Mark u Lisa marru ġurnata għand iz-zijiet tal-papa fil-kampanja.Malli waslu z-ziju Ġanni u z-zija Marija ħarġu jifirħu bihom.
Ben, il-kelb taz-ziju ħareġ jiġri jinbaħbil-ferħ malli sema’ t-tfal.
Ftit wara ġiet ukoll il-kelba flimkien mal-ġeru tagħha.
Mark u Lisa marru jaraw iż-żiemel ħiereġ mill-istalla.
X’ħin ra lit-tfal beda jiżher bil-ferħ.
Ftit wara, ħarġu ukoll id-debba u l-mohor.
Fil-maqjel kien hemm il-ħnieżer. Mhux qażquż wieħed kien hemm,
imma erbgħa!
Wieħed minnhom ma tantx ħa gostu tgħidx kemm beda jagħmel storbju.
Lisa bdiet tilgħab b’fellus żgħir iżda
t-tiġieġa ma ħaditx gost u bdiet tqaqi.
It-tiġieġ ħarġu mill-gallinar.
Is-serduk beda jidden ukoll !
Fil-mandra raw iz-zija Marija taħlebil-baqra.
L-għoġol ma beżax u ġie ħdejn ommu jiekol it-tiben.
Imma imbagħad ħareġ il-barri u beżgħu minnu . . .
Mark u Lisa ittawlu fil-kamra tal-fniek. Kif raw lit-tfal, iż-
żrameġ ħarbu u staħbew fit-tiben.
Mark mar jgħin liz-ziju jagħti t-tiben lin-nagħaġ.
Il-muntun ġera wara l-mutur.
Lisa ħadet gost tilgħab mal-ħaruf.
Huma taw jieklu wkoll lil mogħoż.
Il-bodbod ġie jiekol minn fuq il-karru.
Il-gidi ġie jiġri wara missieru.
Wara nofsinhar Mark rikeb il-ħmara.
Il-felu ġie jiġri wara ommu.
Lisa għenet liz-zija ġġorr il-ħamrija għall-qsari.
Il-qattus u l-qattusa kienu fil-bitħa għax-xemx . Lisa melset l-ferħ iżda
l-qattusa ma tantx ħadet gost u bdiet tnewwaħ.
Mark u Lisa ħadu gost ħafna u ma xtaqux jitilqu minn ħdejn l-annimali iżda kontra qalbhom kellhom imorru
lura lejn id-dar.
Filgħaxija ġew għalihom il-mama’ u l-papa’.
Kelb żgħir huwa
gidi
jew
ġeru
L-għoġol huwa l-ferħ tal-
baqra
jew
mogħża ?
Min iqaqi:
l-għasfur
jew
it-tigiega ?
Min jiżher?
iż-żiemel
jew
il-ħmar ?
Min jinħaq?
Il-baqra
jew
il-ħmar?
Min jagħmel dan il-ħoss?
Il-baqra
jew
il-ħanżir ?
Min jorqod fil-gallinar?
il-mogħoż
jew
it-tiġieġ ?
Missier il-ħaruf huwa:l-muntun
jew
il-bodbod ?
Il-gidi huwa l-ferħ:tan-nagħġa
jew
tal-mogħża ?
Il-felu huwa l-ferħ: tal-ħmara
jew
tal-baqra ?
Min jagħmel dan il-ħoss?
Il-fellus
jew
is-serduk ?