24

Fava Woodworks Co. Ltd. - bandasanlawrenz.com · fiċ-Ċittadella kien hemm waħda mill-aktar knejjes antiki f’Għawdex iddedikata lil dan il-martri ta’ Kristu. Jidher li l-kult

  • Upload
    others

  • View
    2

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

2 LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88

Fava Woodworks Co. Ltd.KW 17B, Corradino Industrial Estate, Paola

Tel: 2182 7650

Manufacturers of all types of Wooden Mouldingsshowrooms at the Factory and

80, St. Joseph High Road, Ħamrun

Special priceS for furniShed flatS ownerS

LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88 3

Kull meta tasal il-Festa ta’ San Lawrenz bħala Vittoriosan li minn tfuliti kelli

sehem attiv fil-Festa kif ukoll fil-Każin tal-Banda nagħti ħarsa lura lejn l-avvenimenti li jkunu ġraw tul l-aħħar sena kemm fil-Parroċċa u l-aktar fil-Każin tal-Banda.

Inħoss dieqa ta’ qalb meta niftakar li wara li kellna x-xorti li jkollna Arċipriet tajjeb ħafna spiċċa wara biss erba’ snin. Persuna b’personalita` u li dejjem għaraf iżomm id-dinjita` tiegħu ta’ Saċerdot anke waqt l-għeqqel tas-sħana waqt il-marċi. Għalkemm kien stran għall-Birgu, f ’qasir żmien bid-daħka simpatika tiegħu u tal-kollega Fr. Stephen irnexxielu jisraq il-qlub tal-Parruċċani u jintegra ma’ kulħadd. Kellu dispożizzjoni li jisma’, jiżen u fejn jiddependi minnu kien jiddeċiedi. Ra li ftehim tal-Kurja dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi jiġi mplimentat u attenda l-laqgħat kollha li saru bejn iż-żewġ Każini tal-Banda u rappreżentanti taż-żewġ Kumitati tal-Festi biex sar ftehim bil-miktub fejn rajna titjib sewwa fl-imġieba fiż-żewġ festi.

Ix-xogħol pastorali kien ta’ prijorita` għaliex avolja ħafna minn dan ix-xogħol ma jidhirx. L-omeliji tiegħu mhux twal u kull tant b’xi ċajta għaraf dejjem joħroġ tagħlim siewi adattat għal żminijietna.

Żgur li ċ-ċentru ta’ Katekeżi li tant ħadem biex jarah lest se jibqa’ monument ħaj tiegħu. Il-ħtiega ta’ dan iċ-ċentru nħasset aktar meta ż-żewġ oqsma tal-Mużew għalqu. Mill-ewwel ħa ħsieb iħarreġ grupp ta’ katekisti li bid-dedikazzjoni tagħhom illum għandna lokal li jagħti formazzjoni lill-grupp sabiħ ta’ tfal u adoloxxenti ġewwa Beltna. Ix-xogħol li wettaq fil-knisja mingħajr ma ħalla sold dejn huwa kbir. Insemmu r-restawr tal-irħam tal-erba’ pilastri tal-Kursija li għalkemm kien ilu jinħass il-bżonn li jsir kulħadd qata’ qalbu. Il-Via Sagra, l-Istatwa titular, diversi settijiet ta’ pjaneti għal kull okkażjoni, il-qniepen, u ħafna xogħol ieħor.

Il-Każin tal-Banda li tiegħu kien il-Kappillan tilef ħabib għaliex sibna Missier li kien jifhem il-problemi tagħna u dejjem offra l-għajnuna tiegħu. Kien l-intervent dirett tiegħu flimkien ma’ Mons. Gouder li qatgħu x-xewqa tal-Vittoriosani biex l-istatwa ta’ San Lawrenz tibda toħroġ min-niċċa b’ċelebrazzjoni ta’ valur pastorali wara li l-Kazin tal-Banda waħdu kienu ilu jitlob dan għal għoxrin sena.

Grazzi Fr. Joe u filwaqt li nifirħulek li ġejt maħtur Kanonku Onorarju tal-Kolleġġjata tagħna, nħarsu ‘l quddiem biex meta jkun possibbli narawk fostna l-aktar fil-Festa ta’ San Lawrenz li inti tant ħabbejt.

Il-ftehim mal-Kumitat Festi Esterni okkupana mhux ftit għaliex wara li konna kważi ftehmna nqalgħu proposti li dehrilna li kienu jmissu l-awtonomija tat-tmexxija tas-Soċjeta` tagħna. Tennejna kemm il-darba li aħna lesti naħdmu u nikkoperaw ma’ kulħadd imma żgur li mhux se nħallu min imissilna

WerrejIl-Kelma tal-President 3Mill-Birgu tal-Imgħoddi 4Minn Festa għal Festa 5San Lawrenz imdawwal mill-Ispirtu s-Santu 6Messaġġ mill-Arċipriet 6Attività Kontinwa 7Xogħol u Proġetti 10Sehem is-Soċjetà Mużikali u Banda Vittoriosana San Lawrenz 12/13Diskors ta’ Dr. Karmenu Mallia 15/16 Marċi li ser jindaqqu fil-Festa 17 The EU Concert 18Wiċċ’Imb’Wiċċ ma’ Ġorġ Cilia 19/20Il-Festa ta’ San Lawrenz 21Attivitajiet Lulju/Awwissu 22

EditurSimon Farrugia

RiklamiOscar Adami

Simon FarrugiaLawrence V. Farrugia

ProofreadingBjorn Callus

RitrattiMelvin Degiorgio

Noel GauciLawrence Parascandolo

Ritratt FaċċataIċ-ċentru tal-pjazza tagħna.

Il-faċċata tal-Palazz tas-Soċjetà b’San Lawrenz quddiemha

armat għall-festa.

Stampat

Triq l-Industrija, QormiTel: 21 250 994 Mob: 9949 0344

[email protected]

l-awtonomija tal-għaqda tagħna. Issa li ftehmna u ġie ffirmat il-ftehim, nawguraw li dan il-ftehim iwassal għal aktar għaqda bejn l-entitajiet involuti fl-organizazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Lawrenz u li jkun hemm aktar apprezzament tal-kontribut kbir li l-Banda San Lawrenz tagħti fil- Festa.

Bħala parti mill-attivitajiet li l-Kunsill Lokali qiegħed jorganizza biex ifakkar l-450 sena mill-Assedju l-Kbir, iż-żewġ baned tal-Birgu ġew mistiedna biex jorganizzaw Kunċert fil-pjazza ewlenija ta’ Beltna bis-sehem taż-żewġ baned nhar is-Sibt 5 ta’ Settembru 2015. Iż-żewġ Soċjetajiet aċċettaw din l-istedina u diġà saret l-ewwel laqgħa bejn l-uffiċjali u s-Surmastrijiet fejn tfassal programm u ntlaħaq ftehim dwar l-organizazzjoni ta’ dan il-Kunċert.

Wara li aktar minn xahrejn ilu l-Każin tal-Banda San Lawrenz kien kiteb lill-Kunsill Lokali dwar kif saret l-għażla għall-Innu ġdid tal-Birgu li fil-fehma tagħna l-proċedura addattata kienet nieqsa mit-trasparenza, s’issa għadna mingħajr ebda risposta.

Kollox għandna ppreparat biex nhar it-Tnejn 3 t’ Awwissu ssir l-inawgurazzjoni tal-faċċata tal-Każin wara li sar restawr estensiv fuq il-ġebel l-aktar fuq l-iskultura, tibdil tal-aperturi tal-faċċata kollha inkluż il-gallarija tal-injam u nstallazjoni ta’ dawl għall-faċċata li se tkun mixgħula tul is-sena kollha biex tkun tista’ titgawda l-ħin kollu. Il-faċċata tal-Każin bi ġmiel mill-isbaħ b’xogħol arkitettoniku saret iċ-ċentru t’ attrazzjoni għal kull min iżur Beltna. Dan ix-xogħol huwa xhieda tad-determinazzjoni li għandna biex nieħdu ħsieb dan il-Palazz li wrietna mingħand Missirijietna. Nixtieq nesprimi l-apprezzament tagħna għall-għajnuna li sibna mingħand l-Onor. Ministru Joe Mizzi fit-twettiq ta’ dan il-Proġett.

Irrid nirringrazzja lil dawk kollha li bagħtu donazzjoni biex jgħinu lill-Każin fl-ispejjeż kbar li bi pjaċir jagħmel biex ikabbar il-festa ta’ San Lawrenz. Aktar minn qatt qabel, din is-sena qegħdin nistennew l-għajnuna tagħkom wara li biex inżidu is-sehem tagħna fil-festa qegħdin nirrinunzjaw għas-sussidju ta’ €2,295 li l-Kumitat Festi Esterni ta’ San Lawrenz kien jagħti lill-Każin. Nappella lid-dilettanti tal-festa li tant igawdu l-marċi brijużi kbar li l-Banda tagħmel fil-ġranet tal-Festa, lill-ħwienet l-aktar lil Barijiet li fil-ġranet tal-festa jaqilgħu l-flus u lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-Każin tal-Banda biex jagħtu donazzjoni ġeneruża.

Nawgura l-Festa t-tajba lil Vittoriosani kollha u lil dawk li fil-ġranet tal-festa jiġu jifirħu magħna.

Il-Kelma tal-President Lawrence V. Farrugia Werrej

Il-Kelma tal-President 3Id-Devozzjoni lejn San Lawrenz f’dawn il-Gżejjer 5Mis-Sala tal-Billiard 6Riflessjonijiet Spiritwali 6Attività ma’ taqta’ xejn 7/9Xogħol u Proġetti 10Ngħix fil-Birgu mill-Belġju! 11Programm ta’ Attivitajiet għall-Festa 2015 12/13Il-Kelma tal-Arċipriet 14Kompożituri Famużi 15/16Programm Mużikali bi Spettaklu fil-‘Vittoriosa in Festa’ 17L-Erbgħa Mija u Ħamsin sena mill-ġrajja tal-Assedju l-Kbir 18 Wiċċ’Imb’Wiċċ ma’Anthony Farrugia 19/21Attivitajiet Lulju/Awwissu 22

EditurSimon Farrugia

RiklamiOscar AdamiJohn Attard

Simon FarrugiaLawrence V. Farrugia

RitrattiMelvin Degiorgio

Noel GauciLawrence Parascandolo

Elton J. Randich

Ritratt Faċċata

Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz fil-bidu tal-marċ tat-‘Te Deum’

dieħla fil-Pjazza ewlenija ta’ Beltna.

Stampat

Triq l-Industrija, QormiTel: 21 250 994 Mob: 9949 0344

[email protected]

ikompli f’paġna 6

LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88 5

Id-Devozzjoni lejn San Lawrenz f’dawn il-gżejjer

Il-qima lejn San Lawrenz f ’dawn il-gżejjer, li bdiet fil-Birgu tul is-snin, kompliet tinfirex f ’diversi nħawi minn tarf sa l-ieħor tal-Gżejjer Maltin. Tant hu hekk li f ’Għawdex, wara s-swar taċ-Ċittadella, ġa kien hemm knisja ddedikata lilu minn żminijiet bikrin. Dan

