32
Ìunju 2013 Numru 103 Editorjal 3 Il-kelma tal-Arçisqof 5 Il-mixja tal-Knisja 5 Nemmen fl-Ispirtu s-Santu 6 Dwal mill-Konçilju 7 Alla li ma nemminx fih 9 The five love languages 10 Stejjer ta’ fidi 13 MuΩajk fil-klassi 18 Kors fit-Teolo©ija 21 Fid-dell ta’ ˙ajti stess 21 Bronkite 25 Ziti ma ˙allietli xejn 25 Log˙ob 27 Parroççi Maltin 28 Tfal 29 Ûew©t a˙wa 30

Flimkien Ġunju 2013

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani

Citation preview

Page 1: Flimkien Ġunju 2013

Ìu

nju

201

3 N

um

ru 1

03

Editorjal 3Il-kelma tal-Arçisqof 5

Il-mixja tal-Knisja 5Nemmen fl-Ispirtu s-Santu 6

Dwal mill-Konçilju 7Alla li ma nemminx fih 9

The five love languages 10Stejjer ta’ fidi 13

MuΩajk fil-klassi 18Kors fit-Teolo©ija 21

Fid-dell ta’ ˙ajti stess 21Bronkite 25

Ziti ma ˙allietli xejn 25Log˙ob 27

Parroççi Maltin 28Tfal 29

Ûew©t a˙wa 30

Page 2: Flimkien Ġunju 2013

Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim tripla/twin, full board u huma nkluÿi Titjiriet, Lukanda, Trasferimenti, servizzi ta’ Tour Leader, Direttur Spiritwali u t-Taxxi (Kundizzjonijiet japplikaw)

… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Fatima/PortugallInÿuru Fatima, Lisbona, Batalha, Alcobaca, Nazare, Tomar, Mira d’Aire Caves, Leira, Coimbra u Oporto

7-14 ta’ Lulju

Titjiriet Diretti

¢599MINN

Lourdes

Minn Lulju sa’ Settembru

Æiti/Pellegrinaææi gœal

DubrovnikInÿuru Dubrovnik, Cilipi, Cavtat, Medjugorje, Kotor, Budva, Pocitelj, Mostar, Neretva River u Korcula

7-14 ta’ Lulju u kull nhar ta’ Œadd matul Lulju, Awwissu u Settembru

Titjiriet Diretti

Inÿuru Santiago de Compostela, Vigo, Biaona, Valenca do Minho, Island of Toxa, Sanxenxo, Combaro, Pontevedra, La Coruna, Finisterre, Costa de Morte u Ribeira Sacra

14-21 ta’ Lulju, 21-28 ta’ Lulju, 28 ta’ Lulju - 4 ta’ Awwissu ¢499

MINN

¢339MINN

4 t’ijiem sœaœ (tluq kull nhar ta’ Tnejn)5 t’ijiem sœaœ (tluq kull nhar ta’ Æimgœa)5 t’ijiem sœaœ (tluq kull nhar ta’ Erbgœa

Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim tripla/twin, full board u huma nkluÿi Titjiriet, Lukanda, Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim tripla/twin, full board u huma nkluÿi Titjiriet, Lukanda, Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim tripla/twin, full board u huma nkluÿi Titjiriet, Lukanda, Trasferimenti, servizzi ta’ Tour Leader, Direttur Spiritwali u t-Taxxi (Kundizzjonijiet japplikaw)Trasferimenti, servizzi ta’ Tour Leader, Direttur Spiritwali u t-Taxxi (Kundizzjonijiet japplikaw)Trasferimenti, servizzi ta’ Tour Leader, Direttur Spiritwali u t-Taxxi (Kundizzjonijiet japplikaw)

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620

BSL Britannia Tours

¢4894 T’IJIEM MINN

¢5295 T’IJIEM MINN

Inÿuru Santiago de Compostela, Vigo, Biaona, Valenca do Minho, Island of Toxa, Sanxenxo, Combaro, Pontevedra, La Coruna, Finisterre, Combaro, Pontevedra, La Coruna, Finisterre, Costa de Morte u Ribeira Sacra MINN

Santiago de Compostela

Page 3: Flimkien Ġunju 2013

editorjal

duN aNtoN portelli

Magaƒin ta’ kull xahar ma˙ru© mill-Kulle©© tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin.

Biex tirriklama fuq Flimkien çempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: [email protected] jew bil-posta

Indirizz EditorjaliFlimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, il-FurjanaEmail: [email protected]

Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neçessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali

EditurCarmel Conti

GrafikaOutlook Coop

StamparVelprint Ltd

‘All that is necessary for the triumph of evil is that good men do nothing.’

Edmund Burke

Kien hemm min staqsiena għalfejn ġibna l-istatwa ta’ Kristu Sultan

fil-qoxra tal-ħarġa ta’ Mejju. Dak il-monument sabiħ, li qiegħed fil-Furjana, jagħti xhieda tal-fidi tal-Maltin. Sar minn Antonio Sciortino biex ifakkar il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar Malta bejn it-23 u s-27 ta’ April, 1913.

Dak il-Kungress – li tiegħu jeżistu ħafna tifkiriet – baqa’ magħruf mhux biss għan-numru ta’ pellegrini li ġew Malta minn barra u għall-entużjażmu tal-Maltin li attendew bi ħġarhom, imma wkoll għall-innu li kiteb Dun Karm Psaila u li għadna nkantaw sallum: Nadurawk ja Ħobz tas-Sema. Jista’ jkun li qatt ma ħsibna fuqu u tlabna bih:

Nadurawk – Insib imqar ftit ħin matul il-jum biex inpoġġi ruħi fil-preżenza tal-Mulej?

Frott l-imħabba - X’nista’ nagħti aktar minn ħajti stess? Ġesù stess, għax iħobbna, tana lilu nnifsu.

Il-faraġ tad-dgħajfin - Nammetti li jien dgħajjef anki fil-ħajja spiritwali tiegħi? Jekk iva, l-Ewkaristija tista’ tkun il-faraġ u l-qawwa tiegħi.

Alla moħbi - Fi ftit ħobż u ftit inbid, veru, imma hemm qiegħed, Alla li jiċċekken u jumilja ruħu quddiemi.

Ġesù qalilna: Ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien! ■

Ritratt tal-faççata: Joe P. SmithRitratt tal-faççata ta’ Mejju: Paul Azzopardi

Kristu Sultan

FLIMKIEN Ma jSIrx b’xEjN!Kull xahar il- Kappillani joħorġu eluf ta’ ewro biex il-magażin jasal għand il-familji Maltin. Għalhekk tkun apprezzata kwalunkwe donazzjoni li tista’ tagħmel għal dan l-iskop.

FLIMKIEN b’tIpI KbarFLIMKIEN hu disponibbli wkoll f’verżjoni b’tipi kbar għal min għandu diffikultà biex jaqra. Itlob kopja direttament mingħand il-kappillan tal-parroċċa tiegħek.

L-art IMqaddSa MaL-FraNÌISKaNI pELLEGrINaÌÌI 2013L-Art Imqaddsa: 17-25 ta’ Lulju; 4-12 ta’ Awwissu; 4-12 ta’ Settembru L-Art Imqaddsa u s-Sinaj: 3-13 ta’ NovembruTagħrif jew booking: Kummissarjat tal-Art Imqaddsa, 8, Triq S. Luċija, Valletta. 21242254; [email protected]

IbNEK jEw bINtEK Gay?Drachma Parents huwa grupp ta’ ġenituri Kattoliċi b’ulied gay. Jissapportjaw ġenituri oħrajn bħalhom, u jgħinuhom jifhmu, jaċċettaw u jkunu ta’ sapport huma stess għal uliedhom, li huma wlied Alla. Il-laqgħa li jmiss se ssir il-Ħamis 20 ta’ Ġunju, Mount St Joseph, Tarġa Gap, Mosta, fit-8pm. Għal aktar tagħrif ċempel 79442317.

