View
11
Download
0
Category
Preview:
Citation preview
EDWIN LANFRANCO
Il-Pjanti Vaskulari Endemiċi tal-Gżejjer Maltin
Introduzzjoni
L-iżolament tal-Gżejjer Maltin hu l-kawża ewlenija għall
eżistenza ta' numru konsiderevoli ta' speċi li jgħammru biss f'dawn il-Gżejjer u għaldaqstant huma meqjusa bħala speċi endemiċi. F'dan l-istudju ġbart it-tagħrif li għandna s'issa dwar il-pjanti endemiċi b'enfasi fuq il-pjanti vaskulari (Diviżjoni: Tracheophyta).
Sal-1976, ħames speċi biss ta' pjanti vaskulari kienu meqjusa bħala endemiċi ta' dawn il-gżejjer u minn dawn waħda biss, ilPalaeocyanus crassifolius, ma kinitx trattata b'element ta' dubju dwar il-validita speċifika tagħha. L-oħrajn kienu jingħataw rang infraspeċifiku jew saħansitra kienu jiġu injorati għal kollox. Raġuni ewlenija ta' dan hu l-fatt li għal bosta snin ftit li xejn kienu l-botaniċi kompetenti li taw każ tal-flora Maltija u li ħadmu id f'id ma' studjużi Maltin.
Minn dak iż-żmien, sforz tar-riċerka li qiegħda sseħħ, in-numru tela' għal ħmistax u ma' dawn iridu jiżdiedu dawk li għandhom rang infraspeċifiku u dawk li għadhom qegħdin jiġu ikkaratterizzati.
L-endemiżmi nistgħu naqsmuhom f'Paleoendemiċi u Neoendemiċi. Il-Paleoendemiċi fil-parti l-kbira tagħhom evolvew qabel iż-żminijiet tas-silġ u huma, jew l-antenati tagħhom, kienu jeżistu qabel is-separazzjoni ta' l-Arċipielgu Malti minn ma' Sqallija. Uħud huma speċi relitti li aktarx kienu aktar imferrxin filMediterran u li minħabba l-kesħa u fatturi oħra ta' natura klimatika u geofiżika ġew ristretti għall Ġżejjer Maltin. Tnejn minn dawn huma speċi ta' ġeneri monotipiċi. In-Neoendemiċi aktarx evolvew wara li Malta nfatmet għal kollox minn Sqallija u komplew jevolvu
142 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMICI TAL-GŻEJJER MALTIN
f'iżolament. Dawn għalhekk għandhom biss ftit egħxur ta' eluf ta' snin ta' evoluzzjoni warajhom u huma relatati mill-qrib ma' speċi oħra.
A. IL-PALEOENDEMIĊI
1. Palaeocyanus crassifolius (Bertoloni) Dostal sinonimu: Centaura spathulata Zerapha; Centaurea crassifolia Bertoloni. Familja: Asteraceae (=Compositae)
Din hi magħrufa bil-Malti bħala WIDNETIL-BAĦAR1 1i fl-1971 ġiet dikjarata uffiċjalment il-"Pjanta Nazzjonali ta' Malta". Ġiet deskritta l-ewwel darba minn ZERAPHA (1827) taħt l-isem Centaurea spathulata. B 'xorti hażina dan l-isem kien ġa ntuża minn TENORE (1811) għall-speċi differenti ta' Centaurea u għalhekk lisem mogħti minn Zerapha mhux validu għall-fini tar-regolamenti tan-nomenklatura botanika. Minħabba f'hekk BERTOLONI (1829) biddel isem l-ispeċi f' Centaurea ceassifolia. Il-ġeneru Centaurea hu kbir hafna iżda l-pjanta tagħna ma tantx toqgħod fih b'kumdita minħabba ċerti differenzi bħal per eżempju l-weraq imlaħħam, liskwammi involukrali mingħajr xewk jew lanżit marġinali, innuqqas ta' trikomi. L-abitu perenni ta' arbuxxel dejjem-aħdar hu rari ħafna fil-ġeneru Centaurea. Fi studju li sar mill-hotaniku Ċekoslovakk DOSTAL (1973,1975) taċ-Centaurea u ġeneri relatati, ġie deċiż li din l-ispeċi jistħoqqilha li tiġi separata miċ-Centaurea u titqiegħed f'ġeneru apposta għaliha li DOSTAL għammed
Palaeocyanus. Dan il-ġeneru hu primittiv aktar miċ-Centaurea u lmaġġoranza tal-ġeneri relatati. DOSTAL (komunikazzjoni personali) ixebbah il-ġeneru Palaeocyanus mal-ġeneru
Centaurodendron tal-gżira Juan Fernandez fil-Lvant tal-Paċifikuovvjament każ ta' evoluzzjoni konverġenti. DUTHIE (1875, 1875a) jirrimarka li f'Għawdex sab pjanta b'weraq bis-snien li FIORI (1907) jiddeskrivi bħala var. serratifolia. Jidher iżda li din mhux varjeta stabbli. Skond BORG (1927) pjanti li oriġinaw minn Wied Babu u ġew ikkultivati f'ġonna pubbliċi wkoll ġie li bdew jifformaw weraq b'xi snien.
1. Isem użat l-ewwel darba minn Borg (1927)
EDWIN LANFRANCO 143
Il-Palaeocyanus crassifolius jikber biss ma' l-irdum tannofsinhar u l-punent ta' Malta u n-nofsinhar u l-punent ta' Għawdex.
2. Cremnophyton lanfrancoi Brullo et Pavone Familja: Chenopodiaceae
Ġiet deskritta reċentement minn BRULLO u P A VONE (1987) bħala speċi unika tal-ġeneru ġdid monotipiku Cremnophyton. Minkejja dan din il-pjanta ilha magħrufa għal bosta żmien iżda dejjem ġiet konfuża mal-Halimione portulacoides (L. )Aellen (=Atriplex portulacoides L., Obione portulacoides (L.) Moq., Halimus portulacoides (1.) Wallroth). Il-Halimione portulacoides tabilħaqq li tinsab f'Malta iżda meta flejt is-senjalazzjonijiet kollha (p.e. GRECH DELICATA, 1853; GULIA ,1874; SOMMIER u CARUANA GATTO, 1915; HASLAM et a1., 1979) ħareġ evidenti li dawn kienu kollha japplikaw għall-Cremnophyton lanfrancoi. IlHalimione portulacoides tikber f'ambjent kompletament differenti u fil-fatt tinsab l-aktar assoċjata ma' agħdajjar mielħa u xi drabi wkoll fir-ramel; rari ħafna fil-blat (LANFRANCO 1989a). Iż-żewġ speċi huma distinti ħafna u l-konfużjoni ssir biss meta wieħed jeżamina friegħi sterili iżolati. Irrealizzajt li din kienet speċi ġdida fl-1977 (LANFRANCO, 1989). Meta din il-pjanta ġiet studjata dettaljatament minn Brullo u Pavone nstab li dillla setgħet toqgħod fil-ġeneru Halimione u l-anqas fil-ġeneru kbir Atriplex. Dawn iżżewġ ġeneri jixtiebhu ħafna bejniethom tant li l-Halimione spiss jiġi inkluż ġewwa l-Atriplex. Il-ġeneru Cremnophyton jiddifferixxi minnhom minħabba l-f juri tetrameri, sitwazzjoni insolita ħafna flA triplexl Halimione u minħabba li l-fjur għandu skwamula li ma tinstabx fiż-żewġ ġeneri l-oħra. Iżda forsi l-akbar argument biex ilCremnophyton jitqies separat hu li dan għandu 20 kromosoma, jiġifieri b'numru bażiku ta' 10 filwaqt li l-Atriplexl Halimione dejjem għandhom numru kromosomiku bażiku ta' 9.
Il-Cremnophyton huwa ġeneru qadim ħafna u aktarx huwa relatat ma' l-antenati ta' l-Atriplex. Il-Cremnophyton lanfrancoi jikber ma' l-irdum fl-inħawi ta' Miġra Ferħa, Għar Ħassan u Fomm ir-Riħ (Malta) u Ta' Ċenċ, San Dimitri u d-Dwejra - inkluża Ħaġret il-Ġeneral (Għawdex). Minħabba li din l-ispeċi tikber
144 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMIĊI TAL-GŻEJJER MALTIN
f'imkejjen inaċċessabbli aktarx li għad tinsab f'xi rdumijiet oħra wkoll. Minħabba li ma nafu b'ebda isem bil-Malti, jien nirreferi għaliha bħala BJANKA TA' L-IRDUM (LANFRANCO, 1989, 1989a) minħabba li l-iżjed pjanta magħrufa li wieħed jista jxebbahha magħha hi l-BJANKA (Atriplex halimus L.).
