4
XEWQA MAQTUGHA Katie dendlet il-kalzetta tal-Milied mal-fuklar, ezatti f'dak il-post, fejn meta jinzel Santa Klaws isibha minghajr tahbit. Kienet taf li hu gej zgur ghaliex kull sena kienet issib il-kalzetta mimlija bir-rigali u anke rat ir-ritratt tieghu mcappas f'kull hanut li fih dahlet meta marret tixtri ma' ommha. Imma naqra dubju inzera' f'qalbha ghax wara kollox lil din il-persuna qatt ma ratha. Malajr warrbet dak il-hseib ghaliex wara kollox Santa Klaws dejjem zamm kelmtu u gie jzurha.. Dahlet fis-sodda tahseb fuq dak li kien ser jigri matul il- lejl, lejliet il-Milied. Ma damitx ma hadha in- nghas u raqdet fil-fond. "X'tixtieq din is-sena ghall-Milied?" staqsieha vuci irqieqa . "Nixtieq li nara lil Santa Klaws, immur mieghu d- dar halli nara i-hanut fejn jahdem, nirkeb il-karru mieghu, u fuq kollox niltaqa' mas-Sinjur Santa," wiegbet lill-lehen it-tifla. "Kemm niehu gost kieku !!!!!!!" "Mela ilbes dan iz-zarbun, hu f'idejk dan id-dawl u issib trieqtek." Katie marret hdejn ic-cumnija u lemhet par zarbun tant zghir u xrara dawl. Thassbet kif seta' jigiha z-zarbun u kif ser tara triqtha b'dik ix-xrara dawl. "Isa midd idejk u ilbes iz-zarbun," stednitha l-vuci. U tifla obdiet u staghgbet kif zarbun hekk zghir seta' dahlilha f'saqajha. Hekk kif Katie qabet f'idejha x-xrara dawl, daret maghha fewga rih u gibditha mic-cumnija ghal

XEWQA MAQTUGHA - Yolachristmas4u.yolasite.com/resources/XEWQA MAQTUGHA.pdf · XEWQA MAQTUGHA Katie dendlet il-kalzetta tal-Milied mal-fuklar, ezatti f'dak il-post, fejn meta jinzel

  • Upload
    others

  • View
    7

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: XEWQA MAQTUGHA - Yolachristmas4u.yolasite.com/resources/XEWQA MAQTUGHA.pdf · XEWQA MAQTUGHA Katie dendlet il-kalzetta tal-Milied mal-fuklar, ezatti f'dak il-post, fejn meta jinzel

XEWQA MAQTUGHA

Katie dendlet il-kalzetta tal-Milied mal-fuklar, ezatti f'dak il-post, fejn meta jinzel Santa Klaws isibha minghajr tahbit. Kienet taf li hu gej zgur ghaliex kull sena kienet issib il-kalzetta mimlija bir-rigali u anke rat ir-ritratt tieghu mcappas f'kull hanut li fih dahlet meta marret tixtri ma'

ommha.

Imma naqra dubju inzera' f'qalbha ghax wara kollox lil din il-persuna qatt ma ratha. Malajr warrbet dak il-hseib ghaliex wara kollox Santa Klaws dejjem zamm kelmtu u gie jzurha.. Dahlet fis-sodda tahseb fuq dak li kien ser jigri matul il-lejl, lejliet il-Milied. Ma damitx ma hadha in-nghas u raqdet fil-fond. "X'tixtieq din is-sena ghall-Milied?" staqsieha vuci irqieqa . "Nixtieq li nara lil Santa Klaws, immur mieghu d-dar halli nara i-hanut fejn jahdem, nirkeb il-karru mieghu, u fuq kollox niltaqa' mas-Sinjur Santa," wiegbet lill-lehen it-tifla. "Kemm niehu gost kieku !!!!!!!" "Mela ilbes dan iz-zarbun, hu f'idejk dan id-dawl u issib trieqtek."