jiġi konfermat mill-Viżita Appostolika ta’ Mons. Pietro Dusina fl-1575. Għal raġuni li m’hijiex magħrufa, f ’din il-viżita ma nstabx li din il-knisja kienet miżmuma tajjeb u għalhekk ġie ordnat li tiġi profanata. Iżda mhux hekk seħħ lil dik li fl-istess żjara, ġiet deskritta bħala knisja żgħira fil-limiti tal-Għarb li magħha kellha ċimiterju. Din, kemm il-darba ġiet restawrata min-nies tal-madwar. Iżda tant il-ħsarat komplew jiżdiedu li, fiż-Żjara Pastorali li għamel l-Isqof Balaguer Camarasa fl-1657 ġie deċiż li tiġi profanata. Imma sitt snin wara, inbniet waħda aħjar. Aktar tard, din il-knisja mhux biss inbidlet ma’ dik tal-lum, li hi fost l-isbaħ knejjes tal-Gżira tat-Tliet Għoljiet, iżda meta l-inħawi komplew jiżviluppaw, spiċċaw biex minnhom ħareġ raħal mill-isbaħ li ngħata isem il-Levita Martri.F‘ Malta, fl-istess żjara ta’ Dusina, minbarra dik fil-Birgu, jissemmew tnejn oħra ddedikati lil San Lawrenz: waħda fil-kampanja fil-limiti tal-parroċċa ta’ San Pawl ‘il barra mis-swar tar-Rabat tal-Imdina u oħra fil-limiti tal-Parroċċa tas-Siġġiewi fl-inħawi ta’ Ħal Kbir. F’Għawdex ukoll kien hemm qima bikrija lejn San Lawrenz. L-inħawi qrib l-Għarb kienu magħrufin bħala Ta’ San Lawrenz u meta komplew jiżviluppaw ħareġ ir-raħal li hu magħruf b’ismu flimkien mal-knisja parrokkjali li nbniet aktar tard. Fl-istess gżira, fiċ-Ċittadella kien hemm waħda mill-aktar knejjes antiki f ’Għawdex iddedikata lil dan il-martri ta’ Kristu.Jidher li l-kult lejn San Lawrenz, maż-żmien, wasal ukoll fiċ-ċentru ta’ Malta. Dan hu konfermat miż-Żjara tal-Isqof Balaguer Camarasa lill-Parroċċa tal-Mosta f ’April tal-1658. F’din iż-żjara, fost il-knejjes li żar, kien hemm knisja żgħira ddedikata lill-Qaddis Martri f ’tarf il-konfini tal-Mosta magħrufin bħala ta’ Vnezia. Din kienet taħt il-ħarsien tas-saċerdot Dun Ġakbu Borg, bl-obbligu li fl-10 t’ Awwissu jitkanta l-Ewwel Għasar flimkien ma’ Quddiesa kantata. Din kienet inbniet wara l-1653, għax fil-Viżita Pasrorali li għamel l-istess Isqof dik is-sena, ma ssemmietx. Aktarx li l-bdiewa fqar tal-inħawi ma setghux iżommuha kif jinħtieġ. Għalhekk ġie ordnat li din tiġi profanata u l-ftit piżijiet li kellha, jgħaddu għand il-Knisja Parrokkjali.Il-kult lejn San Lawrenz ma jidhirx biss fil-bini tal-knejjes imsemmija. Prova ta’ dan, hemm id-diversi kappelli jew artali fi knejjes, kemm f ’Malta u kemm f ’Għawdex iddedikati lilu. Fejn ma kienx hemm artali, San Lawrenz jidher ukoll. Xhieda ta’ dan hemm il-knisja antika ta’ Santa Marija ta’ Ħal Millieri. F’affreski li hemm fiha, li saru tard fil-ħmistax il-seklu, flimkien ma’ qaddisin popolari ta’ dak iż-żmien, magħhom hemm San Lawenz.Il-qima mxerrda f ’dawn il-gżejjer lejn San Lawrenz ġiet ikkonfermata meta Mons Dusina , inkludieha mal- festi l-aktar devoti meta nhar l-10 t’ Awwissu nżamm jum bl-obbligu tas-smiegħ tal-quddies. Għalkemm xi wħud minn dawn il-kappelli m’għadhomx magħna, ipattu għalihom l-artali li ġew iddedikati lilu, tul iż-żmien, f ’diversi knejjes kemm f ’Malta u wkoll f ’Għawdex.Ikun xieraq li din il-kitba, billi l-festa ta’ San Lawrenz hi fil-qrib, nagħlquha b’waħda mill-poeżiji li kienu jidhru fil-ġurnali qrib il-festa tiegħu. Dan is-sunett li ġej deher fil-ġurnal Malta Tagħna tas-6 t’ Awwissu 1904. Inkiteb minn Giorgio Vella, intitolat Tifħira lil Glorjuż San Lawrenz.

Is-sliem għalik O kbir Lorenzu Eżempju il-Kbir Assedju,Trijonf tagħna il-Maltin, Ħmistax Ħamsa u Sittin,F’dan il-jum daqstant solenni Meta int minn ħdan is-semaIlkoll f ’ġabra imgħaqqdin, Dehert int titlob għall-Maltin.Inkantaw inni ta’ glorja U permezz tat-talb minn tiegħekBiex tkun għalina midinbin Ħriġtna lilna rebbiħin.

Is-sliem għalik O kbir Levita Is-sliem għalik O kbir kolonna, Missier tagħna inżommuk Minn tal-knisja difensur,Li żżommna taħt il-mant tiegħek Stagħġbet bik, O wild ta’ HuescaIssa l-waqt li nitolbuk: Id-dinja kollha kif iddur.Biex ġurnata aħna miegħek Kif akkist lid-demonjuIl-Ġenna niġu ingawduk. O Levita kbir unur !

Bħal ma tajt O missier tagħna, Dana thixdu d-dinja kollhaGrazzji kbar lill-imsejknin Bit-talb li jsir għalik ! Saħansitra minn ġo qabarhom Ġieħ u qima mill-qlub kollhaQajjimt int bosta mejtin. Ġnus id-dinja spiss tagħtik;L-istess grazzji agħti lilna, Il-Missier Għoli minn tagħnaTħalliniex qatt minsijin. It-tama qegħdilna fik.

Għalhekk bil-palm u r-rand f ’idnaB’vuċi waħda ngħajtu lkoll

Viva id-difensur tagħnaViva l-kbir qaddis Spanjol,

Viva l-Appostlu minn ta’ RumaProtettur tagħna ilkoll !

minn Anton Attard

6 LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88

Matul is-sena li għaddiet l-attivita` fis-Sala tal-Billiard kienet waħda kontinwa. Barra minn hekk, kull

kompetizzjoni li saret kienet differenti bħala logħba u dan qajjem interess minn dawk li ħadu sehem.

F’Jannar bdejna bil-Pot Black competition. Din kienet kompetizzjoni eċċitanti ħafna għax peress li tintlagħab fuq ‘frame’ wieħed biss, ħafna mil-logħob spiċċa bl-aħħar boċċa, jiġifieri bil-‘Black ball’. Din intrebħet minn Joseph Mizzi.

Fi Frar/Marzu saret il-Be Birgu Snooker competition. Il-premju ta’ din il-kompetizzjoni kienet stikka tal-Billiard li kienet sponsorjata mill-management ta’ Be Birgu. Kienet kompetizzjoni mistennija ħafna u wara ħafna logħob tajjeb din ġiet mirbuħa minn Hector Galea.

Fix-xhur t’April u Mejju saret il-‘Choose your partner doubles’ forsi l-aktar kompetizzjoni li qajmet interess u sorpriżi. Kien hemm tliet koppji li kienu l-aktar favoriti, iżda b’sorpriża kbira u quddiem attendenza tajba, ħarġu rebbieħa l-koppja Joe Schembri u Paul Pace.

Wara din il-kompetizzjoni kien imiss oħra li saret f ’Mejju u Ġunju, l-aħħar waħda qabel il-‘break’ tas-sajf. Din kienet is-Six Ball Snooker Competition. Din intlagħbet b’sitt boċċi ħomor flok is-solitu ħmistax bil-bqija tal-logħba tintlagħab

Mis-Sala tal-Billiard

l-istess. Il-finali ntlagħbet bejn Hector Galea u Leli Gravina, li anki ħadu sehem flimkien fid-doubles, u din ġiet mirbuħa minn Leli Gravina.

Kif wieħed jista’ jara, kull kompetizzjoni dejjem intrebħet minn persuni differenti u dan juri kemm hemm bilanċ fil-logħob u qatt ma taf min ser jirbaħ għalkemm dejjem ikun hemm xi favoriti.

Fl-aħħar nett nixtieq nirringrazzja lill-kumitat li dejjem tana ċans li norganizzaw dawn il-kompetizzjonijiet, lil Be Birgu ta’ li sponsors li jagħtuna u fl-aħħar u żgur mhux l-inqas lill-kompetituri kollha u dawk li jattendu biex jaraw il-logħob għall-imġieba vera tajba matul il-logħob.

jikteb Lawrence Gonzi

Faqqajtlu bewsa ta’ ħabib għażiż

San Lawrenz għalija huwa iżjed minn qaddis kwalunkwe. Huwa ħabibi. Lilu tlabt ħafna fil-formazzjoni inizjali tiegħi għall-ħajja saċerdotali u fl-istudji tiegħi tat-teoloġija, bħala patrun ta’

dawk li qed iħejju triqthom għas-saċerdozju. Lilu nitlob biex jinterċedi għall-erwieħ tal-għeziez tiegħi, bħala l-patrun tal-erwieħ tal-purgatorju. Lilu nitlob meta nżur il-morda muġugħa fl-isptarijiet jew fi djarhom f ’qiegħ ta’ sodda, biex jimlihom bl-enerġija tiegħu, bħala dak iz-zgħazugħ li bagħata b’kuraġġ ta’sur.

Lilu nitlob meta nwennes u ndawwal bil-pariri tiegħi lil miġruħa, fil-qrar jew fil-‘councilling’ bħala dak li ta’ d-dawl lil għomja u għozz lil nies imwarrba bħala t-teżori tal-knisja.

Lilu nzomm f ’domna ċkejkna mal-kuruna tar-ruzarju li kienet tatni in-nanna tiegħi Karmena mill-Birgu, li nisslet fija l-imħabba lejn dan il-qaddis.Lilu nzomm f ’santa fil-brevjar biex zgur ma tgħaddix ġurnata li ma nħarisx lejn il-ġmiel ta’ wiċċu.Lilu nqim b’imħabba meta nikkonċelebra fil-quddiesa solenni f ’ġieħu f ’jum l-10 t’Awwissu, fil-kolleġġjata ġewwa l-belt Vittoriosa.

Lilu ridt ninseġ paniġierku mill-aqwa fl-2004, fejn ħassejt li qalbi riedet toħroġ minn fuq il-pulptu biex titwaħħad ma’ qalbu, u nbusu, imma ma stajtx dak inhar għax kien hemm il-korsija tal-knisja tifridna.

Imma iva, irrid ngħid li irnexxieli ngħatih din il-bewsa, meta ġejt mitlub biex inlibbess lill-istatwa devota u grazzjuza ta’ San Lawrenz għall-festa s-sena l-oħra. Kont diġa libbistu xi ftit snin qabel u allura ma kienetx l-ewwel darba għalija. Hemmhekk faqqajtlu bewsa li ħassejt li anki hu għannaqni miegħu u qalli inħobbok.Lorenzu tagħna, hu ħsiebna u itlob għalina. Jien mhux minn beltek għalkemm il-Kalkara hija bint beltek, imma jekk San Ġuzepp huwa l-patrun tiegħi u Marija tal-Grazzja il-ħarriesa għaziza

tiegħi, inti u l-Fqajjar t’Assisi Franġisku intom il-ħbieb tiegħi ma’ Martinu De Porres il-protettur.

Fr Martin Mamo OFM Cap.

LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88 7

Attività li ma taqta’Xejnminn Paul Bongailas

Is-Sena 2014-2015 kienet sena oħra mimlija daqs bajda b’attivitajiet għal-Każin tagħna. Dan sabiex ikompli jiġi kkonfermat kemm il-Każin tal-Banda Vittoriosana huwa ċ-ċentru Soċjali tal-Birgu

LULJU 2014

L-Erbgħa 23 ta’ Lulju – Delegazzjoni mill-Kumitat attendiet għal Quddiesa tal-Ħruġ tal-Vara ta’ San Lawrenz min-niċċa.Fit-8.30pm Il-Banda San Lawrenz għamlet marċ fit-toroq tal-Balluta, tas-Sliema, fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu.Il-Ħamis 24 ta’ Lulju – Miġja tar-Relikwija ta’ San Lawrenz minn Amaseno.Saret purċissjoni bir-relikwija bis-sehem tal-Banda San Lawrenz mill-Knisja ta’ Santa Skolastika għall-parroċċa, fejn wara kien hemm Quddiesa Pontifikali. Wara fil-Bitħa tal-Każin, kien hemm il-grupp KazinSka, li ferraħ lil kull minn attenda.Il-Ġimgħa 25 ta’ Lulju – Venerazzjoni tar-Relikwija tul il-ġurnata fil-Knisja Parrokkjali, u aktar tard filgħaxija ittieħdet għall-Parroċċa ta’ San Lawrenz f’Għawdex.Il-Ħadd 27 ta’ Lulju – Fis-7.30 pm il-Banda San Lawrenz għamlet Marċ u Programm Mużikali f’Raħal Ġdid fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Kristu Re.Il-Ħamis 31 ta’ Lulju – Mota tan-NovenaFit-8:00pm beda Red Gathering fil-Bitħa tal-Każin.Fid-9:30pm il-Banda Vittoriosana San Lawrenz għamlet il-marċ tal-Mota.

