50

Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali
Page 2: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 2

Europe Direct huwa servizz li jgħinek issib tweġibiet għall-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea

Numru tat-telefon waħdieni bla ħlas (*): 00 800 6 7 8 9 10 11

(*) Ċerti operaturi tat-telefonija ċellulari ma jippermettux aċċess għal numri 00 800 jew inkella dawn it-telefonati jkunu bi ħlas

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-internet. Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu). Informazzjoni dwar il-katalogar tinsab fit-tmiem ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2011 ISBN 978-92-79-20343-5 doi: 10.2779/89966 © L-Unjoni Ewropea, 2011 Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali

Dan id-dokument jirrifletti l-fehma tas-servizzi tal-Kummissjoni u ma hux ta’ natura vinkolanti. Il-Kummissjoni Ewropea, Jannar 2011 Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata bil-kondizzjoni li s-sors ikun rikonoxxut Ritratt: istockphoto Dawn il-linji gwida huma r-riżultat ta' diskussjonijiet ma’ esperti minn Stati Membri u ma’ gruppi ewlenin ta’ partijiet interessati u tal-informazzjoni mogħtija minnhom, fil-qafas tal-Grupp ta’ Ħidma tal-KE dwar l-Estwarji u l-Portijiet.

Page 3: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

3 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

LINJI GWIDA DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVI DWAR L-

GĦASAFAR U L-ĦABITATS F’ESTWARJI U F’ŻONI KOSTALI b’attenzjoni partikolari għall-iżvilupp tal-portijiet u l-attivitajiet ta' tħammil

Jannar 2011 .

Page 4: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 4

WERREJ

SINTEŻI EŻEKUTTIVA.........................................................................................5

1 SFOND TAL-POLITIKA...................................................................................9 1.1 L-estwarji, iż-żoni kostali u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-Natura .......................... 9 1.2 Il-Politika Marittima Integrata u l-Politika Ewropea tal-Portijiet .............................. 12 2 KWISTJONIJIET TA’ TĦASSIB ......................................................................13 2.1 Pressjonijiet fuq estwarji u żoni kostali .................................................................. 13 2.2 Tħassib ewlieni tas-settur tal-portijiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats ............................................................. 15 2.3 It-tibdil fil-klima: Kwistjoni partikolari ta’ tħassib għall-estwarji u ż-żoni kostali ...... 16 3 LINJI GWIDA ...................................................................................................18 3.1 Objettivi ta’ konservazzjoni f’ambjenti dinamiċi .................................................... 18 3.1.1 L-għarfien u l-ġestjoni ta’ estwarji u żoni kostali bħala ekosistemi kumplessi u dinamiċi........................................................ 18 3.1.2 Il-protezzjoni ta’ ħabitats u speċijiet ta’ interess Komunitarju ..................... 20 3.1.3 L-iffissar ta’ objettivi ta’ konservazzjoni għall-ħabitas ta’ estwarji u kostali . 21 3.2 Ippjanar integrat .................................................................................................. 23 3.2.1 Pjanijiet ta’ ġestjoni...................................................................................... 23 3.2.2 Ippjanar spazjali .......................................................................................... 24 3.2.3 Benefiċċji minn sħubijiet u mill-parteċipazzjoni pubblika ............................. 27 3.3 Żvilupp ta’ proġetti u attivitajiet ta’ manutenzjoni............................................ 27 3.3.1 Proġetti integrati u naħdmu man-natura ...................................................... 28 3.3.2 Kif għandhom ikunu ttrattati “valutazzjoni xierqa” u “impatt sinifikanti probabbli”? .................................................................................. 29 3.3.3 Ir-relazzjoni bejn is-SEA, l-EIA u Valutazzjonijiet Xierqa (Appropriate Assessments (AA))...................................................................................... 29 3.3.4 Skemi ta’ kumpens u s-segwitu tagħhom.................................................... 31 3.3.5 Tħammil u attivitajiet ta’ manutenzjoni indirizzati......................................... 32 3.4 Trattament ta’ inċertezzi: ġestjoni adattiva ...................................................... 34 ANNESSI ..............................................................................................................37 GLOSSARJU........................................................................................................45

Page 5: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

5 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

SINTEŻI EŻEKUTTIVA Dan id-dokument jipprovdi gwida speċifika għal setturi dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats f’estwarji u f’żoni kostali. Il-gwida bbenefikat minn diskussjonijiet li saru fil-kuntest ta’ grupp ta’ ħidma speċifiku ma' rappreżentanti mill-Istati Membri, organizzazzjonijiet ta’ partijiet interessati u NGOs ambjentali. L-iżvilupp tiegħu segwa talba mis-settur tas-servizz tal-portijiet u tas-servizz marittimu. Portijiet, l-aktar fl-Ewropa tal-Punent, sikwit ikunu jinsabu f’estwarji jew qribhom. Dawn huma ekosistemi dinamiċi u produttivi ħafna u f’ħafna każijiet ikunu nnominati bħala siti ta’ Natura 2000. Estwarji jipprovdu l-kenn meħtieġ u l-kondizzjonijiet adatti għal aċċess bil-baħar għal portijiet. Il-portijiet għandhom irwol strateġiku fl-iżvilupp u t-twettiq tal-kummerċ dinji u minn żmien għal żmien jeħtiġilhom jespandu. L-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali, inklużi d-direttivi tal-UE dwar in-natura, fejn qabel ma kinux suġġetti għal ħafna rekwiżiti ambjentali, ,f’dawn l-aħħar snin ippreżentaw sfidi ġodda lis-settur li xi drabi rriżultaw f’dewmien fi proġetti ta’ żvilupp ta’ portijiet. Il-portijiet għandhom irwol essenzjali fl-iżvilupp ekonomiku u jfittxu ċ-ċertezza legali bħala prerekwiżit għal proġetti ġodda ta’ żvilupp. Il-Politika Ewropea għall-Portijiet, kif ifformulata mill-Kummissjoni Ewropea, irrakkomandat li ssir reviżjoni tal-limitazzjonijiet legali li jistgħu jfixklu proġetti ta’ żvilupp (‘proċedura rapida’). Dan id-dokument ta’ gwida jipprovdi għadd ta’ rakkomandazzjonijiet u elementi ta’ prattika tajba li jkabbru l-kwalità tal-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ portijiet f’siti ta’ Natura 2000 jew qribhom. Xi rakkomandazzjonijiet ewlenin huma:

