8
1 MADWARNA Assemblea Ġenerali: Mehmuża f’din il-ħarġa tal-Information Sheet’ għandkom stedina għall- Assemblea Ġenerali li se ssir fis-16 t’Ottubru 2011 mill-4.30 ta’ wara nofs inhar fl-Iskola Marija Reġina, Blata l-Bajda (dħul min fejn il-Mile End). Bħal ma qed taraw din is-sena qed nippruvaw ħin ġdid għax kienu jkunu ħafna li jsibu diffikultà biex jiġu filgħodu. Il-programm MHUX SE JINKLUDI QUDDIESA imma nagħlqu b’ħin ta’ Riflessjoni u Adorazzjoni. Fl-istess waqt ukoll ippruvajna ħafna li nagħmluha f’post ċentrali kemm jista’ jkun. Tħallux it - trasport jaqtagħlkom qalbkom, ħudu ħsieb organizzaw it-trasport ma’ ċirkoli oħrajn. Din hija l-unika okkażjoni fejn bil-preżenza tagħkom turu li intom verament membri impenjati tal -AKM. Kull membru żagħżugħ jew adult għandu jħossu mħeġġeġ li jattendi għal din l -attività annwali li tgħaqqadna lkoll flimkien. Tiġdid tal-Wegħda tal-Impenn (Tesserament): Fi ftit ġimgħat iċ-Ċirkoli jibdew jagħmlu ċ- ċerimonja tat-Tiġdid tal-Wegħda tal-Impenn fl-AKM. Tajjeb li niftakru li din il-wegħda nagħmluha għall-ħidma tagħna fi ħdan l-AKM u rridu nkunu lesti naħdmu fiċ-ċentrali wkoll. Iċ- ċirkoli huma parti minn struttura nazzjonali li għandha bżonn id-diriġenti li jmexxuha u ma nil- limitawx ruħna għall-ħidma fil-parroċċa biss. Importanti ħafna li meta niġu msejħa biex naqdu fiċ -ċentrali nwieġbu b’ġenerożità għal din is-sejħa. President Djoċesan Ġdid tal-AK Għawdex: Nhar is-Sibt 10 ta’ Settembru 2011 fid-Dar Ċentrali tal-Azzjoni Kattolika f’Għawdex, Mons Isqof Mario Grech innomina lis-Sur Antoine Vassallo bħala President Djoċesan tal-AK, f’Għawdex. Nawgurawlu ħafna u nwegħduh it -talb tagħna. Ringrazzjament: Nixtieq ngħid grazzi lill-Fergħa Nisa li mill-fondi tagħha tat donazzjoni ta’ 1000 ewro u liċ-ċirkolu tan-Nisa Ħal-Qormi San Bastjan li offra 40 ewro. Is-sostenn tagħkom huwa importanti ħafna u nittama ħafna fil-ġenerożità tagħkom. President Ġenerali Sinjura Carmen Agius OTTUBRU 2011 NEWSPAPERPOST INFORMATION SHEET OTTUBRU 2011 IKUN MFAĦĦAR ĠESÙ KRISTU! AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA ISTITUT KATTOLIKU FLORIANA FRN 1441 TEL: 21 222239/21 237031 Website: www.akmalta.org Email: [email protected] NUMRU 269

INFORMATION SHEET OTTUBRU 2011 - AK Malta · -parroċċi madwar il-Gżejjer Maltin. Qed nistiednu lil dawn, hekk imsejħa, Delegati Morda li jikkuntattjaw lis-Segretarja (il-mezzi

  • Upload
    others

  • View
    13

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: INFORMATION SHEET OTTUBRU 2011 - AK Malta · -parroċċi madwar il-Gżejjer Maltin. Qed nistiednu lil dawn, hekk imsejħa, Delegati Morda li jikkuntattjaw lis-Segretarja (il-mezzi

1

MADWARNA

Assemblea Ġenerali: Mehmuża f’din il-ħarġa tal-‘Information Sheet’ għandkom stedina għall-

Assemblea Ġenerali li se ssir fis-16 t’Ottubru 2011 mill-4.30 ta’ wara nofs inhar fl-Iskola

Marija Reġina, Blata l-Bajda (dħul min fejn il-Mile End).

Bħal ma qed taraw din is-sena qed nippruvaw ħin ġdid għax kienu jkunu ħafna li jsibu diffikultà

biex jiġu filgħodu. Il-programm MHUX SE JINKLUDI QUDDIESA imma nagħlqu b’ħin ta’

Riflessjoni u Adorazzjoni.