AWWISSU 2014

Is-Sibt 2 t’Awwissu – Saret Ikla tal-Festa fil-bitħa tal-Każin.It-Tlieta 5 t’Awwissu – Sar ir-riċeviment tal-Festa ġewwa l-Każin għall-personalitajiet distinti, Każini tal-Baned, Soċjetajiet tal-Birgu u Sostenituri tas-Soċjeta`.Il-Ħamis 7 t’Awwissu – Ġie imtella’ ‘Vittoriosa in Festa’, Programm Vokali u Strumentali, bis-sehem tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. It-Tema tal-Programm kienet ‘The EU in Concert’. F’dan il-programm indaqqu siltiet mużikali ġejjin minn madwar l-Ewropa kollha. Flimkien mal-Banda, ħadu sehem diversi kantanti, żeffiena, kif ukoll sar għeluq bi spettaklu Pirotekniku mtella’ bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu.Il-Ġimgħa 8 t’Awwissu – L-Antiviġilja. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz akkumpanjat lill-istatwa devota ta’ San Lawrenz jagħti d-Dawl lill-Għomja b’marċi ferrieħa mat-toroq ta’ Beltna, sat-tlugh fuq il-Kolonna.Is-Sibt 9 t’Awwissu – Lejliet il-Festa. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz għamlet il-marċ tradizzjonali tat-‘Te Deum’ mat-toroq tal-Birgu.Il-Ħadd 10 t’Awwissu – Delegazzjoni mill-Kumitat attendiet għall-Quddiesa Solenni ta’ Jum il-Festa. Wara fis-1:00pm saret ikla tal-Festa fid-Don Berto Restaurant. Filgħaxija membri tal-Kumitat akkumpanjaw lill-istatwa Titulari ta’ San Lawrenz tul il-proċessjoni tagħha.It-Tnejn 11 t’Awwissu – Il-Banda San Lawrenz għamlet il-marċ uniku f’pajjiżna tal-għada tal-Festa, fejn akkumpanjat lill-istatwa devota ta’ San Lawrenz jagħti d-Dawl lill-Għomja mill-inżul tagħha minn fuq il-kolonna sad-dħul tagħha fl-Oratorju tal-Kurċifiss.Il-Ġimgħa 22 t’Awwissu – Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz għamlet is-servizz ta’ Marċ brijuż fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Leonardu f’Ħal-Kirkop.Il-Ħadd 24 t’Awwissu – Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz għamlet is-servizz tal-Marċ ta’ Filgħodu fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes f’Raħal Ġdid.

8 LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88

Filgħaxija delegazzjoni tal-Kumitat attendiet għar-Riċeviment tal-Festa ta’ San Duminku, fil-Każin Prince of Wales Own Band.

Il-Ġimgħa 29 t’Awwissu – Ġie organizzat BBQ fil-Mellieħa Holiday Complex.

SETTEMBRU 2014

Il-Ħadd 7 ta’ Settembru – Delegazzjoni tal-Kumitat ħadet sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Birgu, organizzati mill-Kunsill Lokali, f’Misraħ ir-Rebħa, u fil-Quddiesa li tfakkar din il-ġurnata.Mill-Erbgħa 10 sal-Ħadd 14 ta’ Settembru – Saru rappreżentazzjonijiet mill-passat fil-bitħa tal-Każin, bl-Isem “Qatt ma ninsa”.Mit-Tlieta 23 sal-Ħamis 25 ta’ Settembru – Sar il-ħlas tal-Bandisti tas-Servizzi li saru fis-sena 2014.

OTTUBRU 2014

Mill-Ġimgħa 10 sal-Ħadd 12 t’Ottubru – Ġie organizzat għal darb’oħra il-‘Birgu Fest’, fejn il-Kumitat tagħna organizza stands tal-Ikel u x-xorb quddiem il-Każin, kif ukoll fis-swali ta’ fuq kien hemm diversi wirjiet u bejgħ ta’ kotba second hand u merchandise tal-każin.

NOVEMBRU 2014

Il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru – Delegazzjoni mill-Kumitat attendiet għas-seminar li kien organizzat mill-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz fil-Youth Centre il-Birgu.Is-Sibt 8 ta’ Novembru – Delegazzjoni mill-Kumitat attendiet għall-Quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u għall-marċ li sar fil-Belt Valletta, organizzati mill-Għaqda Każini tal-Banda fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Ċeċilja.Il-Ġimgħa 14 ta’ Novembru – Saret Ħarġa għal-Irġiel.It-Tlieta 18 ta’ Novembru – Saret Laqgħa Ġenerali Straordinarja fil-Każin.Il-Ħadd 30 ta’ Novembru – Delegazzjoni mill-Kumitat attendiet għall-Programm Mużikali organizzat mill-Għaqda Każini tal-Banda, li sar fit-Teatru Manoel, fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ċeċilja.

DIĊEMBRU 2014

Il-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru – Ikla Tradizzjonali tal-Milied fil-Kavallieri Hotel għall-Membri, Bandisti u Ħbieb.It-Tnejn 15 ta’ Diċembru – Saru l-ewwel Interviżti fil-proċess għall-għażla ta’ Surmast Direttur ġdid. Ta’ min isemmi li għal din il-vakanza, applikaw 12 il-Surmast L-Erbgħa 24 ta’ Diċembru – Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ħadet sehem fil-proċessjoni bil-Bambin tal-Milied, li kienet organizzata miċ-Ċentru tat-tagħlim, b’daqq ta’ diversi Innijiet tal-Milied.Il-Ħadd 28 ta’ Diċembru – Sar il-Party tal-Milied għall-Membri, Bandisti, Familji u l-Ħbieb tagħhom.

JANNAR 2015

It-Tlieta 6 ta’ Jannar – Delegazzjoni mill-Kumitat attendiet għal-Laqgħa tal-Proġett ‘LEAP’, fil-Berġa ta’ Franza.L-Erbgħa 7 ta’ Jannar – Delegazzjoni mill-Kumitat attendiet għal-Laqgħa fl-Uffiċini tal-Kunsill Lokali rigward Jum il-Birgu.Il-Ġimgħa 9 ta’ Jannar – Delegazzjoni mill-Kumitat attendiet għar-Riċeviment tal-Milied tal-Għaqda Każini tal-Banda.Il-Ġimgħa 16 ta’ Jannar – Delegazzjoni mill-Kumitat ħadet sehem fit-Tifkira Annwali ta’ dawk li mietu fil-Birgu matul it-Tieni Gwerra Dinjija.Is-Sibt 17 ta’ Jannar – Saret l-Audition għall-Għażla ta’ Surmast Direttur, minn sitt Surmastrijiet li ikkwalifikaw wara l-ewwel interviżta.

LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88 9

It-Tnejn 26 ta’ Jannar – Saret l-aħħar Laqgħa tal-Kumitat Ċentrali. Kif intemmet il-Laqgħa tal-Kumitat, bdiet il-Laqgħa Ġenerali Mista.

Is-Surmast Jonathan Abela nħatar bħala Surmast Direttur tal-Banda.It-Tlieta 27 ta’ Jannar – Saret Laqgħa Ġenerali għall-Bandisti u Membri Propjetarji għall-għażla ta’ parti mill-Kumitat għas-snin 2015-2016.L-Erbgħa 28 ta’ Jannar – Saret Laqgħa Ġenerali għall-Membri biex jaħtru l-kumplament tal-Kumitat għas-snin 2015-2016.

FRAR 2015

Il-Ġimgħa 13 ta’ Frar – Saret Ikla tal-Karnival fir-Restaurant Swan Lake f’Wied il-Għajn.

MARZU 2015

Il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu – Sar riċeviment fil-Każin għall-Kumitat, Bandisti u Alljievi fl-okkażjoni tal-ħatra ta’ Surmast ġdid. Waqt dan ir-riċeviment, is-Surmast iltaqa’ għall-ewwel darba mal-alljievi u bandisti tal-post.L-Erbgħa 18 ta’ Marzu – Saret il-Finali tal-Kompetizzjoni tas-Snooker u l-Preżentazzjonijiet lir-rebbieħa.Il-Ħamis 26 ta’ Marzu – Infetħet il-21 Edizzjoni tal-Wirja ‘Ġetsemani’, mill-Onor. Segretarju Parlamentari Dr. Stefan Bountempo.Mill-Ġimgħa 27 sal-Ġimgħa 3 t’April – Wirja Ġetsemani.

APRIL 2015

Il-Ġimgħa 3 t’April – Jum Il-Ġimgħa l-Kbira. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz esegwiet programm ta’ marċi funebri fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa, u wara akkumpanjat il-purċissjoni sad-dħul tagħha b’iktar daqq ta’ marċi funebri.Is-Sibt 4 t’April – Ġie organizzat l-Easter Cold Buffet fil-Każin wara l-quddies bil-parteċipazzjoni ta’ diversi membri, bandisti u ħbieb.Il-Ħadd 5 t’April – Jum l-Għid il-Kbir. Minnkejja li l-Banda Vittoriosana San Lawrenz kienet lesta u ppreparata sabiex tibda ddoqq, ittieħdet id-deċiżjoni mill-Parroċċa li l-proċessjoni bil-vara ta’ Kristu Rxoxt ma toħroġx minħabba t-temp.Il-Ħadd 12 t’April – Sar it-Tberik tal-Każin mill-Wisq Rev.Arċipriet Kan. Joe Cilia.

MEJJU 2015

It-Tnejn 4 ta’ Mejju – Saret il-Finali tal-Kompetizzjoni tal-iSnooker.Il-Ħadd 17 ta’ Mejju – Il-Banda Vittorjosana San Lawrenz ħadet sehem b’daqq ta’ marċi brijużi minn Sant’Anġlu sal-Pjazza, fl-okkażjoni tal-450 sena mill-Assedju.It-Tnejn 18 ta’ Mejju – Saret Quddiesa b’sufraġju ta’ Alfred Busuttil.It-Tlieta 26 ta’ Mejju – Mota tal-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz.L-Erbgħa 27 ta’ Mejju – L-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz. Fit-8.00pm saret ikla familjari fil-Każin.Il-Ħadd 31 ta’ Mejju – Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz akkumpanjat lit-tfal li kienu ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina mill-bini taċ-Ċentru tat-tagħlim sal-Knisja Parrokkjali permezz tad-daqq tal-Innijiet.

ĠUNJU 2015

Il-Ħadd 7 ta’ Ġunju – Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz għamlet marċ qasir u wara akkumpanjat il-purċissjoni f’Ħal-Għaxaq fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġużepp.Il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju – Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ħadet sehem fil-purċissjoni tal-Qalb ta’ Ġesu’ li saret fil-Birgu b’daqq ta’ Innijiet.Il-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju – Sar BBQ fil-Lukanda Kavallieri f’San Ġiljan.

10 LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88

Wara li tkun għaddiet il-festa, fl-ewwel laqgħa tal-kumitat apparti li ssir analiżi dettaljata dwar dak li jkun seħħ u fejn

nistgħu ntejbu fuq l-Aġenda jkun hemm il-programm ta’ xogħol u ħidma għas-sena li ġejja. Ovvjament dan il-programm wara li jiġi finalizzat jitmexxa skond il-prijorita’ u jiġi rivedut skond il-bżonn.

Xogħol StrutturaliWara li s-sena li għaddiet kellna t-tlestija tax-xogħol ta’ restawr fuq il-ġebel tal-faċċata, wara l-festa twaħħlet il-gallerija tal-injam xogħol l-aħwa Sacco. Kien hemm bżonn li din tinżebagħ fejn ħadu ħsieb dan ix-xogħol Lawrence Farrugia u Oscar Adami. Minbarra dan kien hemm bżonn xi xogħol ieħor li jsir fil-faċċata fosthom iż-żebgħa tal-ħadid u tpoġġa l-poġġaman. Sar ukoll id-dawl fejn issa din il-faċċata ta’ dan il-Palazz majestuż tkun tista’ titgawda anki filgħaxija. Twaħħlu wkoll żewġ irħamiet mal-faċċata fejn fuq naħa ser ikun l-isem tas-Soċjetà u n-naħa l-oħra l-isem tal-Palazz. B’dan kollu lest nhar it-Tnejn 3 t’Awwissu ser issir l-inawgurazzjoni tal-faċċata mill-Ministru Joe Mizzi.

Tisbieh tal-każinSabiex ikompli jissebbaħ il-Każin minn ġewwa ġie deċiz li jsiru purtieri ġodda għal ġranet tal-festa. Bi spiża tal-fuq minn €4,000 u li ġiet imħallsa minn benefattur saru tlett pari purtieri għal kurutur tal-ewwel sular u tlett sopraporti bl-iskultura. Ix-xogħol tal-injam sar minn Emanuel Pisani filwaqt li Anthony Farrugia ħa ħsieb iż-żebgħa tagħhom. Saru wkoll żewġ pari purtieri għal-loġġa ta’ fuq u żewġ sopraporti. F’għeluq il-ħames sena mill-mawra tal-Banda tagħna fi Brussell saret Bandalora bir-rakmu sabiex tibqa mfakkra din l-okkażjoni storika. Rajna li sabiex din il-bandalora tkun tista titgawda flimkien mal-bandalora li tfakkar l-mawra tal-Banda ‘Duke of Edinburgh’ f ’Palermo fis-sena 1904 kien hemm bżonn li jsiru żewġ vetrini fis-Sala tal-Arkivju. Sar ukoll standard ġdid bi trasport tal-arma tal-ewwel standard tad-‘Duke of Edinburgh’ kif ukoll standard ġdid tal-Papa. Vetrina oħra tal-injam saret fis-Sala tal-Arkivju ż-żgħir dan sabiex jiġu esebiti fiha tifkiriet storiċi tas-Soċjetà. Saret ukoll modifikazzjoni tas-sopraporti tas-Sala tal-Arkivju.

