fil-fatt jaghmlu l-Professjoni fi hdan l-Ordni taht zewg forom: bil-voti jew bla voti semplici tal-Kastita u l-Ubbidjenza.
Ir-Regula l-gdida tat-Terz Ordni Sekulari tigbor fiha mhux biss lajci li jissiehbu fl-Ordni fl-istat Sekulari imma wkoll Qassisin Djocesani u tippermetti wkoll li Karmelitan Sekulari jigi ordnat Djaknu permanenti taht l-Ubbidjenza tal-General.
Ir-Regula TOCS taghraf ukoll li hemm modi ohra ta’ kif lajci jissiehbu fl-Ordni u mhux fi stat ta’ hajja Karmelitana fit-TOCS / OCS
Insahhu l-prezent u nharsu ’l quddiem Dan kollu jfisser li mhux kull
min irid jghix il-hajja nisranija skont l-ispirtu tal-Ordni Karmelitan ghandu jidhol fit-Terz Ordni Sekulari.
Tishib fit-Terz Ordni Sekulari jirrikjedi l-ewwelnett vokazzjoni Karmelitana (ghalhekk hemm il-perjodu tal-formazzjoni) u mpenn bil-Professjoni tar-Regula bil-possibilita’ tal-Voti tal-Kastita’ skont l-istat u l-Ubbidjenza.
Dan jitlob mit-Terzjarji Karmelitani iktar impenn fl-gharfien tar-Regula u l-ghixien tal-Karizma Karmelitan.
Dan jitlob mill-Provincja Karmelitana f ’Malta impenn biex niddistingwu zewg realtajiet komplimentari fi hdan l-Ordni: • il-Karmelitani Sekulari li huma l-
Karmelitani li ma jghixux fil-Kunventi u
• l-Moviment Lajkali Karmelitan maghmul minn insara li jsibu fil-Karmelu ispirazzjoni ghal hajjithom.