34
Id- Deżerti Ms.S Brincat (2009-2010) Kulleġġ San Benedittu Skola Primary Kirkop (yr5)

Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Social Studies Year 5

Citation preview

Page 1: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Id-Deżerti

Ms.S Brincat(2009-2010)Kulleġġ San Benedittu

Skola Primary Kirkop (yr5)

Page 2: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

X’inhu Deżert?

Deżert huwa art fejn: a) ftit tagħmel xita. b) ftit pjanti jikbru ċ) ftit annimali jgħixu d) ftit nies joqogħdu

Page 3: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Insibu żewġ tipi ta’ deżerti

Deżert Sħun Deżert Kiesaħ

Page 4: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Il-Klima tad-Deżert Sħun• Ikun hemm nixfa kbira għax ftit

tagħmel xita.• Filgħodu tkun dejjem sħana kbira

(43.5 sa 49 grad celcius)• Iżda bil-lejl tkun kesħa kbira. (It-

temperatura bil-lejl ġieli taqa’ sa – 18 -il celsius). Għaliex taħsbu li jiġri dan?

• Dan jiġri għaliex fuq id-deżert ma jkunx hemm sħab fis-sema għalhekk is-sħana tal-jum, bil-lejl tispiċċa tintilef.

Page 5: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

X’inhi Desert Storm?

•Maltempata ta’ riħ qawwi li jġorr miegħu ħafna ramel.

•Desert storm iddum bejn ġurnata u erbat ijiem.

•Komuni ħafna fid-deżert is-sħun.

Page 6: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Kif jidher id-Deżert Sħun?• Deżert sħun hu magħmul minn ramel u

xagħri (blat).

•Fih naraw ukoll ħafna għoljiet tar-ramel li jissejħu sand dunes.

Page 7: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

• Il-pjanti tad-deżert is-sħun huma tat-tip cactus.

• Dawn kapaċi jgħixu f’dik in-nixfa għax iżommu l-ilma fil-weraq , fiz-zkuk jew fl-għeruq.

• Pjanti oħra jkollhom l-għeruq twal li jwasslu sa ħdejn xi ilma li jkun inġabar taħt l-art.

Page 8: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

• Fid-deżert sħun insibu wkoll partijiet fejn ikun hemm l-ilma għax ikun hemm xi xmara li tkun għaddejja minn taħt l-art.

• F’din il-parti jikbru xi pjanti u siġar u l-annimali jsibu minn fejn jixorbu.

• Din tissejjah OASI

Page 9: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Saguaro• Il-cacti Saguaro jipprovdu

bejtiet għall-għasafar filwaqt li jservu bħala siġar.

• Dawn jikbru bil-mod u jistgħu jgħixu għal madwar mitejn sena.

• Meta jkollhom madwar disa’ snin dawn ikunu 15cm għoljin u wara 75 sena jiffurmaw l-ewwel fergħat tagħhom!

• Meta jkunu kibru dawn ikunu twal 15-il metru u jiżnu għaxar tunnellati.

Page 10: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

• Annimali fid-deżert iridu jgħixu f’ambjent kiefer- sħana tremenda, xemx tiżreġ u nuqqas ta’ ilma.

• Kull annimal jadatta ruħu għad-deżert.

• Il-fennec fox għandu widnejh kbar biex jisma’ iktar kif ukoll jarmi s-sħana minnhom.

• Annimali oħra bħal Kangaroo rat u Rettle snake jgħixu taħt l-art matul il-ġurnata.

• Dawn joħorġu jfittxu l-ikel bil-lejl min ħabba s-sħana tremenda ta’ matul il-jum, għalhekk insejħulhom “nocturnal”.

Annimali f’deżerti sħan

Page 11: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Iktar annimali tad-Deżert sħun

Dorcas gazelle

Springbok

Qanfud

Dama gazelle

Nagħma

Jena (hyena)

ċerva

Xakall(Jackal)

Page 12: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Il-Ġemel • Il-ġemel għandu l-kapaċita’ li jġorr ammont kbir ta’ ilma għal perjodu twil u għalhekk huwa kapaċi jgħix fid-deżert.

• Il-ġemel huwa l-akbar annimal tad-deżert u l-mezz prinċipali għal min irid jaqsam fid-deżert.

• Barra minn hekk għandu żewġ ringieli suf ta’ l-għajnejn. B’hekk jevita li jidħollu r-ramel f’għajnejh.

Page 13: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Monte

Thar

Sonoran

Sahara Mojave

Kalahari

Chihuahuan

Australian

Arabian

Fejn jinsabu dawn id-deżerti sħan?

Page 14: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Nies tad-deżert• Il-biċċa l-kbira tan-nies li

jgħixu fid-deżert huma Nomadi.

• Il-kelma Nomadi tfisser nies li dejjem jiċċaqalqu minn post għall-ieħor.

Page 15: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Nomadi• Din hija stampa ta’ Nomadu. Dik li liebes f’rasu

nsejħulha howli. Għalfejn taħsbu li jilbisha?• In-Nomadi jieklu ross u tamal għax huma faċli

biex iġġorrhom. Jieklu wkoll il-laħam tan-ngħaġ.

Page 16: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Din hija dar temporanja li n-nomadi jibnu fid-deżert.

Page 17: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Din hija skola fid-deżert Sahara. Matul il-lejl taqa’ kesħa tremenda u għalhekk il-bini jkun kiesaħ ħafna.

Dawn it-tfal jpoġġu barra fix-xemx sakemm il-bini jkun saħan biżżejjed biex ikomplu l-lezzjonijiet ġewwa għad-dell.

