16
Il-Malti Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema L-Ewwel Sena Livelli 6-7 2014 Paġna 1 minn 3 ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014 L-EWWEL SENA IL-MALTI (Il-Fehim mis-Smigħ) IL-ĦIN: 15-il minuta Il-Karta tal-Għalliema Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami tal-Fehim mis-Smigħ Jitqassmu l-karti bil-mistoqsijiet u l-istudenti jiktbu isimhom, kunjomhom u l-klassi. Kull taqsima għandha 5 marki. L-istruzzjonijiet għall-ewwel u t-tieni silta: 1 L-istudenti jintalbu jiftħu l-karta. L-għalliema jaqraw l-ewwel silta u l-istudenti jisimgħu b’attenzjoni u ma jiktbu xejn waqt il-qari. 2 Waqt li l-għalliema jaqraw għal darba l-eżerċizzji tal-ewwel silta, l-istudenti jistgħu jaħdmu t-tweġibiet. 3 L-għalliema jaqraw għat-tieni darba s-silta. L-għalliema jerġgħu jaqraw l-eżerċizzji u jagħtu ċans lill-istudenti jaħdmu t-tweġibiet kollha. IL-LIVELLI 6 - 7

Il-Karta tal-Għalliema · Il-Milied hu l-qofol tas-sena għax fil-pjazza ssir ir-reċta tal-Milied, il-purċissjoni bil-Bambin, il-kant tal-innijiet tal-Milied u l-festin għat-tfal

  • Upload
    others

  • View
    43

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena – Livelli 6-7 – 2014 Paġna 1 minn 3

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014

L-EWWEL SENA IL-MALTI (Il-Fehim mis-Smigħ) IL-ĦIN: 15-il minuta

Il-Karta tal-Għalliema

Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami tal-Fehim mis-Smigħ

Jitqassmu l-karti bil-mistoqsijiet u l-istudenti jiktbu isimhom, kunjomhom u l-klassi. Kull taqsima

għandha 5 marki.

L-istruzzjonijiet għall-ewwel u t-tieni silta:

1

L-istudenti jintalbu jiftħu l-karta.

L-għalliema jaqraw l-ewwel silta u l-istudenti jisimgħu b’attenzjoni u ma jiktbu xejn waqt

il-qari.

2

Waqt li l-għalliema jaqraw għal darba l-eżerċizzji tal-ewwel silta, l-istudenti jistgħu jaħdmu

t-tweġibiet.

3

L-għalliema jaqraw għat-tieni darba s-silta.

L-għalliema jerġgħu jaqraw l-eżerċizzji u jagħtu ċans lill-istudenti jaħdmu t-tweġibiet kollha.

IL-LIVELLI

6 - 7

5 – 6 – 7 – 8

Paġna 2 minn 3 Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena – Livelli 6-7 – 2014

L-Ewwel Silta: IS-SAĦĦA (5 marki)

Is-saħħa jeħtieġ tieħu ħsiebha l-ħin kollu mit-tfulija u mhux meta jibdew jinqalgħu l-problemi.

Fattur li ma tantx jissemma huwa l-ġid kbir li jagħmel l-ilma lill-bniedem. Jekk il-ġisem ma jkollux

biżżejjed ilma jbati u jimrad. Aktar ma tiekol prodotti naturali u aktar ma tixrob ilma, aktar tiffranka

problemi ta’ saħħa.

Bi prodotti naturali nifhmu prodotti agrikoli, bħall-frott u l-ħaxix. Huwa importanti li qabel ma

nieklu l-ħaxix naħsluh sew. Is-sigriet l-ieħor biex inkunu f’saħħitna huwa l-eżerċizzju fiżiku u dan

irid jibda minn kmieni jekk irridu ngħixu ħajja twila u nkunu f’saħħitna. Fl-aħħar nett, min ikun

kuntent ikun aktar f’saħħtu minn min ikun dejjem qalbu sewda.

Taħriġ A. Agħżel it-tweġiba t-tajba billi timmarka fil-kaxxa x-xierqa.

