View
6
Download
0
Category
Preview:
Citation preview
Kulleġġ San Benedittu, Sekondarja Kirkop Sena 2015 Paġna 1 minn 8
Marka
KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal Kirkop
L-EŻAMI TA’ NOFS IS-SENA – 2014/2015
Rotta 2
Isem: _________________________________ Klassi: ___________
L-Istruzzjonijiet lill-istudenti:
Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub.
Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin
jgħinuk biex tikseb riżultati aħjar.
Kummenti:
_______________________________________________________________________

Mistoqsija A B Ċ Di Dii E Taħdit TOTAL Smigħ
Marki 10 15 8 13 14 20 10 100 10
Marki tal-istudent
IR-RABA’ KLASSI MALTI ĦIN: SAGĦTEJN
Kulleġġ San Benedittu, Sekondarja Kirkop Sena 2015 Paġna 2 minn 8
SILTA GĦALL-ISTĦARRIĠ:
Aqra sewwa din is-silta u wara wieġeb il-mistoqsijiet
dwarha:
Din li ġejja hija l-istorja ta’ qassis Sqalli, Don Giuseppe
Puglisi, kappillan ta’ Brancaccio, kwartier żgħir u mitluq ta’
Palermo, li għax ma beżax jeħodha kontra l-mostru tal-Mafja,
safa vittma tal-kritika, imtela bid-djun u fl-aħħar dabbar tir
ta’ pistola f’għonqu. L-eżempju ta’ dan il-qassis kuraġġjuż għandu jimliena bil-
kuraġġ biex ma nieqfu qatt neħduha kontra l-ħażen kbir li hawn madwarna.
Don Puglisi ma kienx xi simbolu pubbliku tal-ġlieda kontra l-Mafja. Kien biss
qassis trankwill li mill-pulptu kien saħansitra stieden lill-għedewwa moħbija
tiegħu: “Ejjew nitkellmu u niddiskutu ... ”
Don Puglisi kien iben skarpan ta’ ħajja Nisranija devota. Huwa kien il-fustani
bejn żewġ aħwa subien. Ħuh il-kbir qagħad jistennieh isir qassis qabel iżżewweġ
biex iżewġu hu. Tul il-karriera tiegħu fi ħdan il-knisja kien qassis fil-kwartier
mafjuż ta’ Settecannoli, għalliem fis-Seminarju, kappillan ta’ istitut għall-orfni tal
-ħaddiema, viċi kappillan ta’ Valdesi u ta’ 34 sena ngħata l-kariga ta’ kappillan ta’
Godrano, fejn dam seba’ snin.
Meta sar kappillan ta’ Brancaccio, zona kkontrollata mill-aħwa Graviano, kapi-
Mafja marbutin mal-familja tal-boss Leoluca Bagarella, Don Giuseppe ma
ppruvax jikkonverti lil min kien ilu li nqabad fix-xibka tal-Mafja imma għamel
minn kollox biex ma jħallix jidħlu fiha lit-tfal li kienu jiġru barra fit-toroq u li
kienu jħarsu lejn il-Mafjużi bħala idoli tagħhom u nies li jistħoqqilhom rispett.
Pemezz ta’ attivitajiet u ta’ logħob kien jurihom kif wieħed jista’ jikseb ir-rispett
tal-oħrajn mingħajr ma jkun kriminal, u dan jagħmlu billi sempliċiment iħaddan
ideat u valuri tajba. Don Puglisi neħħa mit-toroq ħafna tfal li mingħajru kienu
jibdew b’xi serqa żgħira u jispiċċaw jittraffikaw id-droga. B’hekk huwa sar
ostaklu għall-Mafja għax kien joħdilhom it-tfal!
Fil-15 ta’ Settembru tal-1993, għal xi d-9pm, huwa ħareġ mill-karozza tiegħu biex
jidħol fid-dar tiegħu wara surprise party li kienu organizzawlu f’għeluq sninu.
