32
Marzu 2016 | Numru 136 Newspaper Post Qed jaqta’ lilu nnifsu! 9 L-effetti tas-cyberbullying fuq uliedna Irxoxta mill-ġdid 10 Kien propju meta mess il-qiegħ, f’ċella ta’ iżolament fil-ħabs… Ixxellifx difrek miegħi! 14 Tista’ ddum tipprietka lit-tfal biex jaħfru… jekk ma jarawx lilek taħfer! Għaliex ħija baqa’ ma tfaċċax? 21 L-istorja ta’ Saroo u l-ferrovija li ma ġietx. Mela għadu żmien il- pellegrinaġġi? 10 Is-sinifikat tal-pellegrinaġġ tas-Sena tal-Ħniena Irbaħ żewġ biljetti għall-film ‘Chiamatemi Francesco’ 18 KOMPETIZZJONI Stickers dwar il-qrar: Fil-paġni tan-nofs

Flimkien Marzu 2016

Embed Size (px)

DESCRIPTION

 

Citation preview

Page 1: Flimkien Marzu 2016

M a r z u 2 0 1 6 | N u m r u 1 3 6

New

spap

er P

ost

Qed jaqta’ lilu nnifsu! 9L-effetti tas-cyberbullying fuq uliedna

Irxoxta mill-ġdid 10Kien propju meta mess il-qiegħ, f’ċella ta’ iżolament fil-ħabs…

Ixxellifx difrek miegħi! 14Tista’ ddum tipprietka lit-tfal biex jaħfru… jekk ma jarawx lilek taħfer!

Għaliex ħija baqa’ ma tfaċċax? 21L-istorja ta’ Saroo u l-ferrovija li ma ġietx.

Mela għadu żmien il-pellegrinaġġi?10

Is-sinifikat tal-pellegrinaġġ tas-Sena tal-Ħniena

Irbaħ żewġ biljetti għall-film ‘Chiamatemi Francesco’ 18

KOMPETIZZJONI

Stickers dwar il-qrar:Fil-paġni tan-nofs

Page 2: Flimkien Marzu 2016

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha. *Skont tal-Amitex sat-2 ta’ April. (Kundizzjonijiet japplikaw).

BSL Britannia Tours… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

Vjaææi gœal Lourdes

¢479minn

minn Lulju sa’ Settembru

3, 4, 5 T’IJIEM

Fatima

¢549*minn

10-18 Lulju, 7-15 Awwissu

Inÿuru: Fatima, Coimbra, Lisbon, Tomar, Mira d’Aire u oœrajn

San Giovanni Rotondo, Assisi u Ruma

¢749*minn

15-22 Awwissu

ESKURSJONIJIET KOLLHA NKLUŸI

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti,

Lourdes, Costa Bravau Barçellona

¢499*minn

8-16 Settembru

Inÿuru: Lourdes, Gavarnie, St Jean de Luz u oœrajn

San Giovanni Rotondo, San Giovanni Rotondo, San Giovanni Rotondo, San Giovanni Rotondo,

Vatikan - Padre Pio - Medjugorje

¢649*minn

13-24 Lulju

Inÿuru: Ruma, Vatikan, Assisi, Pietrelcina, San Giovanni Rotondo, Foggia u oœrajn

Page 3: Flimkien Marzu 2016

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin.

Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: [email protected] jew bil-posta

Indirizz EditorjaliFlimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-FurjanaEmail: [email protected]

Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali

EditurCarmel Conti

GrafikaOutlook Coop

StamparVelprint Ltd

Marzu 2016

K E L M A TA’ F R A N Ġ I S K U

Editorjal • Dun Anton Portelli

Flimkien fuq Radju MarijaProgramm ġdid dwar il-kontenut tal-magażin Flimkien. Kull l-ewwel Erbgħa u l-ewwel Ħamis tax-xahar fl-10:00am.

Maħfra akbar mill-ħtija

Din is-Sena tal-Ħniena ta’ Alla qiegħda tagħtina okkażjoni biex niftakru u nġeddu ħafna minn dak li konna

tgħallimna dwar l-imħabba u l-ħniena ta’ Alla għalina. Ftakarna li l-imħabba tal-Mulej Alla hija akbar min-nuqqasijiet kollha tagħna u tal-bnedmin kollha wkoll.

Ftakarna li l-ewwel pass fil-mixja tagħna bħala dixxipli tal-Mulej huwa li aħna nagħrfu li aħna midinbin. Jekk naħsbu li aħna bla dnub allura ma nħossux il-bżonn tal-ħniena ta’ Ġesù. Din kienet is-suppervja u l-wiċċ b’ieħor tal-Fariżej li kienu jqisu lilhom infushom bħala perfetti.

Imma rridu niftakru wkoll li meta aħna nirċievu l-ħniena ta’ Alla u l-maħfra tiegħu, aħna wkoll irridu nuru ħniena u maħfra ma’ min jonqosna. Jekk ma nagħmlux hekk ikun ifisser li ma lqajniex biżżejjed il-ħniena u l-maħfra tiegħu: aħfrilna dnubietna u hekk aħna wkoll naħfru lil min ikun ħati għalina.

Tajjeb niftakru li l-Mulej Alla jħassar ħtijietna: ma jiftakar xejn mill-ħażin tagħna; l-imħabba tiegħu tħassar kollox. Dan, fl-aħħar mill-aħħar, hu l-messaġġ tal-istickers li qed inqassmulkom mal-ħarġa tal-Flimkien ta’ dan ix-xahar.

Nitgħallmu nitolbu permezz ta’ ġisimnaGħal kulħadd (massimu 15-il persuna)

Imexxu Genevieve Mamo u Mary Cassar

Mill-Ġimgħa 4 sal-Ħadd 6 ta’ Marzu

Mt St Joseph, Mosta

2276 0201; [email protected]

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha. *Skont tal-Amitex sat-2 ta’ April. (Kundizzjonijiet japplikaw).

BSL Britannia Tours… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

Vjaææi gœal Lourdes

¢479minn

minn Lulju sa’ Settembru

3, 4, 5 T’IJIEM

Fatima

¢549*minn

10-18 Lulju, 7-15 Awwissu

Inÿuru: Fatima, Coimbra, Lisbon, Tomar, Mira d’Aire u oœrajn

San Giovanni Rotondo, Assisi u Ruma

¢749*minn

15-22 Awwissu

ESKURSJONIJIET KOLLHA NKLUŸI

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti,

Lourdes, Costa Bravau Barçellona

¢499*minn

8-16 Settembru

Inÿuru: Lourdes, Gavarnie, St Jean de Luz u oœrajn

San Giovanni Rotondo, San Giovanni Rotondo, San Giovanni Rotondo, San Giovanni Rotondo,

Vatikan - Padre Pio - Medjugorje

¢649*minn

13-24 Lulju

Inÿuru: Ruma, Vatikan, Assisi, Pietrelcina, San Giovanni Rotondo, Foggia u oœrajn Tibżax mill-Qrar!

Meta mmorru għall-Qrar ifisser li nħallu ddawwarna tgħanniqa kollha mħabba. it-tgħanniqa tal-ħniena bla tarf tal-Missier.... Is-sorpriża tal-Iben il-Ħali, meta reġa’ lura, kienet li meta fetaħ ħalqu biex jitlob maħfra, il-missier ma ħalliehx jitkellem, imma għannqu miegħu, biesu u għamillu festa. U jien ngħidilkom: kull darba li aħna mmorru nqerru, Alla jgħannaqna miegħu, Alla jagħmlilna festa!

Page 4: Flimkien Marzu 2016

Tista’ tgħin billi tingħaqad flimkien mal-familjari, mal-ħbieb u ġirien tiegħek u tagħti soljiev lill-Familji Kristjani. Għal aktar informazzjoni ibagħtilna email fuq [email protected] jew billi ċċempel 21487818.

Appell mill-ACN fis-Sena tal-Ħniena

Int kif lest li tgħin?

Huma tilfu kollox għal Kristu. Dawn jeħtieġu t-talb u l-ġenerożità tiegħek.

Aktar minn 1,825,000 Kristjan fis-Sirja u l-Iraq kellhom għażla: jew li jikkonvertu għall-Islam, inkella jitilqu u jħallu kollox warajhom... jew jinqatlu. Issa qed jgħixu ’l bogħod minn djarhom fost tbatija u faqar kbir.

Inti lest li tgħin lil ħutna ppersegwitati?

Aid to the Church in Need (Malta)39b, Mdina Road, Attard ATD 9038 Tel: 21487818 Email: [email protected]

www.acnmalta.org

Aid to the Church in Need Malta

@acn_malta

Aid to the Church in Need is a Pontifical Foundation of the Catholic Church and registered in Malta as a Foundation regulated by the second

schedule of the Civil Code Chapter (16) of the Laws of Malta.