Fl-istess waqt ukoll ippruvajna ħafna li nagħmluha f’post ċentrali kemm jista’ jkun. Tħallux it-

trasport jaqtagħlkom qalbkom, ħudu ħsieb organizzaw it-trasport ma’ ċirkoli oħrajn.

Din hija l-unika okkażjoni fejn bil-preżenza tagħkom turu li intom verament membri impenjati tal

-AKM. Kull membru żagħżugħ jew adult għandu jħossu mħeġġeġ li jattendi għal din l-attività

annwali li tgħaqqadna lkoll flimkien.

Tiġdid tal-Wegħda tal-Impenn (Tesserament): Fi ftit ġimgħat iċ-Ċirkoli jibdew jagħmlu ċ-

ċerimonja tat-Tiġdid tal-Wegħda tal-Impenn fl-AKM. Tajjeb li niftakru li din il-wegħda

nagħmluha għall-ħidma tagħna fi ħdan l-AKM u rridu nkunu lesti naħdmu fiċ-ċentrali wkoll. Iċ-

ċirkoli huma parti minn struttura nazzjonali li għandha bżonn id-diriġenti li jmexxuha u ma nil-

limitawx ruħna għall-ħidma fil-parroċċa biss. Importanti ħafna li meta niġu msejħa biex naqdu fiċ

-ċentrali nwieġbu b’ġenerożità għal din is-sejħa.

President Djoċesan Ġdid tal-AK Għawdex: Nhar is-Sibt 10 ta’ Settembru 2011 fid-Dar

Ċentrali tal-Azzjoni Kattolika f’Għawdex, Mons Isqof Mario Grech innomina lis-Sur Antoine

Vassallo bħala President Djoċesan tal-AK, f’Għawdex. Nawgurawlu ħafna u nwegħduh it-talb

tagħna.

Ringrazzjament: Nixtieq ngħid grazzi lill-Fergħa Nisa li mill-fondi tagħha tat donazzjoni ta’

1000 ewro u liċ-ċirkolu tan-Nisa Ħal-Qormi San Bastjan li offra 40 ewro. Is-sostenn tagħkom

huwa importanti ħafna u nittama ħafna fil-ġenerożità tagħkom.

President Ġenerali

Sinjura Carmen Agius

OTTUBRU 2011 N E W S P A P E R P O S T

INFORMATION SHEET OTTUBRU 2011 IKUN MFAĦĦAR ĠESÙ KRISTU! AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA

ISTITUT KATTOLIKU

FLORIANA FRN 1441

TEL: 21 222239/21 237031

Website: www.akmalta.org

Email: [email protected]

NUMRU 269

Page 2: INFORMATION SHEET OTTUBRU 2011 - AK Malta · -parroċċi madwar il-Gżejjer Maltin. Qed nistiednu lil dawn, hekk imsejħa, Delegati Morda li jikkuntattjaw lis-Segretarja (il-mezzi

2

AZZJONI KATTOLIKA M ALTIJA INFORM ATION SHEET OTTUBRU 2011

OTTUBRU 2011

Ġimgħa

-Tnejn

30

-3

ŻAK Networking Seminar organizzat mill-Chiro fil-Belġju.

Ħadd 2 ŻAK ŻAK House Tour fil-11 ta’ filghodu, Brared Street, B’Kara

Tlieta 4 Direttorju Laqgħa fis-6.00 ta' filgħaxija

Ħamis 6 Fergħa Nisa Kunsill Ċentrali fid-9.30 ta' filgħodu - Istitut Kattoliku

Ħamis 6 Fergħa Xebbiet Kunsill Ċentrali fis-6.00 ta' filgħaxija - Istitut Kattoliku

Erbgħa 12 Fergħa Nisa Laqgħa Delegati Romol

Erbgħa 12 Dar Familja Mqaddsa Laqgħa Kumitat tal-qraba

Ħamis 13 Dar Familja Mqaddsa Laqgħa Bord ta’ Tmexxija

Ħadd 16 Membri Kollha Assemblea Ġenerali - dettalji f’paġna 3

Tnejn 17 Fergħa Rġiel Laqgħa Kunsill fil-5.30 ta' filgħaxija - Istitut Kattoliku

Sibt —

Ħadd

22

-

23

ŻAK 30 hr Famine– ŻAK Siġġgiewi se jorganizzaw attività ta’

solidarjetà u ġbir ta’ fondi għat-tfal li jbatu l-guħ fl-Afrika

Ħadd 23 Kumm. Fund-Raising Ikla s-Soreda Hotel - dettalji f’paġna 6

Tlieta 25 Direttorju Laqgħa fis-6.00 ta' filgħaxija

Erbgħa 26 Dar Familja Mqaddsa Laqgħa Kumitat tal-Qraba

Ħamis 27 Fergħa Nisa Assemblea Fergħa Nisa fil-Knisja Parrokjali tal-Mosta mid-9.30 -