Katie marret hdejn ic-cumnija u lemhet par zarbun tant zghir u xrara dawl. Thassbet kif seta' jigiha z-zarbun u kif ser tara triqtha b'dik ix-xrara dawl. "Isa midd idejk u ilbes iz-zarbun," stednitha l-vuci. U tifla obdiet u staghgbet kif zarbun hekk zghir seta' dahlilha f'saqajha. Hekk kif Katie qabet f'idejha x-xrara dawl, daret maghha fewga rih u gibditha mic-cumnija ghal

Page 2: XEWQA MAQTUGHA - Yolachristmas4u.yolasite.com/resources/XEWQA MAQTUGHA.pdf · XEWQA MAQTUGHA Katie dendlet il-kalzetta tal-Milied mal-fuklar, ezatti f'dak il-post, fejn meta jinzel

barra fejn il-bard u l-ksieh kienu qed jaghmlu taghhom, imma s-sema kien car u sabih mimlkwiekeb idawwlu d-dinja ta' tahthom. Katie taret u taret ‘l fuq lejn is-smewwiet qisha kienet taf it-trieq, qisha xi anglu dejjem miexa dritt minghajr ma tikser la lejn il-lemin u anqas lejn ix-xellug. Ftit tal-hin wara Katie sabet ruhha mdawwra minn dawl qawwi u hasset ferh kbir. Xtaqet tkanta u tidhaq u tghajjat bil-ferh. Dak il-mument ftakret fit-tifel tad- dar ta' hdejhom li kien marid u xtaqet tohodlu ktieb sabih mimli stampi biex tferrhu. Mitlufa f'dawn il-hsibijiet ma damitx ma rat passagg dritt quddiemha li kien johodha lejn gholja li fuqha kien hemm dar, dar kbira b'hafna twieqi, mixghula bix-xema kollha kuluriti. Kienet certa li dik kienet id-dar ta' Santa Klaws u l-eccitament aktar kiber meta ghaddielha minn mohha li dalwaqt kienet ser tiltaqa' ma' Santa Klaws niffsu u ma' martu. Hekk kif telghet it-targiet u qabel ma kellha cans tigbed il-habel biex iddoqq il-qampiena, il-bieb infetah berah u flok lil Santa Klaws lemhet ragel zghir, b'saqajn qosra u zaqq hoxna li kienet ticcaqlaq qisha vapur fil-maltemp, kull darba li kien jidhaq. Hafif daqs hemza t'ghajn nehha il-kappell ahmar u sellem lit-tifla: "Il-Milied it-tajjeb, Il-Milied it-tajjeb. Ghaddi gewwa. Ghaddi gewwa." It-tifla zammitlu idejh u t-tnejn dahlu go kamra mixghula sew u iltaqghu ma' hut dan ir-ragel qasir ta' zaqqu hoxna, li meta ntroducew ruhhom ma'Katie, qalulha li isimhom, kien "Il-Milied it-Tajjeb", "Ferh", "Rigali" u isimijiet ohra li it-tifla ma setghitx tiftakar aktar. Pero' kollha kienu ismijiet sbieh. Fil-kamra ma rajtx hlief kaxxi u kaxxi ta' rigali kollha imkebba f'karti sbieh u jleqqu lesti biex jitqassmu lit-tfal u lesti biex jitghabbew fuq il-karru ta' Santa Klaws. Hut ir-ragel il-qasir kienu nezlin u telghin it-tarag, dehlin u hergin mill-kamra jgorru kemm jifilhu rigali, u jghabbuhom fuq il-karru. Xi uhud kienu qed jorbtu l-karru mac-criev u jzejnuhom bil-qniepen zghar u gniegel biex mal-mixja taghhom ihallu warajhom dak il-hoss sabieh. Katie ma felhitx tara lil hut ir-ragel il-qasir jithabtu u ghalhekk hi ukoll bdiet taghti daqqa t'id biex tpoggi r-rigali fuq il-karru li issa ntela' sa ruh ommu. Ic-criev ma kellhomx pacenzja jistennew it-tisfira ta' Santa Klaws biex itiru lejn id-dinja kif is-soltu kienu jaghmlu kull sena. Meta t-tghabija kienet ghodda lesta, Katie tisma' lil xi hadd jidhaq jghajjat u jitkellem b'vuci hoxna. Mill-ewwel indunat li kien Santa Klaws u bejn u bejn ruhha qalet: "Tghid jinduna bija

Page 3: XEWQA MAQTUGHA - Yolachristmas4u.yolasite.com/resources/XEWQA MAQTUGHA.pdf · XEWQA MAQTUGHA Katie dendlet il-kalzetta tal-Milied mal-fuklar, ezatti f'dak il-post, fejn meta jinzel