WebsiteIs-sit uffiċjali tas-Soċjetà www.stlawrencebandclub.com baqa jiġi aġġornat fejn dan huwa sors fejn wieħed ikun jista jsegwi dak kollu li jkun qiegħed isir mis-Soċjetà. Minbarra dan hemm minjiera ta’ informazzjoni dwar l-istorja tas-Soċjetà mit-twaqqif tagħha sal-ġurnata tal-lum. Bl-istess mod il-paġna tal-facebook kienet ukoll tagħti d-dettalji dwar l-attivitajiet varji li jkolla s-Soċjetà matul is-sena.

NewsletterGħall-ħmistax il-sena konsekuttiva, in-Newsletter tas-Soċjetà baqgħet toħroġ b’mod regolari kull xahrejn, b’edizzjoni speċjali ta’ Lulju/ Awwissu. Newsletter li fiha minn kollox sabiex il-kuntatt mal-membri jkun wieħed b’saħħtu. Minbarra s-solitu messaġġi, fiha jkun hemm artikoli ferm interessanti dwar l-istorja tal-Każin u ta’ Beltna kif ukoll riċetti, ġrajjiet kurrenti u interviżta ma’ personalità ta’ Vittoriosana. Ovvjament ikun hemm ukoll aċċenn fuq l-attivitajiet tas-Soċjetà.

BandaWara l-Festa tas-sena li għaddiet l-akbar sfida għall-Banda tagħna kienet dik li jingħażel Surmast Ġdid dan wara li s-Surmast Paul Schembri li mexxa l-Banda tul dawn l-aħħar 35 sena ddeċieda li jirtira.Nhar it-Tnejn 15 ta’ Diċembru saru l-ewwel intervisti mal-persuni li applikaw għall-post ta’ Surmast Direttur mal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Fil-fatt il-board iltaqa’ mal-applikanti kollha fejn minn total ta’ tnax dawn niżlu għal sitta. Kien imiss li nhar is-Sibt 17 ta’ Jannar isiru l-auditons bħala fażi finali sabiex jintgħażel is-Surmast Direttur ġdid tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. B’kollox kien hemm sitt finalisti li ddiriġew dawn is-siltiet mużikali. Jonathan Abela – Cavalleria Rusticana (Pietro Mascagni) The Provenance ( Jonathan Abela); Gordon Baldacchino – ‘Happy’ from the movie ‘Despicable me 2’ (Pharrell Williams Arr. G. Baldacchino) ‘Amethyst’ (Gordon Baldacchino);Ugo Buhagiar – 10th Anniversary (Ugo Buhagiar) Barcelona (M.Moran/F.Mercury Arr. U. Buhagiar); Joseph Chircop – James Bond Suite (Arr. Frank Erickson) All about the bass (Arr. Joseph Chircop); Etienne Spiteri – An Angel on the 24th (Etienne Spiteri) Palladio (K. Jenkins Arr. R. Longfield); Ray Zammit – Jien Nikola Protettur Tagħkom (Ray Zammit) Skyfall (Paul Epworth Arr. R. Zammit)Biex nhar it-Tnejn 26 ta’ Jannar, 2015 il-kumitat tas-Soċjetà Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa bi pjaċir ħabbar li Mro. Jonathan Abela nħatar Surmast Direttur tal-Banda. Dan ġie deċiż f ’Laqgħa tal-Kumitat li saret fuq rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Għażla li ħa ħsieb il-proċess kollu. Inxtraw ukoll 45 leġiju ġdid fejn dawn iżżanżnu fil-Ġimgħa l-Kbira. Dawn tħallsu minn Bjorn Callus, Carmelo Scicluna, Eugenio Pellicano u Simon Farrugia. Saru wkoll libretti ġodda bil-marċi funebri fejn inġabar sett sabiħ u komplut. Qiegħed isir xogħol fuq kopertini ġodda tal-Banda għal fuq il-planċier. Inxtraw tmenin box file aħmar għal waħda mill-vetrini li hemm fis-Sala tal-Kunċerti biex tinġabar ħafna mill-mużika li saret u nxtrat fl-aħħar snin.

Affarijiet ohraInxtraw amplifier u speakers sabiex dawn ikunu jistgħu jintużaw kemm waqt it-tagħlim tal-mużika, fir-rehearsals kif ukoll f ’xi attivitajiet oħra. Sar xogħol ta’ żebgħa f ’diversi kmamar u kuruturi kif ukoll apperturi.

B’hekk kif tistgħu taraw il-ħidma fi ħdan is-Soċjetà tagħna hija waħda kontinwa. Hemm ħafna aktar pjanijiet għall-futur fejn bl-għajnuna u d-determinazzjoni ta’ kulħadd naslu bħalma dejjem wasalna.

Xogħol u Proġettiminn Simon Farrugia

LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88 11

IKLA BUFFET TAL-FESTANHAR IS-SIBT 25 TA’ LULJU 2015

FIL-KAŻIN TAL-BANDA SAN LAWRENZĦIN: FIT-8.00PMTHREE COURSE

MEAL U TAZZA NBIDPREZZ - €15

GĦALL-BOOKING IKKUNTATTJAW LIL OSCAR ADAMI, KAXXIER

JEW LIL EUGENIO PELLICANO

Li kieku nara titlu bħal dan li għamilt jien, probabbli f’moħħi ngħid “u ejja issa għix hemm”, jew “tgħaġġibhomx sijeb”, jew inkella “ħu Break!”, waqt li xorta naqra l-artiklu biex nara b’liema teorija l-awtur jew awtriċi

tal-artiklu tkun ħarġet. Nista’ ngħid b’wiċċi minn quddiem li dawn il-ħsibijiet kollha ġew lura għall-wiċċi. Ġew lura billi qatt ma mmaġinajt xi tfisser eżatt li tkun ‘il bogħod minn dak li tant tħobb, minn dak li jinteressak, minn dak li kont ngħix kważi kuljum normalment.

Ġew lura meta kuljum naħrat is-sit soċjali Facebook biex nara x’inhu jiġri fil-Birgu, u spiċċajt ninteressa ruħi tista’ tgħid fuq kollox bħala issues relatati mal-Birgu, minn toroq maqlugħin sad-dawl il-ġdid li qed jiġi installat, sa ovvjament l-ikbar ħaġa fil-Birgu – il-Festa ta’ San Lawrenz. Qabel ma nasal għall-Festa, nixtieq ngħid ukoll li qiegħed nitpaxxa nara r-ritratti tal-Birgu kif qed jiġi mdawwal, u ninsab ċert li dakinhar stess li ninżel lura Malta għall-Festa ser nagħmel dawra mal-Birgu bil-lejl, hekk kif nkun għadni wasalt, ħa nara eżatt dal-ġmiel.U meta nsemmi ġmiel, żgur li kulħadd għandu kurżità biex jara kif ser tixgħel il-faċċata tal-Każin wara r-restawr li sar. Jien l-ewwel wieħed għandi kurżita` kbira, għaliex ħa narawha kif qatt ma rajniha. Nistennew it-3 t’Awwissu biex naraw dan l-aħħar proġett imwettaq. U meta nsemmi l-każin, ikolli nammetti li għalkemm qiegħed madwar 1900 kilometru ‘l bogħod, bqajt xorta interessat u iktar minnhekk bqajt naħdem u nagħti kontribut kif nista’. Forsi tgħidu kif jista’ jkun, jew x tista’ tagħmel minn hemm? Illum il-ġurnata, b’kuntatt kontinwu permezz tal-emails, facebook u applikazzjonijiet oħra aċċessibbli minn mobile, tista’ ttella’ ħafna xogħol u tkun ta’ sapport.Minn hawn qed nagħmel xogħol relatat m’amministrazzjoni kif ukoll korrezzjonijiet tal-artikli tan-News letter, nistgħu niddiskutu, qed nkun ta’ għajnuna lis-suċċessur tiegħi, ngħin fejn nista’ f’dak kollu relatat mal-banda, inkluż qlugħ ta’ bandisti u ħafna affarijiet oħra. F’kelma waħda, qiegħed nagħmel dak kollu li nista’ nagħmel minkejja d-distanza.

U dan iwassalni għal punt ieħor. Nista’ nagħmel ħidma volontarja jien minn daqstant ‘il bogħod, għala m’għandux ikun hemm ħidma volontarja iktar sfieqa minn min ikun il-Birgu kuljum? Bil-ftit mingħand kulħadd jista’ jsir ħafna iżjed u l-piż ta’ kollox ikun jista’ jinqasam aħjar. Tgħiduli imma għalfejn naħli l-ħin tiegħi għal xi ħaġa li diġà ssir u ssir tajjeb minn diversi nies? Ngħidilkom b’wiċċi minn quddiem li l-volontarjat, u s-suċċess li jinkiseb meta tara l-ħidma tiegħek issarraf f’riżultati tajbin hu kbir ħafna. Apparti dak is-sodisfazzjon, wieħed jista’ jitgħallem ħafna, u hawnhekk fejn nappella liż-żgħażagħ biex ma jaħlux ħajjithom wara screen ta’ xi laptop, tablet jew kompjuter, imma jissieħbu f’xi għaqda għax dak li tista’ ttik din l-esperjenza ma jista’ jtihulek ħadd.Fil-waqt li nixtieq nawgura l-Festa t-tajba lill-qarrejja kollha ta’ dan il-fuljett, kif ukoll lill-Vittoriosani kollha ulied San Lawrenz, ngħidilkom ukoll li ser niltaqgħu daqt, fl-isbaħ żmien tas-sena, fejn imbagħad tabilħaqq inkun qiegħed ngħix il-Birgu... minn ġewwa l-Birgu stess. Tislijiet.

Ngħix il-Birgu mill-Belġju!minn Bjorn Callus

BANDISTI ĠODDA MAL-BANDA VITTORIOSANA SAN LAWRENZGħall-festa ta’ San Lawrenz 2015 ser jingħaqdu żewġ bandisti ġodda mal- Banda Vittoriosana San Lawrenz. Mix-xellug għal-lemin Mariah Treeby (Eb Clarinet), Jonathan Abela (Surmast Direttur), Thomas Farrugia (Drums)

Programm mis-Soċjeta’ Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz u tal-Festa San Lawrenz,

Padrun tal-Belt Vittoriosa 2015

Is-Sibt 25 ta’ Lulju – Mit-8.00pm i l ’quddiem. Ikla Familjari fil-bitħa tal-Każin bħala ftuħ tal-Festi ad unur il-Padrun tal-Belt Rebbieħa u tas-Soċjeta’ tagħna San Lawrenz

Il-Ħamis 30 ta’ Lulju - Mit-8.00 pm il’ quddiem ‘Lejla Maltija’ fuq San Filippu organizzata mill-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu

Il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju – Mota tan-NovenaBejn id-9.30pm u l-11.30 pm il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tagħmel il-Marċ tal-Mota tan-Novena b’daqq ta’ marci ferrieħa madwar it-toroq tal-Belt Rebbieħa.

It-Tnejn 3 t’ Awwissu – Fit-8.00pm Marċ mil l-Banda Vittoriosana San Lawrenz madwar it-toroq prinċipali tal-Birgu. Fid-9.00pm tibda ċ-ċerimonja tal-ftuħ uffiċjali tal-Faċċata tal-Palazz tas-Soċjeta’ bis-sehem tal-Brass En s em b l e m m e x x i m i s -Surmast Jonathan Abela.

Il-Tlieta 4 t’ Awwissu - Fis-630pm Kunċert Ġenerali tal-Banda

L-Erbgħa 5 t’ Awwissu - Fit-8.00pm Riċeviment tal-Festa

Programm mis-Soċjeta’ Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz u tal-Festa San Lawrenz,

Padrun tal-Belt Vittoriosa 2015

għall-mistiedna distinti, membri u benefatturi tas-Soċjeta’.

Il-Ħamis 6 t’Awwissu – Fis-630pm Kunċert Ġenerali tal-BandaFit-8.00pm Marc mill-Banda San Ġużepp ta’ Ħal-Għaxaq madwar it-toroq tal-Belt Vittoriosa. Fi tmiem il-Marċ ‘Laser Show’ u spettaklu kbir li jinkludi logħob tan-Nar. Attivita’ organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmizi

Il-Ġimgħa 7 t’ Awwissu – Fit-8.00pm Marċ mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz minn Triq il-Mina l-Kbira sa’ Misraħ ir-Rebha fejn wara tesegwixxi l-Kunċert ‘Vittoriosa in Festa’ bis-sehem ta’ diversi kantanti, żeffiena u animazzjoni oħra.

Is-Sibt 8 t’ Awwissu - AntiviġiljaFid-8.45pm Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz takkompanja l-istatwa ta’ San Lawrenz jagħti d-dawl lil Għomja mat-toroq prinċipali tal-Belt Vittoriosa fejn għall-ħabta ta’ nofs il-lejl isir it-tlugħ tal-istatwa fuq il-Kolonna.

Il-Ħadd 9 t’ Awwissu – Lejliet il-FestaFl-10.30a.m Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tagħmel il-marċ tradizzjonali ta’ Te Deum fost il-briju kbir tal-partitarji.

