28
Taqbiliet Maltin (l-ewwel parti) http://malti.skola.edu.mt

Taqbiliet popolari

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Taqbiliet popolari

Taqbiliet Maltin(l-ewwel parti)

http://malti.skola.edu.mt

Page 2: Taqbiliet popolari

A - B - ĊA - B - Ċ

A - B - Ċ l-iskutella bil-kafèil-kikkra u l-plattina

u n-nannu ma jridx jagħtina.

Page 3: Taqbiliet popolari

Agħmel xita agħmel!Agħmel xita agħmel!

Agħmel xita agħmel!Ħalli jikber il-ħaxix,

il-ħaxix intuh il-mogħżau l-mogħża ttina l-ħalib.

(Il-ħalib intuh lin-nanna u n-nanna tagħmlilna l-ġbejniet)

Page 4: Taqbiliet popolari

Ajma żaqqiAjma żaqqi

Ajma żaqqi kemm tuġagħnikilt il-għeneb mhux misjur,iddendilt mal-kannizzataqisni kelb tal-kaċċatur.

Page 5: Taqbiliet popolari

Ara Ġejja l-Mewt Għalik!Ara Ġejja l-Mewt Għalik!

Ara ġejja l-mewt għalik,biex tixwik, biex taqlik, ara ġejja,

ara waslet,din id-daqqa min tahielek?

Page 6: Taqbiliet popolari

Banni bannozzi Banni bannozzi (1)(1)

Banni bannozziĠej il-papà ġej

Kollox għal __________u lill-papà ma ntuh xej’!

(minflok il-papà jista’ jingħad it-tata)

Page 7: Taqbiliet popolari

Banni bannozzi Banni bannozzi (2)(2)

Banni bannozziġejja n-nanna Nozzi.

Nozzi ta’ ħdejnabiċċa ħobż bil-ġbejna.

Page 8: Taqbiliet popolari

Ċuff ċuff il-baħarĊuff ċuff il-baħar

Ċuff ċuff il-baħar,ommi mir-raħal.

Missieri miż-Żejtungħandu baqra u karettun.

Page 9: Taqbiliet popolari

Dawra DurellaDawra Durella

Dawra durellaQasba żigarellaĊoff tal-bellus

Ċaqċaqhielu lill-għarus

Axxa! Axxa!Għax missieru għamel kaxxa.

(jew: Missieru mastrudaxxa / Ma’ rasu għandu faxxa / Issa kulħadd jitbaxxa)

Page 10: Taqbiliet popolari

Elf ZalzettaElf Zalzetta

Hawn raġel, qrajt darba f’gazzetta,li jiekol kuljum elf zalzetta.

U mbagħad xarba nbid,u jorqod mhux ftit,

u jonħor bil-ħoss ta’ trumbetta.

Page 11: Taqbiliet popolari

Ġili Ġili ĠaĠili Ġili Ġa

Ġili ġili ġafuq it-toppu tal-mamà!

Igdimha u bushafuq it-toppu tal-għarusa!

Page 12: Taqbiliet popolari

Kaxxa ĠugarelliKaxxa Ġugarelli

Għandi kaxxa ġugarelli, din mimlija sa fuq nett,

għandi I-pupa u l-karozza u tat-te jien għandi sett.

Ballun ċkejken u safrani, ors jiċċaqlaq u vapur,

hemm xadina qisha ħajja, pupu ħelu fuq mutur.

Page 13: Taqbiliet popolari

Lanċa ĠejjaLanċa Ġejja

Lanċa ġejja u oħra sejraminn Tas-Sliema għal Marsamxett,

il-kaptan bil-pipa f’ħalqujidderieġi l-bastiment.

Sewwa sewwa f’nofs ta’ baħaril-kaptan ħassu ħażin,

ma kellux min idur miegħudaru miegħu l-baħrin.

Agħmillu karta, agħmillu karta,agħmillu karta għal tax-xjuħ!

Page 14: Taqbiliet popolari

Mamma MiaMamma Mia

Mamma mia* pulizija,Tiħux lili, ħu lil ħija!

* Mia, mit-Taljan, tfisser tiegħi

Page 15: Taqbiliet popolari

NannakolaNannakola

Nannakola mur l-iskola,aqbad siġġu u ibda ogħla!

Page 16: Taqbiliet popolari

Onġi Onġi Onġella Onġi Onġi Onġella (...tkompli)(...tkompli)

Bum, bum il-bieb,Onġi, onġi onġella!Bum, bum il-bieb,Onġi, o kavallier!

Min ġie? Min ġie? Min ġie? Onġi, onġi, onġella!

Min ġie, min ġie, min ġie? Onġi, o kavallier!

Ġie l-ambaxxatore,Onġi, onġi onġella!Ġie l-ambaxxatore,Onġi, o kavallier!

Xi jrid l-ambaxxatore? Onġi, onġi onġella!

Xi jrid l-ambaxxatore? Onġi, o kavallier!

Irid tifla* sabiħa.Onġi, onġi onġella!

Irid tifla sabiħa.Onġi, o kavallier!

Min hija din it-tifla?Onġi, onġi onġella!Min hija din it-tifla?

Onġi, o kavallier!

