Upload
doanlien
View
257
Download
1
Embed Size (px)
Citation preview
X’inhu r-riħ?
• Id-dinja hija mdawra b’saff ta’
arja li qiegħda f’moviment il-ħin
kollu.
• Ir-riħ jinħoloq meta arja sħuna u arja kiesħa jersqu viċin
xulxin. Hawnhekk tinħoloq pressjoni fl-arja bil-konsegwenza
li jifforma r-riħ.
• Fi kliem sempliċi, ir-riħ huwa moviment ta’ arja sħuna u arja
kiesħa li jaħbtu f’xulxin fi spazju ta’ arja partikolari.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
Ir-riħ f’għajnejna!
• Ir-riħ ma narawhx u ma nistgħux naqbduh, nistgħu nħossuh biss.
• Nistgħu naraw biss il-konsegwenzi u l-impatti li jħalli, ħafna drabi koroh.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
Ir-riħ huwa bżonn
• Imexxi l-ossiġnu li l-bnedmin, l-annimali u l-pjanti għandhom bżonn.
• Bir-riħ jiddakkru l-pjanti u tinfirex iż-żerriegħa ta’ ħafna siġar.
• Ir-riħ imexxi t-temp minn post għal ieħor.
• Inixxef inħawi milquta minn ħafna xita.
• Jiffriska l-arja sħuna.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
L-antropomorfizzazzjoni tar-riħ
• L-antropomorfizzazzjoni hija l-mod kif
il-bniedem ifisser u jagħti karatteristiċi
umani lil ħwejjeġ li mhumiex umani,
bħall-elementi naturali, u annimali.
• Bosta kulturi antiki kienu jinkludu dan
il-mekkaniżmu fl-istejjer tradizzjonali
tagħhom.
• Il-ħrejjef ta’ Esopu huma eżempju klassiku.
• Il-personifikazzjoni tar-riħ insibuha kemm-il
darba fil-letteratura.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
Ir-Riħ mit-Tramuntana
• Fil-ħrejjef ta’ Esopu nsibu l-ħrafa
tar-riħ mit-Tramuntana u x-xemx
li jagħmlu sfida bejniethom: min
minnhom kellu l-ħila jġiegħel
lill-vjaġġatur ineħħi l-kowt minn
fuqu.
• Ir-riħ jidher prużuntuż u kważi
konvint li se jirbaħ, iżda dan
huwa riħ kiesaħ u r-raġel
jitgeddes iżjed fil-kowt.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
Fejn Jorqod ir-Riħ
• Titlu li jqanqal kurżità għax se nkunu nafu xi ħaġa li mhux soltu nisimgħu biha: il-post fejn ir-riħ ikun wieqaf, mistrieħ, rieqed.
• Donnu l-poeta se jħoll xi misteru dwar ir-riħ u għalhekk il-qarrej jitħeġġeġ aktar biex jaqra.
• Tispikka mill-ewwel il-personifikazzjoni tar-riħ.
• Fit-titlu nsibu tliet kelmiet b’funzjonijiet grammatikali differenti, iżda li jkomplu jżidu s-sens ta’ kurżità u ħeġġa biex inkunu nafu:
Fejn - avverbju tal-post
Jorqod - verb fl-imperfett (azzjoni bħala drawwa)
ir-Riħ - nom, is-suġġett b’artiklu definit
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
“Qatt ħadd ħolom
Fejn jorqod ir-riħ?” • Mistoqsija rettorika.
• Fil-mistoqsija hemm affermazzjoni fin-negattiv: ħadd
ma jaf fejn jorqod ir-riħ.
• Toħloq sens ta’ diżappunt għax filwaqt li t-titlu donnu
jħejji lill-qarrej għal xi informazzjoni ġdida, issa l-poeta
jgħid li ebda persuna, fl-ebda ħin u mument, ma kellha
jew għandha idea fejn ikun ir-riħ meta jieqaf.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
“ħolom” mhux ħaseb • Fil-fatt ir-riħ ma jorqodx, iżda jiċċaqlaq skont il-pressjoni
tal-arja.