Filgħaxija Marċi u Programmi mill-Banda Kristu Re, Raħal Ġdid u Madonna tal-Karmnu, Balluta. Baned mistiedna mill-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz.

Mill-10pm il’quddiem spettaklu tal-logħob tan-nar fil-Port il-Kbir mill-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu

It-Tnejn 10 t’ Awwissu – Festa Liturġika ta’ San LawrenzFid-9 am Il-President u membri tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz jattendu għall-Konċelebrazzjoni Pontifikali tal-Festa Liturġika ta’ San Lawrenz.Fis-1 pm Ikla tal-festa fid-Don Berto Restaurant, Vittoriosa Waterfront.Filgħaxija Marċi u Programmi mill-Banda Cittadina ‘ King’s Own’ tal-Belt Valletta, l-Banda Anici ta’ Ħal-Qormi u l-Banda San Girgor, Sliema. Baned mistiedna tal-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz.Fis-730 p.m. Ħruġ tal-Proċessjoni bl-istatwa ta’ San Lawrenz Padrun tal-Belt Rebbieħa.

It-Tlieta 11 t’ Awwissu – L-Għada tal-FestaBejn id-9.00pm u 11.00pm Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz takkompanja l-istatwa ta’ San Lawrenz jagħti d-dawl lil Għomja minn fuq il-kolonna sa l-Oratorju tal-Kurċifiss.

14 LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88

L-aħħar messaġġ bħala Arċipriet tal-Parroċċa tal-Birgu Messaġġ mill-Kanonku Dun Joe Cilia

Kien fl-1 t’April 2011 meta bdejt naħdem magħkom fil-Parroċċa tagħkom, wara li għamilt ħames snin fil-Parroċċa ta’ Ħal-Safi ddedikata lil Missierna San Pawl. Bdejt u xahar wara ieħor għaddew erba’ snin. Għaddew qishom ħolma. Kienu snin ta’ ħidma

fejn ippruvajt li mill-aħjar li stajt għamilti dmiri, biex dak li kien mitlub minni pastoralment, ippruvajt inwettqu. Apprezzajt lil dawk li ġenwinament kellhom għal qalbhom il-ħidma parrokkjali. Veru li llum f ’dak li għandu x’jaqsam reliġjon naqas ftit l-interess, u kult-ant tħossok tagħżaq fl-ilma, imma żgur dejjem joħroġ il-ġid f ’dak li jsir mill-qalb. Apprezzajt lil dawk li ġenwinament kellhom għal qalbhom il-festa. Li jkollok għal qalbek il-ħidma parrokkjali, li jkollok għal qalbek il-festa ifisser li flimkien ma’ ħaddieħor taħdem għal dak li hu għal qalbna. Apprezzajt ħafna tajjeb fil-Birgu u ħafna talenti.Ħbieb Vittoriosani uru apprezzament għal xulxin, komplu saħħu dak li jgħaqqadkom u evitaw dak li jifridkom. Tħallu xejn li jkun ta’ firda jew pika bejnietkom għaliex m’hemmx isbaħ mill-għaqda u l-ftehim. Kienu erba’ snin ta’ ħidma f ’dawk li huma proġetti. M’għandix għalfejn insemmi x’għamilt. Dak li sar jidher bħala ċertifikat ta’ erba’ snin bla waqfien. Pero’ insemmi biss żewġ ħidmiet partikolari li żgur jibqgħu f ’qalbi, il-ħidma mal-katekisti biex żammejna t-tagħlim tal-katekiżmu tat-tfal fil-Birgu u t-tqarbin lill-morda u l-anzjani fid-djar li tant kienet ħidma għal qalbi.Nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi lill-Kapitlu, Kleru u komunita parrokkjali fil-Birgu. Żgur mhux l-inqas nirringrazzja lis-sorijiet ta’ Santa Skolastika għas-sapport kbir li sibt mingħandhom, lil Fra John Edward Critien u lill-membri tal-Każin tal-Banda San Lawrenz tal-koperazzjoni li dejjem sibt. Grazzi mill-qalb u nawguralkom il-festa t-tajba u nibqgħu niltaqgħu anki bħala Kanonku Onorarju tal-Kolleġġjata tagħkom. San Lawrenz iberikna u jħarisna.

288, Zabbar Road, Fgura.Tel No: 21 677262

Email: [email protected]

LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88 15

Johann Sebastian Bach, il-ġenju mużikali Ġermaniż li bla dubju jistħoqlu jkun f ’din ir-

rokna tagħna. Kompożitur u mużiċista li llum il-ġurnata ma tidħolx f ’knisja li ma tismax xi silta kompożizzjoni tiegħu. Kompożitur li jgħaġġeb lil kull min jisma’ l-mużika tiegħu u ispira u għadu jispira organisti kbar bħal Philippe Lefebvre, Olivier Latry, Virgil Fox, Daniel Roth u oħrajn biex jaħarbu bin-noti improvizzati fuq temi ta’ Bach. L-ewwel silta li meta ssemmi l-isem Bach li tiġi f ’moħħok hija bla dubju it-Toccata & Fugue in D Minor, li għalkemm it-toccata hija l-iktar famuża, personalment nara li l-fuga hija aktar intriganti u isbaħ. Ovvjament, insibu l-Air on G string u Jesus joy of man’s desiring li huma famużi wkoll iżda iktar kalmi.

Johann Sebastian Bach twieled f ’Eisenach nhar il-31 ta’ Marzu 1685, iben Johann Ambrosius Bach u Maria Elisabeth Lammerhirt. Missieru kien id-direttur mużikali tar-raħal u Johann Sebastian kien it-tmien wild tiegħu. Iz-zijiet ta’ Johann Sebastian kienu kollha mużiċisti magħrufa sew u li kienu jservu fost l-oħrajn bħala organisti fil-knejjes u anke bħala kompożituri. Wieħed miz-zijiet, kien jismu Johann Christoph Bach(1645-93), kien li ntroduċa lil Johann Sebastian għall-orgni, u ziju ieħor, Johann Ludwig Bach kien vjolinista u kompożitur magħruf. Johann Sebastian kellu familja sħiħa lejn xhiex iħares u jispira ruħu.

F’temp ta’ tmien xhur, Johann Sebastian tilef kemm lil ommu u kemm lil missieru. Ta’ għaxar snin, Johann Sebastian kellu jmur joqgħod ma’ ħuh Johann Christoph Bach (1671-1721), li kien l-organista tal-Knisja ta’ San Mikiel f ’Ohrdorf. Ma’ ħuh hu studja, ikkopja u anke esebixxa f ’diversi okkażjonijiet u studja wkoll b’mod speċjali l-klavikord. Johann Christoph espona lil ħuh għad-diversi xogħlijiet ta’ diversi kompożituri fosthom Pachelbel, Froberger, Lully, Marchand, Marais, u Frescobaldi. F’dan iż-żmien studja wkoll it-Teoloġija, Latin, Grieg, Franċiż u Taljan.

Ta’ erbatax-il sena, Bach ġie mogħti borża ta’ studju korali fl-iskola ta’ San Mikiel f ’Luneburg. Għall-din l-iskola, Bach kien imur ma’ sieħbu Georg Erdmann. Fis-sentejn li għamel jattendi din l-iskola, Bach ġie espost għall-kultura ewropeja, għall-ulied ta’ familji nobli, idoqq u jkanta fl-istess skola kif ukoll kien imur f ’Hamburg biex jara lill-organist famuż ta’ dak iż-żmien John Adam Reicken.

Wara li ggradwa mill-iskola, Bach kien applika għall-post ta’ organista f ’Sangerhausen, liema post ma kinux aċċettawh. Iżda Bach ma qatax qalbu. Wara ftit kien intagħżel bħala mużiċista għall-kappella tad-Duka Johan Ernst III f ’Weimar. L-irwol fil-verita` x’aktarx kien wieħed klerikali. Pero` ġara li l-fama tiegħu bħala pianista abbli u sakemm kellu dan il-post, hu kien ġie mistieden biex jispezzjona u jagħti kunċert tal-ftuħ fuq l-orgni l-ġdid tal-knisja ta’

San Bonifaċju f ’Arnstadt. F’Awwissu tal-1703 Bach intagħżel biex ikun l-organista titulari tal-istess knisja bi ftit appuntamenti, b’paga relattivament tajba, u b’orgni tajjeb. Wara biss ftit snin, bejn l-1705 u l-1706, kien hemm tensjoni kemm xejn kbira bejn Bach u l-awtoritajiet. Dan ghaliex Bach mar iżur lill-ħabib tiegħu organista, u kompożitur famuż Dieter ich Buxtehude f ’Lubeck. Ta’ min jinnota li biex Bach mar iżur lil Buxtehude, kellu jimxi 450 kilometru l’hemm u l-istess lura, u huwa rappurtat li x’aktarx bil-

mixi. Kuraġġjuż ferm. Din it-tensjoni ġiegħlet lil Bach biex fl-1706 aċċetta post ta’ organista fil-knisja ta’ San Blazju f ’Muhlhausen. Fil-knisja ta’ San Blazju, Bach sab paga iktar għolja, kundizzjonijiet aħjar, u anke kor aħjar. Wara biss erba’ xhur f ’Muhlhausen, Bach iżżewweġ lis-sekonda kuġina tiegħu Maria Barbara Bach. Minn dan iż-żwieġ, Bach kellu sebat itfal li erbgħa minnhom biss baqgħu ħajjin sakemm kibru. F’dan iż-żmien, Bach kien irnexxielu wkoll jikkonvinċi lill-gvern tar-raħal u lill-knisja biex flimkien jiffinanzjaw orgni ġdid, filwaqt li hu jikkomponi kantata ġdida bl-isem ta’ Gott ist mein Konig (God is my king).

Fl-1708, Bach telaq minn Muhlhausen u mar lura f ’Weimar flimkien ma’ martu, din id-darba bħala direttur mużikali tas-swali tad-Duka. F’Weimar, Bach ikkompona wħud mill-aqwa kompożizzjonijiet tiegħu, fosthom diversi toccata u fugi, kunċerti orkestrali, u kunċerti għal strumenti b’tastiera. Permezz ta’ xi traskrizzjonijiet li għamel ta’ xogħlijiet ta’ Vivaldi, Bach influwenza ruħu u anke ħa u addatta għalih l-istil u d-dinamiżmu taljan. F’dan iż-żmien, Bach kiteb ukoll Der Wohltemperierte Clavier (The well tempered Clavier) li huma żewġ ġabriet ta’ kompożizzjonijiet għall-organista bħala studju ta’ ċertu livell għoli ta’ diffikulta`. Dawn jinkludu preludju u fuga f ’kull scala kemm minore u kemm maggiore. F’daż-żmien ukoll, Bach beda jikkomponi l-ktieb Little organ book, li huwa ġabra ta’ kant reliġjuż Luteran.

Fl-1714, Bach ingħata t-titlu ta’ Konzertmeister, u dan ġab miegħu li ried idoqq kull xahar kantata fil-knisja tal-kastell. Hawn hu kkompona ‘Himmelskonig , sei wilkomme’, ‘Weinen,Klagen, Sorgen, Zagen’, ‘Erschallet, ihr Lieder, erlinget, ihr Saiten!’ u ‘Christe, atzet diesen Tag’. Eventwalment, fl-1717 Bach spiċċa ried jirriżenja minn dan il-post iżda s-segretarjat ried li jonora l-kuntratt li kellu u jagħmel sat-tmiem miftiehem. Bach baqa’ jinsisti u spiċċaw it-tnejn il-qorti. Kien Bach li mar minn taħt għax spiċċa għadda xahar il-ħabs.

Leopold, il-prinċep ta’ Anhalt-Kothen li kien mużiċista, fl-1717 kien offra kuntratt ta’ xogħol bħala Kapellmeister, Direttur tal-mużika, lil Bach. Peress li l-Prinċep innifsu

Kompożituri FamużiJohann Sebastian Bach - jikteb Chris Pisani

16 LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88

kien idoqq il-klavikord, hu kien jippreferi jdoqq mużika inqas elaborata minn dik li

Bach kien jikkomponi u kien magħruf għaliha sa dak iż-żmien. Għalhekk, dan kien żmien importanti ħafna għal Bach għaliex fih, Bach ġie nfluwenzat minn dan l-istil u anke ikkompona diversi xogħlijiet important fosthom suits orkestrali, suits għaċ-cello, violin, u l-famuż Brandenburg Concertos.