• Id-disinn ta’ pjanijiet jew proġetti għandu dejjem ikun ibbażat fuq strateġiji b’benefiċċji reċiproċi bil-għan li jinkisbu miri doppji kemm ta’ objettivi ta’ konservazzjoni ta’ Natura 2000, kif ukoll ta’ objettivi soċjoekonomiċi, skont il-kunċett ta’ ‘ħidma man-natura’.

• Il-prevenzjoni tal-ħsara jew miżuri li jevitawha għandhom dejjem ikunu ppreferuti minn miżuri ta’ kumpens.

• Valutazzjonijiet minn qabel biex ikun evalwat il-potenzjal tal-impatt ta’ pjan jew proġett fuq siti ta’ Natura 2000 għandhom dejjem ikunu previsti. Dan huwa meħtieġ biex ikun deċiż jekk pjan jew proġett ikunx aktarx se jħalli effetti sinifikanti fuq sit ta’ Natura 2000 u jekk tkunx meħtieġa ‘valutazzjoni xierqa’ skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats.

• Konsultazzjoni sħiħa u f’waqtha mal-partijiet interessati hija dejjem rakkomandata biex ikun evitat li jkun hemm oġġezzjonijiet matul il-proċess għall-permess ta’ proġett.

• Il-manutenzjoni tal-portijiet u l-aċċess navigazzjonali għandhom ikunu ttrattati fil-kuntest ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni integrati għall-passaġġ fuq l-ilma kollu jew għas-sit ta’ Natura 2000 affettwat. Operazzjonijiet kapitali ta’ tħammil għandhom ikunu ddisinjati bħala parti minn tħammil sostenibbli u minn skemi ta’ ġestjoni ta’ sediment.

• F’każ ta’ xi inċertezza xjentifika żgħira li jifdal fir-rigward tal-effetti ta’ pjan jew proġett jew tal-miżuri ta’ mitigazzjoni jew kumpens relatati, il-miżuri għandhom jinkludu skema ddefinita minn qabel u vvalidata biex ikunu mmonitorati l-impatti attwali u qafas biex il-miżuri ta’ mitigazzjoni u kumpens ikunu adattati għall-impatti attwali.

Page 6: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 6

Introduzzjoni L-estwarji u ż-żoni kostali huma fost l-iktar ekosistemi produttivi fid-dinja, b’valuri kemm ekoloġiċi kif ukoll ekonomiċi għoljin. Huma ta’ importanza primarja għal organiżmi selvaġġi, speċjalment għal għasafar migratorji u tat-tgħammir u ta’ valur kbir minħabba li għandhom ħafna riżorsi naturali (pereżempju. bħala postijiet għat-trobbija ta' ħut kummerċjalment importanti). Barra minn dan, huma joffru wkoll varjetà wiesgħa ta’ servizzi ta’ ekosistemi bħal stabbilizzazzjoni tal-linja tal-kosta, regolamentazzjoni tan-nutrijenti, is-sekwestru tal-karbonju, id-ditossifikazzjoni ta’ ilmijiet imniġġsa u l-provvista ta’ riżorsi tal-ikel u l-enerġija (Valutazzjoni tal-Ekosistema għall-Millenju, 2005). Bħala riżultat huma jipprovdu firxa wiesgħa ta’ benefiċċji ekonomiċi lil ħafna setturi, inklużi s-sajjieda, il-kumplessi industrijali u s-servizzi ta’ kumdità bħat-turiżmu u r-rikreazzjoni. L-estwarji ta’ sikwit huma wkoll postijiet ideali għall-portijiet u t-tarznari minħabba li jipprovdu l-kenn meħtieġ għal vapuri, kif ukoll aċċess aktar ’il ġewwa tul xmajjar kbar. Madankollu, l-estwarji u ż-żoni kostali humawkoll fost l-ekosistemi l-aktar dinamiċi u kumplessi fid-dinja. Huma magħmulin minn firxa wiesgħa ta’ ħabitats differenti, li jeżistu fi struttura qisha mużajk dejjem tinbidel. Ħabitats tipiċi li jifformaw estwarju jinkludu bankijiet tar-ramel, meded ta' art tat-tajn jew tar-ramel, għadajjar tal-melħ u fuq ix-xatt kostali tagħhom, duni tar-ramel, laguni kostali, qaliet u bajjiet baxxi, sikek, gżejriet u gżejjer żgħar, xtajtiet ramlin, rdumijiet tal-baħar. Kważi dawn it-tipi kollha ta’ ħabitats huma protetti mid-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (magħrufa bħala 'id-Direttiva dwar il-Ħabitats'). L-għasafar ta’ xatt il-baħar jiddependi minn estwarji u żoni kostali matul il-perjodu ta' migrazzjoni tagħhom bejn il-post tar-riproduzzjoni tagħhom u l-post fejn imorru jgħixu fix-xitwa Barra minn dan, għadd ta’ speċijiet ta’ għasafar jirriproduċu f'estwarji u f'ħabitats kostali. B’riżultat ta’ dan, ħafna estwarji u żoni kostali huma wkoll protetti mid-Direttiva 2009/147/KE dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (magħrufa bħala 'id-Direttiva dwar l-Għasafar'). Għal perjodu ta' żmien twil u llum iktar minn qatt qabel, ħafna mill-portijiet tal-Ewropa kienu u għadhom ċentri loġistiċi ta’ mmaniġġjar tal-merkanzija mill-bnadi kollha tad-dinja. L-importanza tat-trasport marittimu u d-domanda għalih żdiedu b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar 30 sena u x’aktarx li jissoktaw ikunu hekk fil-ġejjieni. Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġja dan in-netwerk ta’ trasport permezz tal-politika tagħha dwar il-portijiet, u permezz tal-promozzjoni tar-“Rotot tal-Baħar” u t-Trasport Marittimu fuq Distanzi Qosra. Kif jingħad fil-Komunikazzjoni dwar il-Politika Ewropea għall-Portijiet1, aktar minn 1 200 port merkantili jkopru madwar 100 000 km ta’ kosti Ewropej. Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali tal-Ewropa. B’appoġġ għall-politika ġenerali tat-trasport tal-UE2, huma jimmaniġġjaw 40% tal-volum ta’ tunnellati metriċi f’kilometri li jsir fil-kummerċ intra-Komunitarju. Il-Kummissjoni Ewropea irrikonoxxiet dan il-fatt permezz tal-Komunikazzjoni tagħha dwar ‘Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea’ li tgħid li portijiet marittimi u trasport marittimu jippermettu lill-Ewropa tibbenefika mit-tkabbir rapidu fil-kummerċ internazzjonali u taqdi rwol ewlieni fl-ekonomija globali3.

1 COM(2007) 616 2 COM(2006) 314. 3 (KE, 2007)

Page 7: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

7 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

Portijiet marittimi, l-aktar dawk konnessi ma’ estwarji jew li jkunu jinsabu 'l ġewwa f' estwarji konnessi ma’ passaġġi fuq l-ilma navigabbli interni u ma’ ferroviji, jistgħu wkoll jaqdu rwol sinifikanti biex jitnaqqsu emissjonijiet ta’ CO2, iżda jkollhom ukoll jiffaċċjaw l-effetti tat-tibdil fil-klima. Inevitabbilment ikun hemm okkażjonijiet fejn l-iżviluppi u l-manutenzjoni ta’ portijiet u rotot navigabbli u d-deżinjazzjoni Natura 2000 jikkoinċidu ma' ’xulxin u xi minn drabi ma jkunux jistgħu jiġu kkonċiljati. Id-Direttivi dwar il-Ħabitats u l-Għasafar ma jipprekludux, a priori, il-possibbiltajiet għal aktar żvilupp u użu ta’ estwarji u żoni kostali f’siti ta’ Natura 2000 jew madwarhom. Minflok jistabbilixxu proċedura waħda wara l-oħra biex ikun żgurat li żviluppi bħal dawn ma jsirux b’mod li jkun inkompatibbli mal-protezzjoni ta’ speċijiet u ħabitats ta’ importanza Ewropea li għaliha s-siti jkunu ġew innominati. Fil-każ ta’ proġetti ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza, u fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet alternattivi, id-Direttivi jipprovdu mekkaniżmu li jista’ jippermetti żviluppi li jagħmlu l-ħsara, bil-kondizzjoni li l-kumpens u l-adattament jiżguraw li l-koerenza ġenerali tan-Netwerk ta’ Natura 2000 ma tkunx kompromessa. Il-pressjoni fuq iż-żoni kostali u l-estwarji inkoraġġiet bidla lejn ippjanar spazjali aktar integrat u effiċjenti. Dan, flimkien ma’ djalogu bikri ma’ partijiet interessati, wera bil-provi tul is-snin li kien mod effikaċi għall-promozzjoni ta’ żvilupp sostenibbli skont il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE (inklużi l-protezzjoni tan-natura, tal-ilma u tal-ambjent tal-baħar), il-politika Ewropea dwar il-portijiet u l-Politika Marittima Integrata Ewropea. L-għan ta’ dan id-dokument Il-Kummissjoni Ewropea diġà ppubblikat diversi dokumenti ta’ gwida biex tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw id-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats għall-protezzjoni ta’ Natura 2000 (ara l-Anness 1); din il-gwida tgħin ukoll liċ-ċittadini u lill-partijiet interessati biex jifhmu aħjar dispożizzjonijiet ewlenin tad-Direttivi. Madankollu hemm ħtieġa għal kjarifiki spjegazzjonijiet u wkoll fehmiet prospettivi ulterjuri dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-natura għall-iżvilupp ta’ portijiet u l-ġestjoni ta’ estwarji u żoni kostali, l-aktar fid-dawl tal-importanza tagħhom bħala rotot ta’ aċċess għal bastimenti tal-baħar. L-għan ta’ dan id-dokument ta’ gwida huwa li jispjega r-reġim ta’ protezzjoni, iddefinit skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats li japplika għal siti ta’ Natura 2000 fil-kuntest speċifiku ta’ estwarji u żoni kostali. Il-fowkus primarju huwa li l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-natura għal siti ta’ Natura 2000 li jkunu jinsabu f’estwarji u li parti minnhom tidħol f’kanali ta’ rotot navigabbli ta’ dħul u ħruġ u f’żoni kostali tkun iċċarata, imfissra u elaborata, b’attenzjoni partikolari għal attivitajiet relatati ma’ portijiet, inklużi t-tħammil u l-industrija (p.eż. it-tarznari). Leġiżlazzjoni ambjentali oħra bħad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (2000/60/KE), Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina [id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima] (2008/56), id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (Strategic Environmental Assessments (SEA)) jew id-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent imorru lil hinn mill-ambitu ta’ dan id-dokument u, għalhekk, mhix indirizzata fid-dettall f’dan id-dokument. Aspetti relatati mal-urbaniżmu, l-agrikoltura jew żviluppi oħra fl-istess oqsma jew relatati ma’ pressjonijiet li jirriżultaw minn trasport intern fuq l-ilma ma jitqisux f’dan id-dokument, iżda dawn l-attivitajiet jeħtiġilhom ukoll li jkunu meqjusa fi pjanijiet ta’ ġestjoni għal siti ta’ estwarji ta’ Natura 2000 u f’ġestjoni integrata ta’ żoni kostali, kif ukoll meta jkunu vvalutati effetti kumulattivi ta’ attivitajiet differenti.