ACN Advert for Flimkien B5 (Final).indd 1 20/01/2016 8:47 AM

Page 5: Flimkien Marzu 2016

Tista’ tgħin billi tingħaqad flimkien mal-familjari, mal-ħbieb u ġirien tiegħek u tagħti soljiev lill-Familji Kristjani. Għal aktar informazzjoni ibagħtilna email fuq [email protected] jew billi ċċempel 21487818.

Appell mill-ACN fis-Sena tal-Ħniena

Int kif lest li tgħin?

Huma tilfu kollox għal Kristu. Dawn jeħtieġu t-talb u l-ġenerożità tiegħek.

Aktar minn 1,825,000 Kristjan fis-Sirja u l-Iraq kellhom għażla: jew li jikkonvertu għall-Islam, inkella jitilqu u jħallu kollox warajhom... jew jinqatlu. Issa qed jgħixu ’l bogħod minn djarhom fost tbatija u faqar kbir.

Inti lest li tgħin lil ħutna ppersegwitati?

Aid to the Church in Need (Malta)39b, Mdina Road, Attard ATD 9038 Tel: 21487818 Email: [email protected]

www.acnmalta.org

Aid to the Church in Need Malta

@acn_malta

Aid to the Church in Need is a Pontifical Foundation of the Catholic Church and registered in Malta as a Foundation regulated by the second

schedule of the Civil Code Chapter (16) of the Laws of Malta.

ACN Advert for Flimkien B5 (Final).indd 1 20/01/2016 8:47 AM

Iż-żmien tar-Randan qiegħed bil-mod il-mod iwassalna għaż-żmien tal-Għid tal-Mulej u tagħna. Ħafna minna qed

ngħixu dawn l-erbgħin jum li jfakkruna f ’Alla u fil-ħniena li hu juri magħna mill-qalb. Qed nisimgħu l-kelma ta’ Alla titħabbrilna u tħajjarna u tħeġġiġna biex nilqgħu l-ħniena ta’ Alla u ngħixuha bejnietna.

Il-Kelma misericordia li l-Papa Franġisku għażel għal din is-sena ġejja minn: misereo (inħenn) u cordis (qalb) – inħenn mill-qalb u bil-qalb. Ma nħennx għax irrid tpattija iżda għax inħobb. Din hi l-aħbar it-tajba tal-Għid. L-aħbar tal-għotja ta’ mħabba fil-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù mill-mewt.

F’dik il-għodwa u matul dak il-Jum tal-ewwel Għid, l-Evanġelji jagħtu importanza kbira lill-fatt li d-dixxipli kienu fil-moħbi u ġrew minn post għal ieħor. Ta’ bnedmin li huma ma fehmux eżatt x’kien qed jiġri. U ma ntuhomx tort.

Kien jum ta’ inċertezza kbira. Kien hemm min ipprefera jingħalaq ġo kamra u ma joħroġx; min ipprova jaħrab mit-tensjoni u telaq ’il barra; min iddeċieda li jtemm dak li ma setax jitwettaq jumejn qabel u telqu lejn il-qabar. Reazzjonijiet iktar imqanqla mill-emozzjoni milli mir-raġuni u mill-fidi. Aktar imqanqla mit-tifkira ta’ dak li għadda milli mit-tama ta’ futur isbaħ u aħjar. Konfużjoni sħiħa.

Ir-Randan jgħaddi, u l-Għid jgħaddi wkoll. Wara ftit il-ħajja bħal donnu tibda terġa’ lura għan-normal, għas-soltu. L-intenzjonijiet tajba jiċċajpru, il-proponimenti jintesew, u aħna ngħixu l-esperjenza tad-dixxipli: jew ninħbew jew niġru minn post għal ieħor, kultant lanqas nafu fejn sejrin.

Iżda ż-żmien tal-Għid huwa ż-żmien tagħna biex ngħixuh, l-iktar bejnietna bħala bnedmin.

Żmien li fih nindunaw li d-differenzi ta’ bejnietna mhumiex biżżejjed

biex iżommuna ’l bogħod minn xulxin. Il-preżenza

ta’ Kristu Ħaj trid tbegħedna mill-ħofra vojta fl-art tal-indifferenza, il-mibegħda, it-tradimenti li jżommuna bogħod minn xulxin biex

ngħixu mill-ġdid.Fir-Randan u fl-Għid

nindunaw li Alla mhux biss iħenn għalina għax iħobbna,

iżda, għax iħobbna, jafdalna f ’idejna l-ħniena u l-imħabba tiegħu:

Ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Għalhekk, l-Għid mhux mument fil-kalendarju li jikser il-monotonija tal-ħajja u tar-rutina tagħna, iżda ż-żmien li jrid iħeġġiġna biex ngħixu u nħobbu kif iħobbna Alla.

L-Għid mhux sempliċement ċelebrazzjoni li tagħti togħma differenti lil ħajjitna, iżda żmien li fih ngħixu tassew, b’fidi kbira, b’tama qawwija u b’imħabba li tirbaħ kull xkiel bejnietna. L-Għid hu l-kumplament ta’ ħajjitna.

✠ Charles J. SciclunaArċisqof ta’ Malta

Il-Misericordia tal-GħidI L- M E SS AĠĠ TA L-A RċI S qo F Marzu 2016 | 5

Page 6: Flimkien Marzu 2016

Matul din is-sena tal-Ġublew tal-Ħniena, aħna mitlubin nagħmlu pellegrinaġġ interjuri,

vjaġġ ta’ konverżjoni, mixja, fejn induqu l-miżerikordja bla tarf ta’ Alla biex imbagħad inwasslu dan il-messaġġ ta’ ħniena ma’ kull min niltaqgħu miegħu.

Papa Franġisku jgħidilna x’għandu jkun l-atteġġjament tal-pellegrin: “Il-Mulej Ġesù jurina x’inhuma l-waqfiet tal-pellegrin li bih nistgħu nilħqu din id–destinazzjoni:

“Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra.” Dan ifisser li tara dak li hemm tajjeb f ’kull persuna, u hekk ma tkunx imħallef ta’ ħuk. “Il-bnedmin, bil-ġudizzju tagħhom, jieqfu mal-qoxra, imma l-Missier iħares lejn il-qalb.”

Ikompli l-Papa: “Imma dan xorta mhux biżżejjed biex nuru ħniena. Ġesù jitlob minna wkoll li naħfru u nagħtu. Inkunu għodda tal-maħfra, għax aħna stess ksibnieha mingħand Alla... Fil-ħniena għandna l-prova ta’ kemm iħobbna Alla. Hu jagħti lilu nnifsu kollu kemm hu, dejjem, b’xejn, u bla ma jitlob xejn lura.”

Dan il-pellegrinaġġ interjuri nesprimuh esternament meta ngħaddu minn Porta Santa. Il-Papa xtaq li jinfetħu porte sante f ’kull djoċesi fid-dinja. F’Malta, dal-pellegrinaġġ nistgħu nagħmluh l-Imdina, l-Isla u l-Mellieha. Biex naqilgħu l-indulġenza, meta ngħaddu mill-Bieb tal-Ħniena, irridu nieħdu sehem fil-quddiesa jew f ’ċelebrazzjoni liturġika (eżempju lawdi jew vespri), jew nagħmlu l-Via Sagra, ir-Rużarju, jew ftit ħin adorazzjoni u talb quddiem l-Ewkaristija.

Mhux importanti jekk il-pellegrinaġġ isirx sal-Isla, l-Imdina jew il-Mellieħa. L-importanti li jkun sa qalbek. L-importanti mhux liema talb tgħid, imma jekk taħfirx, jekk tħennx, li ma tiġġudikax u ma tikkundannax.

I S-S E N A TA L-Ħ N I E N A• C . B oR dA

Għadu żmien il- pellegrinaġġi?

“Mela llum għadu żmien il-pellegrinaġġi u l-indulġenzi?” Jiddependi x’tifhem bihom. Papa Franġisku jagħtina tifsira sabiħa:

“Il-pellegrinaġġ hu sinjal partikolari tas-Sena Mqaddsa għax hu ikona tal-mixja li kull persuna tagħmel f ’ħajjitha. Il-ħajja hi pellegrinaġġ, u l-bniedem hu pellegrin li jterraq mixja lejn id-destinazzjoni tant mixtieqa... Anki biex jilħaq il-Bieb Imqaddes, kull wieħed u waħda minna jrid jagħmel pellegrinaġġ... Il-pellegrinaġġ irid ikun stimolu lejn il-konverżjoni: meta ngħaddu mill-Bieb Imqaddes, inħallu l-ħniena ta’ Alla tħaddanna magħha u nħabirku biex aħna wkoll nuru ħniena mal-oħrajn kif il-Missier juri magħna” (Misericordiae Vultus: 14).

6 | Flimkien

Page 7: Flimkien Marzu 2016

77. Għaliex hemm bżonn ta’ qassis tal-Knisja li jmexxi l-Ewkaristija?Dan hu meħtieġ għax permezz tal-Ordinazzjoni l-qassis għandu l-awtorità li jirrappreżenta l-Knisja kollha f ’din il-laqgħa u li jitkellem f ’isem il-Knisja kollha u għalhekk f ’isem Kristu nnifsu.

