5
Cirkulari Marzu2014 L-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ jaghmlu kanzunetta bis-sinjali LIVE fuq L-Istrina Membri tal-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ wettqu traduzzjoni tad-diska popolari 'Stay' ta’ Rihanna bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija live fuq l-istazzjon nazzjonali ta’ Malta – TVM. Din saret biex jgħinu fil-ġbir ta’ fondi ghall- avveniment ta’ L-Istrina ta’ 2013. Prosit lil dawk kollha li kienu nvoluti! Quddiesa tal-Milied fil-Palazz tal-President 2013 Il-membri tal-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ kienu mistiedna biex jattendu l-quddiesa ta’ nofs –il lejl fil-Palazz tal-President f’lejlet il-Milied. Il- priedka tat-tfal saret minn erbat itfal, waħda minnhom nieqsa mis-smigħ u membru tal-Għaqda tagħna. Kienet l-ewwel darba li l-Lingwa tas-Sinjali Maltija ntużat fil-quddiesa tal-President. Melissa marret tajjeb ħafna meta għamlet il- parti tagħha bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija u għamlet lil kulhadd kburi, brava! Grazzi ukoll lil Interpreters u lil Fr. Martin li għinu biex iseħħ dan kollu. L-Interpreters interpretaw ukoll il-quddiesa kollha. Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ Deaf People Association (Malta) 45, Lascaris Wharf Valletta VLT 1921 Malta Fax: (+356) 21245823 Email: [email protected] Website: www.de afmalta.com

Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ · 2018. 9. 7. · Cirkulari Marzu2014 L-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ jaghmlu kanzunetta bis-sinjali LIVE fuq L-Istrina Membri tal-Għaqda

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ · 2018. 9. 7. · Cirkulari Marzu2014 L-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ jaghmlu kanzunetta bis-sinjali LIVE fuq L-Istrina Membri tal-Għaqda

Cirkulari Marzu2014

L-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ jaghmlu kanzunetta bis-sinjali LIVEfuq L-IstrinaMembri tal-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ wettqu traduzzjoni tad-diska popolari 'Stay' ta’ Rihanna bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija live fuq l-istazzjon nazzjonali ta’ Malta – TVM. Din saret biex jgħinu fil-ġbir ta’ fondi ghall-avveniment ta’ L-Istrina ta’ 2013. Prosit lil dawk kollha li kienu nvoluti!

Quddiesa tal-Milied fil-Palazz tal-President 2013Il-membri tal-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ kienu mistiedna biex jattendu l-quddiesa ta’ nofs –il lejl fil-Palazz tal-President f’lejlet il-Milied. Il-priedka tat-tfal saret minn erbat itfal, waħda minnhom nieqsa mis-smigħ u membru tal-Għaqda tagħna. Kienet l-ewwel darba li l-Lingwa tas-Sinjali Maltija ntużat fil-quddiesa tal-President. Melissa marret tajjeb ħafna meta għamlet il-parti tagħha bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija u għamlet lil kulhadd kburi, brava! Grazzi ukoll lil Interpreters u lil Fr. Martin li għinu biex iseħħ dan kollu. L-Interpreters interpretaw ukoll il-quddiesa kollha.

Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ

Deaf People Association (Malta)45, Lascaris WharfValletta VLT 1921Malta Fax: (+356) 21245823

Email: [email protected]: www.de afmalta.com

Page 2: Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ · 2018. 9. 7. · Cirkulari Marzu2014 L-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ jaghmlu kanzunetta bis-sinjali LIVE fuq L-Istrina Membri tal-Għaqda

Żjarat fl-iskejjel minn membri tal-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-SmigħMembri mill-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ żaru skola Sekondarja tas-subien fin-Naxxar biex iqajjmu kuxjenza dwar in-nuqqas tas-smigħ u dwar il-Lingwa tas-Sinjali Maltija. George Vella tkellem mal-istudenti dwar Deaf Awareness filwaqt li Loran Xuereb u Matthew Pace għallmu xi sinjali bażiċi lill-istudenti, li kienu ferm ħerqana biex jitgħallmu. L-iskola ħolqot video għall-Jum tal-Lingwi tagħhom fejn inkludew ukoll parti dwar il-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Bħala parti mid-Disability Awareness Week tal-KNPD, Annabelle Cauchi, membru tal-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ, kienet mistiedna biex tagħti preżentazzjoni lill-istudenti fil-kulleġġ ta’ Stella Maris fil-Gżira.