Flimkien Ìunju 2013 | 3

Page 4: Flimkien Ġunju 2013
Page 5: Flimkien Ġunju 2013

il-kelma tal-arÇiSQoF

moNS. p. CremoNa o.p.

Il-mixja tal-KnisjaStorja tal-kNiSja Fil-QoSor (2)

F’din l-Istorja tal-Knisja fil-qosor qed inġibu biss l-aktar persunaġġi u ġrajjiet importanti. Dati antiki ħafna huma indikati bl-ittra ‘c’ (circa).

c.48-50Isir il-Konċilju ta’ Ġerusalemm. Jieħdu sehem

l-appostli kollha taħt it-tmexxija ta’ Pietru. Jiġi deċiż li l-insara ġodda li ma jkunux Lhud ma għandhomx jiġu obbligati josservaw iċ-

ċirkonċiżjoni u partijiet oħra mil-liġi ta’ Mosè.

c.60Pawlu jasal Malta waqt maltempata

fi triqtu lejn Ruma

c.61-63Pawlu fil-ħabs f’Ruma. Jikteb numru

ta’ ittri lill-Knejjes Insara

c.64Tfaqqa’ l-persekuzzjoni tal-Insara f’Ruma taħt l-Imperatur Neruni, li waħħal fihom

meta nirien kbar qerdu nofs Ruma.

c.64-67Martirju ta’ Pawlu u Pietru f’Ruma.

c.69Jinbena l-Kolosseum, fejn ħafna Nsara

aktar tard ħadu l-martirju.

c.70L-eżerċtu Ruman iġarraf il-belt

ta’ Ġerusalemm u t-Tempju.

c.88-97Pontifikat ta’ San Klement I, it-tielet suċċessur

ta’ Pietru bħala isqof ta’ Ruma. Klement jibgħat ittra lill-Insara ta’ Korintu minħabba xi irregolaritajiet u firdiet li kien hemm fosthom.

c.95Persekuzzjoni tal-Insara taħt l-Imperatur

Domizjanu, l-aktar f’Ruma.

50 sena ilu miet Ġwanni XXIII. Angelo Roncalli twieled Sotto il Monte, ħdejn Bergamo, ulied il-bdiewa. Wara li sar saċerdot għamel xi żmien segretarju tal-Isqof, Legat fit-Turkija, Nunzju f’Pariġi, u aktar tard Patrijarka ta’ Venezja. Meta fl-1958 miet Piju XII, u minfloku laħaq Roncalli, li diġà kellu 78 sena, ħafna ħasbu li se jkun “Papa ta’ tranżizzjoni”. Imma dan kien biss x’ħasbu l-bnedmin. L-Ispirtu s-Santu kellu pjanijiet oħra. Ġwanni XXIII fil-fatt kellu jagħmel bidliet kbar fil-Knisja fosthom:• Kien l-ewwel Papa wara ħafna snin li

ħareġ mill-Vatikan (Assisi u Loreto);• L-ewwel li żar il-ħabsin ta’ Regina Coeli;• L-ewwel Papa li għamel qaddis lil

wieħed imwieled barra ż-żwieġ: Martin de Porres, iben raġel għani Spanjol u skjava Sewda;

• Laqa’ għandu lir-raġel ta’ bint il-President tal-Unjoni Sovjetika, Nikita Kruschev, fi żmien il-Gwerra Bierda;

• Ħareġ l-ewwel Enċiklika fuq il-paċi: Pacem in Terris – indirizzata għall-ewwel darba “lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba”;

• Fetaħ il-Konċilju Vatikan it-Tieni, li għalih kienu mistednin anki Nsara ta’ denominazzjonijiet oħra.

Altru li ma kienx ta’ tranżizzjoni! Permezz tal-umiltà u l-ħlewwa

ta’ Ġwanni XXIII, l-Ispirtu s-Santu ġab

bidla enormi fil-Knisja.

Kellu ˙sibijiet o˙ra!

5 | Flimkien Ìunju 2013

Page 6: Flimkien Ġunju 2013

iS-SeNa tal-Fidi

Fr HeCtor SCerri

Erfa’ dawn l-artikli dwar l-aktar veritajiet çentrali tal-fidi Nisranija (il-Kredu) biex fi tmiem is-Sena

tal-Fidi jkollok f’idejk ©abra fil-qosor tal-fidi tag˙na.

Nemmen fl-Ispirtu s-Santu

L-Insara kollha jemmnu f’Alla wieħed fi tliet Persuni: il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Fil-Kredu t-‘twil’ – dak li nitolbu fil-Ħdud u s-Solennitajiet – aħna nistqarru li nemmnu ‘fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja: li ġej mill-Missier u mill-Iben; li hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u mal-Iben: hu li tkellem b’fomm il-profeti’.

L-Ispirtu s-Santu niżel fuq l-Appostli nhar Pentekoste, jiġifieri nhar Għid il-Ħamsin, 50 jum wara l-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet. Ġesù, meta

ħabbar l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli, sejjaħlu ‘Paraklitu’ li tfisser ‘Difensur’ jew ‘Avukat’ jew ‘wieħed li jissejjaħ ħdejn xi ħadd’. Ġesù jsejjaħlu

wkoll ‘Spirtu tal-Verità’.

L-Ispirtu s-Santu huwa d-don tal-Missier u tal-Iben. Huwa don li

jiġbor fih id-doni l-oħra kollha. San Pawl jgħidilna li ‘l-imħabba ta’ Alla

ssawbet fina permezz tal-Ispirtu s-Santu li kien mogħti lilna’

(Rumani 5:5).

Fl-Iskrittura nsibu diversi simboli jew sinjali tal-Ispirtu

s-Santu: l-ilma, id-dilka biż-żejt, in-nar, is-sħaba, id-dawl,

is-siġill, l-id, is-saba’ u l-ħamiema.

‘Spirtu s-Santu, ejja fina, ra©© ta’ dawl qaddis ag˙tina, xerrdu f’ru˙na mis-smewwiet... Rattab fina l-ebusija, ag˙ti lill-berdin bƒulija, g˙in fit-triq lil min beƒg˙an. Ag˙ti s-seba’ doni tieg˙ek lil min jimxi fidil mieg˙ek u li fik jistrie˙ kull ˙in’ (Mis-Sekwenza ta’ nhar Pentekoste).

6 | Flimkien Ìunju 2013

Page 7: Flimkien Ġunju 2013

dwal mill-koNÇilju

• ‘L-Iskrittura Mqaddsa għandha tinqara u tkun interpretata bl-għajnuna tal-istess Spirtu li permezz tiegħu nkitbet. Biex wieħed isib sewwa s-sens tat-testi mqaddsa għandu jħares għal dak li hemm miġbur fl-Iskrittura kollha u għall-unità tagħha, u jżomm quddiem għajnejh it-tradizzjoni ħajja tal-Knisja kollha u tal-analoġija tal-fidi’ (paragrafu 12).

• ‘Alla, li ispira l-kotba taż-żewġ Testmenti u li hu l-awtur tagħhom, iddispona b’għerf li t-Testment il-Ġdid ikun moħbi fil-Qadim, u li l-Qadim isir magħruf fil-Ġdid’ (16).

• ‘Il-Knisja dejjem u kullimkien żammet li l-erba’ Evanġelji ġejjin mill-Appostli. Dak li l-Appostli xandru bil-kmand ta’ Kristu kien minnhom stess u minn ta’ madwarhom mgħoddi lilna bil-kitba bħala fundament tal-fidi, jiġifieri l-Evanġelisti li semmejna, f’erba’ forom, skont Mattew, Mark, Luqa u Ġwanni’ (18).

• ‘Il-Knisja dejjem tat qima lill-Iskrittura Mqaddsa kif tat lill-istess Ġisem tal-Mulej billi qatt ma naqset ... li tieħu l-għajxien bil-ħobż tal-ħajja mill-mejda tal-Kelma ta’ Alla u tal-Ġisem ta’ Kristu, u tagħtih lill-fidili ... Fil-Kotba Mqaddsa, il-Missier li hu fis-smewwiet jiltaqa’ b’imħabba kbira ma’ wliedu u jidħol f’konversazzjoni magħhom’ (21).