Interessanti li Bach u Handel twieldu fl-istess sena iżda qatt ma ltaqgħu. Infatti, fl-1719, Bach kien mar f ’Halle, 35 kilometru il-bogħod minn Kothen, speċifikament biex jiltaqa’ ma’ Handel iżda dan tal-aħħar kien inzerta ma kienx fil-belt. Fl-1730, wieħed mit-tfal ta’ Bach mar jistieden personalment lil Handel iżda qatt m’għadda għand Bach.Fis-7 ta’ Lulju tal-1720, waqt li Bach kien qiegħed jivvjaġġa mal-Prinċep, Maria Barbara Bach, il-mara ta’ Bach mietet ħabta u sabta. Sena wara, fit-3 ta’ Diċembru tal-1721, Bach iżżewweġ soprana talentuża ferm u li kienet 17-il sena iżgħar minnu u kien jisimha Anna Magdalena Wilcke. B’kollox Bach kellu 20 tifel u tifla. Dawn kien jisimhom, Carl Philipp Emanuel, Johann Christian, Wilhelm Friedemann, Johann Christoph Friedrich, Johann Gottfried Bernhard, Elisabeth Juliana Friederica, Gottfried Heinrich, Catharina Dorothea, Regina Johanna, Johann Christoph, Maria Sophia, Regina Susanna, Johann August Abraham, Ernestus Andreas, Christiana Sophia Henrietta, Christiana Benedicta Luise, Christian Gottlieb, Leopold Augustus, Johanna Carolina, Christiana Dorothea.

Fl-1723, Bach ġie appuntat biex ikun it-Thomaskantor (Direttur mużikali) tal-Knisja ta’ Thomaskirche, Knisja ta’ San Tumas. Din il-knisja u dan l-irwol prestiġġjuż jinkorpora fih li jagħti servizz ukoll fil-knisja ta’ San Nikola, Neue Kirche, u Peterskirche. Bach kien ukoll mistenni li jgħallem f ’Thomasschule. F’dan iż-żmien li fih kien qed jgħallem f ’din l-iskola, Bach qabad xi soprani, alti, tenuri u baxxi u beda jattendi funerali u tiġijiet biex idoqq fihom u biex idaħħal xi ħaġa iktar tal-flus għall-klassi u għat-tgħalim li kien jgħallem.

F’Marzu tal-1729, Bach ingħata l-kariga ta’ direttur tal-Collegium Musicum, ensemble li kien beda kompożitur ieħor famuż Georg Philipp Telemann. Bħala informazzjoni dwar il-Collegium Musicum, wieħed irid jgħid li din kienet soċjeta`, bħall-baned tal-lum, fejn kienet prominenti fil-ħajja mużikali tal-bliet il-kbar Ġermaniżi. Minn dawn

is-soċjetajiet, wieħed kien isib diversi u x’aktarx kienu jkunu mwaqqfa minn kompożituri ta’ fama. Dawn kienu regolarment jesebixxu ir-repertorju tagħhom f ’postijiet pubbliċi u f ’postijiet fejn kienu jattendu ċertu livell għoli tas-soċjeta`. B’hekk, kienet ta’ unur li xi hadd ikun direttur ta’ grupp/soċjeta` bħal din.

Fl-1747, Bach żar lir-Re Federiku II f ’Potsdam. Dan ir-Re daqq tema lil Bach u sfidah biex idoqq fuga fuqha. Bach improvizza fuga fi tliet partijiet, novella, u wara ftit offra lir-Re żewġ fugi, canon, u trio, ibbażati fuq it-tema tar-Re. Il-fugi huma wkoll it-tnejn li huma maqsumin f ’sitt partijiet! Inkredibbli! Fl-istess sena Bach daħal fil-Correspondierende Societet der musicalischen Wissenschaften (Corresponding Society of Musical Sciences). Din kienet soċjeta` prestiġġjuża ferm u biex tidħol tagħmel parti minn din is-soċjeta`, wieħed ried jagħti nkwatru bħala sottomissjoni għad-dħul. Bach għal din il-preżentazzjoni, tal-inkwatru li llum il-ġurnata huwa l-iktar wieħed famuż u sinonimu m’ismu, xogħol ta’ Elias Gottlob Haussmann.

Fl-1749, Heinrich von Bruhl kiteb biex jinstab xi ħadd biex jieħu post Bach bhala Thomaskantor u bħala direttur mużikali. Dan għaliex saħħet Bach kienet marret lura ħafna. Dan von Bruhl kiteb li għandu jinstab xi ħadd eventwalment imut Bach. Bach kull ma’ jmur beda jagħma u l-kirurgu oftalmologu Ingliż John Taylor spiċċa eventwalment opera lil Bach. Ftit qabel din l-operazzjoni, Bach kien ikkompona choral sabiħa mmens bl-isem ta’ Komm Susser Tot (Come sweet death). Bach miet nhar it-28 ta’ Lulju tal-1750. Gazzetta lokali rrappurtat li kienet konsegwenza ta’ kumplikazzjonijiet tal-operazzjoni t’għajnejh. Studjużi llum jaħsbu li seta’ kienet puplesija kawżata minn pulmonite. Bach kien ġenju u pilastru kbir għall-mużika u fonti ta’ ispirazzjoni għall-mużiċisti u kompożituri. Mużika li tpaxxi l-widna u armonjuża ferm. Nissuġġerixxi ferm lill-qarrejja biex jisimgħu ftit mill-chorals tiegħu li huma sbieħ immens u anke xi fuga li taffaxxinak kemm bl-abbilita` tal-organista li jdoqqha kif ukoll tal-kompożitur Bach. Iktar riċenti, wara l-gwerra, organista famuż li jġib l-isem ta’ Virgil Fox, qabad il-mużika ta’ Bach u irnexxielu jaddattaha għall-ġenerazzjoni preżenti. Fuq ‘youtube’ wieħed jista’ jsib dawn ir-recordings ta’ Fox fejn jaqbad Gigue ta’ Bach u jdoqqha waqt kunċert f ’teatru u l-udjenza tispiċċa ċċapcap ritmikament miegħu u anke tiżfen! 300 sena wara u l-mużika tiegħu għadha tintogħġob!

IKLA TAL-FESTANHAR IT-TNEJN 10 T’AWWISSU

FIR-RESTAURANT DON BERTO BIRGU WATERFRONTĦIN: FIS-1.00PM

SET MENU VARJAT PREZZ - €25GĦALL-BOOKING IKKUNTATTJAW LIL

BJORN CALLUS JEW LIL OSCAR ADAMI

LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88 17

ENGLISH BREAKFAST QABEL IL-MARĊ TA’ FILGĦODUNHAR IL-ĦADD 9 T’AWWISSU

FIL-KAŻIN TAL-BANDA SAN LAWRENZĦIN: FID-9.00AM PREZZ - €5

GĦALL-BOOKING IKKUNTATTJAW LIL BJORN CALLUS 9942 8597

Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosatippreżenta

‘HAKUNA MATATA – A JOURNEY THROUGH DISNEY’

Programm Mużikali bi Spettaklufil-‘Vittoriosa in Festa’

fuq il-Planċier Artistiku tas-Soċjeta’Il-Ġimgħa 7 t’Awwissu, 2015 mid-9.15pm il-quddiem

Marċ Magħqudin u Ferħanin Paul SchembriWaltz 20 th Anniversary Paul SchembriPasadoble Andalusia Paul Schembri

Diskors tal-okkażjoni mis-Sur Simon Farrugia u preżentazzjonijiet lis-Surmast Paul Schembri fi tmiem il-kariga tiegħu bħala Surmast Direttur

Innu Marċ Ċentinarju Paul Schembri

Wara 35 sena jmexxi lill-Banda Vittoriosana San Lawrenz is-Surmast Paul Schembri jgħaddi l-bakketta tad-direzzjoni lis-Surmast Jonathan Abela

Innu Marċ San Lawrenz Giuseppe FrendoSigla Waltz Disney Arr. Christopher PisaniFantasia Themes from Walt Disney John VinsonPrince of Egypt When you Believe Stephen SchwartzNovel The Chronicles of Narnia Arr. P. MurthaTarzan You’ll be in my Heart Arr. Joe BrownSleeping Beauty Once upon a dream Arr. Jonathan AbelaSymphonic Suite Pirates of the Caribbean Klaus Badelt/ Arr. J.WassonPinocchio When you wish upon a star Arr. Jonathan AbelaFrozen Let it go K & R Lopez/Arr. A. CallejaJungle Book Bare Necesitties Arr. Joe BrownMedley The Lion King Arr. John HigginsInnu Marċ Ċentinarju Paul SchembriInnu Popolari San Lawrenz Lorenzo GaleaInnu Banda San Lawrenz H.H.Dalli

Flimkien mal-Banda ser jieħdu sehem il-kantanti J Anvil, Tiziana Calleja u Nathalie Pace,

il-grupp taż-żfin ‘Centre Stage’ u l-Għaqda Piroteknika 10 t’Awwissu. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun taħt id-direzzjoni

tas-Surmast Paul Schembri u s-Surmast Jonathan Abela.

18 LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88

Wara r-rebħ ta’ Malta fuq l-Imperu Ottoman fl-1565, il-Maltin mgħejuna mill-Ordni tal-Kavallieri poġġew

lil gżiritna f ’ġħajnejn is-slaten tal-Ewropa. Dak in-nhar il-Birgu ngħata t-titlu mill-Gran Mastru Jean De Valette ta’ Belt Vittoriosa, erbgħa mija u ħamsin sena ilu. Ġieħ kbir li baqa’ jissemma u jintwera lejn Malta sakemm fl-1928 ġiet stabbilita Festa Nazzjonali nhar it-8 ta’ Settembru bħala tifkira ta’ din il-ġrajja storika u erojka. F’dan il-jum jaħbat ukoll it-twelid tal-Verġni Marija.

Fl-1954 twaqqfet fil-Birgu s-Soċjeta` Storika u Kulturali u sa mill-bidu tagħha ħasset l-importanza li f ’pajjiżna jkun jixraq li tiġi organizzata tifkira ta’ din il-ġrajja. Għalhekk is-Soċjeta`, bla mezzi ta’ xejn, talbet l-għajnuna tal-Kumitat Festi Nazzjonali flimkien mal-għaqdiet tal-Birgu, prinċipalment is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz u l-fergħa Maltija tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. U hekk beda jsir ta’ kull sena sal-1992 meta l-Kunsill Lokali ikkonferma Jum ir-Rebħa tal-Assedju 1565 bħala ‘Jum il-Birgu.’ Il-Kunsill ħa f ’idejħ b’xejra uffiċjali ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ kull sena b’akbar solennita`.

Ir-raba ċentinarju tas-sena 1965Fis-sena 1965 ħabat ir-raba’ ċentinarju tar-rebħa għal pajjiżna, fuq kollox għar-reliġjon Kattolika. Għal dan il-għan, bl-appoġġ tal-Kolleġġjata Lawrenzjana u s-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz, is-Soċjeta` Storika/Kulturali ħasbet minn kmieni biex torganizza attivitajiet li jinvolvu l-kommunitajiet diversi u biex dawn jitħajru jieħdu sehem. F’kull okkażjoni l-istandard tal-Ordni Gerosolomitan, li jissejjaħ tar-Reliġjon, beda jittajjar minn fuq il-bjut sa mill-ewwel ta’ Mejju. L-attivitajiet, tajjeb li nfakkru bdew hekk:-

1) Laqgħa għat-tfal tal-iskejjel fil-Birgu quddiem il-monument tal-Vitorja2) Ġrajja oħra kienet l-inawgurazzjoni tal-Knisja tal-Lunzjata b’quddiesa solenni mill-Pirjol assistit mill-Arċipriet tal-Parroċċa San Lawrenz. Il-Knisja ġġarfet kompletament fl-1941 bil-bombi tal-gwerra.3) Filgħaxija tal-istess jum, il-banda tar-reġiment ‘Duke of Edinburgh’ għamlet marċ u parata militari fil-pjazza. Il-kmandant Ingliż qiegħed kuruna tar-rand f ’riġlejn il-monument. Ir-reġiment kien mistieden fil-każin tal-banda tagħna.

4) Is-Soċjeta` Storika/Kulturali nidiet ħarġiet għall-pubbliku in ġenerali madwar il-lokalitajiet storiċi konnessi mal-Assedju. Bdew jidhru kitbiet fil-ġurnali u sejħet kompetizzjoni għat-tfal fuq dan is-suġġett.5) F’Ġunju, l-Banda tal-Malta Land Force daħlet il-Birgu, esegwiet parata, il-Kurunell Tabone ngħata salut u qiegħed kuruna tar-rand f ’riġlejn il-monument tal-Vitorja b’rispett lejn il-mejtin fil-ġlied, ħafna minnhom midfunin fil-pjazza.6) Il-Franġiskani Kapuċċini ħadu parti huma wkoll billi mxew f ’korteo mill-bidu ta’Triq il-Kbira sal-monument tal-Vitorja fejn iċċelebraw quddiesa fil-pjazza.7) Il-Banda Prince of Wales daqqat marċi nhar is-7 ta’ Settembru u wara sar diskors patrijottiku mill-President tal-Banda t-tabib Joseph Saliba.8) Il-qofol ta’ dawn l-attivitajiet, l-400 mitt sena tar-rebħa glorjuża, kienet ċertament il-kant tat-‘Te Deum’ fil-Knisja Konventwali ta’ San Lawrenz nhar is-7 ta’ Settembru filgħaxija, preċizament fejn kien tkanta u daqqew il-qniepen ferrieħa, 400 mitt sena qabel. L-Arċisqof Gonzi ntlaqa’ minn skwadra navali ta’ Sant’Anġlu b’salut fil-pjazza fejn wara kompla fi triqtu lejn il-Knisja għal funzjoni liturġika. Fost il-mistiedna miġbura biex jassistu għall-kant ta’ ringrazzjament lil Alla ta’ din il-ġrajja qaddisa kienu preżenti l-Kavallieri ta’ Malta fosthom il-viċi Kanċillier Enrico Rampolla. Irħama kommemorattiva b’kitba bil-latin minsuġa mill-Kanonku Teologu Anton Zammit Gabaretta twaħħlet u nkixfet mal-faċċata tal-Knisja.9) Fil-pjazza d-diskors tal-okkażjoni għamlu l-Professur Edward Coleiro, l-awtur tat-tagħrif ‘Pass pass mal-Assedju’ mxandar fuq ir-redifussion matul it-tliet xhur ta’ ħbit.10) F’okkażjoni sinjifikattiva oħra ġew preżentati standardi bl-emblema ta’ tmien lingwi tal-Ordni lis-Soċjeta` storika Kulturali mill-Ambaxxaturi residenti f ’Malta. Dawn l-istandardi qegħdin esebiti fil-Mużew tal-Knisja.