Page 8: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 8

Dawn il-linji gwida bbenefikaw minn diskussjonijiet fi grupp ta’ ħidma speċifiku dwar estwarji, żoni kostali u portijiet imwaqqaf mill-Kummissjoni Ewropea (DG ENV u DG TREN). Dan il-grupp inkluda partijiet interessati minn setturi differenti u ltaqa’ sitt darbiet bejn l-2007 u l-2009. Flimkien ma’ dawn il-linji gwida, tħejja dokument tekniku supplimentari bi sfond ta’ informazzjoni teknika u xjentifika. Id-Dokument Tekniku Supplimentari jinkludi informazzjoni ġenerali dwar l-approċċ tal-istudju, il-letteratura użata u r-riżultati tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Grupp ta’ Ħidma u d-ditta ta’ konsulenza li kienet responsabbli mill-koordinazzjoni ġenerali. Id-Dokument Tekniku Supplimentari jista’ jitniżżel miċ-Circa Platform pubblika: http://circa.europa.eu/Public/irc/env/estuary/home. Dawn il-linji gwida huma maħsuba biex ikunu fidili għat-test tad-Direttivi rilevanti u l-prinċipji usa’ li huma l-bażi tal-liġijiet tal-UE dwar l-ambjent u l-attivitajiet relatati mal-portijiet. Huma ma għandhomx karattru leġiżlattivi ; ma jipprovdux xi regoli ġodda iżda jagħmlu kjarifika ulterjuri, billi jibnu fuq linji gwida eżistenti. Il-linji gwida jirriflettu l-fehmiet tas-servizzi tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-direttivi f’estwarji u f’żoni kostali. Il-linji gwida mhumiex vinkolanti. Għandu jkun enfasizzat li kull interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE tiddependi esklussivament mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE. Il-linji gwida huma maħsuba biex tkun osservata l-każistika stabbilita u jista’ jkun jeħtiġilhom ikunu adattati, meqjusa fid-dawl ta' kwalunkwe ġurisprudenza ġdida li toħroġ mill-Qorti tal-Ġustizzja. L-ambizzjoni ta’ dawn il-linji gwida hija li jkunu rikonċiljati l-ħtiġijiet għal żvilupp ta’ portijiet u għal protezzjoni ambjentali. L-udjenzi mmirati u l-utenti ta' dawn il-linji gwida huma l-awtoritajiet kompetenti lokali, reġjonali u nazzjonali jew federali, l-awtoritajiet tal-portijiet u l-passaġġi fuq l-ilma, operaturi, industriji, kumpanniji u assoċjazzjonijiet ta’ tħammil , l-industrija tas-servizzi marittimi, NGOs għall-Ambjent, Aġenziji ta’ Konservazzjoni u manigers ta’ siti ta’ Natura 2000.

