San Martin 11 ta’ Novembru

Preview:

DESCRIPTION

San Martin 11 ta’ Novembru. Martinu kien tfajjel ċkejken li xtaq isir nisrani. Hu kien spiss imur il-knisja biex jisma’ l-qassis jipriedka. Dak iż-żmien it-tfal kienu jitgħamżmdu meta jkunu kbar. Għalhekk Martinu kellu jistenna xi ftit. - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

San Martin

11 ta’ Novembru

Martinu kien tfajjel ċkejken li xtaq isir nisrani. Hu kien spiss imur il-knisja biex jisma’ l-qassis jipriedka. Dak iż-żmien it-tfal kienu jitgħamżmdu meta jkunu kbar. Għalhekk Martinu kellu jistenna xi ftit.

Missier Martinu xtaq li Martinu jsir suldat. Martinu kien jobdi ħafna, għalhekk għamel dak li xtaq missieru. Martinu sar suldat.

Darba waħda f’kesħa kbira, Martinu u sħabu s-suldati kienu qed iduru biż-żiemel, waqt xogħolhom. Viċin tagħhom deher raġel xiħ u fqir li kien qed jittallab il-karita. Is-suldati bdew jidħku bih.

Martinu xtaq jgħin lil dak ir-raġel fqir, pero flus u ikel ma kellu xejn fuqu. Kull ma kellu fuqu kien mantell oħxon biex ma jħossx bard.

Ix-xiħ kien qed iterter bil-bard. Martinu ħareġ is-sejf u qasam il-mantell li kellu minn nofs. Biċċa żammha hu, u l-biċċa l-oħra taha lix-xiħ. B’hekk it-tnejn bdew iħossu l-bard.

Sħab Martinu s-suldati l-oħra, tgħidx kemm daħku b’Martinu x’ħin rawh iterter bil-bard......imma ma damux jidħku......

Dak ir-raġel mhux veru kien fqir. Dak ir-raġel kien Ġesu’ li ried jara kemm Martinu kien veru jħobb lil fqar....għax minn ma jħobbx lil fqar ma jistax iħobb lil Ġesu’. Għalhekk dak in-nhar Ġesu’ kmanda l-kesħa biex tmur il-bogħod u minflok ħarġet xemx sħuna. B’hekk Martinu ma baqax iħoss il-bard b’nofs mantell.

Il-kesħa għadha sal-lum tobdi minn Ġesu’, għax fi żmien il-festa ta’ San Martin, kważi dejjem ikollna l-bnazzi. Dawn il-ġranet insejħulhom ‘Is-Sajf ta’ San Martin’.

Martinu qatgħa xewqtu, huwa kien sar nisrani. Wara ftit kien sar saċerdot u wara sar anke Isqof. In-nies, speċċjalment it-tfal, kienu jħobbu ħafna l-Martinu. Martinu sar qaddis.

Lit-tfal fqar li kienu jattendu l-lezzjonijiet tad-duttrina, Martinu kien iqassmilhom l-ġewż, lewż, qastan u anke tin.

Għalhekk fi żmien San Martin, ħafna nies jagħmlu l-borża ta’ San Martin għat-tfal tagħhom. Fil-borża jagħmlu xi ġewż, lewż, qastan, tin, xi frott u anke ħelu. Fil-borza jagħmlu wkoll il-ħbejza ta’ San Martin.

Għalhekk fi żmien San Martin nisimgħu t-tfal jgħajtu:

Ġewz, lewż, qastan, tin

Kemm inħobbu l-San Martin

Recommended