1. Is-saħħa rridu nieħdu ħsiebha kultant.

kontinwament.

meta nikbru.

2. Jekk il-ġisem ma jkollux biżżejjed ilma jimrad.

jmut.

jisbieħ.

3. Biex tkun f’saħħtek jaqbillek tiekol ħafna ġelati.

pizza.

ikel naturali.

4. L-eżerċizzju jgħinna ngħixu ħajja qasira.

twila.

skomda.

5. Bniedem li jkun f’saħħtu jkun twajjeb.

għajjien.

kuntent.

Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena – Livelli 6-7 – 2014 Paġna 3 minn 3

It-Tieni Silta: MUR SODDHOM! (5 marki)

Darba kien hemm tifel li meta kienu jitilgħulu kien jibda jgħid kliem mhux xieraq. Kultant kien

jgħid kliem mhux sabiħ saħansitra lil missieru.

Għalhekk missieru tah borża msiemer biex meta jitlagħlu sewwa jmur isammar musmar fil-ħajt. Fl-

ewwel ġurnata t-tifel sammar ħafna u ħafna msiemer fil-ħajt iżda mbagħad beda jnaqqas in-numru

ta’ msiemer għax ħass li kien eħfef joqgħod attent xi jgħid milli jsammar dawk l-imsiemer kollha.

Fl-aħħar irnexxielu jżomm u ma jgħidx kliem li mhux xieraq u għalhekk mar jgħid b’dan lil

missieru. Dan qallu biex jibda jaqla’ musmar kull ġurnata li jżomm kalm u ma jitkellimx baxx.

Meta qalagħhom kollha, missieru wrieh il-ħajt mimli toqob u qallu li dan il-ħajt issa qatt ma kien se

jerġa’ jiġi kif kien qabel. Qallu li meta jweġġa’ lil xi ħadd bi kliemu, anke jekk wara jiskuża ruħu

xorta jħalli marka kerha li diffiċli titħassar għalkollox.

Taħriġ B. Imla l-vojt skont dak li smajt fis-silta.

1. It-tifel meta jitlagħlu kien jgħid kliem _____________________.

2. Missieru qallu biex isammar _____________________ kull meta jitlef sabru.

3. It-tifel ħass li aħjar ________________________ attent xi jgħid .

4. Missieru wrieh ________________________ mimli toqob.

5. Meta tweġġa’ lil xi ħadd tagħmel ______________________ li diffiċli titħassar.

TMIEM IL-KARTA

Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Istudenti – L-Ewwel Sena – Livelli 6-7 – 2014 Paġna 1 minn 1

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014

L-EWWEL SENA IL-MALTI (Il-Fehim mis-Smigħ) IL-ĦIN:15-il minuta

L-isem u l-kunjom: __________________________________ Il-klassi: _______________

Il-Karta tal-Istudenti

L-Ewwel Silta. IS-SAĦĦA

Taħriġ A. Agħżel it-tweġiba t-tajba billi timmarka fil-kaxxa x-xierqa. (5 marki)

1. Is-saħħa rridu nieħdu ħsiebha kultant.

kontinwament.

meta nikbru.

2. Jekk il-ġisem ma jkollux biżżejjed ilma jimrad.

jmut.

jisbieħ.

3. Biex tkun f’saħħtek jaqbillek tiekol ħafna ġelati.

pizza.

ikel naturali.

4. L-eżerċizzju jgħinna ngħixu ħajja qasira.

twila.

skomda.

5. Bniedem li jkun f’saħħtu jkun twajjeb.

għajjien.

kuntent.

It-Tieni Silta. MUR SODDHOM!

Taħriġ B. Imla l-vojt skont dak li smajt fis-silta. (5 marki)

1. It-tifel meta jitlagħlu kien jgħid kliem _____________________.

2. Missieru qallu biex isammar _____________________ kull meta jitlef sabru.

3. It-tifel ħass li aħjar ________________________ attent xi jgħid.

4. Missieru wrieh ________________________ mimli toqob.

5. Meta tweġġa’ lil xi ħadd tagħmel ______________________ li diffiċli titħassar.

IL-LIVELLI

6 - 7

5 – 6 – 7 – 8

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 6-7 – 2014 Paġna 1 minn 12

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2014

L-EWWEL SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn

L-isem u l-kunjom: ____________________________________ Il-klassi: _______________

Għall-istudent/a:

1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.