12.30

Ġimgħa 28 SAS Laqgħa tal-Kunsill fis-6.00 ta' filgħaxija

Ħadd 30 ŻAK Support Group iż-Żurrieq fl-10 ta’ filgħodu

Ħadd 30 Kumm. Ħidma Morda Laqgħa Marjana

NOVEMBRU 2011

Tlieta 1 Kumm. Ħidma Morda Laqgħa tal-Kummissjoni fis-6.00 ta' filgħaxija

Ħamis 3 Fergħa Nisa Kunsill Ċentrali fid-9.30 ta' filgħodu - Istitut Kattoliku

Ħamis 3 Fergħa Xebbiet Kunsill Ċentrali fis-6.00 ta' filgħaxija - Istitut Kattoliku

PROGRAMM GĦAX-XAHAR TA’

LIBRERIJA AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA—FLORIANA

Issa li reġgħet bdiet l-iskola nixtiequ ninfurmawkon li fil-Librerija tal-

Azzjoni Kattolika Maltija l-Floriana qed nagħtu s-servizz ta’ BINDING.

Il-prezz huwa ta’ EUR 1 kull 12 il-paġna. Għalhekk inħeġġu lil membri

kollha biex jagħmlu użu min dan is-servizz.

Page 3: INFORMATION SHEET OTTUBRU 2011 - AK Malta · -parroċċi madwar il-Gżejjer Maltin. Qed nistiednu lil dawn, hekk imsejħa, Delegati Morda li jikkuntattjaw lis-Segretarja (il-mezzi

3

AZZJONI KATTOLIKA M ALTIJA INFORM ATION SHEET OTTUBRU 2011

Għeżież Responsabbli mit-tmexxija taċ-Ċirkoli/Leaders taż-ŻAK,

Waqt l-Assemblea Ġenerali se nkunu qed naqsmu flimkien il-viżjoni komuni tal-

Azzjoni Kattolika Maltija għal-lum b’ħarsitna ’l quddiem għas-snin li ġejjin.

Nixtiequ li din il-viżjoni tagħmluha tagħkom biex tkunu tistgħu tkunu aktar leali

u impenjati fl-Azzjoni Kattolika Maltija ħalli naslu għat-twettieq tal-missjoni

tagħna.

Ejja inti u ħeġġeġ lill-membri kollha taċ-ċirkolu/grupp immexxi minnek biex

jiġu! Irridu naraw fejnhom il-membri tal-AKM u ż-ŻAK. Il-preżenza tagħkom

timliena bil-kuraġġ u turi kemm intom membri tal-AKM konvinti !!!

Mela niltaqgħu nhar il-Ħadd 16 t’Ottubru 2011 fil-4.30 ta’ wara nofs inhar fl-

Iskola Marija Reġina, Blata l-Bajda, (dħul min fejn il-Mile End)

Din is-sena l-programm ma jinkludix quddiesa imma minflok se jkun hemm mumenti ta’

talb u riflessjoni.

Inkunu qed nistennewkom.

Narawkom.

Carmen Agius

President Ġenerali

PROGRAMM

Introduzzjoni tal-Motto

Preżentazzjoni tal-ħidma u proġetti tal-AKM

Panel ta’ kelliema li jaqsmu flimkien ir-riflessjonijiet tagħhom dwar it-

Tema.

Riflessjoni u Adorazzjoni

Page 4: INFORMATION SHEET OTTUBRU 2011 - AK Malta · -parroċċi madwar il-Gżejjer Maltin. Qed nistiednu lil dawn, hekk imsejħa, Delegati Morda li jikkuntattjaw lis-Segretarja (il-mezzi

4

AZZJONI KATTOLIKA M ALTIJA INFORMATION SHEET OTTUBRU 2011

Kummissjoni Ħidma għall-Morda u Persuni b’Diżabilità

Appell Urġenti!!

Bdiet sena soċjali oħra bl-għajnuna t’Alla, u l-Kummissjoni Ħidma Morda u

Persuni b’Diżabilità tkompli bil-ħidma tagħha biex torganizza l-attivitajiet li kull

sena jferrħu lit-teżori li Alla fdalna f’idejna biex inħobbuhom u naqduhom f’ismu.

