28
Taqbiliet Maltin (it-tieni parti) http://malti.skola.edu.mt

Taqbiliet Maltin (it-tieni parti) malti.skola.mt

  • Upload
    gabe

  • View
    158

  • Download
    1

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Taqbiliet Maltin (it-tieni parti) http://malti.skola.edu.mt. Anġolin!. - Anġolin! Anġolin! Ġej vapur. - Minn fejn ġej? - Mill-Ħamrun. - Meta jasal taħt il-mina jagħmel, Xiqq! paqq! pumm!. Ċetta Ċettina. Ċetta Ċettina daħlet fil-kċina, kixfet il-borma - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Page 1: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Taqbiliet Maltin(it-tieni parti)

http://malti.skola.edu.mt

Page 2: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Anġolin!Anġolin!

- Anġolin! Anġolin! Ġej vapur.

- Minn fejn ġej? - Mill-Ħamrun.

- Meta jasal taħt il-mina jagħmel, Xiqq! paqq! pumm!

Page 3: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Ċetta ĊettinaĊetta Ċettina

Ċetta Ċettinadaħlet fil-kċina,kixfet il-borma

u serqet għaġina.

Page 4: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Ċetta FurfiċettaĊetta Furfiċetta

Ċetta furfiċetta l-għarus tagħha parrukkier.Qatgħalha xagħarha kollu

U ħallielha nokklu quddiem.

Page 5: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Ġanni l-bidwiĠanni l-bidwi

Ġanni l-bidwi razzett għandu, fih irabbi l-annimali

mogħża u ħmara fih insibu kif ukoll xi sitt majjali.

Għandu żiemel abjad kollu,baqra smina u tal-ħalib,

tiġieġ, flieles u kelb iswed, li ta’ dawn huwa l-ħabib.

Page 6: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Johnny ĠontaJohnny Ġonta

Johnny Ġontafi mnieħru għandu ponta;

Ponta mhux musmar,naqqarhielu d-dundjan!

Page 7: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

KatarinKatarin

Katarin ġibtlek lampuka.Katarin kebbes in-nar.Katarin iftaħ it-tieqa,

ħalli joħroġ id-duħħan.

Page 8: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Il-FestinIl-Festin

Kien hemm waħda mara l-Imdina,li għamlet festin f’għeluq sninha.

Imma ħbieb ma stidnitx,għax nies ma riditx,

u stiednet sittax-il xadina.

Carmel G. Cauchi

Page 9: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Il-QaqoċċIl-Qaqoċċ

Naf mara li tħobb il-qaqoċċ tnax tiekol kull kwarta bl-arloġġ,

u biex ma taħlix il-qxur ma tarmix

imma tħithom u tagħmel papoċċ.

Carmel G. Cauchi

Page 10: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Pawlu PasparawluPawlu Pasparawlu

Pawlu Pasparawlu,taħt is-sodda jisparawlu.

Sparawlu tliet darbietu qattgħulu l-qalziet.

Page 11: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Tar-RizziTar-Rizzi

Tar-rizzi waqa’ l-baħarTal-imħar qabeż għalih!

Tar-rizzi tela’ jiġri,Tal-imħar baqa’ fil-qiegħ!

Page 12: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

SulfarinaSulfarina

Sulfarina mara ċkejknagħandha tfal tnejn u ħamsin.

Hija żżommhom ġewwa kaxxa dejjem hemm, dejjem reqdin.

Page 13: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

It-Tifla tal-KampanjaIt-Tifla tal-KampanjaJien tifla tal-kampanjal-iskola ma mmur qatt.Id-dar nilgħab ma’ ħuti,jew fl-għalqa nagħżaq l-art.Do re mi fa fa faDo re mi fa fa faDo re mi fa so la si do.

Bl-imgħażqa fuq spallejja,b’xi biċċa ħobż f’idejja,maktur marbut ma’ rasi,biex nilqa’ x-xemx għaddejja.Do re mi fa fa faDo re mi fa fa faDo re mi fa so la si do.

Kemm nixtieq li kont reġina,Biex inkun inkurunata.Iżda jiena tifla fqira,fl-għalqa niżra’ l-patata.Do re mi fa fa faDo re mi fa fa faDo re mi fa so la si do.

Page 14: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Il-Bewsa tan-NannaIl-Bewsa tan-Nanna

Waqt li Toninu, kien qiegħed jaqra,b’qattus maġenbu, u kelb daqs naqra,

daħlet in-nanna, inkiss inkissu tatu bewsa, kif kien imiss!

Anastasju Cuschieri

Page 15: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Wieħed, tnejn, tlieta... Wieħed, tnejn, tlieta... (Ċetta) (Ċetta)

Wieħed, tnejn, tlieta.Ċetta kemm hi kwieta.Erbgħa, ħamsa, sitta.Ċetta kemm hi fitta.

Sebgħa, tmienja, disgħa.Ċetta tħobb il-wisa’.Għaxra, ħdax, tnax,

Trid tiġri u ma tistax!

Brother Henry

Page 16: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Wieħed, tnejn, tlieta... Wieħed, tnejn, tlieta... (Paċikk) (Paċikk)

Wieħed, tnejn, tlieta,Paċikk qabeż mit-tieqa.