• Forsi għalhekk il-poeta juża l-verb “ħolom” għax biex
nitkellmu dwar ir-riħ li jorqod bilfors irridu nitilqu
mill-ħsieb loġiku u xjentifiku u nidħlu fl-immaġinazzjoni.
• Il-verb “ħolom” jagħtina wkoll l-idea li l-ħsieb dwar l-irqad
tar-riħ huwa xi ħaġa mhux f’lokha, mhux normali, bħal
meta lil xi ħadd ngħidulu li qed joħlom meta jgħid xi ħaġa
mhux tas-soltu.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
“Kollox nafu dwar ir-riħ!”
• Kuntrast bejn l-ewwel u t-tieni strofa: l-ewwel jistaqsi
dwar ir-riħ fl-irqad tiegħu, imbagħad jgħid li nafu kollox.
• Sens ta’ ironija li joħroġ tajjeb bl-esklamazzjoni
• Affermazzjoni falza għaliex mhux tassew li nafu kollox
dwar ir-riħ; ma nafux jekk jorqodx jew fejn ikun xħin
jorqod.
• Ton sarkastiku li jkompli jenfasizza ċ-ċokon tal-bniedem
quddiem dan l-element naturali.
Ir-Riħ Fuq u r-Riħ Isfel
• Juża terminoloġija popolari.
• L-idea li r-riħ ġej minn Fuq
(mill-kontinent li qiegħed fuqna)
jew minn Isfel (mill-kontinent ta’
taħtna)
• Ħsieb tipiku ta’ nies li jgħixu fi
gżira, f’nofs ta’ baħar u bejn
żewġ kontinenti kbar.
• “Fuq” u “Isfel” żewġ avverbji li
jġorru ħsieb warajhom.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
Ir-Riħ Fuq u r-Riħ Isfel • Ir-Riħ Fuq huwa dak li jġib il-frisk u li
l-Maltin jieħdu gost bih għax itaffi
mis-sħana u jġib atmosfera pożittiva.
• Ir-Riħ Isfel huwa dak li jġib ajru mċajpar,
sħana u umdità. Għalkemm huwa
frekwenti, il-Maltin ma jiħdux gost bih.
• Din it-terminoloġija tintuża wkoll
fil-kuntest tal-persuni biex tiddeskrivi
l-burdata li jkollu dak li jkun.
• Riħ Fuq tfisser burdata tajba, pożittiva.
• Riħ Isfel tfisser burdata ħażina, negattiva.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
Ir-Riħ Fuq – dak ir-riħ li jiffriska,
li jnixxef, jixxotta.
Ir-Riħ Fuq – dak li jdewwi,
dak li jivvibra l-qliebi
bil-mużika tar-rebbiegħa,
dak li fix-xitwa
bir-reżħa jriegħed iz-zkuk.
• Il-verbi fl-imperfett juru kemm dan ir-riħ huwa familjari magħna; nafu x’jagħmel kull darba li jżurna.
• Il-verbi b’konsonanti doppja fihom ikomplu jenfasizzaw il-qawwa tar-Riħ Fuq.
• Insibu għadd ta’ fatti dwar ir-Riħ Fuq- il-bniedem jaf xi ħaġa dwar dan it-tip ta’ riħ.
• L-anafora “dak” tkompli tpoġġi lir-Riħ Fuq bħala l-protagonista ċentrali, aġent ta’ ħafna bidliet.
• Isemmi biss impatti pożittivi, il-kesħa ma tidhirx negattiva.
Ir-Riħ Fuq: atmosfera Romantika u pożittiva
• “jnixxef, jixxotta” – iħaffef ix-xogħol tad-dar.
• “jdewwi” – il-ġrieħi jinxfu malajr.
• “jivvibra l-qliebi” – tindika l-qawwa li jkollu dan ir-riħ,
saħansitra jċaqlaq il-weraq żgħir u tari fin-nofs
tal-pjanti.