Il-Vittoriosani tal-lum mhux bilfors jiftakru x’sar ħamsin sena ilu, min miet, oħrajn twieldu, għalhekk aħna f ’din il-kitba qed infakkru bi pjaċir u dover l-istorja tagħna. Għandi nifhem li kulħadd jixtieq jerġa’ jassisti din l-epoka ta’ storja qalbiena li seħħet f ’pajjiżna 450 sena ilu tiġi ripetuta fil-Birgu. Huwa propju hawn li l-festi kommemorattivi ċinkwantenarju għandhom jiġu ċelebrati.

L-Erbgħa Mija u Ħamsin sena mill-ġrajja tal-Assedju l-Kbir

jikteb George Cilia

BBQ TAS-SAJFNHAR IL-ĠIMGĦA 28 T’ AWWISSU, 2015

FIL-MELLIEĦA HOLIDAY COMPLEXPREZZ - €25 INKLUŻ IT-TRASPORT

GĦALL-BOOKING IKKUNTATTJAW LIL OSCAR ADAMI, KAXXIER JEW LIL EUGENIO PELLICANO

LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88 19

Lil Toni Farrugia jew Toni l-Opri kulħadd jafu l-Birgu, min hu midħla tal-festa u

issa mhux il-Birgu biss jafuh iżda ħafna mid-dilettanti tal-festi Maltin minħabba l-ħafna xogħolijiet li jagħmel ma’ diversi lokalitajiet. Minħabba li Toni għandu l-istess eta` tiegħi, it-tnejn twelidna fiċ-ċentinarju tal-miġja ta’ missierna San Pawl fi gżiritna fis-sena 1960 u għalhekk f ’dak li għandu x’jaqsam mal-Festi Esterni ta’ San Lawrenz konna niffrekwentaw l-istess imkejjen. San Filippu u tal-Karmnu kienu l-imħażen fejn qattajna ħafna żmien ta’ tfulitna u min jaf kemm tlewwimna biex nilħqu ħabel ħalli ntellgħu xi pavaljun ta’ xi triq żgħira u mwarrba hekk kif jibda ħiereġ id-drapp fil-ġimgħa tal-festa. Inkella niġġebbdu u nixxabbtu biex Salvu l-Ħampi iħallina nitilgħu fuq it-trakk tal-festa u aħna u neżlin mil-lunzjata aħna u narmaw il-kolonna il-kbira konna nkantaw ……. (aħjar le!!).

Iż-żmien għadda u għalkemm kulħadd qabad triqtu, jien Birżebbuġa u hu s-Siġġiewi pero` l-fjamma u s-seħer tad-delizzju ta’ dawk id-disinji barokki fuq dak id-drapp aħmar skur jixxengel u jitbandal maż-żiffa t’Awwissu għadha hemm. Dan sakemm il-wind finder ma jimmarkax xi forza 6 jew 7 kif iħobb jagħmel hekk kif ixomm l-ewwel ġimgħa t’ Awwissu.

Wara ħafna tentattivi għall-appuntament biex nagħmillu l-interviżta (naħseb iktar diffiċli mill-Prim Ministru), fl-aħħar ftehemna għas-Sibt wara nofsinhar fil-kamra tal-kafe` tal-knisja tagħna. U kif issettiljajt il-laptop biex nibda intektek dlonk qalulna li dalwaqt se jitfgħu d-dawl minħabba xogħolijiet li qed isiru u bħaċ-ċ… kellna nittrasferixxu ruħna fuq mejda tal-każin tal-Banda fil-pjazza ewlenija.

Familtu Bdejna bis-soliti mistoqsijiet u ħadt is-soliti tweġibiet. Hekk Toni li hu tifel waħdu qalli li twieled fl-4 ta’ Mejju tas-sena 1960, missieru Lorry kien midħla tal-każin u għamel ħafna żmien fil-kumitat tant li anki kont ghamiltlu interviżta għal din ir-rubrika. Fil-fatt qisu il-bierah niftakar li missieru kien miet fid-9 t’Awwissu 2010, lejlet San Lawrenz u l-funeral tiegħu kien l-għada tal-festa meta l-pavaljuni kienu għadhom iperpru fi Triq tal- Lunzjata. Ommu Helen xebba Bonnici mietet ħesrem u kienet xokk kbir għal Toni. Helen kienet propja mill-Kalkara iżda minħabba il-gwerra familtha ta’ ftit xhur ġew joqogħdu l-Birgu.

Isem Ir-raġuni li ssemma Toni kienet li meta kienet tqila ommu għamlet wiegħda quddiem l-istatwa tal-ġebel ta’ Sant Antnin ħdejn il-knisja tal-Kapuċċini ta’ Santa Liberata il-Kalkara li jekk ikollha tifel isemmih għalih.

Tfulija Hu twieled u qatta’ l-ewwel żmien f ’dik l-area li aħna konna nsejħulha l-pjazzetta u issa spiċċat u nqerdet u baqa’ biss memorji tagħha. Ta’ sitt snin marru joqogħdu fi Triq La Valette eżattament quddiem il-belvedere tas-simenta. Min jaf kemm il-darba jien u sħabi ġejna mistednin għal dak il-flixkun birra kiesaħ, żewġ żebbuġiet mimlija u ponn karawett hekk kif il-marċ ta’ filgħodu jasal ħdejh.

Edukazzjoni u XogħolBħala skola primarja hu mar l-iskola tal-gvern tal-Fortini u wara attenda il-kulleġġ De La Salle sas-sixth form. Fis-sena 1979 għamel u għadda mill-eżami għall-impjieg fl-Air Malta fejn għadu sal-lum bħala co-ordinator officer fid-dipartiment tal-Engineering.

Ħajja SoċjaliBħal kulħadd, meta kien żgħir hu kien jattendi l-mużew u wara meta tfarfar daqsxejn hu daħal fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ immexxi minn Dun Lawrenz Bonnici u anke għamel xi żmien fil-Kumitat Ċentrali

Ħbieb u ĦruġApparti dawk involuti fil-festa bħala ħbieb viċin tiegħu li kien joħroġ magħhom kien hemm fost oħrajn Ġużi Zammit, l-aħwa Bezzina Joe u Mario, Lawrence Spiteri ‘il-boċċu’, Eugenio Pellicano, u la kien hemm Eugenio kien hemm jien ukoll.

Billi Toni hu tal-eta` tiegħi naf eżattament fejn kien imur meta beda jitfarfar u bdejna noħorġu barra mill-Birgu L-ewwel bdejna nippassiġġaw il-Belt u nispiċċaw b’xi film jew xi pizza il-Merry Chef imbgħad bil mod il-mod anke meta bdejna nixtru l-karozzi bdejna noħorġu lejn tas-Sliema, San Ġiljan u l-aħħar stazzjon Paceville. U propja f ’waħda minn dawn is-sajdiet tagħna li Toni iltaqa’ mal-

Wiċċ Imb’Wiċċ ma’ Anthony Farrugia minn Paul Micallef

20 LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88

mara tiegħu Tessie, eżattament fil-Fortizza fix-xatt ta’ Tas-

Sliema li dak iż-żmien kien post idejali biex ‘tgħabbi’ tfajla.

Żwieġ u familjaLil Tessie xebba Aquilina Toni iżżewwiġha fit-12 ta’ Diċembru 1987. Billi hija mis-Siġġiewi hu żżewweġ fil-parroċċa ta’ San Nikola u mar u għadu joqgħod fl-istess raħal fl-area magħrufa bħala Ta’ Brandin.

Miż-żwieġ tiegħu hu għandu żewġt’ itfal, ma jistax jonqos Lawrence li llum għandu 26 u qed jistudja għad-dottorat fil-enġinerija u t-tifla bl-isem ta’ Rossana li qed tistudja l-universita` u se tiggradwa fl-ekonomija u l-accounts. Kontra missierhom it-tnejn li huma ma ħarġux dilettanti tal-armar fil-festi u fil-knisja.

ĠibdaPero` Toni dejjem kellu għal qalbu dawk l-affarijiet li aħna insejħu ‘tal-knisja’. Hekk li anke bħala tifel id-dar kien jilgħab bil-knisja u l-hena tiegħu u kien jarma mudell ta’ knisja li kellu għall-festi li kien imiss naturalment bl-ikbar tnejn ikunu għall-Ġimgħa l-Kbira u għal San Lawrenz. Fil-fatt fid-dar tiegħu hu għad għandu mudell tal-knisja tiegħu sal-lum u għalkemm jien qatt ma rajtha personalment mhux l-ewwel darba li rajt ritratti tagħha permezz tal-internet.

Għalkemm kellu ġibda kbira lejn l-armar ta’ ġewwa pero` Toni kien u għadu dilettant kbir tal-armar ta’ barra. U ma jistax jonqos li tkun dilettant ta’ dan id-delizzju jekk tkun mill-Birgu u l-festa tiegħek tkun dik ta’ Lorenzu!

Għalhekk, bħali u bħal tfal oħra, kien jiffrekwenta l-imħażen tal-festa tagħna fiż-żmien meta fil-kumitat kien hemm id-duo Salvu Attard u Anton Gellel. Kien ukoll jgħin kif jista’ fl-armar ta’ barra speċjalment meta jibda joħroġ id-drapp.

AnedottiMeta staqsejtu jekk għandux xi memorja ta’ xi inċident partikolari hu semmieli wieħed waqt li kienu qed jarmaw l-istatwi tal-pjazza. Dak iż-żmien l-istatwi konna inniżluhom fuq il-famuż karettun b’xi saqqu antik jew biċċa foam biex ma ssirx ħsara. Toni jiftakar li hekk kif kienu neżlin b’San Romano min-niżla ta’ San Flippu ma jafx kif u għaliex kien infaqa’ it-tyre tal-karettun u l-karettun ħarab. Biex ma ssirx traġedja hu baqa’ jżomm il-karettun, u bil-fixla ħarbitlu il-karkura li kien liebes imma xorta baqa’ jidderieġi l-karettun li issa kien b’rota waħda. Billi dak il-ħin kien wara nofsinhar fl-eqqel tax-xemx taħraq t’Awwissu, hu spiċċa ħafi fuq it-tarmak jikwi tal-pjazza jżomm lil San Rumanu, li billi dan anke wieqaf waħdu kien jegħleb, baqa’ jżommu u tistgħu taħsbu x’effett kellu fuq il-pali ta’ saqajh. Nuffati u bżieżaq u dam idellek ingwent u jagħmel fumenti sal-Vitorja!

Festi ŻgħarSemmieli wkoll li dak iż-żmien kienet id-drawwa li kienu jiġu organizzati numru ta’ festi żgħar f ’ċerti areas tal-Birgu. Hekk żgur kienet issir festa fi Triq Mistral minn dak li hu llum Fr. John Avellino, festa oħra fi Triq id-Dejqa minn Manuel Camilleri u anke Joe Borg, festa oħra fuq il-bejt tal-flat ta’ Antoine Scerri (illum qiegħed l-Amerika) u anke Toni flimkien mal-‘kumitat’ kien jorganizza l-festa tiegħu.

L-organizzaturi minbarra hu kien hemm Lawrence Carachi u David Piscopo. Din il-festa kienet issir f ’dak it-taraġ dejjaq li hemm bejn it-toroq La Valette u Santa Skolastika. Il-programm kien jinkludi tlugħ fuq il-kolonna tal-istatwa, naturalment żgħira u tat-tafal, ta’ San Lawrenz jagħti d-dawl lill-għomja. Bħala l-kolleġġjata kien hemm il-kamra tan-nanna ta’ David u kienu jżejjnu it-triq bil-pavaljuni tal-karti u liedna. Il-festa kienet normalment issir fil-weekend waqt in-novena u għaliha kienu jinġabru ħafna tfal.