Ġie fuq blata,weġġa’ l-patata.

Mar għand ommu,bamblithomlu.

Mar għand missieru, kissirlu snienu.

Mar għand ir-re,garalu gabarrè.

Mar għand ir-reġina,tefgħetlu kuċċarina.

Mar għand l-ispiżjar garalu pakkett tajjar.

Mar għand it-tabib,garalu bott ħalib.Ħaduh l-isptar,

għattewh bil-liżar.Ħallewlu ż-żokra barra unaqqarhielu d-dundjan!

Page 17: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Ix-XufierIx-Xufier

Tiri, tiri, tanna,u aħna s’hawn wasalna.

Qus, qus, qusu x-xufier kemm hu gustuż.

Okkli, okkli, okkli,U x-xufier kemm

għandu nokkli.Ana, ana, ana,

u x-xufier kemm hu minn tagħna.Qusa, qusa, qusa,u x-xufier għandu

l-għarusa.

Page 18: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Iz-Zija ta’ Ħal LijaIz-Zija ta’ Ħal Lija

Darba z-zija ta’ Ħal Lijaġiet għalija filgħaxija.Oħti Pija qabdet fija

għax iz-zija ferħet bija.Jiena sfart daqs il-lumija,

qbadt qasrija tfajtha ’l ħija.Ilqatt iz-zija li din toqgħod

numru mija, Triq San Lija, ġo Ħal Lija!

Page 19: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Il-FestiIl-Festi

Santa Marija, il-Mosta.Il-Vitorja, in-Naxxar.

Santa Liena, Birkirkara.Tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar.

Page 20: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Lajla lila!Lajla lila!

Lajla lila,ħudni miegħek.

Lajla lila,ħudni d-dar.

Teħodnix il-festa miegħek,Għaliex nibża’ mill-isparar.

Page 21: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

San Martin San Martin (fil-11 ta’ Novembru)

Ġewż, lewż, qastan, tin,Kemm inħobbu ’l San Martin!

Page 22: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Ninu Ninu tal-MiliedNinu Ninu tal-Milied

Ninu Ninu tal-Milied,ommu għamlet il-qagħqiet;

Il-qagħqiet tal-qastanijaSantu Rokku tat-tiġrija.

(jew Lesti l-bhejjem għat-tiġrija)

Għax għaddew il-festi kollha,baqa’ biss Santa Marija!

Page 23: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Id-DuduId-DuduFis-siegħa twieled dudu.Fis-sagħtejn beda jitwal.

Fit-tlieta kellu mara.Fl-erbgħa kellu t-tfal.

Fil-ħamsa miet.Fis-sitta ħaduh.

Fis-sebgħa difnuh.Fid-disgħa qalgħuh.

Fl-għaxra sajruh.Fil-ħdax kiluh.

F'nofsillejl għadduh.

Page 24: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

L-GħasfurL-Għasfur

L-għasfur minn tal-kampanja,minn siġra għal oħra jtir.

Jiekol it-tina l-misjurau n-nejja jħalliha ssir.

Page 25: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Lupu LupuLupu Lupu

- Lupu, lupuX’inti tagħmel?

- Qed inħaffer ħofra.- Il-ħofra għalfejn?

- Biex nagħmel il-misħun.- Il-misħun għalfejn?

- Biex insinn is-skieken.- Is-skieken għalfejn?

- Biex noqtolkom!

Page 26: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

It-TiġieġaIt-Tiġieġa

It-tiġieġa biedet bajda,biditha fil-katusa.

Ma kellhiex min iġibhielhaġabithielha l-qattusa.

Page 27: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Taqbiliet Maltin oħra ssibhom f’dawn il-kotba:

• Carmel G. Cauchi, Pizzi Pizzi Kanna, 1978, 2006, pubblikazzjoni tal-awtur.• Carmel G. Cauchi, Onġi Onġi Onġella, 1982, 2006, pubblikazzjoni tal-awtur. • Carmel G. Cauchi, Laqt u Xiber, 2006, pubblikazzjoni tal-awtur.• Victor Fenech, DO-RE-MI – kant u logħob tat-tfal Maltin, 2006, Kotba Merill.• Guido Lanfranco, Logħob, Taqbil u Ġugarelli tat-Tfal Maltin sa Nofs is-Seklu

Għoxrin, 2006, Wise Owl. • Keith Mayl et al (edituri), Taqbiliet Maltin għall-Kbar u għaż-Żgħar, 2010,

Rhymed, Malta.

• Maria Grazia Sammut et al (edituri), Taqbil u Għanjiet/Rythm and Rhyme, 2008, il-Kulleġġ San Ġorġ Preca, l-Iskola Primarja tal-Furjana.

• Bro. Henry, Madwari 2, 1979, Pub. De La Salle.

Taf b’xi ktieb ieħor? Ibagħtilna d-dettalji tiegħu ħalli nżiduh mal-lista.

Page 28: Taqbiliet Maltin (it-tieni parti)  malti.skola.mt

Taqbiliet oħra mmużikati ssibhom fis-sit:http://schoolnet.gov.mt/socialstudies/Rizorsi/inkantaw.htm

GRAZZI

http://malti.skola.edu.mt