78. Nistgħu ngħidu li dawk kollha li jkunu preżenti għall-Ewkaristija jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni mal-qassis?Iva, dawk kollha li huma preżenti jistgħu jiċċelebraw l-Ewkaristija f ’għaqda mal-qassis bis-sehem li jieħdu fit-talb u fl-innijiet, billi jisimgħu l-qari tal-Iskrittura u l-Omelija u, fuq kollox, billi jieħdu sehem mill-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu fit-Tqarbin.

79. Kif inhu preżenti Ġesù fl-Ewkaristija?Ġesù hu preżenti fl-Ewkaristija: (a) fil-qlub ta’ dawk li jiċċelebraw l-Ewkaristija għax huma fil-grazzja; (b) fil-kelma t’Alla mxandra u ppritkata; u (ċ) sagramentalment kemm bħala qassis f ’dak li jagħmel il-ministru tiegħu u kemm bħala l-ikel u x-xorb li naqsmu flimkien.

80. Meta għandna nirċievu t-Tqarbin?Għandna nirċievu t-Tqarbin kull meta nieħdu sehem fil-Quddiesa, sakemm ma nkunux nafu li aħna għedewwa t’Alla u tal-proxxmu tagħna bi dnub gravi.

L-Ewkaristija Il-Magħmudija81. X’inhi l-Magħmudija?Il-Magħmudija hi l-ewwel Sagrament li jdaħħalna fil-Knisja. Il-Magħmudija ssir billi, waqt li niġu mgħaddsa fl-ilma jew l-ilma jinżel fuqna, jingħad dan il-kliem: “Jiena ngħammdek fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu.”

82. Liema misteru tal-Knisja tfisser u twettaq il-Magħmudija?Il-misteru tal-Knisja li l-Magħmudija tfisser u twettaq hu s-sehem tagħna sagramentali fis-Saċerdozju ta’ Kristu. Nieħdu dan is-sehem billi noffru lilna nfusna għal dejjem biex nagħtu qima ’l Alla bħala dixxipli ta’ Ġesù jew bħala Nsara: dan jissejjaħ il-karattru tal-Magħmudija tagħna.

83. Kif ngħixu s-saċerdozju tagħna fil-Magħmudija?Is-saċerdozju tagħna fil-Magħmudija ngħixuh billi, fuq l-eżempju ta’ Ġesù, inressqu ’l ħutna quddiem Alla fit-talb tagħna u nuru li Alla hu preżenti fost il-bnedmin bix-xhieda Nisranija kollha tagħna, iżda l-aktar meta naqdu ’l dawk li huma fil-bżonn. Dan is-saċerdozju hu distint minn dak tas-saċerdot ordnat li l-għan ewlieni tiegħu hu li jmexxi ’l Knisja (Lumen Gentium, 10, 11).

Kitba: Herbert McCabe O.P. • Traduzzjoni: Arthur G. Vella S.J.

Marzu 2016 | 7

Page 8: Flimkien Marzu 2016

Industrial Motors Ltd. 1, Antonio Bosio Street, Msida MSD 1341 Tel: 2016 0751/2 Mob: 99991666 Email: [email protected] Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: [email protected] www.suzuki.com.mt

Starting from

€9,990

DEPOSIT

AVAILABLE0%

VISIT OUR NEW SHOWROOM AT ANTONIO BOSIO STREET, MSIDA!

Page 9: Flimkien Marzu 2016

Kemm hu titlu tqil u ta’ swied il-qalb! U kemm nixtieq li ma jinstemax aktar! Imma hu realtà. Inutli nidfnu rasna

fir-ramel. U l-ġenituri jridu joqogħdu attenti għax uliedna mhux dejjem jiftħu qalbhom. Jista’ jkun hemm ħafna raġunijiet għal dan. Illum se nsemmi raġuni waħda biss. Qed iħabbtu wiċċhom magħha ħafna żgħażagħ: is-cyberbullying.

Tiftakar xi bully l-iskola? Forsi għamilha ta’ bully miegħek stess, jew forsi ma’ tfal oħra. Il-bullying illum qed jieħu forma differenti. Cyberbullying huwa bullying li jseħħ online, fuq il-kompjuter, bl-internet, fuq facebook, fuq twitter.

X’inhu l-agħar, li fil-break tal-iskola ssib bully li jitterrorizzak u jagħtik xebgħa? Jew bully li jitterrorizzak fuq l-internet bil-kompjuter? Kieku kellna nistaqsu vittma jekk jagħżilx bullying “tradizzjonali” jew bullying “bl-internet” żgur li jgħidlek: “L-ebda wieħed minnhom!”

Biss is-cyberbullying huwa bullying partikolari. L-ewwel nett l-inkejja, iż-żuffjett jew il-biża’ fuq l-internet ikunu fuq skala ħafna akbar propju għax l-udjenza li tista’ tara l-kummenti hi enormi. Filwaqt li l-bullying l-iskola hu aktar privat, tgħajjira fuq is-siti elettroniċi tista’ tinqara minn

S T E v E L I B R E R I

Qed jaqta' lilu Nnifsu!

mijiet u anki eluf ta’ nies. Għaldaqstant, il-vittma ma tkunx qed taffaċċja biss it-tgħajjira imma wkoll l-umiljazzjoni intensa li din iġġib magħha.

L-internet joffri ċerta protezzjoni u anonimità lil min jużah. Il-bully jsibha aktar faċli li jikteb tgħajjir u tmaqdir fuq ħaddieħor għax ma jkunx wiċċ imb wiċċ mal-vittma u ma jarax l-uġigħ li jkun qed jikkawża. Dan, naturalment, ma jnaqqas xejn mill-ħtija.

Apparti l-mistħija jew l-umiljazzjoni, xi wħud mill-vittmi jħossu wkoll ħaġa oħra: is-solitudni. Apparti l-preġji li għandu, l-internet jista’ jġiegħel lil min jgħaddi ħinijiet twal fuqu li jħossu waħdu għax il-kuntatt mal-oħrajn ikun biss virtwali u mhux ta’ veru, ma jħossx lil min jinteressa ruħu fih. Tista’ timmaġina kemm tikber is-solitudni meta l-eluf kollha li jaqraw kummenti dwarek fuq l-internet ma jgħinukx u ma jaqbżux għalik!

Sitwazzjonijiet bħal dawn jafu jwasslu żagħżugħ għad-dipressjoni għax iħossu bla skop fil-ħajja, ma jiswa għal xejn, ma jridu ħadd. U jista’ jiddeċiedi li “jaqta’ lilu nnifsu” – u mhux biss mis-soċjetà!

Għajnuna teżisti. Jekk inti jew xi ħadd fil-familja tiegħek għaddej minn ċirkustanza simili, itlob is-sapport.

Steve Libreri huwa parent coach & lead social worker ma’ Willingness (www.willingness.com.mt; tel. 7929 1817).

Marzu 2016 | 9

Page 10: Flimkien Marzu 2016

Li kieku kellek tilmħu għaddej fit-triq żgur ma tkunx trid li jkollok xi tgħid miegħu. L-hena tiegħu li jara kif se

jwerwer lil kull min jiltaqa’ miegħu. Jekk kien jitwebbel għal xi ħaġa, bis-sewwa jew bid-dnewwa kien jakkwistaha żgur. Kemm meta kien għadu l-iskola kif ukoll meta beda jfittex ix-xogħol ta’ spiss kien jhedded lil kull min jiġi taħt idejh biex jieħu dak li jrid u biex dejjem tgħaddi tiegħu.

Lanqas għal tal-familja ma kien iġib ħniena. Kien jieħu gost jara l-biża’ tfeġġ l-aktar f ’għajnejn ommu hekk kif kien jheddidha biex tagħtih kulma kien jitlobha. Anke ħuh il-kbir kien iħossu mhedded minnu. Kollox kien jeħodlu: ħwejġu, flusu, il-mowbajl. Ħutu kellhom seba’ mitt sena li jiġi dak il-jum meta jitilqu minn dik id-dar!

Anki missieru kien tilef kull tama fih. Il-pariri li kien jagħtih kienu jaqgħu fuq widnejn torox. Kemm kien jiftaħlu għajnejh

ŻG ĦA Ż AG Ħ • S I LvA N A C A R do N A

missieru u jgħidlu biex ibiddel l-attitudni tiegħu man-nies u anki magħhom stess!

“Se tagħmel waħda tinkiteb, ibni!” kien jgħidlu missieru, “u mbagħad taf kemm se jiddispjaċik wara!” Imma kollu ta’ xejn għax aktar ma kien iwiddbu, aktar kien iħossu kburi jirfes lin-nies taħt saqajh u jagħmel bihom li jrid.

Kien reġa’ twebbel li jrid somma flus f ’idu u malajr, imma ommu ma setgħetx tagħtih. Dak il-lejl stess mar għand nanntu, talabaha s-somma tal-flus u, għax lanqas hi ma kellha, beda jgħajjat magħha, isawwatha u bix-xebgħa li taha waqgħet fl-art, ħabtet rasha u ntilfet minn sensiha. Nanntu mietet ftit tas-sigħat wara.

Aktar ’il quddiem, tressaq il-qorti u weħel il-ħabs. Fiċ-ċella tiegħu kien hemm tliet priġunieri oħra. Ta’ spiss kien jaqla’ l-inkwiet għal xejn, jgħajjat magħhom, jheddidhom biex jagħtuh li jrid, u jekk ma jikkuntentawhx

Irxoxta mill-Gdid

10 | Flimkien

Page 11: Flimkien Marzu 2016

kien jaqbad ġlieda. Minħabba l-aġir tiegħu tneħħa minn din iċ-ċella u għamluh f ’ċella oħra waħdu.

U kien proprju f ’din iċ-ċella ta’ iżolament fejn iltaqa’ ma’ Alla… għall-ewwel darba f ’ħajtu.

Il-kappillan tal-ħabs kien avviċinah u tah kopja tat-Testment il-Ġdid. Ma kienx ikollu x’jagħmel, u minn filgħodu sa filgħaxija kien joqgħod jaqra xi silta jew xi parabbola. Aktar ma kien jaqra aktar beda jiskopri kemm hi kbira l-imħabba t’Alla għal kull bniedem, hu min hu, u għamel x’għamel f ’ħajtu. Kien iħoss li kull silta li jaqra kienet ħajja u donnha miktuba għalih personali.

Darba qara li Ġesu ra lin-nies u tħassarhom, għax kienu mdejqa u mitlufa “bħal nagħaġ bla ragħaj”. Issa kien qed jistħajjel lil Ġesu jitħassar lilu ukoll għax hu hekk kien: nagħġa bla ragħaj. Imma

f ’din iċ-ċella sab ’l Alla jiggwidah u jilqgħu lura fi ħdanu. Beda jġarrab il-ħniena u l-maħfra tiegħu, u mtela b’ħeġġa kbira biex iħobb lil Ġesù.

Wiegħed lilu nnifsu li jirriforma ruħu. Beda jsegwi r-regolamenti tal-ħabs u sar ubbidjenti. B’riżultat ta’ dan aktar ’il quddiem reġgħu mexxewh f ’ċella oħra mal-priġunieri. Kien sar t’eżempju tajjeb għalihom. Tant kien iħoss lil Alla viċin tiegħu li beda jaqsam dan il-ferħ magħhom ukoll u flimkien ma’ xi wħud minnhom kienu jaqraw xi silta mill-Vanġelu u jirriflettu fuqha.

Kien verament kuntent bil-bidla f ’ħajtu u f ’ħajjet dawk ta’ madwaru. Kien reġa’ qisu rxoxta mill-ġdid... beda jgħix mill-ġdid... u allura beda wkoll ħajja ġdida li beħsiebu jkompli jgħix hekk kif joħroġ mill-ħabs u jerġa’ jingħaqad mal-familja u l-ħbieb tiegħu.

Kien iĦoss li Kull silta li jaqra Kienet

Ħajja u donnha miKtuba gĦalih

personali.

Marzu 2016 | 11

Page 12: Flimkien Marzu 2016

PRESERVING OUR YESTERDAYFOR COMING TOMORROWS

ReCoop offers a variety of services for objects of Cultural Heritage including Easel and Mural Paintings, Polychrome Sculptures, Ceramics, Glass, Metal,

Stone and Marble Artefacts, Monuments and Architectural Sites.

Conservation & Restoration Treatments

Condition Surveys & Conservation Audits

Scientific and Art Historical Research

Consultancy Diagnostic Investigations &

Monitoring

ReCoop The Restoration and Conservation Coop Ltd, Triq l-Esportaturi, Imrieħel Industrial Estate, Imrieħel, MaltaT: +356 2149 1297 | M: +356 7996 1838 | E: [email protected] | W: www.recoop.com.mt

Page 13: Flimkien Marzu 2016

“Illum jibda r-Randan Imqaddes... Għalhekk inżidu l-għemil tajjeb tagħna: talb, tagħlim reliġjuż, penitenza... smigħ tal-kelma t’Alla, karità mal-proxxmu” (Il-Ħajja, 7 ta’ Marzu, 1973).

“Il-midneb għandna nħobbuh u nagħdruh għax hu iben t’Alla u ħuna” (Il-Ħajja, 9 t’April, 1973).

“Is-sawm hu tajjeb, imma għandu jsir bil-għaqal, la xejn u lanqas iżżejjed” (Il-Ħajja, 9 ta’ Marzu, 1973).

“Tassew li lil Dun Ġorġ Preca nistgħu nsellmulu bħala wieħed mill-akbar benefatturi ta’ Malta... Bl-eżempju u t-tagħlim tiegħu, qaddes ħafna erwieħ” (L-Isqof Galea, f ’nota dwar Dun Ġorġ Preca, 16 ta’ Lulju, 1963).

“Aħna maħluqin biex ngħixu ma’ bnedmin oħra u ma nistgħux ma narawx l-għemil tagħhom, ma nkellmuhomx, ma naħsbux fihom. Ħafna drabi nonqsu kontra tagħhom mhux biss bil-kliem u bl-għemil imma wkoll bil-ħsibijiet tagħna” (Il-Ħajja, 19 ta’ Marzu, 1973).

“Is-saċerdozju mhux xi impjieg, xi uffiċċju li jingħata b’xi ċertifikat, jew b’xi diploma ... Il-bnedmin meta joffendu ’l Alla għandhom id-dmir li jfittxu l-maħfra, jirrikorru lejh biex jaħfrilhom; ... imma stabilixxa li din il-maħfra tingħata permezz tas-saċerdot li għalhekk jgħinhom biex jaqilgħu l-maħfra mingħand Alla” (Fl-omelija waqt il-quddiesa tas-saċerdot novell Dun Gino Mangion, 21 ta’ Lulju, 1968).

“Jekk mela l-imħabba t’Alla hija l-ewwel u l-aqwa kmandament, ħalli nsumu, nitolbu, nipprietkaw, ngħinu l-proxxmu, inżommu s-sabar u nagħmlu għemil tajjeb ieħor: imma dawn il-ħwejjeġ kollha ma nagħmluhomx minħabba fihom infushom, imma biss bħala mezzi biex inħarsu u nkabbru fina l-imħabba t’Alla” (Il-Ħajja, 30 ta’ Marzu, 1973).

Ġ Aw h A R I N S A R A - F R h EC ToR S CE R R I

Qalb ħelwa ta’ Ragħaj ħaninL-Isqof Emmanuel Galea twieled 125 sena ilu, fl-10 ta’ Marzu 1891, ġewwa l-Isla. Ordnat saċerdot ftit aktar minn mitt sena ilu, fit-18 ta’ Diċembru 1915. Għamel żmien twil jgħallem il-Liġi tal-Knisja fl-Università ta’ Malta: għad hawn saċerdoti anzjani Maltin li jiftakruh tajjeb bħala l-professur tagħhom. L-aktar li jibqa’ mfakkar fost il-poplu tal-Arċidjoċesi ta’ Malta hu għall-missjoni li qeda bħala Vigarju Ġenerali u Isqof Awżiljarju tal-Arċisqof Gonzi, għal aktar minn 40 sena, sakemm miet fil-21 t’Awwissu, 1974. Jibqa’ magħruf għall-għerf tiegħu u għall-għajnuna lill-Kappillani u lill-Kleru, il-karità li kien jagħti lill-foqra, u l-mogħdrija li kien juri lill-midinbin li kienu jirrikorru għandu għas-sagrament tal-Qrar.

PRESERVING OUR YESTERDAYFOR COMING TOMORROWS

ReCoop offers a variety of services for objects of Cultural Heritage including Easel and Mural Paintings, Polychrome Sculptures, Ceramics, Glass, Metal,

Stone and Marble Artefacts, Monuments and Architectural Sites.

Conservation & Restoration Treatments

Condition Surveys & Conservation Audits

Scientific and Art Historical Research

Consultancy Diagnostic Investigations &

Monitoring

ReCoop The Restoration and Conservation Coop Ltd, Triq l-Esportaturi, Imrieħel Industrial Estate, Imrieħel, MaltaT: +356 2149 1297 | M: +356 7996 1838 | E: [email protected] | W: www.recoop.com.mt

Marzu 2016 | 13

Page 14: Flimkien Marzu 2016

Meta r-Re Federiku I kien fuq is-sodda tal-mewt xtaq li jara saċerdot għaliex hu kien miġġieled u miksur

ma’ ħu l-mara tiegħu. Din il-ħaġa kienet saret urġenti minħabba li r-Re kien qed iħossu li wasal fl-aħħar ta’ ħajtu. Tkellem fit-tul anki mas-saċerdot dwar dan, u f ’ħin minnhom sejjaħ lir-Reġina, martu, u taha f ’idejha envelopp li kien indirizzat lil ħuha.

Tahulha b’din l-ordni: “Dan agħtih lil ħuk, jekk immut. Fih hemm ittra li tgħidlu li jiena ħfirtlu. Imma kun af dan: jekk jiena nirkupra mill-marda tiegħi, tagħtih xejn għax jekk ngħix ma għandi l-ebda ħsieb li naħfirlu!”

Din ġrajja vera! Ġrajja li forsi tnissel anki tbissima fuq fommna u ngħidu f ’qalbna: “Imma dan b’min irid jgħaddi ż-żmien?” Għax, ngħiduha kif inhi, faċli tgħid il-kelma ‘naħfer’, imma kemm hu diffiċli li taħfer tassew!

U din il-maħfra aħna nistgħu nagħmlu esperjenza tagħha fil-familji tagħna!

X’eżempju tassew sabiħ inkunu għal uliedna meta jarawna naħfru mill-qalb! Nuru li m’aħniex Insara biss tal-isem imma li ngħixu dak li nistqarru bil-fomm. Niftakru li wliedna jagħtu kas aktar ta’ dak li nagħmlu milli dak li ngħidu.

FR C A R L- M A R I o S U LTA N A

Tista’ ddum tipprietka u tgħid lit-tfal biex jaħfru!… jekk imbagħad ma jarawx lilek taħfer! Jaraw lil ommhom u lil missierhom jaħfru lil xulxin. Jarawhom ukoll jaħfru lilhom u mhux ipattuhielhom. Jarawhom ukoll kapaċi jitolbu maħfra meta jonqsu anki lil uliedhom!

Mhux ta’ b’xejn li l-proverbju Malti jgħid: il-kelma tqanqal, imma l-eżempju jkaxkar!

Noqogħdu attenti wkoll li ma jiġrilniex bħal Napuljun li meta staqsewh jekk xtaqx jaħfer lil xi ħadd, qalilhom b’wiċċu minn quddiem li ma kellu bżonn jaħfer lil ħadd għaliex ma kellux għedewwa għax kien ħeles minnhom kollha darba għal dejjem! Bħalu nkunu qed nagħmlu aħna jekk naqtgħu barra minn ħajjitna lil kull min (forsi anki lil wliedna) ixellef difrejh magħna!

IxxellIfx dIfrejk mIeGHI!

Mother & Baby Club Kana Il-Mother & Baby Club Kana se jorganizza playgroup f’Santa Venera minn nhar  l-Erbgħa 6 ta’ April mill-5pm sas-7pm.  Opportunità tajba għal dawk l-ommijiet li jaħdmu u jixtiequ jqattgħu ftit ħin mat-tfal tagħhom f’ambjent pjaċevoli, fejn jiltaqgħu ma’ ommijiet u/jew missirijiet oħra u tfal tampar uliedhom! Min hu interessat jista’ jċempel  lill-Playgroup Leader Therese Degabriele: 2138 1892. Għal iktar informazzjoni ċemplu  lill-Playgroup Coordinator Tania Cortis: 7932 6034.

14 | Flimkien

Page 15: Flimkien Marzu 2016

GOLDBERG ENSEMBLE

presents

Passions and Mysteriesa sPecial event for the holy season

Sunday, 6th March, 2016 at 8:00pmRepublic Hall Mediterranean Conference Centre

Giovanni Battista Pergolesi: Stabat MaterAnton Nani: Responsori per il Giovedì Santo

Miriam Gauci soprano • Claire Massa altoChristopher Busietta tenor • Alfred Camilleri baritoneAlbert Buttigieg bass

Tickets at €15 / €10Booking: Tel: 25 595 750

Online booking: www.mcc.com.mt

Michael Laus conductorMALTA PHILHARMONIC ORCHESTRA

Marcelline Agius leader

Page 16: Flimkien Marzu 2016

MercyCelebrating

the Jubilee Of Mercy Concertin aid of the Archbishop’s Seminary

a concert by the St Paul Choral Societywith the participation of

Rosabelle Bianchi (Soprano) and

Charles Buttigieg (Baritone)

The Archbishop’s Seminary and the St Paul Choral Societyin collaboration with the

Divine Mercy Sanctuaryare organising

Friday, April 1st 2016at the Divine Mercy Sanctuary, Naxxar7.30pm (doors open at 6.45pm)admission: donation of €25 or €30online booking: www.ticketline.com.mt or call 7964 9785 or 9982 9105

Drinks will follow at the venue

[email protected] | 2145 5497 | www.seminary.org.mt The Archbishop’s Seminary - Il-Mixtla

Page 17: Flimkien Marzu 2016

Have You Heard The News?

360 St Joseph High Road, Santa VeneraTel. 27040839 Mob. 77771659

Book your FREE hearing assessment, call today:

27040839 / 77771659(Mob)

New Hearing Clinic Now Open In Santa Venera!

New Hearing Clin

ic

Now Open!

Clear-Tone Hearing are proud to announce the official opening of

their new Hearing Centre in Santa Venera. On Monday 15th February 2016, Michael Wall, owner of Clear-Tone Hearing, opened the doors to the state of the art clinic and is now ready and waiting to provide a premium hearing service to the people of Malta. Michael and his team are on hand to provide information on the latest hearing technology and offer impartial advice when it comes to recommending the best hearing solution for you.

As a long established independent, local business, Clear-Tone Hearing are dedicated to providing a comprehensive hearing healthcare service that improves their clients quality of life.

Michael has been running Clear-Tone

Hearing for over 5 years. “We are very pleased to be able to offer our services in Santa Venera. We have been providing hearing care to people in the surrounding areas for many years and we have extensive experience fitting hearing aids to suit people’s different needs.”

Situated at 360 St Joseph High Road, Santa Venera (beside the Labour Party Club and conveniently located near to Santa Venera bus stop), the new Hearing Centre is fully equipped with the latest cutting edge equipment, ensuring that the most accurate hearing examinations are provided.

“We use the most up-to-date digital hearing aid technology and our team of audiologists are highly qualified and have been nationally accredited for their

services. We really understand the value of listening to our customers and we guarantee you will receive the expert attention you deserve.”

Book Your FREE Hearing Consultation!Clear Tone Hearing are the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo.

Michael will be available from Monday 14th March - Thursday 24th March to provide FREE hearing consultations and advise you on the latest hearing technology.

To schedule your FREE hearing consultation and evaluation call us today on 27040839 or 77771659 (mob) - by appointment only.

Page 18: Flimkien Marzu 2016

Irbaħ żewġ biljetti għall-film Chiamatemi Francesco li se jitilgħu bil-polza fost dawk kollha li jwieġbu l-kwestjonarju. M’hemmx risposti ħżiena jew tajbin. Il-polza titla’ bejn kull min iwieġeb sal-11 ta’ Marzu. Għandna tliet premjijiet ta’ żewġ biljetti kull wieħed. Ibgħatha hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Film, Kurja, Floriana.

Isem u kunjom Età

Indirizz

1. Liema artikli jogħġbuk l-aktar fil-magażin?

2. Liema suġġetti tixtieq li nittrattaw dwarhom?

3. Hemm xi ħaġa li ddejqek jew li kont tibdel fil-magażin?

4. Minbarra int, kemm aktar membri tal-familja tiegħek jaqraw il-magażin?

5. Għandek xi suġġeriment ieħor?

6. X’inhu l-isem u l-kunjom ta’ Papa Franġisku?

K w E S T j o N A R j U U KoM pE T Iz z j o N I

Irbaħ żewġ biljetti għall-film Chiamatemi FrancescoSkopri l-vjaġġ inkredibbli ta’ Papa Franġisku fil-film Chiamatemi Francesco. Il-film qed jidher esklussivament fl-Eden Cinemas mit-23 ta’ Marzu sal-5 ta’ April. Call me Francesco jirrakkonta l-ġrajja li wasslet lil Jorge Mario Bergoglio biex isir l-Isqof ta’ Ruma. Huwa vjaġġ dwar l-isfida li jġarrab saħansitra fil-fidi tiegħu l-futur Papa. Il-film isegwih sa minn meta kien Arċisqof ta’ Buenos Aires sa dak il-lejl indimentikabbli meta tfaċċa fil-gallerija ta’ San Pietru, liebes l-abjad, b’salib tal-metall, qal lil kulħadd: ‘Buona sera’ u talab lil kulħadd biex jitlob għalih. Dakinhar li smajna li ismu kien… Franġisku. Biljetti jinxtraw mill-booking office tal-Eden Cinemas jew online edencinemas.com.mt

X’taħseb dwar il-Flimkien?

18 | Flimkien

Page 19: Flimkien Marzu 2016

Waħda mill-mistoqsijiet li jistaqsu n-nies meta tgħidilhom li qiegħed is-Seminarju hija: “Kemm hu twil

il-kors?” U ovvjament meta twieġeb li huwa seba’ snin, barra r-reazzjoni awtomatika li mhuwiex qasir, ġieli ssib ukoll lil min jgħidlek, “U dan l-istudju kollu għalfejn?”

Xi kultant din il-mistoqsija nistaqsuha anke aħna bħala seminaristi, l-aktar meta joqrob żmien l-eżamijiet. Iżda meta wieħed jieqaf jaħseb ftit, jinduna kemm dan l-aspett huwa importanti għal dawk li qegħdin iħejju ruħhom biex isiru saċerdoti.

Fid-dinja tal-lum hu meħtieġ li l-qassis ikun imħejji sewwa anke akkademikament biex, fil-kuntest tal-kultura li fiha ser jaħdem, ikun kapaċi jagħti tweġiba għall-mistoqsijiet dwar il-bniedem, dwar id-dinja u dwar Alla. L-oqsma li fuqhom jiffoka s-seminarista fl-istudju tiegħu huma l-filosofija u t-teoloġija kif ukoll xi korsijiet qosra dwar xjenzi umani oħra.

L-istudju tal-filosofija jgħin biex wieħed jistaqsi u jifhem aħjar is-sens tal-ħajja, il-problemi umani, x’inhi l-verità, u biex wieħed jagħti raġuni għall-fidi tiegħu. Ix-xjenzi umani, bħalma huma l-psikoloġija

R E v. G I L B E RT S Ch E M B R I

Dan l-istudju kollu għalfejn?

u s-soċjoloġija, jagħtu stampa tal-mod kif jaħseb u jġib ruħu l-bniedem, kemm bħala individwu kif ukoll fil-kuntest tas-soċjetà.

Dawn l-istudji jsibu l-milja tagħhom fit-teoloġija, l-istudju tad-diversi aspetti tal-fidi fid-dawl tar-raġuni, tat-Tradizzjoni u tal-Maġisteru tal-Knisja. It-teoloġija tgħin biex is-seminarista japprofondixxi l-fidi tiegħu u jitħejja għax-xandir tal-Kelma ta’ Alla, hekk li dak li jkun tgħallem u rrifletta fuqu fl-istudji tiegħu bħala qassis ikun kapaċi jwasslu lill-oħrajn b’mod li jkun jinftiehem mill-bniedem tal-lum.

Fl-aħħar mill-aħħar, l-istudju kollu li nagħmlu għandu fiċ-ċentru tiegħu l-misterju tal-persuna ta’ Ġesù Kristu. Dan għaliex, bħalma jgħid id-dokument tal-Konċilju Vatikan II dwar il-formazzjoni tas-saċerdoti, il-misteru ta’ Kristu “jaffettwa l-istorja kollha tal-umanità, jinfluwenza bla waqfien lill-Knisja, u jaħdem b’mod speċjali fil-ministeru saċerdotali” (Optatam Totius, 14). Il-misterju ta’ Kristu jgħin ukoll lis-seminarista biex jifhem aħjar lill-bniedem għax “hu biss fil-misterju ta’ Kristu li l-misterju tal-bniedem jiġi mdawwal” (Gaudium et Spes, 22).

Marzu 2016 | 19

Page 20: Flimkien Marzu 2016

#B’risq il-Missjoni

fest

IS - SIBT 19 TA’ MARZU 2016

Xandira LIVE fuq it-televiżjoni mill-PAMA Shopping Village

Mosta

minn nofsinhar sa nofsillejl

kif ukoll:12-il siegħa ta’ divertiment għal kulħadd

face painting · area għat-tfal · main stage · live band · kantanti · że�ena ·

wirja ta’ pitturi · ikel u xorbu ħafna attivitajiet oħra

supported by:

Tgħallem | Ħu Azzjoni | Ħu Sehem

#B’risq il-Missjoni

fest

IS - SIBT 19 TA’ MARZU 2016

Xandira LIVE fuq it-televiżjoni mill-PAMA Shopping Village

Mosta

minn nofsinhar sa nofsillejl

kif ukoll:12-il siegħa ta’ divertiment għal kulħadd

face painting · area għat-tfal · main stage · live band · kantanti · że�ena ·

wirja ta’ pitturi · ikel u xorbu ħafna attivitajiet oħra

supported by:

Tgħallem | Ħu Azzjoni | Ħu Sehem

Page 21: Flimkien Marzu 2016

Għaliex baqa’ ma tfaċċax?

Naħseb:X’tgħallimt minn din l-istorja dwar il-komplikazzjonijiet li jiltaqgħu magħhom il-familji fil-bżonn? Meta familja tkun qed tbati, it-tfal jintlaqtu ħażin. Titqanqal qalbi għall-bżonnijiet tat-tfal?

Nitlob:Mulej, ħu ħsieb il-familji kollha. Agħmel li l-ulied jikbru f ’saħħithom u jgawdu l-paċi. Għinna napprezzaw aktar l-importanza tal-familja fil-bini tas-soċjetà.

X’nista’ nagħmelHemm xi mod kif nista’ ngħin familji fil-bżonn permezz tal-inizjattivi tal-parroċċa jew ċentri oħra favur il-familja u t-tfal?

Intenzjoni tal-papa għal Marzu: Biex il-familji fil-bżonn jirċievu l-għajnuna meħtieġa u t-tfal jikbru f’ambjent ta’ sliem u paċi.

Saroo, tifel Indjan, kellu biss ħames snin meta ntilef. Dan ġara meta darba filgħaxija mexa wara ħuh li kien jaħdem

ta’ kennies fuq il-ferroviji. Ħuh kellu jiġbru wara x-xogħol iżda, billi ttardja, iċ-ċkejken ħadu n-ngħas u raqad fuq bank. Xħin stenbaħ kien tard billejl. Billi ħuh baqa’ ma tfaċċax, Saroo nfixel u rikeb l-ewwel ferrovija li sab bit-tama li jsibu hemm. U bla ma jaf sab ruħu fi vjaġġ twil, u wasal Kalkutta – belt enormi, iffullata bin-nies.

Wara ftit tal-jiem mitluf, idur ’l hawn u ’l hinn, xi ħadd induna bih u ħadu f ’orfanatrofju biex jingħata għall-addozzjoni. Il-familja Brierley mit-Tasmanja fl-Awstralja addottatu. Għalkemm ma kien jonqsu xejn f ’din il-familja, Saroo baqa’ dejjem jhewden dwar ommu, ħutu u l-faqar kbir tagħhom.

Għaddew 25 sena u bil-ftit tifkiriet li kellu fittex fl-internet u rnexxielu jsib il-post fejn seta’ kien trabba. Għaraf li r-raħal kien jismu Khandwa u ddeċieda jmur hemm u jara. Il-familja tiegħu sabha, iva, iżda l-ferħ tat-tgħanniqa ma’ ommu tħawwad man-niket. Hemm sar jaf li dakinhar li ntilef ħuh ma kienx tfaċċa għax kienet tajritu ferrovija!

#B’risq il-Missjoni

fest

IS - SIBT 19 TA’ MARZU 2016

Xandira LIVE fuq it-televiżjoni mill-PAMA Shopping Village

Mosta

minn nofsinhar sa nofsillejl

kif ukoll:12-il siegħa ta’ divertiment għal kulħadd

face painting · area għat-tfal · main stage · live band · kantanti · że�ena ·

wirja ta’ pitturi · ikel u xorbu ħafna attivitajiet oħra

supported by:

Tgħallem | Ħu Azzjoni | Ħu Sehem

Marzu 2016 | 21

Page 22: Flimkien Marzu 2016

Is-sawm dwejjaq?

Dan l-aħħar kelli esperjenza li ħallietni naħseb sew dwar is-sawm. Kelli nagħmel intervent mediku li għalih kelli noqgħod kważi jumejn mingħajr ikel u anki ħin mingħajr ilma. Meta tkun bniedem li tħobb tiekol, bħali, tħossha diffiċli ħafna. F’dawk il-ħinijiet bdejt naħseb u nirrifletti fuq tant nies fid-dinja li huma neqsin minn ikel u bżonnijiet mhux għal ftit sigħat biss imma ġieli għal ġranet sħaħ. Ħassejt verament li għandi naqsam din magħkom għax fir-Randan is-sawm narawh bħala xkiel. Biss jiena l-ewwel waħda nħossni ngħid li l-ftit tas-sagrifiċċju li nkun għamilt jista’ jkun ta’ għajnuna għal tant nies fil-bżonn, u dan b’ħafna modi.

A. Busuttil, Ħal Kirkop

ITTRA REBBIEĦA

ITTRI MILL-qARREjjA: L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: [email protected]; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.

Fl-aħħar intbaħt!Kont mingħalija miexja sew fil-ħajja spiritwali tiegħi, imma qalbi kienet mimlija b’kollox minbarra b’Ġesù. L-aħħar kelma dejjem irridha tkun tiegħi. Nitkellem qisni nifhem f ’kollox, u niġġudika left, right and centre. Mingħalija għandi l-karità f ’qalbi, imma dejjem niftakar xi azzjoni ħażina li nirċievi, u xi kelma fuq il-proxxmu ma nonqosx li ngħid. Meta jkolli xi ngħid ma’ xi ħadd, erħini nibbrilla biex inweġġa’ bil-kliem lil min iweġġa’ lili. Dejjem għandi raġun jien. U xi ngħidu għal min naħseb li jkun qed jaħlili l-ħin? Kemm nara lil Kristu f ’dik ix-xwejħa li ma tibbastax tieqaf mir-rakkont tal-ġurnata tagħha għax jien inkun fuq ix-xwiek biex inkompli xogħli? Imma Kristu dejjem jiġri warajja. Dejjem iwissini u jkellimni permezz tal-omeliji, tal-qari waqt il-Quddies, u l-pariri tal-konfessur meta nqerr. Illum intbaħt għaliex idum daqshekk jiġri warajja: għax jiena nagħġa mitlufa!

AF

L-Innu MaltiJidhirli li meta jitkanta l-Innu Malti mhux kulħadd ikantah l-istess, partikolarment il-kliem “tatna isimha” fl-ewwel linja. Hawn min jagħmel tliet noti fuq l-ewwel sillaba (tat) u hawn min jagħmel waħda. L-istess fuq it-tieni sillaba (na) hawn jagħmel żewġ noti u hawn min waħda. Anki fuq l-ewwel sillaba ta’ “isimha” (jiġifieri fuq l-“i”) tisma’ min jagħmel nota u oħrajn tnejn. Nissuġġerixxi li toħroġ verżjoni waħda u tiġi mgħallma sew lil kulħadd. Forsi l-knejjes u t-tv huma l-aħjar żewġ postijiet fejn dan jista’ jsir.

C. Debono, il-Fgura

Il-Ġimgħa Mqaddsa (għal kulħadd)Nakkumpanjaw lil Ġesù fil-mewt u l-qawmien tiegħu

L-irtir jinkludi l-funzjonijiet liturġiċi, ikla tal-Għid, Via Sagra, adorazzjoni Ewkaristika u l-Lawdi tal-Għid filgħodu. Imexxi Fr Godwin Preca SJ

Mill-Ħamis 24 sal-Ħadd 27 ta’ MarzuMt St Joseph, Mosta2276 0201; [email protected]

I T TR I M I L L- qA R R E jjA22 | Flimkien

Page 23: Flimkien Marzu 2016
Page 24: Flimkien Marzu 2016
Page 25: Flimkien Marzu 2016

Il-piżella – bħal ħaxix ieħor, il-ful, u tipi ta’ fażola oħra – hija ħaxixa li spiss nużawha fl-ikel tagħna ma’ xi insalata fis-sajf

jew ma’ xi soppa fix-xitwa, bħala kontorn ma’ ħaxix ieħor u mal-patata, mal-laħam u f ’ħafna modi oħra. Nikluhom nejjin, misjurin u mgħollijin, kemm friski u kemm tal-friza. Il-piżelli fihom il-lamtu, imma huma sors ta’ ħafna fibra, proteina, vitamina A, B, Ċ u K, ħadid, kupru u sustanzi importanti oħra. Jgħinu wkoll proċessi naturali tal-ġisem tagħna biex nitnaddfu minn kimiċi li jistgħu jagħmlulna l-ħsara. Għalkemm ma fihom kważi xejn xaħam, fihom ħafna sustanzi bħal żjut tajbin li jsaħħulna ġisimna, bħall-Omega-3 u 6 u l-vitamina E. Bħal minerali oħra, il-piżelli jgħinu biex innaddfu ċ-ċirkulazzjoni minn ħmieġ li jinġema’ maż-żmien u li jekk jiżdied wisq jista’ jsoddilna l-vini.

Għalkemm ħafna jaħsbu li l-piżella hija ħelwa ħafna u tista’ ttella’ z-zokkor, studji riċenti juru li l-piżella ħadra u fażola oħra jgħinuna nbaxxu z-zokkor fid-demm u l-livelli tal-insulina tagħna. Fuq tul ta’ żmien – bħalma kejlu dawn l-istudji f ’laboratorju – sabu li jgħinu biex nikkontrollaw il-livell taz-zokkor fid-demm tagħna. Meta tqis dan flimkien mal-fibra li fiha, il-ġid li tagħmel huwa akbar. Madankollu, il-moderazzjoni hija tajba f ’kollox u għalhekk, filwaqt li l-piżelli fihom ħafna sustanzi li jagħmlu l-ġid, l-aħjar li wieħed ma jesaġerax u jikolhom bil-qies.

G Eo F F R E y A X I A K , N U TR Iz z j o N I S TA

Il-piżelli Insalata tal-Piżelli u l-Qastan(għal 4 persuni)

Ingredjenti:• 283 gramma piżelli tal-friża• Tazza karrotti mqattgħa• 220 gramma qastan imnixxef• 2 basliet imqattgħa• Mgħarfa żejt taż-żebbuġa• Mgħarfa ħall tal-inbid aħmar• Mgħarfa soy sauce• Ras tewm mgħaffeġ• Kuċċarina zokkor• Kuċċarina paprika• Kuċċarina mustarda mnixxfa• Kwart ta’ kikkra mayonnaise (tista’

titħalla barra)

MetoduQiegħed il-piżelli tal-friza f ’kontenitur; laħlaħhom taħt ilma fietel. Ħallih jibred u neħħi l-ilma.

Ħallat il-piżelli, il-karrotti, il-qastan u l-basal ġo bowl.

Ħawwad iż-żejt, il-ħall, is-soy sauce, it-tewm, il-paprika u l-mustarda ġo bowl separata u ferra’ fuq it-taħlita tal-piżelli. Immarina l-insalata għal madwar siegħa.

Jekk trid, ħallat il-mayonnaise mal-insalata qabel isservi.

Marzu 2016 | 25

Page 26: Flimkien Marzu 2016

LivoNervis is a registered food supplement, does not require a prescrip�on. Available from leading pharmacies and Europharma Medical Center, Psaila Street, B’Kara.Tel 23859211; [email protected]

Dosage regimen:

Once daily dose = 600mg alphalipoicacid, 100% RDA of Vitamins B1, B6and B12

Controlled release of alphalipoic acid

One of the advantages of LivoNervis is thecontrolled release of alphalipoic acid over anumber of hours, thus allowing for once dailyadministra�on. Alphalipoic acid has a short half-life, and with the incorpora�on of both theMATRIS® (Retard Mul�form Administra�onTimed Release Ingredient System) andSURACTIVES components, this degrada�on canbe reduced by releasing the alphalipoic acid over9-10 hours.

Peak plasma concentra�onsare reached a�er 11 hours.

LivoNervis

Indica�ons:• Cervical brachial syndrome pain • Carpal Tunnel syndrome pain • Scia�ca pain • Diabe�c neuropathy • Fibromyalgia

LivoNervis is made up of controlled release alphalipoic acid (ALA) at a dose of 600mg, and Vitamin Bcomplex. ALA is a POTENT an�oxidant able to counteract freeradical-mediated oxida�ve stress damages, whereasthe Vitamin B complex protects the nerves fromdegenera�ve phenomena.

This combina�on offers synergis�c, las�ng andtarge�ed treatment for neuropathic pain andhypersensi�ve nerves.

*LivoNervis was previously known as LipoNerv.

Page 27: Flimkien Marzu 2016

Mimdudin2. Piż antik, daqs 800 gramma (5) 5. La sema u lanqas baħar (3)6. Mingħajr (3)7. Grupp ta’ nies idoqqu l-marċi (5)9. Triq bis-siġar fuq kull naħa (4)10. Ħtija (4)11. Min jorqod ma jaqbadhomx! (3)13. Diskret, kalm, kontrollat, prudenti, tal-galbu (4) 14. Metall ħamrani (3)15. Borża żgħira f’xi qalziet jew ġlekk (3)17. Kelb żgħir tat-twelid (4)18. Ġieħ; rispett (9)19. Jagħtuna l-għasel u x-xema’... u xi drabi anki

tingiża! (5)20. Ħlas biex tirkeb tal-linja (3)21. Mhux misjur (3)22. Għodda li żżomm l-oġġett magħfus u sod

bla ma jiċċaqlaq (5)

weqfin1. Sliem għalik, Marija (5,6)3. Tajjeb mal-ġewż! Is-siġra tiegħu tagħmel

frott tliet darbiet fis-sena. (3) 4. Festa f’ħafna parroċċi fil-15 ta’ Awwissu (11)7. Xemgħa kbira li tinxtegħel fil-vġili tal-Għid (7)8. Għemil; ħidma (3)15. Żaqqu ratba u rasu iebsa (5)16. Lonġitudni; medda (3)

Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-ĦamrunIbgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

Sib il-Kliem

Tisliba

Qiegħed dawn l-għaxar kelmiet kull waħda fir-ringiela tagħha. Meta ssibilhom posthom, il-kaxxi l-griżi jkunu juru żewġ ismijiet ta’ kuluri. Premju voucher ta’ €20 li jissarraf għand Scotts Supermarket. Ibgħat biss iż-żewġ kelmiet (m’hemmx għalfejn il-grillja kollha) sal-15 tax-xahar: Flimkien, Sib il-Kliem, Kurja, Floriana.

Tweġiba għax-xahar l-ieħor: AĦdAR u IKĦAL.

Rebbieħ: M. Xuereb, il-Gżira

Not

a: G

Ħ u

IE ji

eħdu

kax

xa w

aħda

Mimdudin: 2. SITTA, 5. ALI, 6. OMM, 7. XAHAR, 9. VELU, 10. IBEN, 11. LUĦ, 13. ZIJA, 14. ARA, 15. FUS, 17. JIENA, 18. PELÈ, 19. NANNA, 20. NIR, 21. RIT, 22. BOLOL.weqfin: 1. SALVAZZJONI, 3. TAH, 4. KMANDAMENTI, 7. XUGAMAN, 8. RIĦ, 12. UŻU, 15. FANAL, 16. SPA.

LoG Ħ o B • CL AU d I A CI N I

Rebbieħ: A. Mifsud, pembroke

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

1 2 3 4

5 6

7 8

9 10

11 12

13 14

15 16

17 18

19

20 21

22

L

D

F

D

ALLAT, DAHAR, ĠEMEL, INVIT, ISFEL, QAMAR, SEWDA, SĦABA, SODOD, SOMOR.

Flimkien b’tipi kbarTrid li l-Flimkien b’tipa kbira jasallek id-dar bil-posta? Ibgħat ismek, l-indirizz u €10 ċekk (f’isem il-Kulleġġ tal-Kappillani) jew 38 bolla ta’ 26ċ (għal 12-il ħarġa f’sena). Ibgħathom hekk: Flimkien, Kurja, Floriana. Għal aktar tagħrif, ċempel 2137 4942, 7959 3727 jew email [email protected]

Marzu 2016 | 27

Page 28: Flimkien Marzu 2016

Scholl Fresh Step neutralises foot and

shoe odours and keep your feet fresh

all day, every day.

STAMP OUT FOOT AND SHOE

ODOUR

schollfoothealthcentre.comAvailable from all Scholl Foothealth Centres

and leading supermarkets & pharmacies.

SUITABLE FOR MEN,

WOMEN AND CHILDREN

Page 29: Flimkien Marzu 2016

Għalina t-tfal

Kif inkun ħabib tajjeb?

Kompetizzjoni bi premjuWara li timla l-kaxex kollha, ifforma kelma bl-ittri li hemm fil-kaxxi mmarkati.

Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ biljetti għall-In Guardia, f’Forti Sant’Iermu. Tweġiba għal ta’ Frar: MISSIER. Rebbieħ: D. Cachia, Ħal Lija

1. Veronika mesħet wiċċ Ġesù bih.

2. Dawn jgħixu Ruma.

3. Omm Ġesù.

4. Wieħed minn riġment.

5. Mhux ħażin.

6. Ta’ Ġesù kienet tax-xewk.

1.

2.

3.

4.

5.

6.

Biex tkun ħabib tajjeb jew ħabiba tajba qabel xejn trid tkun tħobb lilek innifsek. Kun konvint u emmen li għandek kwalitajiet sbieħ x’taqsam ma’ ħaddieħor.

Tkun ħabib tajjeb billi inti u miexi titbissem lil ta’ madwarek. Probabbilment li se jitbissmulek lura anki huma.

Tbissem lil min tixtieq ikun ħabib tiegħek. Staqsihom xi ħaġa dwarhom infushom u isma’ xi jkunu qed jgħidulek. Urihom li inti ferħan bihom meta tiltaqa’ magħhom.

Agħmel xi ħaġa flimkien magħhom u aqsmu bejnietkom dak li għandkom. Xi drabi jfisser li jkollok tagħti xi ftit mill-ħin tiegħek ukoll. Stedinhom id-dar flimkien ma’ ħbieb oħra (wara li tkellem il-ġenituri tiegħek).

Meta xi ħbieb ikunu mdejqin mhux bilfors trid tipprova tferraħhom jew iddaħħakhom. Xi drabi biżżejjed tpoġġi ftit ħdejhom, tismagħhom, u turihom li inti jimpurtak minnhom. U fl-aħħar taptpilhom waħda żgħira fuq daharhom!

Tkellem mal-ġenituri tiegħek dwar kif tista’ tkun ħabib tajjeb:• ma’ xi tifel jew tifla ġodda li ġew

joqogħdu qrib tagħkom;• ma’ tfal li ma tantx għandhom ħbieb u

li mhumiex popolari, billi tistedinhom għandkom jew tilgħab magħhom, issellifhom xi logħob, eċċ.;

• billi tmur tara lil xi ħbieb morda.

pAĠ N A MT E L L A’ M I N N CL AU d I A CI N I Marzu 2016 | 29

Page 30: Flimkien Marzu 2016

M I d - djA RU TA’ M I N I LTAqA’ M I EGĦ U

Liema, taħsbu, kien dak il-mument mill-Passjoni li, jgħaddi kemm jgħaddi żmien, se nibqa’ niftakar u ma ninsieh

qatt?Taħsbu li kien il-mument meta rajt wiċċ

Kristu għarqan bid-demm fil-Ġetsemani? Jew meta Ġuda bies lil Ġesù? Forsi meta s-suldati waqgħu għal daharhom fl-art? Jew meta Ġesù fejjaq il-widna ta’ wieħed minnhom wara li jien qtajthielu barra? Jew forsi meta idden is-serduq?

Dawn kollha niftakarhom. U ngħid niftakarhomx! Imma l-aktar mument li messli qalbi, li se nibqa’ niftakar għal dejjem, kien meta Ġesù għadda mill-bitħa fejn kont jien, fid-dar ta’ Kajfa, u Ġesù “dar u ħares lejja”.

Iva, dak hu l-mument fil-Passjoni kollha l-aktar li niftakar: meta ħarsitna ltaqgħu. Meta Ġesù ma qalx kelma waħda, imma xorta waħda qalli ħafna affarijiet.

Għax Ġesù kien kapaċi jitkellem ħafna b’għajnejh. Il-ħarsa tiegħu mhijiex sempliċi ħarsa. Hi ħarsa li tinfidlek qalbek, u tibqa’ dieħla sa ġewwa.

Ġesù b’dik il-ħarsa kien qed jgħidli: “Xmun, int ċħadt li tafni. Ċħadt li int wieħed minn tiegħi. U ċħadt saħansitra li int mill-Galilija. Imma jiena xorta waħda nħobbok, u xorta lest li mmut għalik. Iċ-ċaħda tiegħek mhux se żżommni milli nkompli nħobbok. L-imħabba tiegħi lejk ma tiddependix minn jekk int tiċħadnix jew le. Jien inħobbok

dejjem, u lest li nkompli naħfirlek anki sa seba’ u sebgħin darba. U anki meta jgħaddi ż-żmien, m’iniex beħsiebni nżommhielek fil-komma u noqgħod infakkarhielek biex inġagħlek tħossok guilty. U jekk xi ħadd jakkużak, jien lest li naqbeż għalik, u nqum ngħajjat b’vuċi għolja: “Min fostkom hu bla dnub jitfagħlu hu l-ewwel ġebla.”

Kif qatt nista’ ninsa mument bħal dak? Issa li ġarrabt dik il-ħarsa fuqi, għiduli x’jista’ jiġrili f ’ħajti li jifridni mill-imħabba u l-ħniena tiegħu? X’hawn fid-dinja li jista’ jeħodli minn qalbi l-ferħ u l-paċi li ġġibli l-ħarsa f ’għajnejn Ġesù?

B’dik il-ħarsa ħassejtu jerġa’ jgħidli, kif kien qalli ftit qabel: “Naf li l-ispirtu jrid, imma l-ġisem dgħajjef.”

Dik il-ħarsa lili bidlitni. Ma kontx jien l-ewwel li ndimt u mbagħad ħafirli hu. Le, li ġara kien bil-kontra. L-ewwel ħabbni u ħafirli hu, u mbagħad jien irrealizzajt x’għamilt. Kienet il-ħarsa ta’ ħniena tiegħu li ġiet l-ewwel. Kien għax ħabbni hu, li jien indimt milli għamilt.

Għalhekk jien bkejt biki ta’ qsim il-qalb. Dmugħ li naddafni, ħasilli għajnejja u bdejt nara aħjar x’tip ta’ qalb għandu Ġesù. Fhimt x’tip ta’ Mgħallem kont ċħadt. Dan kien li qasamli qalbi u ġagħalni noħroġ ’il barra nibki.

Dik il-ħarsa kienet l-aħħar darba li rajtu. Meta ħarsitna reġgħu ltaqgħu, il-Ħadd ta’ wara, hu kien diġà Kristu Rxoxt.

Meta ħarsitna ltaqgħu

30 | Flimkien

Page 31: Flimkien Marzu 2016
Page 32: Flimkien Marzu 2016