Fuq l-għatba tad-dar, il-Mafjużi Salvatore Grigoli u Gaspare Spatuzza sparaw tir
f’għonq il-qassis li ħallieh mejjet.
Kulleġġ San Benedittu, Sekondarja Kirkop Sena 2015 Paġna 3 minn 8
A. FEHIM IT-TEST (10 marki)
B. GĦARFIEN IL-LINGWA (15-il marka)
1. Kontra min ħadha Don Giuseppe Puglisi? (par. 1) (marka)
_____ kontra l-Mafja _____ kontra mostru _____ kontra l-Gvern
2. X’jismu l-kwartier f’Palermo li tiegħu kien kappillan Don Puglisi meta miet? (par. 1) (marka)
_________________________________________________________________________________________________________________
3. X’xogħol kien jagħmel missier Don Puglisi? (par. 3) (marka)
_________________________________________________________________________________________________________________
4. Kemm kellu wlied b’kollox missier Don Puglisi? (par. 3) (marka)
_____ erba’ wlied _____ ż ewg ulied _____ tliet ulied
5. X’jismu l-lokal li fih Don Puglisi kellu x-xogħol ta’ vic i kappillan? (par. 3) (marka)
_____ Brancaccio _____ Valdesi _____ Godrano
6. Minn min kien ikkontrollat il-kwartier ta’ Brancaccio? (par. 4) (marka)
_________________________________________________________________________________________________________________
7. Skont Don Puglisi, kif seta’ wieħed jikseb ir-rispett mingħajr ma jkun kriminal? (par. 4) (marka)
_________________________________________________________________________________________________________________
8. X’neħħa mit-toroq Don Puglisi? (par. 4) (marka)
_________________________________________________________________________________________________________________
9. Meta jagħlaq sninu Don Puglisi? (par. 5) (marka)
_________________________________________________________________________________________________________________
10. Fejn inqatel il-qassis? (par. 5) (marka)
_____ fid-dar tiegħu _____ fil-pjażża tar-raħal _____ eż att qabel daħal id-dar
GRAMMATIKA/MORFOLOĠIJA
1. Oħrog l-għerq ta’: (a) dabbar (par. 1) _____________________
(b) iħaddan (par. 4) _____________________ (2 marki)
2. Imla l-vojt b’konġunzjoni xierqa skont it-tifsira li hemm fil-parentesi. (2 marki)
a. Ma mortx nara l-logħba _____________________ kienet ix-xita. (tar-raġuni/kaġun)
b. Bħalissa qed nistudja imma ________________________ nig i ż gur! (taż-żmien)
3. Il-kong unżjoni għalhekk hi: magħquda _______ jew magħżula _______. (marka)
Kulleġġ San Benedittu, Sekondarja Kirkop Sena 2015 Paġna 4 minn 8
4. Agħmel sing taħt l-avverbju skont kif mitlub fil-parentesi. (2 marki)
a. Hawn Malta nsibu bosta tempji megalitic i. (tal-post)
b. Inż ilt isfel bil-mod biex ħadd ma jismagħni. (tal-manjiera)
5. Aqta’ linja taħt l-avverbju ta’ nisel rumanz f’din is-sentenża. (marka)
Kemxejn diffic li biex naqta’ l-viżżju tas-sigaretti totalment.
6. Aqta’ linja taħt iż-żokk morfemiku t-tajjeb ta’: (2 marki)
(a) Mafjuż > Mafja Mafj Mafjuż i
(b) kurag g już > kurag g już i kurag kurag g
LESSIKU/VOKABOLARJU
7. Ikteb xi jfisser dan il-kliem skont is-sens tas-silta: (marka)
a. il-fustani (par. 3) ____________________________
8. Sib mis-silta kelma jew fraż i li tfisser bħal: (2 marki)
a. jibdel il-ħsieb (par. 4) _________________________________
b. it-targ a ta’ barra (par. 5) _________________________________
ANALIŻI TESTWALI
9. Aqta’ linja taħt għal min qed jirreferi l-pronom immarkat. (marka)
... wara surprise party li kienu organizzawlu f’għeluq sninu. (par. 5)
(a) Għall-qattiel ta’ Puglisi (b) Għal Don Giuseppe Puglisi (c ) Għal Leoluca Bagarella
QWEL
10. Fisser dan il-qawl billi timmarka l-iktar tifsira tajba. (marka)
Ix-xitan l-ewwel jidħak bik, imbagħad idoqq it-trumbetta bik.