Nota: G˙al ra©unijiet ta’ spazju xi partijiet tad-dokument qed ji©u editjati

X’qal il-Konçilju dwar ir-RivelazzjoniIl-Kostituzzjoni Dei Verbum hija waħda mill-aktar dokumenti importanti tal-Konċilju Vatikan it-Tieni. Hija dwar ir-Rivelazzjoni, u turi lil Alla jkellem lill-bniedem fil-Bibbja u t-Tradizzjoni. Dawn huma xi siltiet:

IS-SEBA’ DoNI TAL-ISPIRTU S-SANTU HUMA:

gĦerF, FehMA, KuNSILL, qAwwA, xjeNzA, Pjetà u

bIżA’ tA’ ALLA.

‘Mulej, Missier Qaddis... int għoġbok tagħti l-Ispirtu s-Santu lil dawk li għamilthom ulied adottivi tiegħek u seħibthom ma’ Ibnek il-waħdieni... L-Ispirtu s-Santu għaqqad f’xirka waħda l-ħafna ilsna fl-istqarrija ta’ fidi waħda’ (Mil-Liturġija ta’ Pentekoste).

L-Ispirtu s-Santu jagħtina l-qawwa biex nagħtu xhieda Nisranija,

imantnina, ifejjaqna u jġib l-armonija u l-unità fost id-diversità

tal-membri tal-Knisja.

It-tnax-il frott tal-Ispirtu s-Santu skont San Pawl huma:

l-imħabba, l-hena, is-sliem, is-sabar, il-ħniena, it-tjubija,

il-paċenzja, il-ħlewwa, il-fedeltà, il-modestja, ir-rażan u l-kastità.

Flimkien Ìunju 2013 | 7

Page 8: Flimkien Ġunju 2013

Tel: +356 2144 7164 Mob: +356 9999 5000 Email: [email protected]

FaucETs & BaThroom accEsoriEs

Page 9: Flimkien Ġunju 2013

Alla tiegħi mhux alla iebes.Alla tiegħi mhux riġidu, li xejn ma jagħmel bih, u li ma jħoss għal ħadd.Alla tiegħi hu fraġli. Ġej mir-razza tiegħi, u jien minn razztu.Huwa bniedem tassew, u jiena kważi Alla.U biex jien inkun nista’ nduq id-divinità, Huwa jħobb ix-xejn tiegħi.L-imħabba għamilha ħaġa fraġli.Daq il-ferħ uman, il-ħbiberija, l-hena li toffri l-ħajja u kulma fiha.Alla tiegħi ġarrab il-ġuħ, kellu l-ħolm tiegħu, u kien jaf x’jiġifieri għaja.Alla tiegħi kien iħoss, kien jirrabja, kellu l-entużjażmu.Fl-istess ħin kien ħelu bħal tarbija.Alla tiegħi triegħed meta ġie wiċċ imb’wiċċ mal-mewt.Xorob minn sider omm, u tgħallem minn għandha l-ġentilezza ta’ mara.Qatt ma għoġbitu t-tbatija. Qatt ma kien ħabib tal-mard: għalhekk fejjaq il-morda.Alla tiegħi daq l-eżilju; ġie ppersegwitat.Xi drabi wkoll laqgħuh biċ-ċapċip.Ħabb dak kollu li hu maħluq: kemm affarijiet kif ukoll bnedmin.Ħabb kemm lit-twajbin kif ukoll il-midinbin.Alla tiegħi kien bniedem ta’ żmienu.Kien jilbes bħal kulħadd, kien jitkellem ilsien pajjiżu.Kien jaħdem b’idejh, u semma’ leħnu bħall-

riFleSSjoNi

juaN ariaS

F’din il-kitba pjuttost provokattiva, Juan Arias, ©urnalist Spanjol, jenfasizza l-fra©ilità ta’ Alla u l-im˙abba kbira li g˙andu g˙alina

Alla li ma nemminx fih

profeti.Alla tiegħi kien ġentili mad-dgħajjef, u iebes mas-supperv.Miet ta’ età żgħira għax kien ġenwin.Qatluh, għax f’għajnejhom ma kienx baqa’ fidil lejn il-verità.Imma Alla tiegħi miet bla mibegħda f’qalbu; miet jaħfer.Alla tiegħi hu fraġli.Tbiegħed mil-liġi qadima tal-vendetta tal-għajn għal għajn u sinna għal sinna, u ħabbar imħabba u ’vjolenza’ għalkollox ġodda.Alla tiegħi kaxkruh b’wiċċu mal-art.Għalkemm tradut, abbandunat u mhux mifhum, xorta baqa’ jħobb.Kien għal dan li huwa rebaħ lill-mewt.U minn idejh twieldet frotta ġdida: il-Qawmien.Għalhekk se nqumu aħna lkoll, bnedmin u ħlejjaq oħra.Għal ħafna mhux faċli jifhmu lil Alla fraġli tiegħi, Lil Alla tiegħi li jibki, Alla tiegħi li ma jiddefendix ruħu.Mhux faċli tifhem ’il Alla tiegħi, li ġie abbandunat minn Missieru,u li kellu jmut biex jirbaħ.Mhux faċli tifhem ‘il Alla tiegħi,li lill-kriminal mislub miegħu għamlu l-ewwel qaddis tal-Knisja.

ikompli f’pa©na 11...

Flimkien Ìunju 2013 | 9

Page 10: Flimkien Ġunju 2013

Why is it that so few couples seem to have found the secret to keeping

love alive after the wedding? Why is it that a couple can hear wonderful ideas on how to enhance communication, then return home … and find themselves totally unable to implement the communication patterns demonstrated?

It is not that the books and seminars are not helpful. The problem is that we have overlooked one fundamental truth: People speak different love languages.

Most of us grow up learning the language of our parents and siblings, which becomes our primary or ‘native’ tongue. Later, we may learn additional languages but usually with much more effort.

In the area of love, it is similar. Your emotional love language and the language of your spouse may be as different as

Chinese from English. We must be willing to learn our spouse’s primary love language if we are to be effective communicators of love.

There are basically five emotional love languages – five ways that people speak and understand emotional love: Words of Affirmation, Quality Time, Receiving Gifts, Acts of Service and Physical Touch. The important thing is to speak the love language of your spouse.

once you identify and learn to speak your spouse’s primary love language, you will have discovered the key to a long-lasting marriage. To keep love alive you have to make the effort to learn a secondary love language.

LOVE taNKSAgain and again one hears the words:

relaZZjoNijiet

He sends you flowers when what you really want is time to talk. She gives you a hug when what you really need

is a home-cooked meal. The problem isn’t your love, says Gary Chapman; it’s your love language!

The five L ve Languages

10 | Flimkien Ìunju 2013

Page 11: Flimkien Ġunju 2013

‘our love is gone, our relationship is dead. We used to feel close, but not now. We no longer enjoy being with each other. We don’t meet each other’s needs’. Such stories bear testimony that adults as well as children have ‘love tanks’.

WARNING: Understanding the five love languages and learning to speak the primary love language of your spouse may radically affect his or her behaviour. People behave differently when their emotional love tanks are full!

FaLLING IN LOVELet us address an important but confusing phenomenon: the exhilarating experience of ‘falling in love’.

At its peak, the ‘in love’ experience is euphoric. We go to sleep and wake up thinking of each other. We long to be together. The person who is ‘in love’ has the illusion that his beloved is perfect. We believe that if we are really ‘in love’, it will last forever. Nothing could ever come between us.

Eventually however, we all descend from the clouds, our eyes are opened, and we

start to see the warts of the other person. We recognize that some of his or her personality traits are actually irritating. He has the capacity for hurt and anger, perhaps even harsh words and critical judgments. Those little traits that we overlooked when we were in love now become huge mountains.