3. Darniella melitensis (Botschantzev) Brullo sinonimu: Salsola melitensis Botschantzev Familja: Chenopodiaceae
Ġiet deskritta l-ewwel darba mill-botaniku Sovjetiku BOTSCHANTZEV (1976) taħt l-isem ta' Salsola melitensis. Bħal filkaż tal-Cremnophyton lanfrancoi din l-ispeċi wkoll ilha magħrufa għal bosta snin iżda kienet ġiet konfuża mas-Salsola vermiculata li ssemmiet għall-ewwel minn SOMMIER u CARUANA GATTO (1915), speċi li fil-fatt ma' teżisti x f'Malta. Kien hemm konfużjoni wkoll ma' l-arbuxxell komuni Suaeda vera l.F. Gmelin (=Suaeda fruticosa Ilyin) li tikber f'ambjent simili u li superfiċjalment tixbaħ id-Darniella melitensis. Kien lejn nofs is-snin sebgħin li ntbaħt li Malta hawn speċi ġdida ta' Salsola meta ridt nivverifika l-eżistenza f'Malta tas-Salsola vermiculata. Meta eżaminajt l-arbuxxelli tasSalsola li tikber hawn ma stajt inqabbilhom ma' ebda waħda oħra magħrufa għax-xjenza u għalhekk, flimkien ma' Brullo konna sejrin niddeskrivu speċi ġdida. Iżda fl-istess żmien u indipendentement Botschantzev kien qed jistudja dan il-ġeneru u sab eżemplar talpjanta Maltija fI-erbarju ta' Leningrad; induna li kienet speċi mhux deskritta u għalhekk iddeskriviha validament. Aktar tard f'reviżjoni li wettaq BRULLO (1984) iddeċieda li ċerti speċi arbustivi ta'Salsola għandhom jinqatgħu f'ġeneru għalihom, Darniella, li oriġinalment kien maħluq minn Maire u Weiller fI-1939 iżda li kien ġie inkluż f'Salsola.
Id-Darniella melitensis li bil-Malti tissejjaħ XEBB jew SIĠRA TAL-IRMIED tikber l-aktar ma' l-irdum qrib il-baħar f'bosta mkejjen ta' Malta, Għawdex u Kemmuna. F'Għawdex tikber 'il ġewwa mill-baħar bħal mal-fortifikazzjonijiet taċ-Ċittadella u taħt ix-Xagħra. Teżisti riferenza għall-pjanti taċ-Ċittadella f'rapport ta' Blondel wara ż-żjara tiegħu f'Għawdex wara t-terremot ta' 1-1693 li tindika l-użu tal-pjanta għall-irmied tagħha kif ukoll dwar il-ħsara li setgħet tagħmel fis-swar (PACE u PACE, 1980).
EDWIN LANFRANCO 145
4. Chiliadenus bocconei Brullo Familja: Asteraceae (=Compositae)
Fis-seklu sbatax l-isqalli Paolo Boccone iddeskriva pjanta Maltija li kien urieh l-istudjuż Malti G. F. Bonamico fl-1668 waqt żjara f'Malta u li semma "Conyza melitnisis retusis foliis" u li tagħha jagħti wkoll figura (BOCCONE, 1674). LINNAEUS (1763) inkluda lpjanta ta' Boccone fil-binomju tiegħu Inula foetida. Din iżda hi filfatt pjanta Sud-Afrikana li m'għandha x'taqsam xejn mal-pjanta Maltija (BRULLO, 1979). ZERAPHA (1827) juża l-isem ta' Linnaeus. Eventwalment ħafna awturi identifikaw il-pjanta Maltija bħala Jasonia glutinosa (L.) De. liema speċi hi bbażata fuq lErigeron glutinosus ta' LINNAEUS (1767) li hu isem ambigwu minħabba li hu bbażat fuq materjal mhux identifikabbli b'ċertezza. Pjanti mill-kosta Mediterranja ta' Franza, Spanja, Majorka u ttramuntana tal-Marokk ġew askritti wkoll għal din l-ispeċi.
Sadanittant intużaw ukoll ismijiet oħra biex ikopru dawn il-pjanti bħal p.e: Orsina camphorata (BERTOLONI, 1829) u Chiliadenus camphoratus (CASSINI, 1825). Kien GUSSONE (1844) li deherlu li lpjanti ta' Malta u ta' Lampedusa kienu differenti minn dawk Franko-Iberiċi. Il-pjanti Franko-Iberiċi għandhom basjonimu tajjeb: Inula saxatilis Lamarck li ngħata fl-1778 iżda l-pjanti ta' Malta u ta' Lampedusa m'għandhomx għaliex basjonimi bħallErigeron glutinosus u Orsina camphorata mħumiex bażati fuq materjal identifikabbli. Għal hekk meta Brullo għamel l-istudju tiegħu fl-1979 dwar il-ġenera Jasonia u Chiliadenus ħass il-bżonn li jiddeskrivi mill-ġdid il-pjanti ta' Malta u ta' Lampedusa u jagħtihom isem ġdid. Il-pjanti ta' Malta għammidhom Chiliadenus bocconei biex tibqa' mfakkra l-kontribuzzjoni ta' Boccone waqt li dawk ta' Lampedusa ssemmew Chiliadenus lopadusanus.
Il-ġeneru Chiliadenus iħaddan disa' speċi. Tnejn limitati għal Lampedusa u l-Gżejjer Maltin. Fil-punent tal-Mediterran insibu ilChiliadenus saxatilis (De.) Brullo li hi essenzjalment FrankoIberika u l-Chiliadenus rupestris (Pomel) Brullo fil-Marokk u lpunent tal-Alġerija. FI-Eġittu u ċ-Cirenajka hemm il-Chiliadenus candicans (Delile) Brullo waqt li l-Chiliadenus iphionioides (Boiss. & Black.) Brullo tikber fis-Sinai, Libanu u Israel. Interessanti l-fatt li hemm speċi wkoll fis-Saħara u l-kosta sud-Atlantika tal-Marokk.
146 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMICI TAL-GŻEJJER MALTIN
Jidher għalhekk li l-ġeneru Chiliadenus hu essenzjalment NordAfrikan. Il-fatt li hemm numru ta' speċi iżolati ġeografikament minn xulxin jindika li huma aktarx speċi antiki, possibilment ta' epoka prekwaternarja.
L-isem Malti hu TULLIERA SAL V AĠĠA li jidher li ntuża lewwel darba għal din il-pjanta minn GULIA (1855-56). L-isem TULLIERA jintuża wkoll għal numru ta' pjanti komuni bħal
Dittrichia viscosa (L.) Greuter.
5. Allium lojaconoi Brullo, Lanfranco et Pavone Familja: Alliaceae (=Liliaceae p.p.)
Pjanta li ilha magħrufa mill-1874 meta ġiet misjuba millbotaniku Ungeriz Viktor von Janka fil-Wardija (Għawdex)
(GULIA, 1874b). Iżda din kienet ġiet misidentifikata bħala Allium parciflorum Viviani li hi endemika Sardo-Korsa u baqgħet tidher taħt dan l-isem fix-xogħlijiet kollha li dehru sussegwentement. Fl-1982 sar studju (BRULLO et al, 1982) fuq il-pjanti ta' Malta fejn ħareġ ċar li dawn għandhom biss xebh superfiċjali mal-pjanti ta' Sardinja u Korsika. Għaldaqtant ġiet deskritta speċi ġdida bI-isem ta' Allium lojaconoi sabiex jitfakkar il-botaniku Sqalli Michele Lojacono-Pojero li fil-fatt kien induna li din hi speċi ġdida u li kien taha l-isem ta' Allium melitense (fuq it-tikketta ta' eżemplar flerbarju ta' Palermo) mingħajr ma qatt ippubblikah. Ma stajniex nużaw dan l-istess isem minħabba l-eżistenza ta' pjanta oħra b'dan lisem (ara wara).
Jidher li għalkemm postha hu fis-sezzjoni Brevispatha, lAllium lojacomoi ma tantx hi relatata mill-qrib ma' speċi oħrajn ta' l-istess sezzjoni ħlief l-Allium lopadusanus minn Lampedusa li ġiet deskritta riċentement (BARTOLO, BRULLO u PAVONE, 1986). L-A Ilium lojaconoi tikber fuq il-blat espost, l-aktar qrib il-baħar f'diversi nħawi tal-Gżejjer Maltin u tiffjorixxi f'Gunju. Minħabba li hi żgħira ma tantx tagħti fil-għajn. Bil-Malti kont issuġġerejt l-isem ta' TEWM IRQIQ TA' MALTA (LANFRANCO, 1987).