Raffle tal-MiliedNumru ġeneruż ta' rigali u vouchers ġew mogħtija lill-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ, biex jintużaw fir-raffle tal-Milied. Dan għen lil Għaqda biex tagħmel aktar fondi u biex jirreġistraw aktar membri ġodda. Ir-rigali ġew sponsorjati minn Delicata Wine, Eden Cinemas, Cafe1537, Ecabs, Malta Dairy Products, Aromatherapy, Inglot Cosmetics, Captain Morgan, Playmobil, Smart Supermarket, Soap Café, Mediterranean Ceramics, Mdina Glass, Oranika, Radisson Hotel, Sunny Coast Hotel, u Natasha’s Salon. Nixtiequ nirringrazzjaw lill-isponsors tagħna tar-rigali ġenerużi tagħhom.

L-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ tipparteċipa fi proġett ieħor tal-EUTliet parteċipanti Maltin kienu magħżula biex jipparteċipaw fi proġett ta' l-Ewropa tal-Youth in Action li sar ġewwa Teresin, fil-Polonja mill-10 sa l-14 ta’ Frar 2014. "My Future in My Hands" kienet attività mmirata lejn organizzazzjonijiet li jaħdmu maż-żgħażagħ li huma neqsin mis-smigħ u dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ b'mod ġenerali, biex tinbena partnership bejniethom.

Il-parteċipanti li ħadu sehem f'dan il-proġett kienu leaders taż-żgħażagħ ġejjin minn organizzazzjonijiet fil-Polonja, fit-Turkija, f’Malta, fl-Olanda u fi Spanja. L-organizzazzjoni li organizzat il-proġett kienet l-Assoċjazzjoni Pollakka tal-

Page 3: Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ · 2018. 9. 7. · Cirkulari Marzu2014 L-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ jaghmlu kanzunetta bis-sinjali LIVE fuq L-Istrina Membri tal-Għaqda

Persuni Neqsin mis-Smigħ f'Opole. L-għan ewlieni tal-proġett kien li jinħolqu kuntatti ġodda kif ukoll biex jinħoloq mod komuni ta' komunikazzjoni bejn in-nies li jisimgħu u n-nies li għandhom nuqqas ta’ smigħ.

L-attivitajiet u workshops għenu lill- parteċipanti biex jibnu partnership ma' persuni minn organizzazzjonijiet Ewropej. Il-parteċipanti kellhom ukoll l- opportunità li jitgħallmu dwar l-Erasmus+ Programme sabiex ikunu jistgħu jorganizzaw proġetti fil-futur u kif ukoll youth exchanges bejn żgħażagħ mill-Ewropa.

Steven Mulvaney, Annabelle Cauchi, u Maris Bonnici kienu l-parteċipanti li rrappreżentaw lill-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ (Malta) f'dan il-proġett.

Film Night mill-Assoċjazzjoni Taljana tal-Persuni Neqsin mis-Smigh Dr Lerose ġentilment aċċetta li juri numru ta' filmati qosra mill-assoċjazzjoni tiegħu fuq il-big screen ġewwa d-Deaf Club. L-avveniment kellu numru tajjeb ta’ attendenza u l-parteċipanti ġew minn madwar Malta u Għawdex.

Il-filmati kienu prinċipalment bil-Lingwa tas-Sinjali Taljana (Lingua dei Segni Italiana-LIS) b'sottotitoli Ingliż u kienu juru firxa ta' ġeneri li jinkludu comedy, horror, drama u science-fiction. L-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ kellhom ukoll pjaċir li jilqgħu għadd ta' ħbieb li jisimgħu, membri tal-familja u Rotarians fid-Deaf Club biex jesperjenzaw il-kultura tal-Persuni Neqsin mis- Smigħ.

Wara l-filmati, il-President tal-Għaqda Steven Mulvaney mexxa sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet ma' Dr Lerose dwar il-filmati tiegħu, kif ukoll dwar ix-xogħol u l-ħajja tal-persuni neqsin mis-smigħ fl-Italja. Il-feedback mill-membri kien pożittiv ħafna u kien lejl fejn kulħadd ħa pjacir.

Film Workshop ma’ Dr Luigi Lerose17 –il persuna pparteċipaw fl-ewwel Deaf Media Workshop bħala parti mill-proġett tagħna flimkien ma' Rotary La Valette Malta. Dr Luigi Lerose minn

Page 4: Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ · 2018. 9. 7. · Cirkulari Marzu2014 L-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ jaghmlu kanzunetta bis-sinjali LIVE fuq L-Istrina Membri tal-Għaqda

Deafmedia Italja tkellem maghna dwar l-għemil ta’ l-aħħar drama ta’ Deafmedia "Dietro il Mondo 2" (Behind the World).