(a) Ix-xitan jaf jigdiblek biex ig iegħlek tagħmel dak li trid int.
(b) Oqgħod attent biex l-affarijiet tajba li tagħmel ma jismagħhom ħadd.
(c ) Min iridek li tagħmel xi ħag a ħaż ina, l-ewwel iqarraq bik imbagħad ixandar ma’ kulħadd
dak li tkun għamilt.
Ċ. ĦILIET FIL-MALTI KOMUNIKATTIV (8 marki)
Ilbieraħ sploda vapur li kien ankrat fil-Port il-Kbir. Fuqu kellu xi ħaddiema li kienu
qed jagħmlulu xogħol ta’ manutenżjoni.
Ikteb rapport ta’ madwar 80 kelma dwar l-inc ident.
Kulleġġ San Benedittu, Sekondarja Kirkop Sena 2015 Paġna 5 minn 8
________________________________________________________________________

D. BEJN ĦALTEJN (27 marka)
i. TAQSIMA TAL-POEŻIJA (13-il marka)
Aqra din il-poeżija u wara wieġeb il-mistoqsijiet dwarha:-
Hemm passaġġi li tibdiehom mit-twelid; hemm oħrajn li tiskoprihom bit-taħbit. Hemm passaġġi li taqbadhom bla taf kif; hemm oħrajn li toħroġ minnhom kollok grif. Hemm passaġġi li tilħaqhom fiduċjuż; hemm oħrajn li jħalluk dejjem diżilluż. Hemm passaġġi ssibhom jagħlqu wara ftit; hemm oħrajn li jwassluk temmen fl-infinit.
Passaġġi -
Ġorġ Borg
Kulleġġ San Benedittu, Sekondarja Kirkop Sena 2015 Paġna 6 minn 8
1. Xi jfissru l-passaġġi f’din il-poeżija? (marka)
________________________________________________________________________
2. X’jirrappreżenta l-infinit? (marka)
________________________________________________________________________
3. Daħħal dawn it-termini letterarji fil-vojt:- metafora, alliterazzjoni (2 marki)
“passaġġi ssibhom jagħlqu” ___________________________
“toħroġ minnhom kollok grif” ___________________________
4. L-istrofi jissejħu (terzini, kwartini, ottava). (marka)
5. Il-versi huma (ternarji, senarji) u (endekasillabi, ottonarji). (2 marki)
6. “fiduċjuż” u “diżilluż” jissejħu _______________. (marka)
Mistoqsijiet fuq poeżiji oħra:
1. It-terminu letterarju li qed juża Mario Azzopardi f’dawn il-versi:-
“dik li f’idejha toħlom żerriegħa
dik li l-jiem tagħha” jissejjaħ (anafora, metafora, similitudni). (marka)
2. Għaliex Rena Balzan taħseb li l-qamar hu fqajjar? (2 marki)
________________________________________________________________________
________________________________________________________________________
3. Fil-poeżija “Quo Vadis”, il-ħarruba qisha bniedem fil-mod kif taħseb u
taġixxi. Xi nsejħulha? (marka)
________________________________________________________________________
4. Fil-poeżija “Niftakar”, dwar xiex qed jitkellem Anton Buttigieg fl-ewwel
nofs ta’ din il-poeżija? (marka)
________________________________________________________________________
Kulleġġ San Benedittu, Sekondarja Kirkop Sena 2015 Paġna 7 minn 8
ii. TAQSIMA TAL-PROŻA (14-il marka)
Aqra din is-silta ta’ proża u wara wieġeb il-mistoqsijiet dwarha:-
Kuljum, qabel ma jasal tal-posta, kienet toħroġ fil-bieb tistennieh. Kuljum tal-
posta kien jieqaf quddiemha u jnewlilha ittra. Kienet tidħol fil-kċina, tiftaħha
b’sikkina u taqraha qisha ħajjitha tiddependi minnha. Malli tara d-dawl il-
linka kienet tibda titfi u l-kliem jibjad ftit ftit sakemm jgħib għal kollox.