6. Hyoseris frutescens Brullo et Pavone Familja: Asteraceae ( = Compositae)
Fit-trattati kollha dwar il-flora Maltija din l-ispeċi dejjem ġiet meqjusa bħala Hyoseris lucida L. FI-aktar flora riċenti, dik ta'
EDWIN LANFRANCO 147
HASLAM et al (1979) ġiet saħansitra inkluża fl-ispeċi komuni H. radiata L. Il-Hyoseris lucida hi speċi Nord-Afrikana li ma tikbirx f'Malta. L-ewwel li nduna li l-pjanti Maltin setgħu kienu xi ħaġa speċjali kien DUTHIE (1874, 1875a) li nnota l-weraq imlaħħmin tagħha u l-abitu karatteristiku. Lili wkoll ilu li ġewni dubji dwar lidentita tal-pjanti tagħna (LANFRANCO, 1984) u fuq dan kien qabel ukoll BRULLO (komunikazzjoni persunali). Peress li ebda Hyoseris magħrufa għax-xjenza ma kienet taqbel mal-pjanta tagħna, din issa ġiet deskritta bħala speċi ġdida (BRuLLo u PAVONE, 1988). IlHyoseris frutescens hi speċi ta' importanza partikulari minħabba lfatt li tidher li hi l-aktar speċi primitiva fi ħdan il-ġeneru Hyoseris. Fil-fatt din hi speċi arbustiva b'weraq imlaħħmin li jħaddru s-sena kollha.
Sa ftit ilu kien jidher li din l-ispeċi hi ristret~a għal-Għawdex fejn hi pjuttost frekwenti speċjalment fl-irdum qrib il-baħar. Issenjalazzjonijiet kollha tal-"Hyoseris lucida" mill-Gzira ta' Malta ma setgħux jiġu sustanzjati, iżda fl-1987 iltqajt ma' kolonja żgħira fi Rdum il-Qawwi fil-punent tal-peninsula tal-Marfa. Issuġġerejt li għal din il-pjanta jintuża l-isem Malti ŻIGLAND TA' GĦAWDEX (LANFRANCo,1989a).
B. IN-NEOENDEMIĊI
l. Il-ġeneru Umonium; Familja: Plumbaginaceae.
Il-ġeneru Limonium hu wieħed kbir li fil-Mediterran jifforma numru kbir ta' speċi li numru għoli minnhom hu konfinat għal territorji żgħar. Fil-Gżejjer Maltin jikbru numru ta' speċi li ħlief waħda minnhom (Limonium virgatum WiIIendow) huma kollha edemiċi. Tnejn minn dawn ġew deskritti. Bil· Malti l-Limonium huma magħrufin bħala LEĦJET IX-XIĦ, iżda dan l-isem jintuża wkoll għal ħafna pjanti oħra (p.e. Erica multiflora L. u Asparagus aphyllus L.). Għaldaqstant jien issuġġerejt l-użu ta' l-isem LIMONJU (LANFRANCO, 1989a).
i. Limonium zeraphae Brullo Għalkemm deskritta reċentement (BRULLO, 1980) din hi
pjanta li ilha magħrufa għal-żmien twil. L-ewwel li semmiha kien
148 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMIĊI TAL-GŻEJJER MALTIN
BOCCONE (1674) bħala "Limonium reticulatumsupinum" li tagħha tagħa wkoll figura. LINNAEUS (1753) jirrikonoxxi din l-ispeċi u jgħidilha Statice reticulata u jikkummenta wkoll li hi pjanta Maltija. Iżda skond BRULLO (op. cit.) l-eżemplar fl-erbarju ta' Linnaeus ma jirrappreżentax din il-pjanta. Għaldaqstant l-isem addottat minn Linnaeus ġie użat ħażin u ma jistax jiġi applikat validament għallpjanta Maltija. Sussegwentement ġew użati diversi ismijiet oħra għal din il-pjanta: "Statice cancellata" (GULIA 1855-56); Statice minuta var. reticulata (Borg, 1927); Limonium graecum subsp. divaricatum (HASLAM et al, 1977). !r-riċerka ta' Brullo tikkonferma li l-Limonium zeraphae, li isimha jikkommemora lill-botaniku Malti Stefano Zerafa, hi tabilħaqq speċi endemika għall-Gżejjer Maltin. Skond PIGNATII (1982) ilLimonium zeraphae tappartjeni għall grupp tal-Limonium divaricatum. X'aktarx li dan il-grupp għandu affinita mill-qrib malgrupp tal-Limonium virgatum. Il-Limonium zeraphae jikber fuq ilblat ta' ħdejn il-baħar matul il-kosta minn St. Andrews sa San Pawl il-Baħar. Tinsab ukoll fuq il-Gżejjer ta' San Pawl.
ii. Limonium melitense Brullo Din ġiet deskritta biss fl-1988 (BRULLO) iżda m'hemmx dubju
li ilha magħrufa ħafna u baqgħet moħbija taħt identitajiet oħra. Jien jidhirli li l-pjanti li ġew senjalati bħala Satice cosyrensis Guss. (illum magħrufa bħala Limonium cosyrense (Guss.) O. Kuntze) minn SOMMIER u CARUANA GATIO (1915) huma fil-fatt il-Limonium melitense. Infatti SOMMIER u CARUANA GA TIO (op. cit.) innotaw li l-pjanti Maltin huma differenti mill-ispeċi tipika li hi endemika ta' Pantellerija u jissuġġerixxu li tissemma var. melitensis. Meta fl-1982 ridt nivverifika jekk il-Limonium cosyrense kienitx tabilħaqq tikber Malta kont mort Ħal Far, il-lokalita indikata minn Sommier u Caruana Gatto, u nnutajt li għalkemm kien hemm xi xebh superfiċjali bejn dawn il-pjanti u l-Limonium cosyrense, eżami birreqqa wrieni li l-karattri essenzjali kienu differenti ħafna.
Ċertament ma kenitx la l-Limonium zeraphae u lanqas Limonium virgatum u ma stajt lanqas inqabbilha ma' ebda speċi magħrufa millMediterran. Għalhekk kont għaddej t numru ta' eżemplari lil Brullo li eventwalment iddeskriva l-Limonium melitense. Is-senjalazzjoni ta' GRECH DELICATA (1853) tal-iStatice bellidifolia (ekwata mal-
EDWIN LANFRANCO 149
iStatice psiloclada minn SOMMIER u CARUANA GATIO, op.cit. u mal-Limonium ramosissimum minn HASLAM et al (1979) jidhirli li tapplika wkoll għal-Limonium melitense minħabba li din l-ispeċi għandha xebh superfiċjali magħha u minħabba li Fomm ir-Riħ, illokalita mogħtija minn Grech Delicata, l-uniku Limonium li hemm hu proprju l-Limonium melitense. Skond BRULLO (1988) ilLimonium melitense tappartjeni għall-grupp tal-Limonium bocconei li jinkludi fih numru ta' speċi endemiċi għad-distrett SqalIi. Il-Limonium melitense jikber l-iżjed fuq l-irdum u kultant ukoll fuq it-tafal.
iii Limonium sp. nov. Limonium ieħor ġie misjub fi Frar 1988 jikber f'għadira mielħa żgħira magħrufa bħala Ras iċ-Ċagħaq fuq ix-xaqliba ta' Marsaxlokk tal-Peninsula ta' Delimara. Sfortunatament dan l-ambjent żgħir ġie inkorporat fil-lokal fejn qed isir ix-xogħol fuq il-"Power Station" ilġdid. Sabiex din l-ispeċi ma tintilifx, numru ta' pjanti ġew trapjantati fir-Riserva Naturali ta' l-Għadira fejn hemm ambjent analogu. Jidher li din l-ispeċi li għadha qed tiġi studjata tapartjeni għall-grupp tal-Limonium virgatum. iv. Limonium ibridu
Jeżisti wkoll Limonium ieħor li jien sibt jikber f'ambjent salmastru fiI-Qaliet (San Ġiljan) fI-1983 li hu aktarx ibridu bejn ilLimonium virgatum u l-Limonium zeraphae (BRULLO, komunikazzjoni personali). Dan ukoll għadu qed jiġi studjat.