2. L-ortografija, il-punteġġjatura, is-sintassi, l-ideat u l-preżentazzjoni jgħinuk tikseb riżultat

aħjar.

Għall-għalliema:

Il-M

AR

KI

It-Taħdit 10

Is-Smigħ 10

Il-Qari u l-Kitba 80

IT-TOTAL 100

Kummenti:

__________________________________________________________________________________

Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 6-7 – 2014

IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Aqra sewwa din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet dwarha.

Il-Pjazza tar-Raħal

Ir-raħal tagħna għandu l-pjazza fil-qalba

tiegħu, pjazza li hi ċ-ċentru ta’ kull attività.

(par. 1)

Il-pjazza tagħna mhix tonda bħall-oħrajn iżda

tawwalija bil-bini fuq tlett iġnub u l-knisja

fil-faċċata. Jingħad li l-pjazza saret hekk biex

tidher ħafna akbar milli hi u hekk in-nies

iħossuhom aktar mistrieħa. Ħadd mhu ċert.

Kif jgħidu, isma’ bilfors u emmen jekk trid.

(par. 2)

Tasal għaliha minn kull rokna tar-raħal,

bit-toroq jiffurmaw salib u jiltaqgħu f’nofs

il-pjazza fejn hemm monument, b’salib fil-quċċata, xogħol tal-arti fil-ġebla Maltija. Il-knisja ċkejkna

tabilħaqq, iżda b’faċċata mill-isbaħ. Il-pjazza hi mimlija ħajja. L-ewwel nett serbut ta’ residenti,

qishom nemel sejjer passiġġata, jaqsam il-pjazza kull filgħodu u kull filgħaxija, biex imur il-knisja.

(par. 3)

Fi tmiem il-ġimgħa l-attività tilħaq il-qofol tagħha. Kważi kull nhar ta’ Sibt ikun hemm xi attività.

Nhar ta’ Ħadd, imbagħad, il-folla tiżdied minħabba l-obbligu tas-smigħ tal-quddies. Il-ferħ tal-aħħar

tas-sena jibqa’ għaddej sfrenat fit-twelid ta’ sena ġdida. Dan il-ferħ jibqa’ jkaxkar sal-festa tal-

Epifanija, meta kulħadd, b’mod speċjali t-tfal, ikunu għadhom jistennew xi rigal. (par. 4)

Il-pjazza tar-raħal tagħna tkun imżejna għal kull okkażjoni. Fi Frar il-pjazza timtela bil-maskaruni tal-

kartapesta kull kulur tal-qawsalla għall-Karnival. Imbagħad jibda r-Randan, bis-sawm u l-penitenza.

Fid-Duluri u fl-Għid il-Kbir isiru purċissjonijiet b’devozzjoni kbira. Il-festa titulari ssir fl-aqwa tas-

sajf. F’Settembru ngawdu l-festa tal-Vitorja. Il-Milied hu l-qofol tas-sena għax fil-pjazza ssir ir-reċta

tal-Milied, il-purċissjoni bil-Bambin, il-kant tal-innijiet tal-Milied u l-festin għat-tfal tar-raħal. (par. 5)

Il-banda tar-raħal tagħti sehemha bid-daqq ta’ marċi brijużi jew funebri skont l-okkażjoni. Il-banda

tagħti wkoll kunċerti ta’ mużika sagra jew klassika. Isiru fieri, tombli, lejliet Maltin, sfilati tal-moda,

wirjiet ta’ talenti, kant, żfin u għana ‘spirtu pront’. Min jaf kemm jingħadu sigrieti, kemm isir seksik,

kemm jiltaqgħu ħbieb li jkunu tilfu l-kuntatt ma’ xulxin. Insomma, nistgħu ngħidu li l-pjazza hi l-qalb

li tagħti l-ħajja lir-raħal kollu. (par. 6)

Addattata minn Flimkien, Marzu, 2009

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 6-7 – 2014 Paġna 3 minn 12

Taqsima A. Il-Fehim mill-Qari (15-il marka)

Wieġeb il-mistoqsijiet fi kliemek skont is-silta li qrajt.