• “bil-mużika tar-rebbiegħa” – ir-riħ li mhux qed jokrob
jew jingħi, iżda jinstema’ bħal mużika sabiħa. Hawn
jinħass ir-Romantiċiżmu fid-deskrizzjoni li joffri
l-poeta.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
• Il-personifikazzjoni tar-rebbiegħa li
bis-saħħa tar-riħ issir bħal mużiċist.
• Il-personifikazzjoni taz-zkuk li jitriegħdu
bil-kesħa li jġib ir-Riħ Fuq. Ir-riħ bħal donnu
jinħeba, u qisna ninsew li kien dan l-istess riħ
li ġab dan il-bard kollu.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
Ir-Riħ Isfel – riħ il-moffa u l-indewwa,
miblul, Settembrin,
- riħ l-inbid li jiffermenta fil-btieti.
Jegħjew saħanistra qlugħ ix-xemx
jarbulaw biex ivinċu
iċ-ċlampu midliek.
• Jolqtuna l-irwejjaħ
mhux ir-riħ innfisu.
• Tindika li dan mhux riħ
li jġib enerġija, imma
kurrent ta’ arja li jġib
kalma u passività
fl-arja nnifisha.
Ir-Riħ Isfel: Mhux mixtieq, atmosfera negattiva
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
• M’għandniex azzjonijiet ta’ rutina bħal fir-Riħ
Fuq; mhux xi ħaġa ħajja, iżda nħossu
l-konsegwenzi li jġib dan ir-riħ- dan jidher fin-
nomi u fil-partiċipji passivi użati: moffa,
indewwa, ċlampu, miblul, midliek
• Il-poeta ma jitkellimx b’mod pożittiv fuq dan
ir-riħ, imma fl-għażla tal-kliem nistgħu nħossu
n-nuqqas ta’ ħeġġa tal-Maltin kollha f’dan it-tip
ta’ temp.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
• Dan ir-riħ sħun, umduż, imdellek u li jġib ajru
mċajpar joħloq atmosfera ta’ għeja u passività
fil-bniedem.
• Forsi l-unika ħaġa li jara tajba f’dan ir-riħ hija li huwa
bżonjuż biex isir l-inbid, li ma jrid ebda azzjonijiet
ħlief li jkun mistrieħ fil-btieti.
• L-għeja li taħkem kollox tilħaq il-qofol tagħha
fix-xemx li hi wkoll tispiċċa bla saħħa tipprova
tiġġieled is-sħab li jimla s-sema.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
• Hawnhekk tispikka l-personifikazzjoni tax-xemx, li qed
tipprova tegħleb it-temp imsaħħab; ir-raġġi tax-xemx
“jegħjew”, jitħabtu kull darba kontra dan it-tip ta’ riħ, iżda
ma jirnexxilhomx jirbħulu.
• “Qlugħ ix-xemx” hija metafora li tbiddel lir-raġġi tax-xemx,
fi qlugħ bħal ta’ dgħajsa li jkunu kkontrollati mir-riħ li
jaħkimhom.
• Ir-raġġi qed jippruvaw iżommu dritt, iżda s-sħab ma
jħallihomx għalhekk jidhru “jarbulaw”, jitiflu l-bilanċ għax
l-ajru huwa wisq tqil bis-sħab umduż.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
“Kollox nafu dwar ir-riħ!”
• Repetizzjoni tal-esklamazzjoni ironika – ritornell.
• Dan il-vers insibuh bejn l-istrofi li jiddeskrivu r-Riħ Fuq u r-Riħ Isfel.
• Jibbilanċja ż-żewġ deskrizzjonijiet.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
• Il-forma tal-poeżija tissuġġerixxi li
aħna nafu ż-żewġ estremitajiet
tar-riħ, żewġ qagħdiet opposti
tiegħu, imma ma nafux l-essenzjal
tiegħu.
• Il-vers ironiku fin-nofs jagħti l-idea
li l-qofol tar-riħ huwa misteru
għalina.
• Terġa’ tispikka l-idea ta’ ċokon
tal-bniedem.
“Qatt ħadd ħolom
Fejn jorqod ir-riħ?”
• Repetizzjoni tal-mistoqsija rettorika, iżda issa nħossu
differenza fiha.
