2
Ħabitats naturali Maltin: L-art xagħri u l-komunitajiet tas-sisien maritimum) u l-Ameridja tal-blat (Arthrocnemum macrostachyum), li jiddominaw f’żoni blatin. Il-komunitajiet tas-sisien huma formazzjonijiet ta’ arbuxelli li jikbru mal- uċuħ vertikali tas-sisien kostali u fl-art interna. Dan il-ħabitat iħaddan ħafna mill-ispeċi endemiċi tagħna, fosthom il-Widnet il-baħar (Cheirolophus crassifolius), il-Bjanka tal-irdum (Cremnophyton lanfrancoi), ix-Xebb (Salsola melitensis), is- Sempreviva ta’ Għawdex (Helichrysum melitense) u ż-Żigland ta’ Għawdex (Hyoseris frutescens). Eżempji tajba ta’ ħabitats tax-xagħri tal-art interna u marittimi jistgħu jinstabu l-Marfa (Mellieħa), Wied Babu u Wied iż-Żurrieq (iż-Żurrieq/il-Qrendi), Ta’ Ċenċ (Għawdex) u Kemmuna. Il-komunitajiet tas-sisien jistgħu jiġu osservati Ħad-Dingli u Ħal Far f’Malta, u Ta’ Ċenċ u d-Dwejra f’Għawdex. Ritratti: Guido Bonett, Jeffrey Sciberras Ix-xagħri tal-art interna ġeneralment jiżviluppa f’ħamrija baxxa, niexfa u fqira mis-sustanzi fin-nuqqas ta’ disturbanza. Dan il- ħabitat jista’ jkun ta’ diversità għanja u kkaratterizzata minn arbuxelli kserofitiċi (tolleranti għan-nixfa), ħafna drabi aromatiċi, ħorfija (iwaqqgħu l-weraq) fis-sajf jew bix-xewk. Fost dawn l-ispeċi nsibu s-Sagħtar (Thymbra capitata), iż-Żebbuġija (Teucrium fruticans), l-Erika (Erica multiflora), it-Tengħud tas-siġra (Euphorbia dendroides), it-Tengħud tax- xagħri (Euphorbia melitensis) u l-Ħatba s-sewda ta’ Malta (Anthyllis hermanniae subsp. melitensis); l-aħħar żewġ speci huma endemiċi għal Malta. Ix-xagħri marittimu ġeneralment jinstab fix-xtut baxxi u jiżviluppa f’ħamrija b’livell għoli ta’ melħ u mikxufa għar- raxx tal-baħar. L-aktar speċi alofitiċi (tolleranti għal-imluħa) tipiċi huma x-Xorbett (Limbarda crithmoides), il-Bużbież tal-baħar (Crithmum Żebbuġija Erika DIRETTORAT GĦAS- SAĦĦA TAL-PJANTI

Ħabitats naturali Maltin: l-komunitajiet tas-sisien · 2019. 5. 23. · Ħabitats naturali Maltin: L-art xagħri u l-komunitajiet tas-sisien maritimum) u l-Ameridja tal-blat (Arthrocnemum

  • Upload
    others

  • View
    3

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Ħabitats naturali Maltin: l-komunitajiet tas-sisien · 2019. 5. 23. · Ħabitats naturali Maltin: L-art xagħri u l-komunitajiet tas-sisien maritimum) u l-Ameridja tal-blat (Arthrocnemum

Ħabitats naturali Maltin: L-art xagħri u l-komunitajiet tas-sisien

maritimum) u l-Ameridja tal-blat (Arthrocnemum

macrostachyum), li jiddominaw f’żoni blatin.

Il-komunitajiet tas-sisien huma formazzjonijiet ta’ arbuxelli li jikbru mal-

uċuħ vertikali tas-sisien kostali u fl-art interna.

Dan il-ħabitat iħaddan ħafna mill-ispeċi endemiċi

tagħna, fosthom il-Widnet il-baħar (Cheirolophus

crassifolius), il-Bjanka tal-irdum (Cremnophyton

lanfrancoi), ix-Xebb (Salsola melitensis), is-

Sempreviva ta’ Għawdex (Helichrysum melitense) u

ż-Żigland ta’ Għawdex (Hyoseris frutescens).