2. Romulea melitensis Beguinot Familja: Iridaceae
Ġiet deskritta minn BEGUINOT (1907) minn post li jissejjaħ "Fort Fique" (forsi Fort Tigne?) minn fejn ġiet miġbura minn Sickenberger fI-1876 u depożitat fI-erbarju ta' Boissier. SOMMIER u CARUANA GA TIO (1915) jsemmuha wkoll minn San Pawl il-Baħar u minn inħawi f'Għawdex qrib id-Dwejra, Wied Binġemma u rRamla kif ukoll, dubitattivament, minn Kemmuna. Ta' min jikkummenta li din l-ispeċi hi qrib ħafna tar-Romulea ramiflora Tenore li tidher li hi frekwenti. Hu importanti li r-Romulea ta' Malta jiġu studjati iżjed bir-reqqa sabiex wieħed ikun jista jiċċara l-
150 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMICI TAL-GŻEJJER MALTIN
istatus ta' din l-ispeċi kif ukoll id-distribuzzjoni tagħha u ta: l-ispeċi l-oħrajn. L-isem Malti ta' l-ispeċi tar-Romlea hu ŻAGĦFRANTALB LAT.
3. Helichrysum melitensis (Pignatti) Brullo, Lanfranco, Pavone et Ronsisvalle.
Familja: Asteraceae (=Compositae)
Din l-ispeċi ġiet senjalata l-ewwel darba minn GRECH DELICATA (1853) bħala "Helichrysum rupestre De." u baqgħet tidher b' dan l-isem jew sinonimu tiegħu fix-xogħlijiet kollha dwar ilflora ta' Malta. PIGNATTI (1980) ntebaħ li l-pjanti Maltin huma differenti mill-Helichrysum rupestre tipika u ta' deskrizzjoni f'livell ta' varjeta bħala Helichrysum rupestre var. melitensis. Eżami iżjed approfondit tal-pjanta indika li dan it-taxon għandu jiġi elevat għal speċi kif fil-fatt sar (BRULLO et al, 1988). Il-Helichrysum melitensis hi pjanta rari li tikber biss fuq l-irdum tal-punent ta' Għawdex inkluża Ħaġret il-Ġeneral. L-unika senjalazzjoni mill-Gżira Ta' Malta hi dik ta' GRECH DELICATA (op. cit.) li jgħid li kienet tikber Wied Babu. Fix-xogħol ta' FAuRE (1916) tinsab ċitata minn Wied Balluta. Il-lista ta' pjanti li tinsab f'dan ix-xogħol kienet ġiet
kontribwita minn Carmelo Penza. Din il-lokalita, askritta għal Penza, hi ċitata wkoll minn HASLAM et al (1979). Wisq naħseb li lpjanta senjalata minn Wied Balluta kienet xi speċi oħra ta' Helichrysum maħrub mill-kultivazzjoni minħabba li f'din il-lokalita ma jeżistix ambjent addattat għal Helichrysum melitensis. Bil-Malti l-Helichrysum huma magħrufin bħala SEMPREVIVA u jien issuġġerejt li tissejjaħ SEMPREVIV A TA' GĦAWDEX
(LANFRANco,1989a).
4. Euphorbia melitensis Parlatore Familja: Euphorbiaceae
Żewġ speċi ta' Eurphorbia msemmija minn GRECH DELICATA (1853) huma l-"Euphorbia fruticosa" u "Euphorbia verrucosa" - it-tnejn minn Wied Babu. Euphorbia fruticosa hu sinonimu tal-Euphorbia bivonae Steudel filwaqt li l-vera Euphorbia verrucosa L. ma teżistix Malta. PARLATORE (1869) ħoloq l-ispeċi ġdida Euphorbia melitensis u din ġiet ekwata minn SOMMIER u
EDWIN LANFRANCO 151
CAUANA GArro (1915) mal-Euphorbia verrucosa ta' GRECH DELICATA. NYMAN (1881) ikkonsidraha bħala sottospeċi talEuphorbia spinosa L. Filwaqt li SOMMIER u CARUANA GArro ma jirrikonnoxxuhiex u jagħtuha bħala sinonimu tal-Euphorbia spinosa. Skond FIORI et al (1896-1908) l-Euphorbia melitensis aktar setgħet tingħaqad mal-Euphorbia bivonae milli mal-Euphorbia spinosa. BORG (1927) reġa' għaqqadha (bħala varjeta) flEuphorbia spinosa. TUTIN (1968) inkludieha fl-Euphorbia spinosa kif għamlu HASLAM et al (1979). Ta' min iżid li s-senjalazzjonijiet Maltin tal-Euphorbia bivonae huma attribwiti għal varjeta papillaris (Jan.) Boissier li tixbah ħafna d-deskrizzjoni talEuphorbia melitensis. Jidher għalhekk li l-istatus eż att tal-pjanti Maltin hu inċert għall-aħħar.
Fi studju pjuttost reċenti, CESCA (1969) jirrikonoxxi status indipendenti lill-Euphoria melitensis u jikkummenta li din hi speċi qrib ħafna tal-Euphorbia bivonae u l-aktar li tixbah hi l-var. papillaris. L-Euphorbia spinosa la tinsab fi Sqallija u l-anqas finnofsinhar estrem ta' l-Italja. Botaniċi familjari mal-Euphorbia spinosa fl-ambjent tagħha u li żaru Malta u raw l-Euphorbia melitensis ikkummentaw li dawn ma jixxibhux (p.e. DEL PRETE, komunikazzjoni persunali). Jien għandi suspett kbir li hemm identita bejn l-Euphorbia melitensis u l-pjanti Maltin senjalati bħala Euphorbia bivonae var. papillaris. Insibha stramba li dawn iż-żewġ entitajiet li tant jixxibhu huma senjalati mill-istess lokalitajiet -ħaġa li ekoloġikament ma tantx tagħmel sens. Kull meta eżaminajt popolazzjonijiet bħal dawn dejjem innutajt li hemm gradazzjoni kontinwa bejn l-Euphorbia melitensis tipika u pjanti li jistgħu faċilment jissejħu Euphorbia bivonae var. papillaris. Għal mument nippreferi nagħti status indipendenti lill-Euphorbia melitensis. Ma naħsibx li Malta hawn żewġ entitajiet ta' dan il-grupp u aktarx li lpjanti senjalati bħala Euphorbia bivonae var. papillaris huma konspeċifiċi mal-Euphorbia melitensis.
L-Euphorbia melitensis tikber fix-xagħri u l-irdum ta' Malta u Għawdex. Hi komuni ħafna fuq Kemmuna. Ġieli tkun l-arbuxxell dominanti fil-lokalitajiet fejn tikber. Normalment tkun baxxa xi tletin ċentimetru iżda okkażjonalment wieħed jiltaqa' ma' pjanti ta' kważi żewġ metri (eż. l-Imġiebaħ). Bil-Malti hi magħrufa bħala TENGĦUD T Ax-XAGĦRI.
152 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMIĊI TAL-GŻEJJER MALTIN
4. Anacamptis urvilleana Sommier et Caruana Gatto Familja: Orchidaceae
Jidher li kien DUMONT D'URVILLE (1822) li ntebaħ li f Malta jikbru żewġ kwalitajiet ta' Orkidi li llum huma meqjusa bħala speċi fil-ġeneru Anacamptis. Dan isemmi l-"Orchis pyramidalis L." u "Orchis condensata Desf.". L-ewwel waħda hi l-Anacamptis pyramidalis (L.) Richards filwaqt li t-tieni tidher li hi pjanta Alġerina llum meqjusa bħala forma tal-Anacamtis pyramidalis. Jidher iżda illi Dumont D'Urville kien ħa żball meta deherlu li lpjanta li sab Malta kienet tirreferi għal dan it-taxon. CARUANA GATTO (1892) juri li kienjaf li Malta hawn żewġ tipi ta' Anacamptis li hu jikkaratterizza sewwa fix-xogħol tiegħu iżda ma' azzardax joħloq isem. Kien għalhekk li SOMMIER u CARUANA GATTO (1915) għammdu din l-ispeċi Anacamptis urvilleana - isem li jagħti ġieh lil DUMONT D'URVILLE - u taw tagħha djanjosi bil-latin. Minn dak iż-żmien 'l hawn, minkejja l-fatt li l-Anacamtis pyramidalis u l-Anacamptis urvilleana huma distinti ħafna u ma jibridizzawx flimkien - tant li għandhom perjodu ta' fjoritura differenti -l-Anacampitis urvilleana waqgħet fċerta oskurita fost il-botaniċi li fil-maġġoranza tagħhom ma għarfux l-istatus distint tagħha. BORG (1927) jagħmel kompromess u niżżel din il-pjanta għar-rang ta' varjeta bħala Orchis pyramidalis var. sommieriana (jidher li Borg ma kienx jammetti d-distinzjoni tal-ġeneru
Anacamptis minn Orchis) , isem li bih ried jagħti ġieh lil Stefano Sommier. Iżda l-isem li ħoloq Borg hu żejjed minħabba li din ilpjanta ġa kella isem validu. Minkejja dan in-nuqqas ġenerali ta' rikonoxximent, kull botaniku li ra l-Anacamptis urvilleana tikber flambjent tagħha ammetta d-distinzjoni ta' din l-ispeċi. L-aktar studju nebbieħi li sar fuqha hu dak ta' DAL PRETE et al (1984) li għamlu investigazzjoni karjoloġika tal-Anacamptis urvilleana u talAnacamptis pyramidalis minn imkejjen diversi. Sabu li waqt fl-arjal tagħha l-Anacamptis pyramidalis għandha diversi livelli ta' plojdija (2n = 36, 54, 72), l-Anacamptis urvilleana hi diplojdi (2n = 36). Ta' interess kbir hu l-fatt li l-Anacamtis pyramidalis ta' Malta hi tetraplojdi (2n = 72) (DEL PRETE, op. cit.). Jidher li hu possibbli li l-Anacamptis pyramidalis li tinsab Malta daħlet wara li f Malta stabbiliet ruħha l-Anacamptis urvilleana li x'aktarx evolviet
EDWIN LANFRANCO 153
hawnhekk minn Xl popolazzjoni diplojdi tal-Anacamptis pyramidalis.