• Wara li ppruvajna nifhmu lir-riħ u ħriġna dak li nafu fuqu,
din il-mistoqsija ssir iżjed misterjuża.
• Nafu xi ħaġa dwar ir-riħ, iżda ma nafux biżżejjed biex
inkunu nafu fejn qiegħed meta ma jinħassx.
• Għalkemm ir-riħ jikkundizzjonalna ħajjitna u jaffettwana,
xorta jibqa’ forza akbar minna.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
Għidulu jinqala’ minn bejtu r-riħ,
ħa jonfoħ, għax mingħajru d-dakra ma ttuqx
u lanqas
il-ħajja
ma tiġġedded.
It-tmiem juri lill-poeta jħares lejn ir-riħ minn lenti pożittiva u għalkemm ma jafx kollox dwaru, jifhem il-ħtieġa tiegħu f’ħajjitna.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
• Jinħass ton assertiv hawnhekk, speċjalment fl-ordni li
jagħti l-poeta lill-qarrejja – “għidulu”. Donnu l-poeta issa
pprova kemm felaħ jifhem is-suġġett u qed jirrelizza li dan
l-element naturali huwa ta’ bżonn għall-umanità.
• Hawnhekk naraw l-użu tal-apostrofi, meta l-indirizz huwa
lejn il-qarrejja, li bħala bnedmin jidhru qed jifhmu ċ-ċokon
tagħhom fid-dinja u allura se jsejħu lir-riħ u mhux ikeċċuh
għax mill-ftit li jafu, iħossu li huwa ta’ bżonn.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
• L-għeluq jurina li r-riħ huwa parti importanti miċ-ċiklu
tan-natura u bis-saħħa tiegħu r-rutina tibqa’ għaddejja u
l-ħajja tirriġenera ruħha. L-istess bħalma jagħmel ir-riħ,
meta ma nħossuhx, ikun qed jerġa’ jitwieled mill-ġdid xi
mkien ieħor.
• Ninnutaw l-użu tal-kelma “bejtu”, l-uniku darba fejn
il-poeta jagħmel referenza għall-post fejn jistrieħ ir-riħ.
Mhix lokazzjoni eżatta, u ma teżistix, forsi hawnhekk
tinħass l-immaġinazzjoni tal-poeta li joħlom b’dak il-post
fejn jistkenn ir-riħ- nerġgħu nsibu l-antropomorfizzazzjoni-
ir-riħ li għandu dar.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
Il-Forma tal-poeżija
• Stil modern
• Strofi u versi varjati.
• Paralleliżmu fil-binja tal-poeżija -
joħloq bilanċ bejn l-istrofi dwar
ir-Riħ Fuq u r-Riħ Isfel u l-vers
tan-nofs li qed iqiegħed liż-żewġ
tipi ta’ rjieħ fuq naħat opposti u
joħroġ kuntrast.
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
• Insibu r-ritronell fir-repetizzjoni
tal-ewwel u t-tieni strofi.
• Il-lingwaġġ sensorju- ir-riħ huwa
ppreżentat lilna f’forom u burdati
varji permezz tas-sensi u dan
jurina li nafu xi ħaġa dwar ir-riħ
Xi mudelli rettoriċi
• L-użu tal-anadiplosi meta
l-kelma “riħ” tagħlaq vers u
l-vers ta’ wara jerġa’ jibda
bl-istess kelma. Donnu r-riħ
jinħass għaddej matul
il-versi.
• Il-mistoqsija rettorika
tidher darbtejn.
• L-apostrofi tinħass meta
jindirizza lill-qarrej fl-aħħar
strofa.
Tematika • L-elementi tan-natura
• Iċ-ċokon tal-bniedem
• Is-sensi
• It-temp
• L-immaġinazzjoni
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
Tixbih ma’ xogħlijiet oħra
• Lill-Qamar Kwinta
• Żagħżugħ ta’ Dejjem
• Ġarġir mal-Ħerża
• Quo Vadis?
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa / Skola St Joseph, Tas-Sliema
Grazzi
Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa