Milied children's ppt final

Preview:

DESCRIPTION

PowerPoint maghmula mit-tfal tar-Raba sena tal-iskola tal-Gzira

Citation preview

Il-Milied

Powerpoint magħmul mit-tfal tar-raba’ klassi tal-iskola Primarja tal-Gżira

Drawwiet tal-Milied

Nathan, Owen, Adam, Marcus u Isaac

Il-festa tal-Milied hija l-akbar festa tas-sena. Il-25 ta’ Diċembru hi l-ġurnata meta twieled Ġesu’.

Il-Milied hija l-ewwel festa ta’ l-istaġun tax-xitwa.

Fil-Milied narmaw is-siġra tal-Miled.

Fil-Milied inżejnu d-djar tagħna b’ħafna dwal u tiżjin ieħor.

Nagħmlu wkoll il-bambin fil-maxtura.

Ħafna Maltin iħobbu jsajru d-dundjan f’Jum il-Milied.

Ħafna nies iħobbu jagħmlu wkoll il-Christmas log.

Il-Presepju

Kirsty u Georgette

Il-Presepju għandu ħafna pasturi sbieħ.

L-iktar pasturi importanti huma Marija, Ġesu’ u San Ġużepp.

Fost il-pasturi ikun hemm il-ħmar u l-baqra li jsaħħnu lil Ġesu’ u

rgħajja.

Father Christmas

Sarah u Joanne

Il-Father Christmas jilbes ġakketta ħamra u bajda. Il-qalziet huwa aħmar. Iċ-ċinturin tiegħu huwa iswed u oħxon. Il-kulur taż-żarbun tiegħu huwa iswed ukoll.

Il-barnuża ħamra u bajda. Id-daqna tiegħu hija bajda, twila u nnokklata. Xagħru bajda. Hu jilbes in-nuċċali biex ikun jista’ jara sew.

L-ikla tal-Milied

Kaya uTamara

•L-ikla tal-Milied tiġbor il-familja kollha flimkien bin-nanniet u n-neputijiet kollha.

•Ma jistax jonqos li waqt l-ikla kulħadd jistaqsi fuq it-tifel li għamel il-priedka tal–Milied il-lejl ta’ qabel fuq ir-rigali li ġab Father Christmas.

L-ikel L-ikel favorit tal-favorit tal-

MiliedMiliedJean u Cavlvn

Id-dundjan huwa l-ikla l-iktar importanti tal-Milied.

Inħobbu wkoll nagħmlu l-Pudina tal-Milied

Il-purċissjoni tal-bambin

Haley uLeonie

Il-purċissjoni tal-bambin bdiha San Ġorġ Preca.

Fil-purċissjoni tal-bambin, it-tfal igibu magħhom il-bambin.

Il-purċissjoni tal-bambin tkun fl-24 ta’ Diċembru.

Il-purċissjoni issir f’lejliet il-Milied.

Il-purċissjoni tal-bambin hija sabiħa.

Il-purċissjoni jamluha fit-triq.

Għal din il-purċissjoni jattendu ħafna nies.

Il-purċissjoni tal-bambin hija traddizjoni taghna l-maltin li issir

kull sena.

Aħna nħobbu Il-purċissjoni

tal-bambin

Tmiem