Page 9: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

9 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

1. SFOND TAL-POLITIKA

1.1. L-estwarji, iż-żoni kostali u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-Natura, B'reazzjoni għat-tnaqqis globali rapidu fil-bijodiversità, l-Unjoni Ewropea ntrabtet, fis-Summit Ewropew ta’ Gothenburg fl-2001, li jkollha l-mira “li twaqqaf it-tnaqqis tal-bijodiversità fl-UE sal-2010”4 u li “tirrestawra ħabitats u sistemi naturali”5. Dan l-impenn issa jinsab stabbilit sewwa fl-aspetti kollha tal-Politika tal-UE. ‘Natura u bijodiversità’ huwa wieħed minn erba’ oqsma ta’ prijorità għal azzjoni skont is-Sitt Programm ta’ Azzjoni għall-Ambjent (is-Sitt PAA)6, li jistabbilixxi l-qafas għat-tfassil ta’ politika ambjentali fl-UE għall-perjodu 2002-2012. Is-Sitt PAA jitkellem ukoll favur, skont it-Trattat, l-integrazzjoni sħiħa ta’ rekwiżiti ta’ protezzjoni ambjentali, inklużi dawk relatati mal-konservazzjoni tal-bijodiversità, fil-politiki u l-azzjonijiet l-oħra kollha tal-UE. Flimkien, id-Direttivi dwar “l-Għasafar” u “l-Ħabitats” huma s-sinsla tal-Politika tal-UE dwar il-bijodiversità. Huma jippermettu lilll-Istati Membri tal-UE biex jaħdmu flimkien, fl-istess qafas leġiżlattiv b’saħħtu, biex jipproteġu l-ispeċijiet u l-ħabitats l-aktar ta’ siwi tal-fl-ambjent naturali tagħhom kollha fl-UE, irrispettivament minn limitazzjonijiet politiċi jew amministrattivi. Iż-żewġ direttivi jeħtieġu li l-Istati Membri jinnominaw siti terrestri u marini speċifiċi, li flimkien jikkostitwixxu n-netwerk Natura 2000. Dan in-netwerk jikkonsisti f’Żoni Speċjali ta’ Protezzjoni (Special Protected Area (SPA)) (ŻPSs) – li jipproteġu speċi ta’ għasafar u Żoni Speċjalita’ Konsevazzjoni (Special Areas of Conservation (SACs)) – li jipproteġu ħabitats u speċijiet oħra li jħassbu lill-UE fir-rigward tal-konservazzjoni. L-għan tan-Netwerk Natura 2000 huwa li jkunu assigurati s-sopravivenza fit-tul tal-ispeċi u l-ħabitats tal-Ewropa li huma l-aktar mhedda. Dispożizzjonijiet oħra tad-direttivi jinkludu sistema stretta ta’ protezzjoni ta’ speċijiet, kif ukoll skemi ta’ monitoraġġ u rappurtar. L-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats għandu rwol kruċjali fil-ġestjoni u l-użu sostenibbli tas-siti li jikkostitwixxu n-Netwerk Natura 2000. Fl-ispirtu ta’ integrazzjoni, huwa jipprovdi serje ta’ salvagwardji proċedurali biex ikun żgurat li l-iżvilupp ekonomiku jimxi id f’id mal-konservazzjoni tan-natura. Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jittrasponu d-direttivi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom u li jkollhom mekkaniżmi lesti biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet fil-prattika. L-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats jinkludi tliet tipi ta’ miżuri:

1. Miżuri pożittivi ta’ konservazzjoni għaż-Żoni Speċjali ta’ Konservazzjoni (SACs) kif previst mill-Artikolu 6.1 li jinvolvu pereżempju. pjanijiet ta’ ġestjoni u miżuri statutorji, amministrattivi jew kuntrattwali7,

2. Miżuri preventivi għas-siti kollha kif previst fl-Artikolu 6.2 biex tkun evitata d-deterjorazzjoni ta’ ħabitats naturali (kif ukoll it-taqlib sinifikanti ta’ speċijiet), u skont l-Artikolu 6.3, biex ikunu vvalutati l-effetti ta’ pjanijiet u proġetti ġodda,

4 Konklużjonijiet tal-Presidenza, Il-Kunsill Ewropew ta’ Göteborg tal-15 u s-16 ta’ Ġunju 2001 5 COM (2001) 264 finali 6 Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE, ĠU L 242, 10.9.2002, p.1 7 Għal SPAs, għandhom japplikaw l-obbligi tal-Artikolu 4.1 u 4.2 tad-Direttiva dwar l-Għasafar u hemm jitqiesu wkoll bħala miżuri pożittivi.

Page 10: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 10

3. Salvagwardji proċedurali, inkluża skema ta’ deroga u kumpens, skont l-Artikolu 6.4 għall-awtorizzazzjoni ta’ pjanijiet jew proġetti li x’aktarx ikollhom effetti ħżiena fuq siti ta’ Natura 2000.

Ħabitats kostali u estwarji protetti mid-Direttiva dwar il-Ħabitats ikopru erja totali ta’ aktar minn 45,000 km² tat-territorju tal-UE (ara t-Tabella 1, il-parti marina u intermareali biss, minbarra d-duni jew artijiet mistagħdra friski oħra relatati). Dawn il-ħabitats protetti jippovdu wkoll żoni ta’ mistrieħ għall-għasafar u l-foki, żoni fejn ibejjed il-ħut, żoni ta’ alimentazzjoni għal mammali, kif ukoll ħabitats ta’ pjanti speċifiċi. Ekosistemi ta’ estwarji u kostali jistgħu jinkludu wkoll ħabitats protetti oħra ta’ interess Komunitarju, bħall-Għorom Griżi (kodiċi tal-ħabitats 2130).

Tabella 1: Żona ta’ ħabitats kostali u estwarji protetti skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-natura (skont il-Bażi tad-Dejta ta’ Natura 2000 – Novembru 2009)

Ħabitats kostali u estwarji ta’ Natura 2000 ta’ rilevanza għal dan id-dokument

Żona totali fit-territorju tal-UE--27 (2009)

Estwarji – kodiċi tal-ħabitats: 1130 (306 siti) 643.704,44 ettari Laguni kostali*– kodiċi tal-ħabitats: 1150 (644 sit) 503.263,71 ettari Qaliet kbar u bajjiet baxxi – kodiċi tal-ħabitats: 1160 (373 sit) 1.250.743,52 ettari Bankijiet tar-ramel mgħottija ftit bl-ilma baħar iż-żmien kollu – kodiċi tal-ħabitats: 1110 (517-il sit) 2.436.613,35 ettari

Meded ta' art tat-tajn u tar-ramel mhux mgħottija bl-ilma baħar f’marea baxxa – kodiċi tal-ħabitats 1140 (422 sit) 809.204,53 ettari

Total 5.643.529,55 ettari

Id-direttivi ambjentali tal-UE li ġejjin dwar valutazzjonijiet ambjentali huma wkoll rilevanti direttament għall-pjanijiet u l-proġetti ta’ żvilupp f’estwarji u f’żoni kostali (ara l-kapitolu 3.3.3):

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-‘‘Ħabitats’’ 1. Għal żoni speċjali ta’ konservazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabilixxu l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jinkludu, jekk hemm bżonn, pjanijiet ta’ tmexxija xierqa disinjati speċifikament għas-siti jew imdaħħla fil-pjanijiet ta’ żvilupp l-oħra, u miżuri xierqa statutorji, amminstrattivi jew kuntrattwali li jaqblu mal-ħtiġiet ekoloġiċi tat-tipi ta’ habitat naturali fl-Anness I u l-ispeċi fl-Anness II li hemm fis-siti.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni, id-deterjorament tal-habitat naturali u l-habitat tal-ispeċi kif ukoll it-tfixkil tal-ispeċi li għalihom ġew nominati ż-żoni, safejn dak it-tfixkil jista’ jkun sinifikanti meta jitqies skont l-għanjiet ta’ din id-Direttiva.

3. Kull pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma’ jew li ma hux meħtieġ għat-tmexxija tas-sit iżda li x’aktarx se jkollu effett sinifikanti fuqu, jew b’mod individwali jew inkella flimkien ma’ xi pjanijiet jew proġetti oħra, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa tal-implikazzjonijiet tiegħu għas-sit in vista tal-għanjiet ta’ konservazzjoni tas-sit. Fl-isfond tar-riżultati tal-evalwazzjoni tal-implikazzjonijiet għas-sit u skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaqblu dwar il-pjan jew il-proġett biss wara li jkunu żguraw li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit....

4. Jekk, minkejja li jkun hemm evalwazzjoni negattiva tal-implikazzjonijiet għas-sit u fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet oħra, pjan jew proġett irid isir xorta waħda għal raġunijiet obbligatorji oħra li huma konnessi mal-interess pubbliku, inklużi dawk ta’ tip soċjali jew ekonomiku, l-Istat Membru jrid jieħu l-miżuri kollha kumpensatorji meħtieġa biex jiżgura li tkun protetta l-koerenza globali ta’ Natura 2000.Meta s-sit konċernat jospita tip ta’ habitat naturali ta’ priorità u/jew speċi ta’ priorità, l-uniċi kunsiderazzjonijiet li jistgħu jitqajmu huma dawk marbuta ma’ saħħet il-bniedem jew is-sigurtà pubblika....

Page 11: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

11 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

- Id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima [l-evalwazzjoni] tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (magħrufa bħala d-Direttiva ‘SEA’)8. L-għan tad-Direttiva SEA 2001/42/KE huwa li jkun żgurat li l-konsegwenzi ambjentali ta’ ċerti pjanijiet u programmi jkunu identifikati, ivvalutati u meqjusin matul it-tħejjija tagħhom u qabel l-adozzjoni tagħhom.

- Id-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima [l-evalwazzjoni] tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata fl-1997 (97/11/KE), fl-2003 (2003/35/KE) u fl-2009 (2009/31/KE) – (magħrufa bħala d-Direttiva ‘EIA’9). Waqt li l-proċess tas-SEA jopera fil-livell ta’ pjanijiet u programmi pubbliċi, Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali (Environmental Impact Assessments (EIA))) joperaw fil-livell ta’ proġetti individwali pubbliċi u privati.

Korpi tal-ilma ta’ estwarji u kostali huma wkoll ta’ interess skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma 2000/60/KE (Water Framework Directive (WFD)). Id-WFD tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni tal-ilmijiet kollha tal-wiċċ (xmajjar, għadajjar, tranżizzjonali u kostali) u għall-ilma ta’ taħt l-art f’livell tal-UE u għandha l-għan li tikseb stat ekoloġiku tajjeb (jew potenzjal ekoloġiku tajjeb għal korpi tal-ilma modifikati ħafna) u stat kimiku tajjeb sal-2015. Ilmijiet ta’ estwarji u kostali huma identifikati bħala korpi tal-ilma tranżizzjonali jew kostali. Skont id-WFD għandu jkun hemm il-prevenzjoni tad-degradazzjoni tagħhom u jkun protett u mtejjeb l-istat tal-ekosistema akkwatika taghom. Ta’ sikwit siti ta’ Natura 2000 u korpi tal-ilma tad-WFD jidħlu f’xulxin ġeografikament f’ekosistemi ta’ estwarji u kostali. Għalkemm l-għan ewlieni tad-WFD u tad-direttivi dwar in-natura huwa li jkunu protetti l-ekosistemi, l-objettivi, il-miżuri u l-mezzi tagħhom ma jkunux għalkollox komplementari. Għandha tingħata attenzjoni lis-sinerġiji bejn id-direttivi dwar in-natura u d-WFD fejn japplikaw it-tnejn. Skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, kienet żviluppata Strateġija ta’ Implimentazzjoni Komuni (Common Implimentation Strategy (CIS)) biex ikunu indirizzati l-isfidi b’mod kooperattiv u koordinat u kienet prodotta serje ta’ dokumenti ta’ gwida (ara l-Anness 1). Importanti wieħed jiftakar li l-Artikolu 4(2) tad-WFD jgħid li jekk l-objettivi ta’ konservazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħabitats ikunu aktar strinġenti mir-rekwiżiti tad-WFD, allura għandhom japplikaw dawk tal-ewwel. L-istess jgħodd ukoll għall-kuntrarju. Informazzjoni u linji gwida dettaljati dwar l-implimentazzjoni tad-WFD jistgħu jinkisbu mill-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/environment/water/water-framework/index_en.html Id-Direttiva Qafas dwar Strateġija Marina (Marine Strategy Framework Directive (MSFD), 2008/56/KE) tipprovdi viżjoni aktar komprensiva u tittratta wkoll dwar servizzi ta’ ekosistemi f’żoni marini. Tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni u r-restawr ta’ ekosistemi marini. Skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu jew iżommu stat ambjentali tajjeb (Good Environmental State (GES)) fl-ambjent marin sas-sena 2020. L-ambitu ġeografiku tal-MSFD jikkoinċidi mad-WFD f’ilmijiet kostali. L-istat ambjentali tal-MSFD japplika biss għal tal-aħħar sakemm aspetti partikolari tal-istat ambjentali tal-ambjent marin ma jkunux ġew diġà indirizzati permezz ta’ dik id-Direttiva (p.eż. żibel, ħsejjes, ċetaċji). L-MSFD, iżda, ma tapplikax għal ilmijiet tranżizzjonali bħal estwarji. Iż-żewġ direttivi aktar reċenti jikkomplementaw id-direttivi dwar in-natura billi jisħqu aktar dwar ir-rwol ta’ ekosistemi. Kif imsemmi hawn fuq, estwarji huma ekosistemi b’karatteristiċi dinamiċi ħafna: huma soġġetti għal bidliet kuljum u staġjonali, kif ukoll għal evoluzzjoni idromorfoloġika. Il-parametri tal-bijodiversità u l-ispeċijiet tipiċi tagħhom għandhom jevolvu