Santa?" Ma kelliex ghax tiddubita ghaliex ghajnejh mill-ewwel marru fuq it-tifla ckejkna u qal: " Wow...Wow...Wow...min int? U minn fejn gejt?" "Jien Katie u xtaqt narak u hawn jien." "Ho ho ho ho ho," dahaq Santa Klaws. " U hawn int.! Xtaqt tara lil Santa Klaws u allura gejt ghandu. Haga sabiha u fl-istess hin hazina. Ghaliex nixtieq nferrhek imma fl-istess hin mghaggel. Diga nofs il-lejl nieqes kwart u irrid inkun fi trieqti minn ghajr dewmien ghaliex inkella anqas biss nilqah nasal sa l-ewwel cumnija. Halli nghajjat lill-mara biex tlestilek xi haga ta' l-ikel, imma bhal issa qed thejji l-ilbies tal-pupi li jridu jkunu lesti sa filghodu. Ahjar ma nghidilha xejn. Hemm xi haga li tixtieq sbejha tieghi?" "Kemm nixtieq li nirkeb mieghek fuq il-karru tieghek, Santa Klaws!!! Tista tohodni mieghek? Ara kemm niehu pjacir fuq il-karru migbud mic-crievi!!!!!!! Zgur li ma niccaqlaqx u ma nfixklex." "It-tifla tixtieq tigi maghna..........hah....hah.....hah. Nohduha maghna?" saqsa lil crievi. Dawk baxxew u ghollew rashom bosta drabi biex bid-daqq tal-gniegel u l-qniepen iz-zghar japprovaw dak li staqsiehom sidhom. Santa Klaws qabdilha idejha u qieghda hdejh, tefghalha mantel bid-disinn kollu sigar tal-foresti, criev u stillel fuq spallejha biex tishon u ma' l-ghajta tieghu ic-criev lebbtu daqs sajjetta. Daqs kemm telqu jigru, qishom balla sparata minn kanun, hekk waslu malajr fuq l-ewwel dar. Xtaqet tmur ma' Santa Klaws meta jizel mic-cumnija u dak il-hin semghet il-vuci tghidilha biex izzommlu idejh. Zammet sod ma' idejh u Santa minghajr ma qaghad jghid li dak il-pakkett kien itqal mis-soltu nizel mic-cumnija flimkien ma' Katie. Hija sabet ruhha f'nofs ta' kamra fejn hdejn ic-cumnija kien hemm il-kalzetti tal-Milied lesti biex Santa Klaws jimliehom bir-rigali. Kien wara li lesta mix-xoghol tieghu li Santa Klaws induna li hdejh kellu lil Katie. "Dan kif tinsab hawn, hdejja? Issa kif ser nohorgu inti u jiena mic-cumnija? Haga wahda tinzel, imma haga ohra li titla. Kif ser naghmlu?"

Santa Klaws kien inkwetat. Katie hassitha ghajjiena ghax dak il-lejl kien ta' tahbit kbir ghaliha. "Tinkwetax Santa Klaws," qaltlu it-tifla. " Nibqa' hawn nistrieh. Wara kollox jidher li din hi kamarti. Ara hemm ghandi t-Teddy Bear fuq is-siggu, ezattament fejn inhallieh kull filghaxija qabel norqod u f'dik ir-rokna hemm il-qattus rieqed kobba ghas-shana tan-nar. Katie daret biex tizzikhajr lil Santa Klaws u tixtieqlu kull gid imma ma ratux aktar ghax jew telaq malajr jew hadha in-nghas u raqdet. Ma tistax tghid x'gara ghaliex kull ma tiftakar hu li missierha kien qed izommha f'dirajgh u ghidilha: " Zghira tieghi, issa suppost li qieghda rieqda

Page 4: XEWQA MAQTUGHA - Yolachristmas4u.yolasite.com/resources/XEWQA MAQTUGHA.pdf · XEWQA MAQTUGHA Katie dendlet il-kalzetta tal-Milied mal-fuklar, ezatti f'dak il-post, fejn meta jinzel

fis-sodda ghaliex hu lejliet il-Milied u Santa Klaws ma jzurx lil dawk li ghadhom imqajmin." Katie bdiet tirrakkontalu dak li ghadda minn ghalija izda missierha dahaq fuq li dahaq bir-rakkont innocenti taghha. "Nahseb li kont qed tohlom, binti."