L-Anacamptis urvilleana tikber fix-xagħri f'diversi nħawi ta' Malta, Għawdex u Kemmuna għalkemm ma tistax titqies speċi frekwenti. Ġieli tikber flimkien mal-Anacamptis pyramidalis iżda, kif innutajt fuq, ma jibridizzawx bejniethom u dejjem faċli li jingħarfu minn xulxin. Il-f juri tal-Anacamptis urvilleana huma ġeneralment roża ċari u kultant bojod kremuż, forma li BORG (op.cit) isejjaħ albiflora. L-Anacamptis pyramidalis ta' Malta ġeneralment ikollha fjur ta' kulur iżjed karg.
6. Anthemis urvilleana(DC.) Sommier et Caruana Gatto Familja: Asteraceae (= Compositae)
Ġiet deskritta għall-ewwel darba taħt l-isem ta' Anthemis secundiramea Biv. var. urvilleana minn DE CANDOLLE (1837) fuq pjanti li kien irċieva mingħand Dumont D'Urville taħt l-isem ta' Anthemis maritima. Effettivament Dumont D'Urville kien għamel użu minn dan l-isem fix-xogħol tiegħu stess (DUMONT D'URVILLE, 1882). SOMMIERU CARUANA GATTO (1815) jikkunsidraw din ilpjanta distinta biżżejjed mill-Anthemis secundiramea u elevawha għar-rang ta' speċi. Awturi diversi varjaw it-trattament tagħhom ta' dan it-taxon bejn dak ta' De Candolle u dak ta' Sommier u Caruana Gatto. Effettivament din l-ispeċi hi tassew viċin tal-Anthemis secundiramea u tixbah ħafna Anthemis oħra li tikber fuq il-gżira ta' Pantellerija (Anthemis cosyrensis Guss.) tant li dawn iż-żewġ pjanti spiss ġew kunsidrati bħala identiċi. Skond BRULLO (komunikazzjoni personali) li għandu esperjenza tal-pjanti ta' Pantellerija, iż-żewġ entitajiet, għalkemm jixxiebhu, huma differenti. Teżisti wkoll l-Anthemis lopadusana Lojacono, minn Lampedusa, li tappartjeni għal dan iċ-ċiklu ta' taxa.
L-Anthemis urvilleana hi speċi pjuttost komuni f'ambjenti taxxtajta speċjalment fejn hemm ħamrija baxxa fuq il-blat. Bil-Malti tista' tissejjaħ BEBBUNA TAL-BAĦAR.
154 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMICI TAL-GŻEJJER MALTIN
7. Allium melitense (Sommier et Caruana Gatto) Ciferri et Giacomini
Familja: Alliaceae (= Liliaceae p.p)
Dan l-Allium kien ġie msemmi minn SOMMIER u CARUANA GA TTO (1915) u jiddifferixxi mill-A Ilium ampeloprasum minħabba d-daqs żgħir tiegħu. SOMMIER u CARUANA GATTO (op. cit.) ipproponew li dan it-taxon jissejjaħ var. melitense tal-Allium ameloprasum L. iżda ma tawx deskrizzjoni uffiċjali, għaldaqstant mhux validu. Minkejja dan CIFERRI u GIACOMINI (1950) elevaw dan it-taxon għal speċi taħt l-isem mogħti fuq. Biss dan xorta għadu invalidu u qed nużah biss bħala "tikketta" sakemm il-pjanti Maltin ikunu studjati b'mod aktar eżawrjenti u tkun tista' tingħata
deskrizzjoni akkurata. Il-grupp tal-Allium ampeloprasum fil-Gżejjer Maltin hu
pjuttost komplikat. Minkejja li l-Allium ampeloprasum s.s. jiffigura fix-xogħlijiet kollha dwar il-flora Maltija, jidher li fil-fatt l-ispeċi proprja ma teżistix hawn. Il-pjanti kbar aktarx li huma l-Allium commutatus Guss. filwaqt li dawk żgħar huma l-Allium melitense. Fuq Filfla u fuq Ħaġret il-Ġeneral jeżistu pjanti ta' kobor notevoli (bejn 150 - 200 cm) li jistgħu jkunu speċi oħra ġdida.
8 Ophrys sp. nov. Familja: Orchidaceae
Fix-xogħlijiet dwar il-flora ta' Malta jissemmew l-Ophrys sphegodes Miller (jew is-sinonimu tagħha Ophrys aranfera Huds.) kif ukoll ta' taxa oħrajn subordinati tagħha (p.e. BORG, 1927; LANFRANCO (G.) 1977, HASLAM et al., 1977) inkluża l-Ophrys lunulata Parl. li hi endemika ta' Sqallija. F'Malta tabilħaqq teżisti orkida li tappartjeni għaċ-ċiklu tal-Ophrys sphegodes, iżda meta fissebgħinijiet kont eżaminajt il-pjanti biex nipprova nistabilixxi liema speċi/sottospeċi fil-fatt jeżistu f'Malta sibt li għalkemm hawn varjazzjoni xi ftit jew wisq parallela għal dik tal-Ophrys sphegodes, l-ebda pjanta Maltija ma setgħet titqabbel eżatt ma' xi taxon ieħor magħruf fil-grupp tal-Ophrys sphegodes. Jidher ċar li l-varjazzjoni fil-pjanti Maltin għadha instabbli ħafna u f'popolazzjoni waħda
EDWIN LANFRANCO 155
(p.e. dik ta' San Pawl tat-Tarġa) jista' jkun hemm serje ta' varjanti. BAUMANN (1977) innota l-istess ħaġa. Hu ċar li l-pjanti Maltin ma jistgħux jiffurmaw parti la mill-Ophrys sphegodes tipika u lanqas minn ebda waħda mill-ispeċi jew sottospeċi magħrufa fiċ-ċiklu tagħha. BAUMANN (op. cit.) jissuġġerixxi li l-pjanta Maltija, għalkemm distinta, tista' tkun qrib l-Ophrys lunulata u l-Ophrys sphegodes subsp. atrata (Lindley) E. Mayer (= Ophrys atrata Lindley); MAZZOLA (komunikazzjoni personali) jara xebh malOphrys sphegodes subsp. sicula Nelson, pjanta endemika ta' Sqallija li hemm min jinkludiha bħala sotto speċi f1-0phrys exaltata Ten. (DEL PRETE, 1984), iżda din tkun dejjem akbar mill-pjanta Maltija.
Din l-ispeċi tikber fix-xagħri u fil-makkja f'diversi lokalitajiet tal-Gżejjer Maltin, iżda ma tantx hi frekwenti. Bil-Malti tissejjaħ BRIMBA SEWDA.
C. ENDEMIĊI TA' LIVELL INFRASPEĊIFKU
1. Matthiola incana (L.) R. Brown subsp. melitensis Brullo, Lanfranco, Pavone et Ronsisvalle
Familja: Brassicaceae (= Cruciferae)
Ġiet deskritta reċentement (BRULLO et al, 1988); din tikber f'xi rdum f'Għawdex (inkluża Ħaġret il-Ġeneral) kif ukoll fil-Mistra f'Malta. Jidher ukoll li hemm xi differenzi żgħar bejn ilpopolazzjonijiet Għawdxin u dik tal-Mistra. Fl-inħawi tal-portijiet tikber naturalizzata, f'ħafna forom it-tip tal-ispeċi: Matthiola incana subsp. incana li aktarx ħarbet mill-kultivazzjoni. Issuġġerejt li ssottospeċi melitenses tissejjaħ ĠIŻI TA' MALTA (LANFRANCO, 1989a).