8 ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30–37 – ara http://ec.europa.eu/environment/eia/home.htm 9 ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17, ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114 – see http://ec.europa.eu/environment/eia/home.htm

Page 12: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 12

wkoll tul iż-żmien. Għalkemm it-tħassib dwar il-bijodiversità huwa denominatur komuni, mhux diffiċli wieħed jimmaġina li, waqt li ħabitats jinbidlu b’rispons għal evoluzzjoni morfoloġika, xi ħabitats jistgħu wkoll jgħibu jew jinbidlu b’mod sinifikanti. Speċjalment f’estwarji huwa importanti li wieħed jagħraf in-natura dinamika ta’ dan l-ambjent. 1.2. Il-Politika Marittima Integrata u l-Politika Ewropea tal-Portijiet L-importanza ekonomika tal-kosta Ewropea kienet enfasizzata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Politika Marittima Integrata10; ir-reġjuni marittimi jgħoddu madwar 40% tal-PDG u tal-popolazzjoni tal-UE. It-tarzni u t-trasport marittimu, il-portijiet u s-sajd jibqgħu attivitajiet marittimi ewlenin, iżda l-produzzjoni tal-enerġija lil hinn mill-kosta u t-turiżmu kostali u marittimu jiġġeneraw dħul finanzjarju massiv. Skont il-Politika Marittima Ewropea, l-iżvilupp tal-kapaċità tal-portijiet u l-kanali ta’ rotot kostali navigabbli ta’ dħul u ħruġ għandu jirrefletti t-tkabbir tal-kummerċ internazzjonali u domestiku tal-Ewropa u għandu jseħħ b’mod li jkun kompatibbli mal-objettivi relatati tal-politika tal-UE, partikolarment mal-miri ambjentali u tal-kompetittività tagħha. Il-Komunikazzjoni dwar Politika Ewropea għall-Portijiet11 timmira lejn sistema Ewropea għall-portijiet li taħdem u li tkun tista’ tlaħħaq mal-isfidi fil-ġejjieni tal-ħtiġijiet tar-trasport Ewropew. Wieħed mill-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni skont din il-Komunikazzjoni huwa li tiżdiet il-kapaċità tal-ġarr tal-portijiet biex tkun possibbli żieda ulterjuri fit-trasport marittimu u fluvjali. Hemm aktar minn 1200 port merkantili fl-Ewropa, li jikkomprendu punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess ekonomiku vitali minħabba li jimmaniġġjaw 90% tal-kummerċ internazzjonali tal-Ewropa. Anke jekk dawn iċ-ċifri jitilgħu u jinżlu minħabba ċ-ċaqliq ekonomiku, ix-xejriet fit-tul jibqgħu dawk ta’ tkabbir kontinwu; fl-istess waqt it-trasport fuq l-ilma huwa kkaratterizzat minn rati baxxi ta’ emissjonijiet ta’ CO2, meta mqabblin ma’ modi oħra ta’ trasport (l-aktar bit-triq iżda anke bil-ferroviji). Matul il-fażi ta’ konsultazzjoni, qabel l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni dwar Politika Ewropea tal-Portijiet, qamet il-kwistjoni dwar tħassib ambjentali fil-portijiet. Partijiet interessati fil-portijiet esprimew biża’ dwar l-inċertezza legali b’rabta mal-implikazzjonijiet għall-attivitajiet tagħhom li joriġinaw mid-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats. Min-naħa l-oħra: biex tkun iġġenerata liċenzja għal tkabbir, il-portijiet qed dejjem iħaddnu approċċ ta’ żvilupp aktar sostenibbli. Ħafna portijiet u kanali ta’ navigazzjoni jinsabu f’estwarji u f’żoni kostali li jilqgħu fihom żoni ambjentalment sensittivi, b’valur ekoloġiku kbir. Il-ħtieġa li jkunu nnominati siti ta’ Natura 2000 f’estwarji u f’żoni kostali u l-ħtieġa li tiżdied il-kapaċità tal-ġarr tal-portijiet biex jintlaqgħu l-ħtiġijiet tat-trasport Ewropew jidhru li huma ta’ sfida għal ħafna Stati Membri; dan ġab miegħu tilwimiet lokali u diversi deċiżjonijiet u ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE. Madankollu b’reazzjoni għal din l-isfida xi Stati Membri diġà żviluppaw approċċi biex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ portijiet skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Politika Ewropea tal-Portijiet il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-isfidi meta jingħaqdu l-infrastrutturi tal-portijiet u d-Direttivi dwar l-ambjent . Konsegwentement, is-servizzi tal-Kummissjoni wieġbu għat-talba tal-industrija tal-portijiet li jipprovdu linji gwida dwar l-interpretazzjoni taż-żewġ direttivi dwar in-natura. Dan jikkostitwixxi l-isfond tal-politika għal-linji gwida tal-lum, li għandhom l-għan li jirrikonċiljaw il-ħtieġa għal żvilupp ta’ portijiet skont l-istandards ta’ protezzjoni ambjentali tal-UE.