L-ittri ma kinux ikunu ffirmati. Imma fis-sitt xhur li kienet ilha tirċivihom
saret taf kważi kollox min kien jibgħathomlha. Kien pittur ta’ tlieta u għoxrin
sena, ismar, twil, u b’ħarsa ta’ swied il-qalb f’għajnejh żoroq. Hekk kien
iddeskriva lilu nnifsu fl-ewwel ittra. U hi emmnitu.
(minn Ittri lil Marta - Joe Friggieri)
1. Semmi ħaġa stramba li tissemma f’din in-novella.
__________________________________________________________________
________________________________________________________ (marka)
2. X’għamlet Marta wara li rċeviet l-ittra Express? (marka)
___________________________________________________________________
___________________________________________________________________
3. Qabbel il-pustier l-antik mal-pustier il-ġdid. (2 marki)
___________________________________________________________________
___________________________________________________________________
4. Tkellem dwar il-bidla fil-burdata ta’ Marta meta l-ittri ma baqgħux
jiddeskrivu liż-żagħżugħ imma kellhom il-messaġġ ta’ “Marta qed
inpenġik”. (2 marki)
___________________________________________________________________
___________________________________________________________________
5. “L-għada libset u saqet bħal riħ lejn il-post imsemmi.” It-terminu letterarju
użat hawnhekk huwa (metafora, similituduni, personifikazzjoni).
(marka)
Kulleġġ San Benedittu, Sekondarja Kirkop Sena 2015 Paġna 8 minn 8
Agħżel wieħed u ikteb madwar 350 kelma fuq karta separata.
Aqsam f’paragrafi.
1. Iddiskuti l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ vaganza fuq cruise liner.
2. Sajda li qatt ma ninsa!
3. Kompli din l-istorja: Kif ittawwalt mill-bieba tat-tinda rajt dell sewdieni li qab-
badni tkexkixa bard ma’ ġismi kollu…
4. Kieku kelli ngħix ġimgħa waħda fi żmien il-Preistorja.
5. Fil-każin tal-banda tar-raħal.
E. KOMPONIMENT (20 marka)
Mistoqsijiet fuq in-novelli l-oħra.
1. X’kien is-sigriet ta’ Stella fin-novella ta’ Clare Azzopardi? (marka)
____________________________________________________________________
____________________________________________________________________
2. Maurice, missier Lina, fin-novella “Aqrali Xi Ħaġa Ġdida, Qaltilha” ma
kienx jippubblika kotba u poeżiji miktubin ____________________. (marka)
3. Lejn liema qaddis Il-Koranta kellha devozzjoni speċjali? X’kienet titolbu?
(2 marki)
__________________________________________________________________
__________________________________________________________________
4. Fil-ħrafa “Ix-Xini Jimxi fl-Art” nitgħallmu x’rispett għandu wieħed ikollu
lejn l-anzjani u li meta tobdi mill-pariri tagħhom jaqbillek. Semmi eżempju
(1) minn din il-ħrafa. (marka)
__________________________________________________________________
5. Semmi kapaċità ta’ wieħed mill-baħrin fil-leġġenda “Ix-Xini Jimxi fl-Art”.
_________________________________________________________ (marka)
6. Lil Anjeżi kienu jsejħulha l-Koranta għaliex kienet għalqet (50, 60, 40)
sena. (marka)
Recommended