2. Orobanche nana (Reuter) Noe forma melitensis (Beck in Sommier et Caruana Gatto) Beck
Familja: Orobanchaceae
Id-deskrizzjoni ta' Beck dehret l-ewwel darba fix-xogħol ta' SOMMIER u CARUANA GATTO (1915) bir-rang ta' varjeta, iżda aktar tard irriduċieha għal forma (BECK von MANAGETTA, 1930).
156 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMIĊI TAL-GŻEJJER MALTIN
Din hi pjanta komuni li tipparasitizza kważi esklussivament l-Oxalis pes-caprae L. Din hi ħaġa stramb a peress li l-Oxalis hi pjanta avventizja li daħlet Malta fil-bidu tas-seklu dsatax. Iżda SOMMIER u CARUANA GArro (op. cit.) jinnutaw li fi żmien horn kienet tikber fuq diversi Leguminosae. Jien issuġġerejt l-isem Malti BEDEBBUS ABJAD (LANFRANCO, 1989).
3. Orobanche densiflora Salzm. forma melitensis Beck lil
Sommier et Caruana Gatto Familja: Orobanchaceae
Din ukoll dehret l-ewwel darba fix-xogħol ta' SOMMIER u CARUANA GATTO (1915). Din, iżda, hi speċi rari li tikber biss firramel bħal fil-bajja tal-Mellieħa u r-Ramla tat-Torri fejn tipparasitizza l-Lotus cytisoides L. minkejja l-fatt li skond SOMMIER u CARUANA GATTO (op. cit.) u xogħlijiet ta' warajhom tissemma bħala parassita tal-Lotus halophilus Boiss. et Spruner. Interessanti li din l-ispeċi hi konfinata għall-punent tal-Mediterran u n-nofsinhar tal-Portugal. Issuġġerejt l-isem Malti BUDEBBUS TAR-RAMEL għal din l-ispeċi (LANFRANCO, 1989a).
OĦRAJN:
Il-Hymenolobus procumbens (L). Nuttall ex Torrey & A. Gray subsp. revelieri (Jordon) Greuter & Burdet, hi pjanta rari ħafna li tikber biss fuq kemmuna. Instabet minn DUTHIE (1874) iżda li ma dehritx iżjed b'ċertezza sakemm erġajt iltqajt magħha fl-1986 -eżatt fl-istess post li semma Duthie. PAMPANINI (1909) iddeskriva l-forma sommieri, presumibilment endemika, fuq il-materjal ta' Duthie konservat fl-erbarju ta' Firenze. Is-sinifikat eżatt ta' dan ittaxon għad irid iġi stabbilit.
SOMMIER u CARUANA GATTO (1915) iddeskrivew forma ġdida: macranthus tar-Ranunculus macrophyllus Desf. Dan l-isem applikawh għal pjanti b'weraq u f juri kbar li sabu f'Wied Inċita. B'xorti ħażina dan il-Wied ġie degradat ħafna u jista' jkun li din ilforma nqerdet. Ta' min iżid li l-pjanti Maltin li fl-imgħoddi dehru taħt l-isem ta' Ranunculus macrophyllus fil-fatt jappartjenu għarRanunculus bulbosus L. subsp. adsecendens (Brotero) Neves.
EDWIN LANFRANCO 157
SOMMIER U CARUANA GATTO (1915) jiddeskrivu żewġ forom tal-Asparagus aphyllus L. bir-rang ta' varjeta (var. abbreviatus u var. elongatus). Ma jidhirlix li dawn il-varjetajiet huma tenibbli minħabba li hu faċli li wieħed isib l-intermedji kollha bejn il-"var. abbreviatus" sal "var. elongatus" bI-ispeċi tipika x'imkien fin-nofs. Ma jidhirlix lanqas li dawn il-varjanti huma ristretti għal Malta.
SOMMIER u CARUANA GATTO (op. cit.) jinnutaw ukoll li lpjanti Maltin tal-Legouzia hybrida (L.) Delarbre huma differenti mill-ispeċi tipika u joħolqu provisorjament l-isem ta' "var. foliosa". B'xorti ħażin a diffiċli li wieħed jistabilixxi l-istatus ta' dan it-taxon minħabba li jidher li dil-pjanta nqerdet minn Malta.
BORG (1927), barra li jsemmi numru ta' albiniżmi u varjanti oħrajn bir-rang ta' forma (u li m'iniex sejjer noqgħod nidħol fihom minħabba li jidhirli li l-maġġoranza m'humiex ta' sinifikat kbir, u aktarx lanqas m'huma endemiċi), jiddeskrivi wkoll Fumaria capreolata L. var. speciosa. Sfortunatament id-deskrizzjoni mhix djanjostika biżżejjed biex wieħed jisseparaha minn taxa oħrajn talġeneru Fumaria, li hu ġeneru pjuttost diffiċli. Barra minn hekk ma rnexxilix nillokalizza l-materjal użat minn Borg biex għamel din iddeskrizzjoni u għaldaqstant wieħed ma jistax jiddeċiedi jekk Borg sabx tabilħaqq entita ġdida jew jekk hix sempliċiment varjanti ta' xi Fumaria magħrufa.
BORG (1935) jiddeskrivi wkoll forma guliana tal-Erica multiflora L. iżda hawn ukoll ma jidhirlix li din ħaqqha
rikonoxximent formali.
D. SUB-ENDEMIĊI
Numru ta' speċi li jikbru fil-Gżejjer Maltin, għalkemm
m'humiex strettament endemiċi, għandhom distribuzzjoni ristretta ħafna. Fost dawk li għandhom l-aktar arjal ristrett insibu:
(a) Endemiċi Pelago-Maltin - Dawn huma ristretti għall
Gżejjer Pelagie (Lampedusa, Linosa, Lampione) u l-Gżejjer
Maltin.
1. Elatine gussonei (Sommier) Brullo, Lanfranco, Pavone et Ronsisvalle
Familja: Elatinaceae
158 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMICI TAL-GŻEJJER MALTIN
Din tikber biss fil-Gżejjer Maltin u Lampedusa u tinsab flagħdajjar ta' l-ilma ħelu li jinġabar fil-blat. Ġiet deskritta l-ewwel darba minn SOMMIER (1908) minn Lampedusa bħala Elatine hydropiper var. gussonei_ Hi affini wkoll mal-Elatine macropoda Gussone_ Reċentement ġiet elevata għal speċi (BRULLO et. al. 1988).
2. Linaria pseudolaxiflora Lojacono Familja: Scrophulariaceae
Endemika ta' Linosa u l-Gżejjer Maltin. Għalkemm tikber fuq Malta, Għawdex Kemmuna u Kemmunett, hi pjanta rari u millosservazzjonijiet tiegħi tidher li qed tonqos.
3. Daucus lopadusanus Tineo Familja: Apiaceae (= Unbelliferae)
Din hi pjanta ta' status inċert li hi ristretta għal Lampedusa u lGżejjer Maltin. Din l-ispeċi al\:tarx hi waħda mill-ħafna varjanti tadDaucus carota L. Ta' min isemmi wkoll id-Daucus rupestris Gussone li hi senjalata mill-Gżejjer Maltin, Lampedusa u Lampione - iżda wkoll minn Panarea fil-Gżejjer Eolie. Dan ilgrupp ta' Daucus hu komplikat ferm u għad irid jiġi revist.
4. Euphorbia exigua L. var. pycnophylla Kramer et Westra Familja: Euphorbiaceae
Ġiet deskritta l-ewwel darba darba mill-Gżejjer Maltin minn KRAMER et al. (1972). Reċentement ġiet misjuba wkoll f'Lampedusa (MINSSALE u SPAMPINATO, 1987).
(b) Endemiċi SikuZo-Maltin - Dawn huma konfinati għal Sqallija (u xi gżejjer circum-Siċiljani) u l-Gżejjer Maltin.
1. Iris sicuZa Todaro Familja: Iridaceae
Dan hu Iris rari ħafna. F'Malta u Għawdex nafu minn tliet lokalitajiet. Jidher li fi Sqallija ilu ma jinstab. Din hi speċi li dwarha
EDWIN LANFRANCO 159
teżisti ħafna konfużjoni, l-aktar minħabba li fil-letteratura ġieli jħawduha mal-Gynandriris sieula (Todaro) Todam peress li lġeneru Gynandriris hemm min jinkludih fil-ġeneru Iris. Għalhekk wieħed għandu joqgħod attent meta jaqra dwar senjalazzjonijiet ta' din l-ispeċi. L-Iris sieula hi affini mal-Iris pallida Lamarck.
2. Seilla sieula Parlatore Familja: Liliaceae
Endemika tal-Gżejjer Maltin, Sqallija kif ukoll il-Kalabrija. Jidher iżda li fi Sqallija u Kalabrija ilha ma tidher għal bosta snin (BRULLO u PAVONE, 1987). F'Malta, għalkemm mhux komuni, hi pjuttost frekwenti.