Eżempji tajba ta’ ħabitats tax-xagħri tal-art interna

u marittimi jistgħu jinstabu l-Marfa (Mellieħa),

Wied Babu u Wied iż-Żurrieq (iż-Żurrieq/il-Qrendi),

Ta’ Ċenċ (Għawdex) u Kemmuna. Il-komunitajiet

tas-sisien jistgħu jiġu osservati Ħad-Dingli u Ħal

Far f’Malta, u Ta’ Ċenċ u d-Dwejra f’Għawdex.

Ritratti: Guido Bonett, Jeffrey Sciberras

Ix-xagħri tal-art interna ġeneralment jiżviluppa f’ħamrija baxxa, niexfa u

fqira mis-sustanzi fin-nuqqas ta’ disturbanza. Dan il-

ħabitat jista’ jkun ta’ diversità għanja u kkaratterizzata

minn arbuxelli kserofitiċi (tolleranti għan-nixfa),

ħafna drabi aromatiċi, ħorfija (iwaqqgħu l-weraq)

fis-sajf jew bix-xewk. Fost dawn l-ispeċi nsibu

s-Sagħtar (Thymbra capitata), iż-Żebbuġija (Teucrium

fruticans), l-Erika (Erica multiflora), it-Tengħud

tas-siġra (Euphorbia dendroides), it-Tengħud tax-

xagħri (Euphorbia melitensis) u l-Ħatba s-sewda

ta’ Malta (Anthyllis hermanniae subsp. melitensis);

l-aħħar żewġ speci huma endemiċi għal Malta.

Ix-xagħri marittimu ġeneralment jinstab fix-xtut baxxi u jiżviluppa

f’ħamrija b’livell għoli ta’ melħ u mikxufa għar-

raxx tal-baħar. L-aktar speċi alofitiċi (tolleranti

għal-imluħa) tipiċi huma x-Xorbett (Limbarda

crithmoides), il-Bużbież tal-baħar (Crithmum

Żebbuġija

Erika

DIRETTORAT GĦAS- SAĦĦA TAL-PJANTI

Page 2: Ħabitats naturali Maltin: l-komunitajiet tas-sisien · 2019. 5. 23. · Ħabitats naturali Maltin: L-art xagħri u l-komunitajiet tas-sisien maritimum) u l-Ameridja tal-blat (Arthrocnemum

Il-pjanti selvaġġi u l-ħabitats li joħolqu jiffurmaw

elementi essenzjali tal-bijodiversità u l-wirt naturali

tagħna. Bil-Proġett fuq l-Istudju u l-Konservazzjoni

Sostenibbli tal-Varjetajiet tal-Pjanti Lokali tal-FAEŻR,

id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti beda jieħu azzjoni

biex jiġu kkonservati dawn l-ispeċi, speċjalment dawk

ikkaratterizzati minn popolazzjonijiet żgħar u iżolati,

sabiex jiġu mħarsa mir-riskji tal-impatti tal-bniedem,

id-diżastri naturali u l-bidla fil-klima.

Ħabitats naturali Maltin: L-art xagħri u l-komunitajiet tas-sisien

Din il-kategorija ta’ ħabitats hija kkaratterizzata minn

arbuxelli baxxi u perenni li jikbru f’irqajja ta’ ħamrija

fil-blat u għalhekk il-veġetazzjoni jkollha firxa

miftuħa u tkun imdawra bi blat mikxuf.Widnet il-Baħar

Sagħtar

Indirizz: Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti

Ċentru għall-Bijoteknoloġija tal-Pjanti

110, Triq Annibale Preca, Lija LJA 1915

Websajt: www.planthealth.gov.mt

Telefon: 22926535

Imejl: [email protected]

SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

Programm tal- – 2013

Assi 1 – Titjib fil-Kompetittivita` tas-Settur Agrikolu

-Unjoni Ewropea

Il- - Rata ta’ Ko-finanzjament:

75% Unjoni Ewropea, 25% Gvern ta’ Malta

L-