Welcome to the real world of marriage, where hairs are always in the sink and little white spots cover the mirror. In this world, a look can hurt and a word can crush. Intimate lovers can become enemies, and marriage a battlefield.

Does that mean that we are now faced with just two options, that is, either (1) we are destined to a life of misery with our spouse, or (2) we must jump ship and try again?

No. There is a better alternative. We can recognize the in-love experience for what it was – a temporary emotional high – and now pursue ‘real love’ with our spouse.

When your spouse’s emotional love tank is full and he feels secure in your love, the whole world looks bright and your spouse will move out to reach his highest potential in life. ■

Lulju: Words of Affirmation Addattat minn The Five Love Languages, Gary Chapman, Northfield Publishing, Chicago

Mhux faċli tifhem ‘il Alla tiegħi, li akkużawh li kien xewwiex politiku,li sofra l-eħrex mewt fl-istorja, li ħabb daqshekk il-ħajja.Mhux faċli tifhem ‘il Alla tiegħi, li sofra t-tingiża tat-tentazzjoni,li għereq id-demm biex wasal biex aċċetta r-rieda tal-Missier.Mhux faċli tifhem ‘il Alla fraġli tiegħi,

jekk taħseb li biex tittrijonfa trid bilfors tirbaħ; li biex tiddefendi ruħek trid bilfors toqtol!Mhux faċli tifhem ‘il Alla fraġli tiegħi, jekk tibqa’ toħlom b’Alla li ma jixbahx lill-bniedem! Dak ikun Alla li jien ma nemminx fih. ■

Maqluba għall-Malti minn Violet Schembri

...ikompli minn pa©na 9

Flimkien Ìunju 2013 | 11

Page 12: Flimkien Ġunju 2013

Showroom, 15, Triq Tumas Dingli, Mosta | Tel: 2157 4846, 2141 2687Mob: 9987 5336 / 9949 9540 | Email: [email protected] | www.comfortstairs.com

IBQA’ GHIX KUNTENT GEWWA DAREK BIL-LIFT TAT-TARAGGhall-Aqwa Kwalita’, Kumdita’, Sigurta’, Konvenjenza u Liberta’.

CEMPEL LIL COMFORT STAIRS GHAL KWOTAZZJONI B’XEJN Straight Stairlift

Curved Stairlift

Electric Scooter

Platform Lift

Page 13: Flimkien Ġunju 2013

Stejjer ta’ Fidi

Mixja fl-infertilitàMeta żewġi u jien iddeċidejna nibdew familja, ħsibna li kollox kien se jkun faċli. Imma, kif ngħidu, il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Kulħadd jassumi li jkollok it-tfal hi l-aktar ħaġa faċli fid-dinja; kulħadd jaħseb li l-infertilità tiġri biss lil ħaddieħor.

Aktar ma gerrbu x-xhur, aktar bdejna nħossu biża’, dwejjaq, rabja u taħwid. L-ambjent ta’ madwarna xejn ma għenna. Kien hemm min ‘stenna’ li noħroġ tqila u qal, “Kemm se ddumu tistennew?” oħrajn

donnhom ma kellhomx bżonn sforzi biex ‘jinqabdu’. Kellna xi ħaġa ħażina aħna? Fittxejna tweġiba għall-mistoqsijiet li kellna: fl-internet, f’ħafna testijiet mediċi, f’appuntamenti għand speċjalisti. Spiċċajna ffissajna fil-‘problema’ tagħna, bla ħin għal ħaddieħor, bla ħin għal xulxin.

Kellhom jgħaddu x-xhur biex irrealizzajna li jekk nibqgħu sejrin hekk ma konna se nsibu paċi qatt. Konna qegħdin biss inżidu r-rabja u l-frustrazzjoni li kellna ġo fina. Kien biss meta ndunajna b’dan

Kif nisma’ le˙nuKemm-il darba abbandunajt il-fidi, bħal nagħġa li qabdet triq għal rasha. Ridt niskopri u nara kif tkun ħajti mingħajr Alla. Taħkimni ta’ spiss it-tentazzjoni li ngħid li jekk Alla jħobbni allura jmissu jġibni nimxi, bħalma fejjaq tant nies fil-Vanġelu. Għaliex lili le? Jien mhux ukoll nemmen fih? U għaliex għandi nbati ħajti kollha? Aħjar ma twelidt xejn!

Ħafna ħsibijiet oħra jgħaddu minn moħħi, u jġegħluni nħossni ħatja talli nkun ħsibthom. B’dan il-mod inġarrab kriżi fil-fidi. Nirrabja miegħi nnifsi għax jien suppost l-ewwel waħda li nipprattika dak li nikteb, u allura nibda nitbiegħed bil-mod minn Alla - mhux ghax Hu ma jibqax iżommni sod f’idejh iżda għax jien inħossni ssikkata u nkun irrid ftit spazju biex nerġa’ nieħu ftit nifs. Iva, nistqarr li jkolli nikteb għax inħossu li hu dmiri, mhux għax nieħu gost! Nibda nħossni inutli - sakemm nisma’ leħnu fi ħbiebi li jgħiduli; “Le, kompli; taqtax qalbek; aħna naraw lil Ġesù fik!” U bid-dmugħ f’għajnejja nerġa’ nersaq lejn Ġesù u nitolbu biex ma jħallinix naqa’ f’ħafna skrupli bla bżonn.

Aħfirli Mulej, meta ppruvajt ma nismax dak li ma kienx idoqq ħelu f’widnejja; ta’ kemm-il darba ma smajtekx f’ħuti fil-bżonn għax kont aljenata fi ħsibijieti. Naf li int tibqa’ tħobbni u tibqa’ tqisni ta’ ġewwa. Għinni nħoss l-għafsa ta’ jdejk bħala protezzjoni mill-ħsara. Agħmel li leħni jkun jixbah lil tiegħek - billi jitkellem bil-lingwaġġ tal-imħabba u l-ħlewwa ma’ kulħadd, biex kulħadd jixxennaq biex joqgħod f’idejk ħalli jħoss it-tenerezza u l-ġentilezza li tagħti int.

Lynn Aquilina

Il-voucher ta’ €20 (jissarraf f’ikla g˙and Pollino’s, Malta International Airport) jittella’ bix-xorti fost l-istejjer li jidhru f’dak ix-xahar u mhux g˙ax l-istorja jew l-esperjenza rebbie˙a tkun tqieset a˙jar mill-o˙rajn.

Ibg˙at l-istorja ta’ fidi tieg˙ek hekk: Flimkien, Stejjer ta’ Fidi, Kurja, Floriana jew [email protected] rEbbIEÓa

Flimkien Ìunju 2013 | 13

Page 14: Flimkien Ġunju 2013

li bdejna ndaħħlu lil Alla fiċ-ċentru tal-‘problema’ tagħna. offrejnilu l-problema tagħna u tlabna dwarha. Dan ma jfissirx li ħriġt tqila, imma bdejna nifhmu li Alla seta’ kellu pjanijiet oħra għalina; li l-pjan kif fassalnieh aħna mhux bilfors kien l-aħjar. Anki jekk il-pjan tiegħu ma nifhmuhx dejjem, aħna konvinti li Alla huwa mħabba, u la hu mħabba bilfors li l-pjan tiegħu għalina huwa għall-akbar ġid tagħna. Xorta qsamna miegħu x-xewqa li nibdew familja flimkien miegħu, imma t-talba tagħna issa kienet tinkludi wkoll ‘Ikun li trid int’.