3. Desmazeria pignattii Brullo et Pavone Familja: Poaceae (= Gramineae)
Speċi interessanti ħafna deskritta reċentement minn BRULLO u PAVONE (1985). Qabel kienet titħallat mad-Desmazeria sieula (Jacq.) Dum. Din l-ispeċi hi endemika għall-Gżejjer Maltin u s-SE ta' Sqallija - fil-kumplament ta' Sqallija hi rimpjazzata midDesmazeria sieula - hi għalhekk endemika Ibleo-Maltija. IdDesmazeria pignattii tikber f'ħamrija baxxa qrib ix-xtajta.
4. Seneeio pygmaeus De. Familja: Asteraceae (= Compositae)
Din ukoll hi essenzjalment endemika Ibleo-Maltija iżda
ALEXANDER (1979), li jagħtiha bħala varjeta tas-Senecio leueanthemifolius Poiret, jinkludi fiha pjanti minn Kreta, Sardinja u l-Libanu. Iżda dawn il-pjanti minn territorji oħra għandhom fjuretti ligulati mentri dawk Ibleo-Maltin m'għandhomx. Għal mument nippreferi ożomm is-Senecio pygmaeus distint minn dawn il-forom ligulati. Din il-pjanta ċkejkna ħafna tikber fuq l-irdumijiet u qrib ilbaħar u tidher li hi rari.
160 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMIĊI TAL-GŻEJJER MALTIN
5. Ophrys oxyrrhynchos Todaro Familja: Orchidaceae
Din l-orkida għandha affinitajiet mal-Ophrys hoZoserica (B urmann) Greuter. L-aħħar li dehret f Malta kien fl-1966 (LANFRANCO, G., kummunikazzjoni personali) fparti minn Wied il-Għaselli ftit żmien wara nbelgħet minn barriera. Issa tikber biss fi Sqallija.
6. CaZendula suffruticosa Vahl subsp. fulgida (Rafin.) Ohle var. gussonii (Lanza) Ohle
Sinonimu: Calendula sicuZa Gussone Familja: Asteraceae (= Compositae)
Din hi pjanta endemika Ibleo-Maltija. SOMMIER u CARUANA GATTO (1915) ikkunsidraw il-pjanti Maltin bħala
differenti minn dawk ta' Sqallija u tawha l-isem ta' var. melitensis. OHLE (1974) fil-monografija tiegħu jgħaqqadha mal-var. gussonii.
Diskussjoni
Jekk wieħed jistudja l-flora Maltija fl-interita tagħha joħroġ ċar li l-affinitajiet ewlenin huma ma' Sqallija, b'mod speċjali mas-SE tal-gżira. Iżda jeżistu wkoll numru ta' elementi nord-Afrikani, Eġej u Iberiċi. Meta wieħed jifli l-endemiżmi b'mod speċjali lpaleoendemiżmi li huma fost l-iżjed elementi antiki tal-flora Maltija, joħroġ tagħrif ta' interess fitoġeoġrafiku notevoli.
Il-Palaecyanus crassifolius hi speċi iżolata u ma nistgħu
nirrelatawha ma' ebda speċi oħra tat-tribu taċ-Ċentaurineae. Meta tħaddidt ma' botaniċi speċjalisti fdan il-grupp smajt opinjonijiet konfliġġenti u għaldaqstant ma jidhirlix li qiegħed f'pożizzjoni li noqgħod nipotettiżża jekk ma jkollniex informazzjoni iżjed
konkreta dwar id-dinamika evoluttiva ta' dan il-grupp. IlCremnophyton lanfrancoi hi speċi oħra iżolata ferm. Aktarx li lgrupp li tappartjeni fih evolva fambjenti desertiċi fl-orjent. Ilġeneru Darniella li f Malta hawn l-unika speċi Ewropea tiegħu, idDarniella melitensis, hu essenzjalment Nord-Afrikan u jkopri wkoll il-Lvant Nofsani u l-kosta Atlantika tal-Marokk. Iżda jippenetra wkoll sas-Saħara (Darniella glomerata (Maire) Brullo) (BRULLO,
EDWIN LANFRANCO 161
1984). Il-ġeneru Chiliadenus rappresentat f'Malta mill-Chiliadenus bocconei huwa essenzjalment Nord-Afrikan iżda jilħaq ukoll ilkosta Franko-Iberika tal-Mediterran u teżisti speċi Saħarana ukoll (BRULLO, 1979). L-endemiżmi l-oħrajn jappartjenu għall-gruppi mxerrda fil-Mediterran.
Is-subendemiżmi wkoll joffru informazzjoni ta' sinifikat kbir. Ta' min jir,mota li bi-eċċezzjoni possihhli tll' sp~ri ta' liken, il-Collema meliteum Jatta, ma teżisti ebda speċi li hi endemika għal Sardinja/ Korsika u Malta. Kull senjalazzjoni simili fil-passat (p.e. l-Allium parciflorum Viv.) kienet dovuta għal żball ta' identifikazzjoni. Forsi aktar sorprendentement, ma jidher li teżisti ebda pjanta vaskulari endemika ta' Pantellerija u Malta; bħal fil-każ ta' qabel kull senjalazzjoni simili kienet dovuta għal żball jew ineżattezza (p.e. lAnthemis urvilleana). L-uniku endemiżmu Kosyro-Malti jidher li jinvolvi waħda mill-Muski, it-Thamnium cosyrense Bottini endemika ta' Pantelleria, li jidher li f'Malta teżisti taħt il-varjeta mefitense Bottini (BOTTINI, 1907) iżda din tidher li hi rari ħafna u m'għandniex materjal biex fuqha nistabilixxu l-istatus ta' dan ittaxon. Għall-kuntrarju jidher li hawn element qawwi ta' endemiżmi Pelago-Maltin u Sikulo-Maltin. Jidher ukoll li m'hawnx endemiżmi ristretti għal Malta u xi parti limitata ta' l-Afrika ta' Fuq. L-aktar pjanta li tqarreb lejn din is-sitwazzjoni hi l-Plantago bombycina Decaisne (= Plantago crypsoides Boiss.), speċi ta' stat4s inċert li barra mill-Gżejjer Maltin (hi partikolarment komuni fuq Kemmuna) tikber biss fl-Afrika ta' Fuq fejn skond PIGNATTI (1982) hi mferrxa mhux ħażin.
Nagħlaq dan l-istudju b'appell biex dawn il-pjanti uniċi għallGżejjer Maltin jiġu mħarsa rigorożament. Dawn huma parti importanti tal-wirt nazzjonali ta' Malta u huma wkoll parti millpatrimonju dinji fdat f'idejna sabiex inħarsuh għall-ġejjieni. Jekk tintilef waħda minn dawn l-ispeċi, xejn ma jkun jista' jerġa' jġibha lura - tkun qabdet it-triq tad-dinosawri.
BIBLJOGRAFIJA:
ALEXANDER J.C.M. (1979). Mediterranean species of Senecio section Senecio and Delphinijolius. Notes Roy. 80t. Gard. Edinb., 37 (3): 387 - 482.
BARTOLO, G.; BRULLO, S. & PAVONE, P (1986). Allium lopadusanum (Liliaceae) a new species from Lampedusa (Sicily). Willdenowia, 11: 89- 93.
162 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMIĊI TAL-GŻEJJER MALTIN
BAUMANN, H. (1977). Eine bislang unbekannte Ophrys sphecodes - Sippe auf den Maltesischen Inseln. Die Orchideen der Randgebeite des Europaischen. Florenbereiches; Die Orehidee, Sonderheft Dez. 1977: 64 - 69.
BECK von MANNAGETIA, G. (1930). Orobanchaceae in ENGLER, A. Das P[lanzenreieh, IV, 261, 248pp + 24 figs. Leipzig.
BEGUINOT, A. (1907). Diagnoses Romulearum novarum vel minus cognitum. Engler' s Bot J ahr., 38: 322 - 339.
BERTOLONI, A. (1829). Flora Melitensis Thesaurus ... Curante Stephano Zerapha Med. Doct. Fasc. 1°. Annali di Storia Naturale, 11; 359 -360.
BOCCONE, P. (1674). Ineones et deseritiones rariorum plantarum Siciliae, Melitae, Gallie et Italiae. xiii + 96pp. London.
BORG, J. (1927). Deseriptive Flora of the Maltese Islands. 864pp. Government Printing Office, Malta.
BORG, J. (1935). A Third Supplement to the descriptive Flora of the Maltese Islands. Arehivium Melitense, 9(4): 239 - 245.