Talent Sa minn meta kien għadu żgħir Toni kien ipinġi disinji tal-armar tal-festa u anke kien jagħmel xi statwi tal-plasticine u tafal bħal dawk li kien jixtri mingħand Pawla ta’ quddiem il-Lunzjata, Bethlehem Bazaar u Cordina tal-Belt Valletta.

U meta kien ikun il-maħżen ta’ San Filippu mhux l-ewwel darba li kien imidd idejh fosthom li jiżbogħ xi statwa. Minn ħaġa għall-oħra u wara beda jisfuma xi drapp fosthom bandalori żgħar tat-trufej tat-tela’ tal-pjazza, bandalori, pavaljuni u anke bnadar. Fil-fatt Toni qalli li bħala l-ewwel biċċa xogħol tiegħu hu jqis bħala sfumar ta’ bandiera t’Anton Gellel.

Laqam Fil-fatt f ’dan iż-żmien twaħħad il-laqam ‘l-Opri’ ma’ Toni minħabba li d-dilettanti kienu jistaqsuh u jassoċċjawh mal-paġna fil-programm tal-festa tagħna ‘L-Opri ġodda’. Toni qatt ma jkun nieqes biex bit-talent u l-ħidma tiegħu għal kważi kull sena jgħin biex din ir-rubrika timtela’ b’ lista twila ta’ opri ġodda.

LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88 21

Xogħol għall-festaMinn hemm qatt ma ħares lura u l-lista tax-

xogħol li hu għamel volontarjament u b’xejn għall-festa tagħna ma tispiċċa qatt. Din tinkludi xogħol ta’ sfumar ta’ bandieri, pavaljuni għal mal-gallariji, pavaljuni kif ukoll bandalori. Fosthom insibu pavaljuni għal dawn it-toroq: La Valette, Sagra Infermerija, Hilda Tabone, Ċentinarju, Kwartier, Dejqa, San Filippu u l-iskontri ta’ Triq il-Mina l-Kbira, Bandalori li aħna nsibuhom tal-PAX,żewġ settijiet tal-Gran Mastri kif ukoll żewġ settijiet ta’ bnadar tal-Gran Mastri li saru fis-snin 1980 u 2003. Tajjeb wieħed jgħid li hemm minnhom li minn dak iż-żmien ‘l hawn inbidlu.

Minbarra hekk, hu żebagħ diversi sopraporti fosthom ta’ Triq is-Sagra Infermerija kif ukol ta’ Triq il-Kwartier kif ukoll irrestawra u żebagħ diversi statwi, fosthom il-Papa Urbanu, iż-żewġ anġli ta’ Triq Nestu Laiviera kif ukoll għal darbtejn fis-sena 1983 u għaxar snin wara l-10 qaddisin tal-pjazza.

Toni jagħmel ukoll ingrandimenti ta’ disinji kif ukoll iħażżeż disinji fosthom għal sett bandalori li meta iżżanżnu kienu ntramaw fil-pjazza.

Każin tal-BandaGħalkemm missier Toni, Lorry, Alla jaħfirlu, kien midħla sew tas-Soċjeta` Mużikali tagħna tant li kien bandist kif ukoll għal ħafna żmien fil-kumitat, Toni qatt ma wera l-ħajra la biex idoqq u wisq iżjed biex ikun attiv fil-każin. Madankollu xorta jgħożż u japprezza l-għaqda taghna tant li volontarjament għamel ħafna xogħlijiet.

Dawn jinkludu restawr tal-erba inkwatri tal-Papiet, 2 fire places, għamara, vetrini tal-kotba, sopraporti kif ukoll kien għamel il-medalji bħala souvenirs tal-mitt sena mit-twaqqif mill-banda tagħna fis-sena 1983.

Xogħol ieħorToni għamel diversi xogħol ieħor għal diversi knejjes taħt il-parroċċa fosthom l-armi ta’ mal-faċċati kull darba li jinbidel l-Arċisqof kif ukoll mad-dar tal-Arċipriet.

Xogħol barra l-BirguIllum xogħol Toni infirex f ’diversi lokalitajiet fosthom f ’Ħal-Lija fejn żebagħ u rħama kemm it-tribuna kif ukoll iz-zokklu tal-parroċċa, il-knisja tas-samra il-Ħamrun, il-parroċċa ta’ Stella Maris f ’Tas Sliema, il-Mellieħa, Ħad-Dingli, Ħal-Għaxaq, Marsaxlokk, il-parroċċa ta’ San Bastjan, Ħal-Qormi u ma jistax jonqos il-post fejn joqgħod, is-Siġġiewi.

Minbarra żebgħa, sfumar, irħamar, disinji u ingrandiment Toni, jaħdem ukoll fl-induratura kemm fuq deheb vera u deheb bil-mistura. U dan l-aħħar permezz tal-għajnuna tal-mara tiegħu anke qiegħed iħit xi bnadar.

Xogħol għal barra minn MaltaIllum Toni jaħdem ħafna fuq statwi żgħar tat-tafal li reġa’ hawn domanda kbira għalihom speċjalment emigranti l-iktar Għawdxin mill-Amerika, l-Awstralja u l-Kanada. Pero` anke permezz tal-internet qegħdin jidħlu ordinijiet mill-Italja, u dan l-aħħar anke saħansitra mill-Oman.

Minbarra s-solieti statwi titulari tal-bliet u rħula tagħna, Toni jagħmel statwi ta’ qaddisin li ma ssibx tixtrihom fil-ħwienet bħal San Denis, San Policarpo, San Erażmu, San Elija, San Anton Abbati, Santa Ursola, Sant’ Appolonja eċċ eċċ.

Toni kellu is-sodisfazzjoni li fis-sena 2002 tella solo exhibition tax-xogħol tiegħu fit-tafal fl-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu.

Proċessjonijiet sekondarjiGħalkemm illum Toni m’għadux joqgħod il-Birgu, qalbu hemm qiegħda u sakemm tħallilu ħin liberu l-impenji familjari, hu għadu jagħti kontribut. Ħaġa li qed tirnexxi hi li flimkien ma’ Karmenu s-Sagristan qegħdin jieħdu ħsieb il-fratelli għall-proċessjonijiet tal-Qalb ta’ Ġesu` u ta’ San Ġużepp. Għalhekk dawn il-fratelli minflok is-soliti persuni li jiġu li kienu jitħallsu dawn inbiddlu għal nies bħali mill-Birgu li m’għadhomx joqogħdu hemm. Prosit Ton u keep it up!

GħeluqBiex nagħlaq din l-interviżta, bħala ritwal staqsejtu s-soliti opinjoni fuq il-festa, każin u l-Birgu. Dwar is-soċjetajiet in ġenerali b’sinċerita` hu weġibni li llum il-volontorjat naqas, u allura l-ispejjeż kibru u l-istil ta’ ħajja hija differenti u llum wieħed minflok iqatta’ ħin għall-festa kulħadd qiegħed jaħseb għal xi part time biex iħallas loan għad-dar jew karozza. Għalhekk għandu jsir l-aħjar użu tar-riżorsi u trid tippjana sew u tagħmel kemm tiflaħ u kif tista’. M’għandhomx jittieħdu deċiżjonijiet fis-saħna tal-mument waqt l-entużjażmu.

Dwar il-każin Toni kien kemmxejn pessimist u qal li jekk ma jkunx hemm demm żagħżugħ il-każin qiegħed fil-periklu jekk tispiċċa l-ġenerazzjoni ta’ Lorry Farrugia u ta’ Oscar. B’sogħba qalli li din is-sitwazzjoni diġa` qed tinħass meta sema’ li jekk ma tinstabx l-għajnuna aktarx li l-wirja Getsemani mhux se tintrama’ sena oħra. Jaħseb li fil-futur din is-sitwazzjoni għad tiġi fuq il-festa minħabba l-ammont kbir ta’ armar li hemm.

Dwar il-Birgu minbarra li hu kategorikament kontra li jerġa’ jinbena t-torri tal-arloġġ f ’nofs ta’ pjazza hu jhoss li fil-Birgu qegħdin jonqsu il-Vittoriosani u għalhekk ma jħossux dak li nħossu aħna lejn dak li hu Lawrenzjan.

B’dawk il-fehmiet sinċiera sellimt lill-ħabib tiegħi Toni u f ’qalbi għidt ‘kellu bżonn kulhadd iħobb bil-fatti il-kult Lawrenzjan bħal ma’ jħobbu Toni’. Naħseb, anzi ċert li taqblu miegħi.

22 LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88

ATTIVITÀ GĦAX-XHUR TA’ LULJU - AWWISSU 2015L-Erbgħa 1 ta’ Lulju Fl-10.00am Laqgħa tal-Kummissjoni FinanziIl-Ġimgħa 3 ta’ Lulju Fis-7.30pm Laqgħa tal-Kummissjoni Birgu FestIt-Tlieta 7 ta’ Lulju Fis-7.00pm Laqgħa tal-Kumitat ĊentraliIt-Tlieta 21 ta’ Lulju Fis-7.00pm Laqgħa tal-Kumitat ĊentraliL-Erbgħa 22 ta’ Lulju Fit-8.30pm Servizz tal-Banda fil-Balluta Festa tal-Madonna KarmnuIl-Ġimgħa 24 ta’ Lulju Bidu għall-Armar tal-Planċier Fis-6.30pm Kunċert tal-BandaIs-Sibt 25 ta’ Lulju Fit-8.00pm Ikla tal-Festa fil-bitħa tal-KażinIl-Ħadd 26 ta’ Lulju Fis-7.00pm sehem tal-Banda San Lawrenz fil-Festa tal-Kristu Re ġewwa Raħal ĠdidIt-Tnejn 27 ta’ Lulju Armar tal-PlanċierIt-Tlieta 28 ta’ Lulju Armar tal-Planċier Fis-6.30pm Kunċert tal-BandaL-Erbgħa 29 ta’ Lulju Armar tal-PlanċierIl-Ġimgħa 31 ta’ Lulju Sehem fil-Funzjoni Pastorali fl-okkażjoni tal-Ħruġ tal-Istatwa min-niċċa Fid-9.30pm bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz b’marċ brijużIs-Sibt 1 t’ Awwissu Kunċert tal-BandaIt-Tnejn 3 t’ Awwissu Inawgurazzjoni tal-Faċċata tal-Każin - Marċ mill-Banda San Lawrenz, diskorsi, mixgħela tal-Faċċata u kxif ta’ lapidi mill-Ministru Joe Mizzi u wara riċevimentIt-Tlieta 4 t’ Awwissu Kunċert tal-BandaL-Erbgħa 5 t’ Awwissu Fit-8.00pm Riċeviment tal-Festa Il-Ħamis 6 t’ Awwissu Kunċert Ġenerali Fit-8.00pm Marċ mill-Banda San Ġużepp ta’ Ħal GħaxaqIl-Ġimgħa 7 t’ Awwissu Fit-8.00pm Marċ mit-Triq il-Mina l-Kbira sal-Pjazza tal-Belt Vittoriosa fejn wara jsir Programm Mużikali fuq il-Planċier Artistiku tal-BandaIs-Sibt 8 t’ Awwissu L-Antivigilja ta’ San Lawrenz - Fid-8.45pm il-Banda Vittoriosana San Lawrenz takkumpanja l-istatwa ta’ San Lawrenz jagħti d-Dawl lill-Għomja sa fuq il-kolonna Il-Ħadd 9 t’ Awwissu Lejliet San Lawrenz - Fl-10.30am il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tagħmel il-marċ tradizzjonali tat-Te Deum It-Tnejn 10 t’ Awwissu SOLENNITÀ TAL-FESTA TA’ SAN LAWRENZ Fid-9.00am Delegazzjoni mill-Kumitat tattendi għall-Quddiesa tal-Festa Fis-1.00pm Ikla tal-Festa fid-Don Berto Restaurant It-Tlieta 11 t’ Awwissu Żarmar tal-Planċier Fid-9.00pm il-Banda Vittoriosana San Lawrenz takkumpanja l-istatwa ta’ San Lawrenz jagħti d-dawl lill-Għomja minn fuq il-Lunzjata sal-Oratorju tal-Kurċifiss. Il-Ġimgħa 14 t’ Awwissu Fis-7.00pm Laqgħa tal-Kumitat Ċentrali Is-Sibt 15 t’ Awwissu SANTA MARIJA - Festa Kmandata Il-Ġimgħa 21 t’ Awwissu Fit-8.30pm Sehem tal-Banda San Lawrenz fil-Festa ta’ San Leonardu f’Ħal Kirkop Il-Ħadd 23 t’ Awwissu Marċ ta’ filgħodu mill-Banda San Lawrenz fil-Festa ta’ Lourdes ġewwa Raħal ĠdidIl-Ġimgħa 28 t’ Awwissu BBQ fid-Danish Village ġewwa l-Għadira

LuLju - Awwissu Ħarġa Nru. 88 23

Ironmongerygħal dak kollu li wieħed ikollu bżonn għad-dar

56, La VaLLette Street,VittorioSa

Tel: 2180 7535