1. Fejn issibha l-pjazza tar-raħal imsemmija fis-silta?

______________________________________________________________________(marka)

2. X’għandha speċjali din il-pjazza?

______________________________________________________________________(marka)

3. X’taħseb li jfisser il-qawl ‘‘isma’ bilfors u emmen jekk trid’’ f’paragrafu 2?

____________________________________________________________________________

_____________________________________________________________________(2 marki)

4. L-awtur ma’ xiex iqabbel lin-nies tar-raħal mixjin wara xulxin fil-pjazza? Kieku int ma’ xiex

tqabbilhom?

____________________________________________________________________________

____________________________________________________________________ (2 marki)

5. Il-kelma tabilħaqq f’paragrafu 3 tfisser:

taparsi bilfors tassew (marka)

6. Għal min qed jirreferi l-aġġettiv ‘‘imżejna’’ f’paragrafu 5?

______________________________________________________________________(marka)

7. Għal xiex qed jirreferi l-verb “ssir” f’paragrafu 5?

______________________________________________________________________(marka)

8. Liema kelma f’paragrafu 5 tfisser qima ? ________________________ (marka)

Paġna 4 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 6-7 – 2014

9. Semmi żewġ attivitajiet li jsiru fil-pjazza tar-raħal.

____________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________

____________________________________________________________________ (2 marki)

10. Il-kelma brijużi f’paragrafu 6 tfisser:

ta’ niket ferriħija bil-brija (marka)

11. Fisser fi kliemek:

Insomma, nistgħu ngħidu li l-pjazza hi l-qalb li tagħti l-ħajja lir-raħal kollu. (par. 6)

_______________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________ (2 marki)

Taqsima B. Il-Grammatika u l-Morfoloġija (10 marki)

L-istruzzjoni It-tweġiba Marka

1. Sib il-Mamma u l-Għerq tal-Verb

b’linja taħtu:

...serbut ta’ residenti qishom nemel

sejjer passiġġata, jaqsam il-pjazza

kull filgħodu...

Il-Mamma L-Għerq

_____________ _____________

2 marki

2. Aqleb il-Verb b’linja taħtu

fil-Perfett:

Nhar ta’ Sibt ikun hemm attività.

Nhar is-Sibt_______________hemm attività.

marka

3. Aqleb il-Verb b’linja taħtu

fl-Imperfett:

Aħna gawdejna l-festa tar-raħal.

Aħna ________________l-festa tar-raħal.

marka

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 6-7 – 2014 Paġna 5 minn 12

4. Oħroġ Nom mill-kelma b’linja

taħtha:

Imbagħad jibda r-Randan, bis-sawm

u l-penitenza.

Nibdew insumu mill-________________

tar-Randan.

marka

5. Imla l-vojt b’Verb skont l-Għerq

fil-parentesi.

Kulħadd ________________ (q-b-l) li

l-pjazza hija sabiħa. marka

6. Imla l-vojt b’Partiċella magħquda

mal-artiklu.

Il-ferħ tal-Milied jibqa’ għaddej ______aħħar

tas-sena. marka

7. Agħti l-Femminil tan-Nom b’linja

taħtu:

Subien tar-raħal.

________________ tar-raħal.

marka

8. Agħti l-Imperattiv Plural tal-Verb

b’linja taħtu.

L-attività tilħaq il-qofol tagħha fi

tmiem il-ġimgħa.

______________________

marka

9. Aqta’ linja taħt in-Nom

Diminuttiv.