BOTIINI, A. (1907). Sulla Briologia delle Isole Italiane. Webbia, 2: 345 - 402. BOTSCHANTSEV, V. (1976). Conspectus specierum sectionis Coeeosalsola Fenzl
generis Salsola L. Nov. Syst. PI. Vase. (Leningrad), 13: 74 -102. BRULLO, S. (1979). Taxonomic and nomenclatural notes on the genera Jasonia
Cass. and Chiliadenus Cass. (Compositae). Webbia, 34(1): 289 - 308. BRULLO, S. (1980). Taxonornic and nomenclatural notes on the genus Limonium
in Sicily. Botaniska Notiser, 133: 281-193. BRULLO, S. (1984). Taxonomic considerations on the genus Darniella
(Chenopodoaceae). Webbia, 38: 311- 328. BRULLO, S. (1988). Misclleneous notes on the genus Limonium
(plumbaginaceae). Willdenowia, 17: 11-18. BRULLO, S.; LANFRANCO, E. & PAVONE, P. (1982). Allium lojaeonoi sp.
nov. e sue affinita con Allium parci[lorum Viv. Webbia, 35(2): 296 - 306. BRULLO, S.: LANFRANCO, E.; PAVONE, P. & RONSISVALLE, G. (1988).
Taxonomical notes on the endemic flora of Malta. Giorn. Bot. Ital., 122, suppI. 1:9.
BRULLO, S & PAVONE, P. (1985). Taxonomic considerations on the genus Desmazeria (Gramineae) with description of a new species: Desmazeria pignattii, Willdenowia, 15: 00 - 106.
BRULLO, S. & PAVONE, P. (1987). Seilla dimartinoi spec. nov. (Liliaceae) from Larnpedusa and its relationships with Seilla sieula Tin. Candollea, 42: 613 -620.
BRULLO, S. & PAVONE, P. (1987a). Cremnophyton lanfraneoi, a new genus and species of Chenopodiaceae from Malta. Cnadollea, 42: 621 - 625.
BRULLO, S. & PA VONE, P. (1988). Hyoseris fruteseens, a new species from Gozo (Malta). Candollea, 43: 717 -726.
CARUANA GATIO, A. (1892). Albinism and colour variation in Maltese wild flowers. Mediterranean naturalist, 2: 276-277. Malta.
CASSINI, H. (1825). Myriadene. Diet. Se. Nat., 37: 34-36. CSECA, G. (1969). Ricerche citotassonomiche delle Euphorbiaceae: Euphorbia
spinosa L., E. bivone Steud., E. melitensis Parl., E. aeanthothamnos Heldr. et Sart. Giorn. Bot. Ital., 103(3): 205 - 263.
CIFERRI, R. & GIACOMINI, V. (1950). Nomenclator Florae Italieae, ParsPrima: 99, Ticini.
DE CANDOLLE, A.P. (18376). Prodromus systemis naturalis regni vegetabilis, VI: 102. Paris.
EDWIN LANFRANCO 163
DEL PRETE, C. (1984). The genus Ophrys L. (Orchidaceae) in Italy: Check list of the species, subspecies and hybirds (Contribution to the knowledge of the Italian Orchidaceae XII). Webbia, 37(2): 249 - 257.
DOSTAL, J. (1973). Preliminary notes on the subtribe Centaureinae. Acta Bot. Acad. Sci. Hung., 19(1-4): 73 -79.
DOSTAL, J. (1975). New nomenċlatural combinations and taxa of the Compositae subtribe Centaureinae in Europe. in HEYWOOD, V.H. (ed.): Flora Europaea. Notulae systematicae ad Floram Europaeam spectantes no. 18. Bot. l. Linn. Soc., 71: 191-210.
DUMONT D'URVILLE, J. (1822). Enumeratio plantarum quas in insulis Arcipelagi aut littoribus Ponti Euxini annis 1819 et 1820 collegit atque detexit. Extr. Memores de la Sociere Linntienne de Paris, I (vii + 135pp).
DUTHIE, J.F. (1874). On the Botany of the Maltese islands in 1874, part 1. lour. Bot. (London), 1874: 321- 326.
DUTHIE, J.F. (1875). On the Botany of the Maltese Islands in 1874, part 2. lour. Bot. (London), 1875: 36-42.
DUTHIE, J.F. (1875a). Notes on the flora of the Islands of Malta, Gozo, Comino, Cominotto ... Il Barth, 1 (anno 111); 541-544. Malta.
FAURE, G. (1916). Catalogu tal- Pianti indigene. Li Storia ta Malta u Għaudex: 1098-1102, Valletta.
FIORI, A. & PAOLETTI, G. (1896-1090). FloraAnalitica d'ltalia, 5 vols., Padova. GRECH DELICATA, J.C. (1853). F/ora Melitensis. xvi + 49pp. Malta. GULIA, G. (1855-56). Repertorio Botanico Maltese. viii + 49pp. Malta. GULIA, G. (1874). Maltese Botany: Chenopodiacae. Il Barth, I (anno IIl): 462.
Malta. GUSSONE, J, (1844). Florae Siculae Synopsis, 2: 451-452. Neapoli. HASLAM, S.M.: SELL. P.D. & WOLSELEY, P.A.W. (1977). A F/ora to the
Maltese Islands. !xxi + 560pp. Malta University Press. KRAMER, K.U.; WESTRA, L.Y.Th.; KLIPHUIS, E. & GADELLA, Th. W.J.
(1972). Floristic and cytotaxonomic notes on the flora of the Maltese Islands. Acta Bot. Neerl., 21 (1): 54- 66.
LANFRANCO, E. (1984): The Succulents of Gozo. Kakti u Sukkulenti Oħra, 26: 25 -30, Malta.
LANFRANCO E. (1987). Jewels of the Maltese Flora: Plan ts endemic to the Maltses Islands. Spectra, New Lyceum Science Magazine, 5: 2 - 11 + cover, Malta.
LANFRANCO, E. (1989). The Maltese Cliff-Orache - Cremnophyton lanfrancoi - a new genus and species of flowering plant from the Maltese Islands. Potamon, 17: 185 - 188. Malta.
LANFRANCO, E. (1989a). The Flora, in SCHEMBRI, P.J. & SULTANA, J. (eds.): Red Data Bookforthe Maltese Islands. Ministry of Education , Malta. (flistampa).
LANFRANCO, G. (1977). Field Guide to the Wild Flowers of Malta, viii + 23pp + 65 plates. Malta.
LINNAEUS, C. (1753). Species Plantarum, Tom. I. Holmiae.
LINNAEUS, C. (1763). Species Plantarum, ed. 2. Holmiae. LINNAEUS, C. (1867). Mantissa Plantarum. Holmiae. MINISSALE, P & SPAMPINATO, G. (1987). Segnalazioni di piante nuove per la
flora di Lampedusa.lnform. Bot. Ita!., 19(2): 136 -143. Firenze. NYMAN, C.F. (1881). Conspectus F/orae Europaea: 648. Orebro.
164 IL-PJANTI VASKULARI ENDEMICI TAL-GŻEJJER MALTIN
OHLE, H. (1974). Sudeuropaisches perenniscrende Calenula - Sippen. Fedde's Repertorium, 85(4): 245 - 283.
PACE, J. & PACE, M. (1980). Letter to G.M. Wignacourt to Marino dated 16th January 1693. and Blondel's report after his visit to Gozo after the earthquake (Valletta 20 Giungo 1693) Wirt Missirijietna, 2: 2 - 3 [Din l-Art Ħelwa, Gozo Branch].
PAMPANINI, r. (1909). Nuovo Giorn. Bot. Ital., 1090: 36-37. PARLATORE, F. (1869). Flora Italiana, 4: 479. Firenze. PI GN ATTI, S. (1980). Note Critiche sulla Flora d 'Italia, Ultimi appunti miscellanei.
Giorn. Bot. Ita!., 113(5/6): 359 - 368. PIGNATTI, S. (1982). Flora d'Italia, 3 vols. Edagricole, Bologna. SOMMIER, S. (1908). Le Isole Pelagie, Lampedusa, Linosa, Lampione e la loro
flora, con un elenco completo delle piante di Pantelleria. 345pp. Stab. Pellas. Firenze.
SOMMIER, S. & CARUANA GATTO, A. (1915). Flora Melitensis Nova. viii + 502pp. Stab. pellas. Firenze.
TENORE, M. (1811). Prodromo della Flora Napolitana: 61. Napoli. TUTIN, T.G. et al (eds.) (1968). Flora Europaea, 2: 220-432. Cambridge. ZERAPHA, S. (1827). Flora Melitensis Thesaurus, fasc. 1. Iv + 36pp. Valletta.
Recommended