Din hija ________Onġi, onġi onġella!Din hija ________Onġi, o kavallier!

X’se ntuha ’l din it-tifla?Onġi, onġi onġella!

X’se ntuha ’l din it-tifla?Onġi, o kavallier!

Nagħtuha ġurdien moqli.Onġi, onġi onġella!

Nagħtuha ġurdien moqliOnġi, o kavallier!

*jista’ jingħad ukoll ‘tifel’

Page 17: Taqbiliet popolari

(...tkompli) (...tkompli) Onġi Onġi OnġellaOnġi Onġi Onġella

U dana mhux biżżejjed.Onġi, onġi onġella!

U dana mhux biżżejjed.Onġi, o kavallier!

Nagħtuha... (xi ħaġa kerha)

Onġi, onġi, onġella!Nagħtuha... (xi ħaġa kerha)

Onġi, o kavallier!

Nagħtuha... (xi ħaġa sabiħa)

Onġi, onġi onġella!Nagħtuha... (xi ħaġa sabiħa)

Onġi, o kavallier!

Ħuduha la triduha, għax aħna

m’għandniex x’nambuha!Karozza b’erba’ roti,

Tagħmel ħoss tat-terremoti.

Page 18: Taqbiliet popolari

Pizzi Pizzi KannaPizzi Pizzi Kanna

Pizzi pizzi kanna,Dolores ta’ Sant’Anna;Sant’Anna tal-Morina

Ħabba biċċa pellegrina.Mgħaref tal-fidda,Bandiera tal-ħarir.

Noli kannoli,Insara qaddisin.

Page 19: Taqbiliet popolari

Il-PupaIl-PupaGħandi pupa wisq sabiħa,

aħmar wiċċha bħall-peprin.B’par għajnejn minn lewn is-sema,

bħalha żgur ma ssibx ħelwin.

Il-mamà bħali tlibbisha,mid-drapp stess tal-libsa tiegħi.

Oħti ż-żgħira nistħajjilha,meta jien noħroġha miegħi.

Fejn immur dejjem noħodhagħax mingħajrha ma jien xejn.

Minn fejn ngħaddi nisma’ jgħidu:"Dawna donnhom pupi t-tnejn!"

Page 20: Taqbiliet popolari

Sinna BasinnaSinna Basinna

Sinna basinna,bajda ħalib.

Oqgħod fil-qasrijameta mmut niġi għalik!

Page 21: Taqbiliet popolari

Iż-ŻunżanaIż-Żunżana

Iż-żunżana ddur iddurfuq il-bejt tal-kaċċatur.Meta tasal taħt il-mina

tagħmel żinn żann żunn.

Page 22: Taqbiliet popolari

Norqod u NistrieħNorqod u Nistrieħ

Norqod u nistrieħ,noffri ruħi lill-erwieħ.

Norqod u nirpoża,noffri ruħi ’l Santa Roża.

Norqod u nimtedd,noffri ruħi ’l San Ġużepp.

Page 23: Taqbiliet popolari

O Marija ĠuljaO Marija Ġulja

O Marija Ġulja,oqgħod għarkupptejk.

Ħares lejn is-sema u ara min hu ġej.Ġej Ġesù Bambin,

qalb il-ward u l-ġiżimin.

Page 24: Taqbiliet popolari

Orqod Ibni, OrqodOrqod Ibni, Orqod

Orqod ibni, orqod(jew Ninni ninni, ruħi ninni)

fil-benniena tal-ħarir.Dik ommok il-Madonna

u missierek San Ġwakkin.

Page 25: Taqbiliet popolari

Paċi KulaċiPaċi Kulaċi

Paċi kulaċi,il-Madonna fuq rasi.

Kristu fuq l-artal,qed ibierek dawn it-tfal.Dawn it-tfal imberkin,għax se jsiru qaddisin.

Page 26: Taqbiliet popolari

Sant’AnnaSant’Anna

Sant’Anna u San Ġwakkin,il-Madonna u l-Bambin.

X’xorti kellha dik Sant’Anna, li l-Bambin sejħilha nanna.

Page 27: Taqbiliet popolari

Taqbiliet Maltin oħra ssibhom f’dawn il-kotba:

• Maria Grazia Sammut et al (edituri), Taqbil u Għanjiet/Rythm and Rhyme, Il-Kulleġġ San Ġorġ Preca, l-Iskola Primarja tal-Furjana.

• Guido Lanfranco, Logħob, Taqbil u Ġugarelli tat-Tfal Maltin sa Nofs is-Seklu Għoxrin, 2006, Wise Owl.

• Keith Mayl et al (edituri), Taqbiliet Maltin għall-Kbar u għaż-Żgħar, 2010, Rhymed, Malta.

• Bro. Henry, Madwari 2, 1979, Pub. De La Salle.

Taf b’xi ktieb ieħor? Ibagħtilna d-dettalji tiegħu ħalli nżiduh mal-lista.

Page 28: Taqbiliet popolari

Taqbiliet oħra mmużikati ssibhom fis-sit:http://schoolnet.gov.mt/socialstudies/Rizorsi/inkantaw.htm

GRAZZI

http://malti.skola.edu.mt