Ma’ aLLa FIS-SKIEtIrtir ta’ tmint ijiem fis-silenzju għalik jekk tħoss il-bżonn tinqata’ mill-ġenn ta’ ħajja mgħaġġla. Kull parteċipant ikollu direttur spiritwali biex imexxih. Tintbagħatlek lista ta’ diretturi spiritwali biex tagħżel lil min tixtieq imexxik.Mill-Ħadd, 7 ta’ Lulju fis-6pm sat-Tnejn, 15, Mount St Joseph, Tarġa Gap, Mosta. Ibbukkja: 2276 0201; email: [email protected]

Kull meta konna nindunaw li ma ħriġtx tqila, xorta kienu jaqbduna d-dwejjaq, imma bil-Mulej magħna konna nsibu l-forza nqumu fuq saqajna. Il-ħsieb li Alla qatt ma jinsa lil uliedu kien jgħinna nħossuna ‘safe’. Dawn huma l-ħsibijiet li nżommu f’moħħna fil-mixja tagħna tal-infertilità. Ikollna tentazzjoni xi drabi naħsbu li Alla abbandunana, imma mbagħad nindunaw li mhux biss kien miexi magħna imma kien qed jerfagħna fuq spallejh.

Fuq Spallejh

Kelli nieħu riżultat dwar boċċa f’għonqi li kont neħħejt qabel. Dħalt fit-taqsima tal-ENT u qaluli bla tlaqlieq, ‘Aħbar ħażina! Kanċer fil-lemin ta’ mnieħrek’. Dak il-ħin għedt, ‘Grazzi Mulej, għall-inqas mhux fuq it-tfal, li din is-sena għandhom l-eżamijiet tal-o u l-A levels’. Ili membru fi grupp ta’ talb, u nitlob spiss u nħejji ruħi għall-isfidi tal-ħajja, speċjalment fejn jidħlu t-tfal. Dak il-ħin la ħassejt biża’ u lanqas dwejjaq. Tlabt, ‘Mulej, nafda fik. Kun int is-salvatur ta’ ħajti. Ħu ħsieb il-familja int’. Bqajt skantata bija nnifsi kif bqajt daqshekk kalma. Wara bdejt ir-raġġi u l-kemoterapija għal tmien ġimgħat. Dak li suppost kellu jitfagħni f’baħar ta’ dwejjaq, għalija nbidel f’esperjenza ta’ fidi, sirt napprezza kull sekonda tal-ħajja, ingerger inqas, nitlob għal kull min niltaqa’ miegħu l-isptar, speċjalment dawk bi tbatija akbar minn tiegħi jew li ma aċċettawx il-marda. Grazzi għall-kura u n-nies bravi li hawn, nista’ ngħid li bdejt it-triq lura. Qed nipprova nagħmel il-ġurnata tiegħi sabiħa, anki jekk inkun ma niflaħx. ■

Fiduçja

G˙all-inqas mhux it-tfal!

14 | Flimkien Ìunju 2013

Page 15: Flimkien Ġunju 2013

ISLAND INSURANCE BROKERS

For all your insurance requirements

7.5% discount on any new motor or home insurance policy on presentation of this advert

Island Insurance Brokers Limited is an enrolled company regulated by the Malta Financial Services Authority

www.islandins.com2385 5555‘Insurance House’, 239 Psaila Street, Birkirkara BKR 9078

W

T

A

Page 16: Flimkien Ġunju 2013

Flimkien A5 Advert 2.indd 1 17/05/2013 09:59

Page 17: Flimkien Ġunju 2013
Page 18: Flimkien Ġunju 2013

M’għedtilhomx li se nibgħat dan l-artiklu fil-Flimkien, biex nagħtihom

sorpriża. Xtaqt ukoll li l-qarrejja tal-magażin li jasal fid-djar Maltin kollha japprezzaw u jitgħallmu minn dan il-ġest sempliċi imma sinifikattiv.

Wara li xi refuġjati żaru l-iskola tagħna u rrakkontaw l-istorja tagħhom, tifel żgħir għolla idu u qalli, ‘Miss, tista’ tgħidilhom jerġgħu jiġu?’ Meta staqsejtu għaliex, qalli li xtaq jorganizzalhom party tal-Milied. Ried jarahom kuntenti, jitbissmu u jkunu jafu li jħobbhom. Jissapportjawh bil-kbir kien hemm żewġ klassijiet sħaħ. L-istudenti qaluli, ‘Dawn in-nies ġew minn pajjiż li ma aċċettahomx, kellhom jaqsmu d-deżert, għaddew minn perikli kbar u fl-aħħar waslu Malta fuq dgħajsa se tegħreq u ma tegħriqx. Irridu nuruhom li aħna nħobbuhom!’ Kif qaluli hekk, ma stajtx ngħid Le. Weġibthom, ‘orrajt, nagħmluha! Anzi

l-party nagħmluh waqt il-lezzjoni tar-reliġjon stess!’

It-tfal kollha qagħdu jaraw kif se jagħmlu dan il-party tal-Milied speċjali. Ippreparaw mhux biss l-ikel imma wkoll hampers biex jagħtuhom lir-refuġjati. Diffiçli niddeskrivi s-sentimenti ta’ għaqda, festa u kuntentizza li kienu jirrenjaw fil-klassi matul it-tħejjija u l-party nnifsu. Waqt li qgħadt nosserva lit-tfal jieħdu pjaċir, jieklu u jiċċelebraw mal-mistednin speċjali tagħna, irrealizzajt kemm tassew aħna lkoll familja waħda, minkejja d-differenzi fir-razza, ir-reliġjon, il-kultura u l-kulur tal-ġilda.

Fil-ġimgħa ta’ qabel, l-istudenti ħejjew ittra żgħira li qraw qabel il-party-sorpriża. Anki f’dik l-ittra spikka spirtu qawwi ta’ għaqda u ftehim għax kull student ikkontribwixxa sentenza waħda, imbagħad xi ħadd għaqqad dawn is-sentenzi f’din l-ittra li ġejja. Se nħalliha bl-Ingliż u eżatt kif kitbuha huma.

eSperjeNZa

jeNNiFer BuSuttil

MuΩajk fil-klassiJien g˙alliema tar-reli©jon fi skola tas-subien. Dan l-a˙˙ar kelli okkaƒjoni fejn l-istudenti tal-klassi g˙allmuni, tawni eƒempju u kabbruni fil-fidi u l-im˙abba!

18 | Flimkien Ìunju 2013

Page 19: Flimkien Ġunju 2013

‘Dear Guests, We all welcome you

amongst us. We are writing this letter to tell you why we wished so much to share this time with you today.

Last time, after we heard your story, we felt really lucky for all the things that we have. We felt also lucky that you were with us to share your experience and help us appreciate more all that we have. Appreciate more our parents, our clothes, our daily food, our education, our government, our safety and every second of our lives.

So, soon after you left our class last time, we decided that we have to celebrate all this with you. We wanted to share more time with you. You made us realise how much we should be grateful to God every day.

We wanted to be one family with you, to give you a surprise, to see you smile and happy. We wanted to let you know that even if we have a different religion, a different nationality and a different skin colour, we are still one family. We love you and respect you as one of us.

We wanted to tell you this last time but time passed so quickly. So that is why we asked if we could have you one more time with us in class. You gave us a great lesson with your experience and in return we wanted to prepare this for you.

We heard in your story that you have been through many difficult situations in your life and now we want to see you happy. We would like to let you know that we will be praying for you, and for other people who are passing through the same difficulties.

We want to tell you also that we shared and will share your story with our families so that they too will understand you. Finally, we pray that this Christmas, Baby Jesus is born in the warm hearts of the Maltese people and that they will understand you, accept you and do not show any discrimination towards you, because Jesus wanted us to show love towards everybody. Just as He himself showed love to all the people he met in His life.

With the help of our families, LSAs and teachers we prepared ourselves this for you, as our present for you this Christmas! May you have a peaceful, Happy Christmas!’ ■

Flimkien Ìunju 2013 | 19

Page 20: Flimkien Ġunju 2013

With an experience of more than 400 years of

theological studies at the University of Malta, the Faculty of Theology has been offering academic

degrees to lay persons for the last 50 years.

University of MaltaFaculty of Theology

Courses commencing in October 2013UndergradUate CoUrses

•BachelorofArts(Hons)inTheology[day/evening]•BachelorofArts(Hons)inTheologywithaSubsidiaryArea•BachelorofArtsinTheologyandHumanisticStudies•BachelorofSacredTheology•DiplomainReligiousStudies[evening]

PostgradUate CoUrses

•LicentiateinSacredTheology•MasterofArtsinBioethics[evening]

•MasterofArtsinBusinessEthics[evening]•MasterofArtsinTheology[evening]

•MasterofArtsinReligiousStudies[evening]•DoctorofPhilosophy

•DoctorofSacredTheology

theology as a sUbsidiary area of stUdy

OnemayalsostudyTheologyasasubsidiaryareaofstudywithinthefollowingcourse:•B.Communications

Applications are being received online at:www.um.edu.mt/apply

More information at:www.um.edu.mt/theology/prospectivewww.um.edu.mt/courses

Contact us: Telephone: 2340 2767Email: [email protected]

Page 21: Flimkien Ġunju 2013

Ħames snin ilu bdejt avventura: iddeċidejt nerġa’ nibda nistudja. Kont qed naqra

l-Flimkien u rajt reklam tal-Kors tal-B.A. fit-Teoloġija, li kien jgħid xi ħaġa hekk: ‘Kors għal min jemmen, jiddubita jew qed ifittex’. L-ewwel reazzjoni tiegħi kienet li dan ir-reklam kien qed jiddeskrivi lili: persuna li nemmen imma li ġieli niddubita ħafna, imma dejjem infittex!

Staqsejt lili nnifsi għalfejn nidħol għal aktar xogħol. Kont naħdem full time, il-familja, id-dar u elf ħaġa oħra bħal kull omm u mara tad-dar li taħdem. Imma nibtet ix-xewqa fija li nitgħallem aktar fuq ir-reliġjon tiegħi. Forsi nsib xi tweġibiet ukoll!

Issa qed jiddispjaċini li l-kors se jispiċċa! F’dawn il-ħames tgħallimt affarijiet ġodda bħall-Filosofija, l-Istorja tal-Knisja, l-Iskrittura, il-kontribut tal-fidi fil-bijoetika, il-politika u l-ekonomija, min hu Alla, x’inhi l-Knisja, it-tifsira vera tas-sagramenti. Imma l-aktar li se ngħożż huwa t-tagħlim direttament fuq Ġesù: ħajtu, il-mixja tiegħu lejn is-Salib, it-Testment il-Ġdid kollu, speċjalment dak li għandu x’jaqsam mas-Salvazzjoni tagħna.

Il-Kors sfidani u kabbarni, speċjalment fil-fidi, għaliex għenni ngħarrex il-ħsibijiet tiegħi u nikber fil-maturità spiritwali. Fil-kors sibt ukoll ħbieb ġodda li dejjem għenuni u inkoraġġewni, u għal dan nirringrazzjahom minn qalbi. Fuq kollox ngħid grazzi lil-lecturers li dejjem kienu professjonali mingħajr ma tilfu l-umanità u s-sensittività lejna l-istudenti.

Jekk titħajjar tidħol għal din l-avventura, taqtax qalbek, għax se ssib min jgħinek! ■

korS Fit-teoloÌija poeÛija

tHereSa BoNello diaNe Cutajar

Temmen, tiddubita jew tfittex?

Nibża’ wisq li neħel,Li nieħu pass ħażin,Li ngħid xi kelma żejda.Kefrin huma l-bnedmin!

Nibża’ li niżbalja,Nibża’ ngħid min jien.Ma rridx li jħarsu lejja,Għax nistħi kullimkien.

Iżda min ma jiħux żbalji?Min huwa tant perfett?U min jaf jagħmel kollox,Mill-bidu sat-tarf nett?

Ma rridx nibqa’ nistaħba,U nkun biss siluwett.Irrid nuri min jiena,Bħal dudu nsir farfett.

Nixtieq li kulħadd jaraMin jiena verament,Għax wara dik l-istampa,Mistoħbi sentiment.

Irrid inqum fuq tiegħi,Bħal tfajjel reġa’ qam,Bħal xi ġurnata ġdida,Wara lejl mimli dlam.

Jiena żgur kapaċiLi nasal bħal kulħadd.M’hemmx għalfejn li nigdeb,Qatt u qatt u qatt.

Fid-dell ta’ ˙ajti stessG˙andi 13-il sena. Din il-poeƒija xtaqt naqsamha mal-qarrejja tal-Flimkien speçjalment dawk li fil-˙ajja ta’ kuljum jist˙u jg˙idu min huma u forsi jigdbu dwar l-identità tag˙hom. Nixtieqhom jag˙mlu kura©©.

Flimkien Ìunju 2013 | 21

Page 22: Flimkien Ġunju 2013

See the full range on schollfoothealthcentre.com

EnnisBlue

36-42 / €95.00

Snake WedgeMulti

35-42 / €49.00

JosTaupe

36-42 / €65.00

AzeliaBeige

36-41 / €80.00

DalidaBlack

36-41 / €90.00

GiordanaTaupe

36-42 / €88.00

LaoisGold

35-42 / €80.00

CorellaTaupe

36-42 / €85.00

KyleaWhite

36-42 / €90.00

RingilGold

35-42 / €68.00

OttaviaBlack

35-42 / €86.00

NoreSilver

36-42 / €90.00

F O OT H E A LT H C E N T R E

16608_PCOS_SS13_PHARMACY_DPS.indd 1 15/05/2013 09:17

Page 23: Flimkien Ġunju 2013

SUMMER 2013 COLLECTION

SCHOLL IS AVAILABLE FROM ALL FOOTHEALTH CENTRES AND LEADING PHARMACIES.

WHILE EVERY EFFORT HAS BEEN MADE TO ENSURE THE ACCURACY OF THE INFORMATION CONTAINED WITHIN THIS ADVERT PRICES MAY BE SUBJECT TO CHANGE AND NOT ALL SIZES AND

COLOURS MAY BE AVAILABLE.

16608_PCOS_SS13_PHARMACY_DPS.indd 2 15/05/2013 09:17

Flimkien Ìunju 2013 | 23

Page 24: Flimkien Ġunju 2013
Page 25: Flimkien Ġunju 2013

Il-Bronkite hija infezzjoni tal-bronki, jiġifieri tal-pajpijiet il-kbar tan-nifs.

Ħafna drabi tirriżulta minn virus, u xi kultant minn bacteria. L-aktar sintomu komuni tal-bronkite hija s-sogħla, imma hawn ukoll min jaqbdu d-deni, uġigħ ta’ ras, sintomi oħra ta’ riħ, kif ukoll uġigħ ma’ ġismu kollu.

Dawn is-sintomi jdumu l-aktar tlett ijiem, imbagħad jisparixxu. Imma s-sogħla tista’ ddum tliet ġimgħat. Dan ma jfissirx li jkun għad hemm l-infezzjoni imma biss infjammazzjoni tal-bronki, li tgħaddi waħedha. Xogħol it-tabib hawn hu li jnaqqas is-sintomi billi jnaqqas id-deni, jevita d-dehydration u jħeġġek tieqaf tpejjep.

Tista’ sserraħ rasek li ġeneralment il-bronkite akuta tgħaddi mingħajr l-ebda kumplikazzjoni. Għandhom iħassbuk (u kellem tabib) meta:

• id-deni, it-tħarħir, jew l-uġigħ ta’ ras imorru għall-agħar;

• in-nifs jiqsar, jew isir mgħaġġel, jew tiżviluppa uġigħ f’sidrek;

• tisgħol id-demm, jew il-bili jsiru aktar skuri jew fl-aħmar;

• issir aktar għajjien jew konfuż;• is-sogħla titwal għal aktar minn tliet

ġimgħat;• l-attakki ta’ bronkite jsiru spiss.

Hawn ħafna mediçini kontra s-sogħla u l-irjiħat li tista’ tixtri mill-ispiżerija, anki bla riċetta. Ma tantx hawn provi li dawn itejjbu l-kundizzjoni tal-bronkite, imma jistgħu jnaqqsu s-sintomi bħal imnieħer imblukkat. Ħu parir mingħand l-ispiżjar fuq dawn, għax xi wħud minnhom jistgħu iġegħluk torqod, iqabbduk allerġija jew alluċinazzjonijiet. Xi wħud minn dawn fihom il-Paracetamol, għalhekk attent li ma tiħux aktar milli suppost. ■

SaÓÓitNa

dr peter Ferry md, m.SC, FrCp - SpeÇjaliSta Fil-mediÇiNa u l-aNZjaNi

Qabditni bronkite!

l-aVukat dr raymoNd Zammit

Ziti ma ˙allietli xejnMistoqsija: Qabel mietet, iz-zija wegħditni li se tħallili post u żewġ garaxxijiet. Meta nfetaħ it-testment sibt li lanqas ċenteżmu ma ħallietli. Kont domt erba’ snin nieħu ħsiebha, nagħtiha tiekol, nixtrilha l-bżonnijiet personali tagħha spiss minn buti stess, tħabattilha għal nurse u anki għall-pilloli b’xejn. Min fil-fatt wiret lanqas qatt ġie jaraha fl-aħħar erba’ snin. X’nista’ nagħmel biex nakkwista xi ħaġa? Migduma

tweġiba: Jekk jirriżulta li inti għamilt dak li għamilt biex tieħu xi ħaġa, allura inti għandek dritt titlob mingħand il-werrieta ħlas għas-serviġi reżi minnek. Forsi jkun aħjar kieku l-ewwel tara jekk il-werrieta jkunux lesti li jaslu miegħek bil-kelma t-tajba. ■

Ibgħat id-diffikultajiet legali tiegħek: Flimkien, Avukat, Kurja, Floriana. Tiħux din it-tweġiba minflok parir legali. Għal problemi legali, fittex għajnuna professjonali.

Flimkien Ìunju 2013 | 25

Page 26: Flimkien Ġunju 2013

FREE UNDERGROUND PARKING FOR EUROPHARMA CLIENTSEmail: [email protected]

Available from: St Martha Str, Victoria Gozo – Tel: 2385 9360Psaila Str, Birkirkara (next to Dhalia) – Tel: 2385 9272

Page 27: Flimkien Ġunju 2013

loGÓoB

Claudia CiNitisliba

Mimdudin1. Sinna fuq wara tal-ħanek (5)3. Issibha f’tarf il-mazzita (5)7. Iġsma ta’ bnedmin mejta (7)9. Tilar tal-insiġ (4)10. Maħrub, skartat (4)11. Xahar li jfawwar il-bjar (4)12. Naqra, tikka (4)16. Grif superfiċjali (4)18. Ma jemminx f’Alla (4)19. Tfajla mitlufa wara ġuvni (7)20. Tal-ilsien jew tal-minċott! (5)21. Fuqu toqgħod bilqiegħda (5)

weqfin1. Min m’għandux salib għandu din! (5)2. u 5. Weqfin: Sellum bi skaluni wesgħin (9)4. Beritta forma ta’ maqrut (4)5. Ara 2. Weqfin6. Ġwejjed, domestikat (4) 7. Klarinett żgħir (7)8. Qala’ minn żniedu (7)13. Sar aktar sabiħ (5)14. Injama biex tilgħab logħba fuqha (4)15. Suspett; inċertezza (5)17. Kosta, plajja (4)18. Ktieb fil-Bibbja fejn issib il-ġrajja ta’ San Pawl (4)

Soluzzjoni tisliba Mejju: Mimdudin: 1. ĦERŻA, 3. STEJĠ, 7. LUĊIFRU, 9. ĦRAR, 10. URNA, 11. ADAM, 12. BAGA, 16. MIET, 18. UNIT, 19. REKLUTI, 20. DAVID, 21. BUFFU. weqfin: 1. ĦAWĦA, 2. ŻGUR, 4. ToRU, 5. ĠAĦAN, 6. PIPA, 7. LANDIER, 8. URAGANI, 13. KMAND, 14. MoLL, 15. ETIKU, 17. TEMI, 18. UTRU.rebbie˙: j. Galea, San Ìwann

Irba˙ voucher ta’ €25 ming˙and V&F portelli and Sons Ltd, Mrie˙el. Ibg˙at it-twe©iba sal-15 tax-xahar. Ikteb ismek, in-numru tat-telefon u l-indirizz. Ibg˙atha hekk: Flimkien, Tisliba, Kurja, il-Furjana.

1 2 3 4 5

6

7 8

9 10

11 12

13 14 15

16 17 18

19

20 21

alfakodo

Soluzzjoni ta’ Mejju

rebbie˙: C. Camilleri, l-Imqabba

Irba˙ ƒew© kotba offruti minn Merlin publishers Ltd billi tuƒa l-g˙ajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin.Ibg˙atha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, Floriana

a b C d E F G H I j K L M20 10 17 4 24 9 22 14 2 21 12 25 7N O p q r S t U V w x y Z1 8 13 18 5 23 15 26 6 19 16 1 3

tifel: Pa, mingħand min ħadtha l-intelliġenza jiena?Missier: Naħseb li mingħand ommok, għax tiegħi għadha għandi!

Ġunju huwa xahar uniku. L-ebda xahar ieħor ma jibda fl-istess ġurnata li jibda fiha Ġunju. Pereżempju din is-sena l-1 ta’ Ġunju jaħbat is-Sibt. Mela ebda xahar ieħor f’din is-sena ma jibda s-Sibt!

Çajt

a

KON

t ta

F?

a Q - X 1 N J + R 7b T ÷ F O R x NC X - F p T ÷ Rd B + Z q N x FE D + U r G ÷ KF Y - M S V + RG K + K t F x BH P + N 16 U L ÷ RI S - B V H + Nj W ÷ F 5 w Q - BK O - A x J x ZL B x Z y E ÷ RM C - P Z F + A 4

FREE UNDERGROUND PARKING FOR EUROPHARMA CLIENTSEmail: [email protected]

Available from: St Martha Str, Victoria Gozo – Tel: 2385 9360Psaila Str, Birkirkara (next to Dhalia) – Tel: 2385 9272

Flimkien Ìunju 2013 | 27

Page 28: Flimkien Ġunju 2013

parroÇÇi maltiN

Fr GordoN reFalo kappillaN parroÇÇa SaNt’aNdrija, Óal luQa

Inressqu lil ˙addie˙or

lejn ÌesùIl-Parroċċa ta’ Sant’Andrija f’Ħal Luqa

hija waħda antika; saret parroċċa fil-15 ta’ Mejju 1633. Imma minħabba l-qerda tal-gwerra, ħafna mill-parroċċa, inkluża l-parti l-kbira tal-knisja Parrokkjali, inbniet mill-ġdid u għalhekk illum ħafna mill-bini huwa pjuttost reċenti.

F’Ħal Luqa hemm diversi tradizzjonijiet li saru parti integrali mill-ħajja tan-nies u tal-parroċċa, speċjalment il-festa parrokkjali u l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Diversi għaqdiet, ħidmiet u gruppi janimaw il-ħajja ta’ din il-komunità. Il-parroċċa hija għanja b’ħafna nies li jaħdmu b’dedikazzjoni kbira fid-diversi oqsma tal-ħajja tagħha.

X’inhi l-viżjoni tiegħi bħala Kappillan ta’ din il-komunità? L-ewwelnett nara l-bżonn li nkomplu nsaħħu l-ħafna tajjeb li diġà hawn. Il-kappillani, is-saċerdoti u l-lajċi li ġew qabli ħadmu bla heda biex din tkun tassew komunità Nisranija. Dan irridu nkompluh u niffukaw iktar fuq il-formazzjoni tagħna lkoll, speċjalment dawk impenjati fil-ħajja tal-parroċċa.