Il-parteċipanti gawdew flimkien ikla mħejjija mill-membri tal-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ. Wara l-ikla l-workshop kompla billi l-parteċipanti nqasmu fi gruppi żgħar ta' tlieta jew erba' persuni biex jippreparaw filmati qosra tagħhom stess. Wara l-workshop Dr Lerose ippreżenta lil Kumitat kollezzjoni ta' DVDs għad-Deaf Club. Il-filmati qosra għadhom qed jiġu editjati, iżda se jkunu miżjuda fuq il-websajt tal-proġett (http://lsm-malta.weebly.com/) meta jitlesta.

Membership għas-sena 2014

Ġentilment infakkru lill-membri kollha biex iħallsu l-miżata tal-membership €10.00c għas-sena 2014. Min irid iħallas bil-posta jibgħat fuq Deaf People Association, 45 Lascaris Wharf, Valletta, VLT 1921 jew inkella javża lil Steven Mulvaney jew Alison Vere.

Avvenimenti li jmiss:

Żjara minn David Hay f’MaltaDavid Hay, uffiċjal tal-media mill-EUD, se jżur Malta mit-13 sas-16 ta’ Marzu 2014. Hu se jippreżenta t-tieni workshop tal-produzzjoni tal-films bħala parti mill-"LSM Video Information Project" li qed torganizza l-Għaqda flimkien ma' Rotary Club Malta La Valette.

Programm:

Il-Gimgħa 14 ta’ Marzu 2014 8:30pm – Preżentazzjoni ġewwa d-Deaf Club: ‘X’inhu l-EUD?’

Is-Sibt 15 ta’ Marzu 2014 10am – 5pm – Workshop fil-lukanda Intercontinental f’San ĠiljanL-ipparkjar ghall-parteċipanti kollha se jkun b’xejn fil-parkeġġ tal-lukanda

9pm – Ikla fl-Mġarr fir-restaurant Ta’ SoldiJekk joghġobkhom ikkuntattjaw lil Steven Mulvaney jew lil Alison Vere biex tibbukjaw post

Il-Hadd 16 ta’ Marzu 2014 Filgħodu – Pixkerija ta’ Marsaxlokk 2:00 - nieħdu lis-Sur Hay lura lejn l-ajruport

Laqgħa Ġenerali AnnwaliSkond l-iStatut tal-Assoċjazzjoni, il-Laqgħa Ġenerali Annwali se ssir nhar l-4 ta’

Page 5: Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ · 2018. 9. 7. · Cirkulari Marzu2014 L-Għaqda tal-Persuni Neqsin mis-Smigħ jaghmlu kanzunetta bis-sinjali LIVE fuq L-Istrina Membri tal-Għaqda

April, 2014 fis-7:30pm ġewwa d-Deaf Club. Matul il-laqgħa l-membri ser ikunu infurmati bl-attivitajiet ta’ l-Għaqda li saru matul l-aħħar sena, tal-ħidma tal-kumitat (Rapport Amministrattiv), tax-xogħol tal-interpreti (Rapport dwar Interpreti), u tal-finanzi tal-klabb (Rapport Finanzjarju).

Għandhom ukoll iseħħu l-elezzjonijiet tal-kumitat biex iservu għas-sentejn li ġejjin: 2014-2016.

Kull min jixtieq li joħroġ għall-elezzjoni jeħtieġ li jibgħat in-nomina tiegħu / tagħha (sekondat minn membru u ffirmat minn Membru tal-Board) sal-Ġimgħa 21 ta’ Marzu, 2014.

Mozzjonijiet jew emendi għall-iStatut tal-assoċjazzjoni jeħtieġu wkoll li jiġu rċevuti sal-Ġimgħa 21 ta’ Marzu, 2014.-------------------------------------------------------------------------------------------------

Formola 1: Nominazzjoni għall-Kumitat 2014-2016

Isem: ____________________ Kunjom _________________

Numru tal-Membership (2014-2015) ______________

Membru tal-Board: _________________________

Sekondat Minn: ________________________ (Numru tal-Membership _________)

-------------------------------------------------------------------------------------------------

Formola 2: AGM 2014 Proposta

Isem: ____________________ Kunjom _________________

Numru tal-Membership (2014-2015) ______________

Proposta:

_________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________

-------------------------------------------------------------------------------------------------