Upload
cagius81
View
150
Download
5
Embed Size (px)
DESCRIPTION
Citation preview
Kapitlu 2: Aħna insara Maltin
Il-knisja ta’ Ġesu ilha f’Malta għal ħafna u ħafna snin.
Il-katakombi huma bħal ċimiterji taħt l-art fejn l-insara Maltin tal-bidu kienu jidfnu lill-mejtin tagħhom u jiltaqgħu biex jitolbu.
Mal-ħitani tal-katakombi
nsibu wkoll xi pitturi li
juru t-twemmin tal-insara
Maltin f’Ġesu’. Fost il-
pitturi nsibu salib,
ħamiema, kuruna tal-
fjuri u dgħajsa fil-baħar.
Aħna nsibu 71 parroċċa f’Malta
u 15 –il parroċċa f’Għawdex.
Kull fejn hemm knisja
prinċipali hemm kappillan li
jieħu ħsiebha allura jkun hemm
parroċċa. Fl-antik il-knejjes
kienu żgћar.Knisja żgħira
nsejħulha kappella.
L-ewwel parroċċa f’Malta twaqqfet fl-inħawi
tal-Imdina u tar-Rabat. Fl-antik kienet
titwaqqaf parroċċa għax kien ikun hemm
ћafna nies fir-raħal jew belt.
It-tieni parroċċa f’Malta twaqqfet fil-Birgu minħabba li fih kien hemm ħafna kummerċ.
Il-parroċċa ta’ Wied il-
Għajn hija mmexxija
minn Dun Walter
Cauchi u l-festa tagħha
hija ddedikata lil Sant’
Anna. Din il-festa ssir fl-
aћћar ġimgћa ta’
Lulju.