Nhar il-Ħadd 30 t’Ottubru jkollna l-Laqgħa Marjana annwali li tiftaħ is-sensiela

tal-attivitajiet.

Il-Kummissjoni qed titlob l-għajnuna tal-membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija billi

nħeġġukom toffru s-servizz tagħkom b’risq l-għeżież mistednin tagħna. Għaliex

huma anzjani u persuni b’diżabilità, jew isofru minn xi mard li ma jħallihomx marbutin ma’

sodda, dawn in-nies ikunu qed jistennew persuni b’impenn ġeneruż li joffru li jwassluhom għal-

laqgħat soċjo-reliġjużi li norganizzawlhom.

Qed nagħmlu APPELL URĠENTI lilkom, li ssuqu u għandkom

karozza, biex toffru li tagħtu dan is-servizz waqt l-attivitajiet organizzati mill

-Kummissjoni. Tant qlub ġenerużi, membri jew le tal-Azzjoni Kattolika

Maltija, ilhom jgħixu dan l-impenn b’dedikazzjoni għal snin sħaħ. Issa

ħafna minnhom kibru sew, u wħud m’għadhomx jistgħu jkomplu. L-ispejjeż

għall-kiri ta’ vetturi qed jikber minn attività għall-oħra. Ma nixtiqux li jkollna nillimitaw in-

numru ta’ mistednin minħabba l-problema tat-trasport.

INT tista’ tgħin! L-għeżież teżori tagħna qed jistennew LILEK toffrilhom il-ħin u l-karozza

tiegħek biex igawdu d-divertiment li qed noffrulhom bħala Kummissjoni.

X’se twieġeb?

Jekk IVA, kulma għandek tagħmel hu li tibgħat imejl lis-Segretarja, fuq

[email protected] mill-aktar fis possibbli. Tista’ wkoll tikkuntattjaha fuq 99282974,

wara nofsinhar. Tista’ wkoll iċċempel is-Segreterija u tħalli messaġġ. Li jkollna bżonn hu l-

isem, l-indirizz, numru tal-mobajl u, kemm hu possibbli, l-indirizz elettroniku, u

nikkuntattjawk.

Grazzi bil-quddiem, hekk kif għandna tama qawwija li t-tqanqila ta’ ġenerożità li tinbet

f’qalbek għal dan l-appell, issibek dispost/a li toffri lilek innifsek lill-iżgħar fost ħutek li fih qed

tara lill-Mulej Ġesù.

Solidarjetà

Il-programm imtella’ mill-Kummissjoni Ħidma Morda u Persuni b’Diżabilità, ingħata ġurnata u

ħin ġodda. Nistednukom issegwuh regolarment kull nhar ta’ Tnejn fit-8.30 ta’ filgħaxija, u

tħeġġu lil oħrajn li jisimgħuh. Aktar ma jkun hemm xhieda ta’ semmiegħa regolari, aktar ikun

possibbli li l-programm isib ruħu f’ħin addattat fl-iskedi tal-PBS.

Page 5: INFORMATION SHEET OTTUBRU 2011 - AK Malta · -parroċċi madwar il-Gżejjer Maltin. Qed nistiednu lil dawn, hekk imsejħa, Delegati Morda li jikkuntattjaw lis-Segretarja (il-mezzi

5

AZZJONI KATTOLIKA M ALTIJA INFORM ATION SHEET OTTUBRU 2011

Id-dati tax-xandira matul ix-xahar t-Ottubru se jkunu:

il-Ħadd 2, u t-Tnejn 3, 10, 17, 24, 31.

Isimgħu diskussjoni dwar aspett spiritwali, tagħrif li jolqot is-settur li għalih aħna ddedikati,

stejjer, kanzunetti u intervisti, u xi tagħrif kulturali ġenerali, kull nhar ta’ Tnejn fit-8.30 ta’

filgħaxija. Nieħdu gost nirċievu kummenti u suġġerimenti minn għandkom. Dan jagħtina

aktar kuraġġ li nwasslu l-ferħ tal-Aħbar it-Tajba permezz tax-xandir.

Is-smigħ it-tajjeb!