Fil-pjazza jsir ukoll festin għar-raħlin.

marka

Paġna 6 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 6-7 – 2014

Taqsima Ċ. Il-Letteratura (30 marka)

Ċ i. Il-Poeżija (Nadriet 1 ta’ Tarċisju Zarb) (10 marki)

1. Din hija silta mill-poeżija Il-Bikja tal-Buskett ta’ Oliver Friggieri. (3 marki)

Dil-bikja smajt ġo qalbi

kif dħalt ’il ġewwa nett,

u ntlift fil-ħdura siekta

tal-ġenna tal-Buskett.

a. Ir-rima li nsibu f’din is-silta hija (mqabbża / mbewsa / ġewwiena). AGĦŻEL WAĦDA

b. Strofa b’erba’ versi tissejjaħ (sestina / terzina / kwartina). AGĦŻEL WAĦDA

ċ. Il-kelma ntlift turi li l-poeta (ma jafx fejn hu sejjer / qiegħed jieħu ħafna gost / tilef xi ħaġa).

2. Agħżel it-tweġiba t-tajba billi timmarka fil-kaxxa x-xierqa: (4 marki)

a. F’Tifħira lil Malta, il-poeta fost oħrajn ifaħħar

is-salib ta’ Malta.

l-għasel Malti.

il-ħobż Malti.

b. Fil-poeżija San Franġisk u l-Gamiem, il-qaddis jiltaqa’

ma’ tfajjel li f’idu kien qiegħed iżomm

qattus.

xkora.

qafas.

ċ. F’Il-Ħolma t’Alla l-poeta jgħidilna biex fil-kampanja

nimxu

“fis-skiet u bil-qima”.

“bis-sabar u l-paċenzja”.

“bl-imħabba u l-paċi”.

d. Fil-poeżija L-Għasfur il-poeta jixtieq li l-għasfur jieħdu

’l bogħod

ħa jżur postijiet oħra.

mid-dwejjaq tal-ħajja.

minn Malta u Għawdex.

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 6-7 – 2014 Paġna 7 minn 12

3. Aqta’ linja taħt WAĦDA mill-poeżiji t’hawn taħt u ikteb għaliex togħġbok jew ma togħġbokx.

distanza – Tarċisju Zarb, Il-Ħerża – Marjanu Vella, Tristis Est Anima Mea – Rużar Briffa,

Dik Mewġa! – Anastasju Cuschieri, Xmara Ħamra, Bruka Xiħa – Victor Fenech,

Raħal Twelidi – Karmenu Vassallo, Il-Kebbies Tal-Fanali – Anton Buttigieg, Xita – Mary Meylak.

Din il-poeżija _______________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________ (3 marki)

Ċ ii. In-Novelli (Arja Friska 1) (10 marki)

Agħżel ŻEWĠ novelli u wieġeb il-mistoqsijiet dwarhom.

1. Is-Siġar li Jżommu Id f’Id ta’ Lina Brockdorff

a. X’aħbar tajba ġab miegħu Stefan mill-iskola? (2 marki)

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

b. Fil-qosor irrakkonta kif Bice kienet iltaqgħet ma’ Vince l-ewwel darba. (3 marki)

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

2. Id-Dar tal-Ħares ta’ Charles Flores

a. X’taf tgħid dwar id-dar tal-ħares imsemmija fl-istorja? (2 marki)

__________________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________________

Paġna 8 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 6-7 – 2014

b. X’raw Ġierku u sħabu meta daħlu fid-dar tal-ħares? (3 marki)

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________________

3. Miċu ta’ Joe Friggieri

a. X’għamel Miċu? (2 marki)

__________________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________________

b. Xi ġralu r-Ronnie fl-istorja ta’ Miċu? (3 marki)

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________________

4. Tifla Teqred Ġganta ta’ Manwel Magri

a. Għaliex missier ix-xebbiet infixel meta x-xebbiet staqsewh jekk il-ful kienx sar? (2 marki)

__________________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

b. Għid fil-qosor kif it-tifla ħelset mill-ġganta. (3 marki)

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 6-7 – 2014 Paġna 9 minn 12

iii. Ir-Rumanz (Zito Zandarell ta’ Carmel G. Cauchi) (10 marki)