Prijorità oħra hija l-ħidma biex kulħadd iħossu parti mill-komunità. Għal ħafna mill-Ħalluqin, li għandhom ħafna għal qalbhom il-knisja Parrokkjali u Sant’Andrija, il-ħajja tal-Parroċċa hija kemmxejn ’il barra mill-ħajja tagħhom. Għandna bżonn nintegraw aktar persuni fil-ħidma u l-ħajja tal-parroċċa.

Kif se nagħmlu dan kollu? L-ewwelnett irid ikun il-Mulej li jaħdem biex dan iseħħ, jew aħjar, li nħalluh jaħdem tassew. Diġà hawn diversi gruppi u individwi, li jitolbu u jżommu l-parroċċa fit-talb tagħhom. Dawn jeħtieġ jiżdiedu, għax it-talb huwa l-aqwa ħidma.

Irridu noħorġu iktar mill-knisja u mmorru lejn il-periferiji, kif iħobb jgħid ħafna Papa Franġisku. F’Ħal Luqa m’hemmx periferiji fiżikament bogħod għax m’hijiex parroċċa kbira, imma għandna nies li huma soċjalment jew spiritwalment fil-periferiji. Dawn irridu nfittxuhom, inħobbuhom, ngħinuhom u nintegrawhom fil-ħajja tal-parroċċa, biex kulħadd ikun viċin Ġesù.

L-ewwel ħaġa li se nagħmlu hi li aħna s-saċerdoti nagħmlu family visits lil dawk li fiżikament jinsabu fil-periferija tal-parroċċa. F’Awwissu se jkollna fostna patrijiet, sorijiet, studenti u lajċi Franġiskani li se jgħaddu ġimgħa magħna, jgħixu magħna, u jżuru diversi familji tal-parroċċa. Flimkien mal-Kummissjoni Familja se naraw kif nistgħu nilħqu dawk li forsi minħabba s-sitwazzjoni familjari tagħhom, tbiegħdu mill-Knisja. Sant’Andrija kien l-ewwel li emmen u ressaq lil ħaddieħor lejn Ġesù. Aħna rridu nagħmlu bħalu. ■

28 | Flimkien Ìunju 2013

Page 29: Flimkien Ġunju 2013

paÌNa GÓat-tFal

Claudia CiNi

IL-QaddIs

Tax-xahar

Sant’Antnin ta’ PadovaNgħidulu ‘ta’ Padova’ – imma twieled Lisbona, il-Portugall, fl-1195

Sar magħruf bħala predikatur tajjeb; ħafna kienu jikkonvertu wara li jisimgħuh

Wara li sema’ li fil-Marokk inqatlu ħames patrijiet Franġiskani, ried imur missjunarju hemm

Ħafna jitolbu lil Sant’Antnin isib il-ħwejjeġ mitlufin għax darba patri żagħżugħ seraqlu ktieb bil-ħsieb li jbiegħu, u Sant’Antnin talab għalih u l-għada stess il-patri talbu maħfra u tah lura l-ktieb

Ismu propja kien Fernando

Kien iħobb ħafna jistudja l-Bibbja

Kellu jerġa’ lura għax marad; fi triqtu lura maltempata wasslitu Sqallija

Miet ta’ 36 sena fit-13 ta’ Ġunju, 1231

Log˙ob bi premju

Jigsaw PuzzleIrba˙ voucher ta’ €10 ming˙and alfsons Enterprises Ltd, Óamrun billi dda˙˙al il-biççiet tal-jigsaw puzzle fil-kaxxa ta’ hawn ta˙t biex tifforma sitt ismijiet ta’ r©iel.

Ibg˙atha hekk: Flimkien, Jigsaw Puzzle, Kurja, Floriana.

rebbie˙: M. Galea, il-Óamrun

Soluzzjoni tal-jigsaw puzzle ta’ Mejju

K

B

A N T I D AB R E N D AJ O S E F AL U Ç I J AM A R I J AS I L V J A

Il-Jigsaw Puzzle ta’ Mejju kellha tkun

kaxxa 6 x 6 mhux 6 x 5. Niskuƒaw ru˙na.

Ir-rebbie˙ tela’ bil-polza fost dawk kollha

li bag˙tu twe©iba.

R

S

T O N

A

O B

A N

A

I

E R T

N I S

D

N

D E

K O

M

N

N R

R T

D R O

I N U

Flimkien Ìunju 2013 | 29

Page 30: Flimkien Ġunju 2013

Ìanni kien joqgħod f’razzett ħdejn ħuh. Imma dan l-aħħar kellhom xi

jgħidu. Wara aktar minn 40 sena jiftehmu u jaqsmu kollox bejniethom, issa kienu kisruha. Lanqas biss kienu baqgħu jitkellmu.

Għodwa waħda nstemgħet taħbita fuq il-bieb. Ġanni fetaħ u sab raġel b’kaxxa tal-għodda. “Għandek xi xogħol għalija?” staqsa r-raġel. “Forsi għandek xi biċċa xogħol x’nagħmillek?”

“Iva,” qallu Ġanni. “Għandi biċċa xogħol għalik. Qed tarah dak ir-razzett lil hinn mix-xmara? Dak ta’ ħija ż-żgħir. Sal-ġimgħa l-oħra dik kienet għalqa mimlija ħaxix aħdar imma ħija qabad il-bulldozer, faqa’ ħajt u issa hemm xmara bejnietna. Għamel hekk apposta! Imma jien inpattihielu. Qed tara dak l-injam fir-rokna? Irridek tibnili ħajt – tmien piedi għoli – biex la nara r-razzett tiegħu u lanqas ’il wiċċu.”

Il-mastrudaxxa qallu: “Naħseb naf x’jiġifieri. Tibżax, agħtini l-imsiemer u l-mazza u nagħmillek biċċa xogħol kif tixtieq qalbek.” Ġanni tah l-għodda u qabel telaq qallu li kien se jirritorna filgħaxija.

Il-mastrudaxxa qabad l-għodda u beda jaħdem. Ħadem il-ġurnata kollha: ikejjel, jisserra’, isammar, jinċana.

Meta Ġanni wasal lura, il-mastrudaxxa kien diġà lest. Imma Ġanni baqa’ skantat meta ra li l-ħajt li kien ordna ma kienx hemm! Minflok, kien hemm pont min-naħa għall-oħra tax-xmara! Kienet biċċa xogħol magħmula tassew bis-sengħa, bil-poġġaman b’kollox.

U Ġanni kompla jistagħġeb aktar meta … ra lil ħuh iż-żgħir fuq in-naħa l-oħra qed jibda jaqsam il-pont, b’idejh miftuħa.

“Kif irnexxielek issib il-qawwa li tibni dan il-pont wara dak kollu li għamiltlek u għedtlek?” għajjat ħuh iż-żgħir min-naħa tiegħu tal-pont. Iż-żewġt aħwa mxew bil-mod sakemm iltaqgħu f’nofs il-pont u ħadu b’idejn xulxin.

Meta ħarsu warajhom, raw lill-mastrudaxxa qed jerfa’ l-kaxxa tal-għodda fuq dahru u jħejji biex jitlaq.

“Le, tmurx! Ibqa’ magħna ftit ieħor. Għandi biċċa xogħol oħra x’tagħmilli,” qallu Ġanni.

“Bil-qalb kollha,” wieġbu l-mastrudaxxa, “Imma baqagħli ħafna pontijiet oħra x’nibni x’imkien ieħor.” ■

l-aÓÓar paÌNa

Ûew©t a˙wa

30 | Flimkien Ìunju 2013

Page 31: Flimkien Ġunju 2013
Page 32: Flimkien Ġunju 2013

Live in concert in maltafriday 21st june at 7:30pm

catholic institute, floriana

tickets from the catholic institute booking office: daily 5pm - 7:30pm tel: 2203 9506

Sponsored by

€30normal

€50VIP

(including post-concert reception with the priests)