FARAĠ

Jekk tkunu tafu persuni jew familji li jixtiequ jirċievu messaġġ ta’ faraġ, u fl-istess waqt tagħrif

interessanti mwassal lilna minn kittieba diversi, aħna minn qalbna nżidu lil dawn in-nies fil-

lista tagħna. Għaddulna l-isem u l-indirizz ta’ dawn il-persuni u aħna nieħdu ħsieb li huma

jibdew jirċievu din ir-rivista regolarment.

Delegati Morda

Fil-friegħi u ċirkoli differenti fi ħdan l-AKM, b’mod partikolari fil-Fergħa Nisa u l-Fergħa

Xebbiet, jiġu nominati membri li r-rwol tagħhom hu li jkunu l-id il-leminija tal-Kummissjoni.

Permezz tagħhom, il-Kummissjoni tista’ tkun viċin tal-morda, persuni b’diżabilità u anzjani fil

-parroċċi madwar il-Gżejjer Maltin.

Qed nistiednu lil dawn, hekk imsejħa, Delegati Morda li jikkuntattjaw lis-Segretarja (il-mezzi

ta’ kuntatt diġà msemmija) biex tinħoloq rabta aktar dinamika u pro-attiva bejnietna. Id-

dedikazzjoni attiva tagħkom tista’ tfisser li persuni li jħossuhom weħidhom u mnikkta,

jirrealizzaw li mhumiex imwarrbin jew minsija. L-AKM qed toffrilhom l-id tal-ħbiberija u

sostenn.

Paċi u ġid.

SEGRETARJAT ASSISTENZA SOĊJALI

SERVIZZ BIL-MINIBUSES

Nixtiequ nappellaw b’mod partikulari lil dawk il-Parroċċi li qatt s’issa ma

għamlu użu minn dan is-servizz. Araw fil-Parroċċa fejn hemm anzjani li ma

joħorġux minħabba l-kundizzjoni tagħhom. Ibbukkjaw ħarġa biex huma wkoll iħossuhom parti

mill-Komunità.

Ċemplu fuq 21 654374 u ħallu MESSAĠĠ fuq l-Answering Machine u s-Sur John Carabott

jċempel lura hu stess jew fuq il-Mobile No: 79226488. F’każ ta’ diffikultà ċemplu l-Uffiċċju

SAS 21220286 u agħmlu l-booking tagħkom.

Page 6: INFORMATION SHEET OTTUBRU 2011 - AK Malta · -parroċċi madwar il-Gżejjer Maltin. Qed nistiednu lil dawn, hekk imsejħa, Delegati Morda li jikkuntattjaw lis-Segretarja (il-mezzi

6

AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA INFORMATION SHEET OTTUBRU 2011

FERGĦA KOPPJI MIŻŻEWĠA

Nixtiequ ninfurmawkom li l-grupp koppji miżżewġa se jorganizzaw weekend irtir nhar

is-Sibt 22 t’Ottubru u il-Ħadd 23 t’Ottubru 2011

sas-2:00 ta’ wara nofs inhar il-Lunzjata r-Rabat.

Se jmexxi dan l-irtir Father Frans Abdilla.

Inħeġġu l-koppji mexxejja taċ-ċirkoli sabiex iħeġġu l-membri tagħhom sabiex jattendu kif

ukoll lil dawk li huma miżżewġa u membri tal-Fergħa Rġiel u Nisa sabiex jattendu.

Se jkun weekend ta’ mistrieħ sabiex inkunu nistgħu nagħarfu Alla xi jrid minna fil-ħajja

mgħaġġla ta` żmienna.

Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntattjaw lil

Irene u Manuel Dye tel: 21221341 jew M`Anne u Anthony Sultana tel: 21657706.

Grazzi ħafna u nisperaw li narawkom

M’Anne u Anthony Sultana

KUMMISSJONI FUND-RAISING AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA

Wara l-waqfa tas-sajf l-Azzjoni Kattolika Maltija tat bidu għal sena oħra ta’

ħidma, hekk ukoll il-Kummissjoni Fund-Raising se tagħti bidu għall-

attivitajiet tagħha b’ikla BUFFET, nhar il-Ħadd 23 ta’ Otturbu fis-

SOREDA HOTEL għal prezz ta’ EUR 16 il-kbar u EUR 8 it-tfal.

Il-biljetti jinkisbu mis-Segreterija tal-Azzjoni Kattolika Maltija, fl-Istitut Kattoliku, Floriana sal-

ĦAMIS 20 TA’ OTTUBRU 2011 fuq in-numru tat-telefon 21 222239.

Importanti wkoll li meta ċċemplu tgħidu fuq liema mejda tixtiequ toqgħodu għal ikel.