A. Qabbel Kolonna A ma’ Kolonna B. L-ewwel waħda lesta. (5 marki)

Kolonna A Kolonna B

1 Xħin irritornat id-dar is-Sinjura Debono miżmum fil-mitħna ta’ Sidor.

2 Meta ndunat li Zito ma’ Zito permezz tat-Telesfera.

3 Hekk kif ċemplitlu martu, is-Sur Debono telaq mix-xogħol u mar id-dar.

4 Stefan seta’ jikkomunika fil-mitħna ma sabu lil ħadd.

5 Zito qalilhom li kien qiegħed ma kienx id-dar, tatha rasha.

6 Meta marru jfittxu lil Zito 1 ma sabitx lil Zito.

B. Agħżel it-tweġiba t-tajba billi timmarka fil-kaxxa x-xierqa: (5 marki)

1 Zito ġie mill-pjaneta

Paċis.

Terras.

Terrapaċis.

2 Zito qabeż għal fuq il-bejt tal-faċċata biex juri l-poteri tiegħu.

biex isalva tifel żgħir.

biex jaqbad ħalliel.

3 Meta Hector beda jiġġieled ma’ Zito,

Zito ffriżalu idu.

Zito tajru.

Zito tah xebgħa.

4 Rocky Rospo ried lill-familja Debono

jħarrbu lil Zito.

jikxfu s-sigriet ta’ Zito.

tbegħlu lil Zito.

5 Wara li ħarab mill-mitħna ta’ Sidor, Zito

mar jiltaqa’ mal-ġenituri tiegħu.

waqa’ ġo għalqa u ntilef minn sensih.

mar dritt għand il-familja Debono.

Paġna 10 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 6-7 – 2014

Taqsima D. Il-Kitba (25 marka)

Di. Il-Kitba Funzjonali (5 marki)

Ikteb djalogu ta’ madwar 40 kelma bejn raġel anzjan u żagħżugħ li ltaqgħu fil-pjazza tar-raħal

tagħhom. Fuq il-lemin tal-karta għandek kolonna b’xi għajnuniet li tista’ tuża jekk trid.

Ix-xiħ: Għajnuniet

Ix-xiħ u

ż-żagħżugħ

jintroduċu

ruħhom.

Jitkellmu

dwar fejn

joqogħdu

fir-raħal.

Iż-żagħżugħ

jistaqsih dwar

kif kien ir-raħal

fl-antik.

Ix-xiħ u ż-

żagħżugħ

jiddiskutu

x’jogħġobhom

fir-raħal u

għaliex.

Iż-żagħżugħ:

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 6-7 – 2014 Paġna 11 minn 12

Dii. Il-Komponiment (20 marka)

Agħżel WIEĦED mit-titli li jolqtok u ikteb komponiment ta’ madwar 150 kelma dwaru fil-linji

pprovduti. Taħt kull titlu għandek xi għajnuniet li tista’ tużahom.

1. Dakinhar li qtajt qalbi

Irrakkonta xi esperjenza tal-biża’ jew iebsa li kellek. Tista’ tgħid fejn kont u ma’ min. Spjega

minn xiex bżajt u għaliex qtajt qalbek.

2. Li kelli noħloq raħal jien

Għid kif kieku tfassal ir-raħal tal-ħolm tiegħek. X’bini u x’postijiet tagħmel fih, x’tip

ta’attivitajiet torganizza u x’ċelebrazzjonijiet isiru. Tista’ tgħid ukoll xi ssemmih u għaliex.

3. In-nies xi jħobbu l-aktar, is-sajf jew ix-xitwa?

Liema staġun taħseb li l-aktar iħobbu n-nies u għaliex? Tista’ ssemmi xi attivitajiet li jsiru f’dan

l-istaġun. Kif taħseb li l-maġġoranza tan-nies iqattgħu l-ħin liberu tagħhom fih? Fejn u kif?

Paġna 12 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena – Livelli 6-7 – 2014