Page 18: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Ilhom jgħixu n-nies f’dan id-deżert madwar 20,000 elf sena u jissejħu San. Għandhom lingwa għalihom

Huma jmorru għall-kaċċa bil-qaws u l-vleġeġ. Jiġbru frott u pjanti u lewż tajjeb għall-ikel.L-ilma jaħżnuh ġol-bajd tal-ostrich biex iżomm frisk.

Ilhom jgħixu n-nies f’dan id-deżert madwar 20,000 elf sena u jissejħu San. Għandhom lingwa għalihom

Huma jmorru għall-kaċċa bil-qaws u l-vleġeġ. Jiġbru frott u pjanti u lewż tajjeb għall-ikel.L-ilma jaħżnuh ġol-bajd tal-ostrich biex iżomm frisk.

Id-Deżert Kalahari

Page 19: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

X’inhu Deżert Kiesaħ?

• Medda ta’ art miksija bis-silġ. • Tagħmel kesħa fl-istaġuni kollha. • It-temperatura fis-sajf tkun xorta baxxa ħafna. • F’dawn it-tip ta’ deżerti t-temperatura tkun baxxa ħafna anke taħt

iz-zero.• Mill-inqas tagħmel xita għax il-qtar tal-ilma jiffriża qabel dan imiss

mal-art.• F’dan l-ambjent qatt ma tkun sħana biżżejjed biex jikbru l-pjanti. • L-annimali li jgħixu f’dawn il-kundizzjonijiet iħaffru taħt l-art biex

iżommu sħan.

Page 20: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

•Dawn huma maltempati kbar li jseħħu fid-deżert il-kiesaħ fejn riħ qawwi jibda jkaxkar miegħu ħafna silġ.•It-temperatura tkun baxxa.•Il-viżibilita tkun baxxa (ma tantx tkun tista’ tara)

X’inhuma blizzards?

Page 21: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Deżerti Kesħin tad-Dinja

Antartica

Namib

Takla Makan

Atacama

Iranian

Great BasinGobi

Turkestan

Page 22: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Tundra

• X’ inhi Tundra?• Tundra hija art fejn m’hemmx siġar.

• Fejn tinsab Tundra?• Tundra hija dik il-parti ta’ fuq tad-dinja,

lejn ‘in-North Pole’. Din tiksi 1/5 tal-wiċċ tad-dinja.

Page 23: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Tundra

• It-Tundra hija miksija bis-silġ. • Fil-perjodi qosra tas-Sajf, is-silġ tal-wiċċ idub u jkunu

jistgħu jfeġġu xi pjanti u organiżmi oħra.• Matul ix-Xitwa qalila dawn ta’ l-aħħar jerġgħu

jitattew.• L-ilma huwa skars is-sena kollha.

Page 24: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Annimali

Page 25: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Il-Volpi Artiku (Arctic Fox)•Insibuh f’deżerti kesħin.

•Jagħmel id-dar tiegħu taħt l-art fejn ma jsibx silġ.

•Jieħu fdalijiet li jħallu annimali oħra bħal Polar Bear.

•Għandu saqajh qosra, dahru goff u jitkebbeb biex iżomm sħun u jorqod.

•Huwa jgħix madwar 15-il sena u nsejħulu Omnivore għax jista’ jiekol pjanti kif wkoll annimali.

Page 26: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

L-Ors l-abjad•Għandu l-pil abjad fil-cream.

•Jiekol mammali kbar u żgħar, ħut, għasafar u matul is-sajf jiekol ukoll frott u weraq.

•Annimal li jgħix għalih waħdu.

•Meta jkollu iż-żgħar dawn idumu mal-omm sakemm ikollhom sena.

•Għalkemm huwa annimal kbir dan l-ors għandu ħeffa kbira u jaf jgħum sew.

Page 27: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Klieb tas-silġ

• Din hija razza b’saħħitha u kuraġġuża.• Kapaċi jġorru persuna u slitta għal

bosta mili.• Klieb li jaħdmu flimkien bħala

tim biex isalvaw.• Biex jisħnu jitkebbu u jilqgħu

r-riħ.

Page 28: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Annimali OħraXi ħut fl-Antartiku għandhom likwidu speċjali f’demmhom li ma jħallihomx jiffriżaw.

Xi annimali tad-deżert il-kiesaħ bħal dawn l-iljuni tal-baħar ikollhom ammont ta’ xaħam taħt il-ġilda. Dan jgħinhom iżommu sħan.

Bumerini bħal dawn ifittxu l-ikel taħt is-silġ. Huma jtaqqbu toqob fis-silġ biex jieħdu n-nifs.

Page 29: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Nies li jgħixu fid-deżert il-kiesaħ jissejħu....

Eskimos jew Eskimiżi.

Page 30: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Fejn joqogħdu l-Eskimos?

Fix-xitwa, meta s-silġ iżomm aktar, jibnu kapanni bil-blokki tas-silġ.

Fis-sajf joqogħdu ġo tined magħmulin mill-ġlud ta’ l-annimali.

Page 31: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Ħwejjeġ bil- pil oħxon

Żraben u ħwejjeġ magħmulin mill-ġilda tal-annimali

Page 32: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Dawn x’inhuma?

L-Eskimos huma ka``aturi u jieklu la]am u ]ut.

Dawn huma ftit mill-g]odda li ju\aw meta jmorru g]all-ka``a.

Page 33: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Kif jivjaġġaw l-Eskimos?Il-Huskies u ċ-ċriev jużawhom biex jiġbdulhom is-slitta meta jmorru ‘l bogħod għall-kaċċa.

Dan Kajjik. Meta jmorru għall-kaċċa, l-Eskimos jużaw il-kajjik. Dan ukoll ikun miksi bil-ġlud tal-annimali.

Page 34: Id-Dezert Kiesah u d-Dezert Shun

Tmiem