Min ikun jixtieq trasport jista’ jikkuntattja lil Ms Marie Bartolo fuq 21 221931.

Nisperaw li narawkom!!!

IKLA BUFFET

NHAR IL-ĦADD 23 TA’ OTTUBRU 2011

MINN 12.00 GĦAL-12.30 P.M. ‘IL QUDDIEM FIS-SOREDA HOTEL

TRIQ ANDREW CUNNINGHAM—QAWRA

Page 7: INFORMATION SHEET OTTUBRU 2011 - AK Malta · -parroċċi madwar il-Gżejjer Maltin. Qed nistiednu lil dawn, hekk imsejħa, Delegati Morda li jikkuntattjaw lis-Segretarja (il-mezzi

7

AZZJONI KATTOLIKA M ALTIJA INFORM ATION SHEET OTTUBRU 2011

Azzjoni Kattolika Maltija, Istitut Kattoliku, Floriana FRN 1441

Tel: 21237031- E-mail: [email protected]

Bħal kull sena skolastika, f’Ottubru ħarġet il-gazzetta Tagħna t-Tfal mill-Azzjoni Katto-

lika Maltija. Permezz tal-kitba u l-grafika li fiha din il-gażżetta, it-tfal isiru jħobbu iktar

il-qari u l-logħob tal-pinna. Tiffoka wkoll fuq il-valuri personali, soċjali u spiritwali li t-tfal

għandhom bżonn biex jikbru u jsiru ċittadini maturi u responsabbli.

Il-prezz tal-gazzetta huwa ta’ 50ċ kull ħarġa.

Jekk tixtieq li tirċievi l-gazzetta kull xahar bil-posta tħallas €6.50.

Abbonament ta’ sena għat-tfal tal-iskola huwa ta’ €4 (jista’ jsir mill-iskola stess).

Kull ma trid tagħmel biex tabbona huwa li timla l-informazzjoni mitluba minnek hawn taħt

u tibgħata lil Azzjoni Kattolika Maltija, Attn: Ms Helma Vella, Istitut Kattoliku,

Floriana FRN 1441, flimkien mal-ħlas. Il-ħlas jista’ jsir b’ċekk pagabbli lil ‘Tagħna t-Tfal’

jew tista’ tmur direttament fil-Bookshop tal-Azzjoni Kattolika, l-Istitut Kattoliku u tħal-

las hemmhekk.

———————————————————————————————————————————–———

ABBONAMENT GĦAS-SENA SKOLASTIKA 2011-2012 TAL-GAZZETTA TAGHNA T-TFAL

Isem u Kunjom:.....................................................................

Indirizz:.............................................................................

.......................................................................................

Numru tat-telefon u imejl:........................................................

Immarka fejn japplika għalik:

Nixtieq niġbor il-gazzetta kull xahar mill-Bookshop tal-A.K. (€4.50)

Nixtieq li nirċievi l-gazzetta bil-posta fl-indirizz ta’ hawn fuq (€6.50)

Din l-informazzjoni hija kunfidenzjali u mhux se tingħata lil terzi persuni.

Page 8: INFORMATION SHEET OTTUBRU 2011 - AK Malta · -parroċċi madwar il-Gżejjer Maltin. Qed nistiednu lil dawn, hekk imsejħa, Delegati Morda li jikkuntattjaw lis-Segretarja (il-mezzi

8

AZZJONI KATTOLIKA M ALTIJA INFORMATION SHEET OTTUBRU 2011

NEWSPAPER POST

AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA

ISTITUT KATTOLIKU

FLORIANA FRN 1441

LIBRERIJA AZZJONI KATTOLIKA—FLORIANA

Wieћed isib ukoll:

Kull tip ta’ kotba reliġjużi bil-Malti u bl-Ingliż – gћall-kbar u gћat-tfal, kotba ta’

interess ġenerali, oġġetti reliġjużi – statwi, ikoni, santi, stationery, rigali u ћafna

affarijiet oћra. Jistgħu jinxtraw ukoll ‘Book Tokens’ u ‘Gift Vouchers’.

Ħinijiet tal-Ftuћ: Matul il-ġimgћa - 9.00 ta’ filgћodu sa nofsinhar, 4 sas-

7.30 ta’ filgћaxija u s-Sibt filgћodu biss. Tel: 21 237031

Gћalhekk ixtri r-rigali tiegћek minn din il-Librerija u barra li tkun qed tagћti rigal

mill-qalb tkun qed tgћin lil Azzjoni Kattolika Maltija fil-ћidma tagћha.