10 Il-Kummissjoni Ewropea, (2007), Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea, COM (2007) 575 11 Il-Kummissjoni Ewropea, (2007), Komunikazzjoni dwar il-Politika Ewropea għall-Portijiet, COM (2007) 616, 18.10.2007

Page 13: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

13 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

2. KWISTJONIJIET TA’ TĦASSIB 2.1. Pressjonijiet fuq estwarji u żoni kostali L-attivitajiet tal-bniedem f’żoni kostali u estwarji jinkludu navigazzjoni, tħammil, estrazzjoni ta’ aggregati u ramel, sajd, akkwakultura, industrija (inkluża estrazzjoni ta’ żejt u gass, żvilupp ta’ farms tar-riħ), skular tad-dranaġġ u ilma mormi, estrazzjoni ta’ ilma (p.eż. għal impjanti tal-enerġija u għall-industrija), sigurtà (inklużi difiża mill-baħar u protezzjoni mill-għargħar), rikreazzjoni, inklużi ‘bird watching’ u kaċċa, urbaniżmu, koperti għal kejbils, pajpijiet u mini, attivitajiet militari u attivitajiet ta’ riċerka. Dawn l-attivitajiet kollha meħudin waħda waħda jew flimkien jistgħu potenzjalment jiġġeneraw effetti sinifikanti fuq l-objettivi tal-konservazzjoni tan-natura ta’ estwarji u ta’ żoni kostali. Impatti direttament relatati ma’ passaġġi fuq l-ilma u ma’ attivitajiet relatati ma’ portijiet huma murija hawn taħt. 1. Operazzjonijiet ta’ tħammil It-tħammil kapitali u ta’ manutenzjoni u r-rilokazzjoni ta’ materjal imħammel jaffettwaw lir-reġim idrodinamiku u lill-ġeomorfoloġija tal-estwarju: Is-sedimentazzjoni naturali sseħħ f’estwarji skont il-forzi idrawliċi fil-baċir u l-ammont ta’ sediment li jkun hemm. Is-sediment ikun ipprovdut jew mill-erożjoni fiż-żona ta’ qbid jew mill-ambjent marin jew mit-tnejn. Lil hinn minn ċertu punt, jintlaħaq xorta ta’ bilanċ u l-estwarju jibda jirrilaxxa sediment minflok iżommu. Kull fattur li jinfluwenza r-reġim idrodinamiku u/jew il-ġeomorfoloġija jista’ jimmodifika l-bilanċ u l-fluss ta’ sedimenti u jwassal għal modifikazzjonijiet fil-postijiet fejn ikunu jinsabu ħabitats li jiffurmaw l-ekosistemi tal-estwarji u tal-kosti (p.eż. meded ta' art tat-tajn jew bankijiet tar-ramel). It-tħammil kapitali jeħtieġlu attenzjoni speċjali għaliex jista’ jreġġa’ lura x-xejra kif jimtlew l-estwarji u jaffettwa l-ekwilibriju tal-estwarju. Dan jiġri għaliex meta estwarju jitfannad, dan jista’ jippermetti li jidħol feles tal-melħ li jimxi aktar ’il fuq fix-xmara, iżid l-azzjoni tal-mewġ mal-linja tal-kosta, ibiddel il-firxa tal-marea u l-kurrenti tal-marea u jissospendi t-tagħbija ta’ sediment u s-sedimentazzjoni. Barra minn dan, il-bidliet idrodinamiċi u l-effett tagħhom fuq l-erożjoni tas-sediment, id-depożizzjoni u t-trasport jistgħu jikkawżaw bidliet ġeomorfoloġiċi sekondarji lil hinn mil-lok fejn ikun qed isir it-tħammil, inkluża l-erożjoni potenzjali tal-meded ta' art tat-tajn u tal-għadajjar bil-melħ . It-tħammil ta’ manutenzjoni huwa l-attività perjodika jew kontinwa meħtieġa għall-manutenzjoni tal-fond navigabbli f’estwarju jew fuq il-kosta miftuħa. L-effetti tat-tħammil ta'manutenzjoni u kapitali f’sit jistgħu jkunu simili. Id-differenza kritika hija li waqt li t-tħammil kapitali jimponi l-bidla maġġuri, it-tħammil ta’ manutenzjoni ma jħallix lis-sistema terġa’ lura fl-istat oriġinali tagħha, għalkemm fi stadji iżgħar. Dan ifisser li jkun hemm kwistjonijiet kontinwi li jkun jeħtiġilhom ikunu indirizzati jekk ħabitats u speċijiet ikollhom jinżammu fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli. Ftit minn dawn l-impatti jistgħu jkunu rranġati billi jkunu mmodifikati l-prattiki tat-tħammil u billi jintużaw tekniki ta’ alimentazzjoni mis-sediment, iżda dawn mhumiex applikabbli kullimkien. Hemm ukoll ċirkostanzi fejn materjali mħammla jistgħu jittieħdu għal użijiet ta’ benefiċċju bħaż-żieda ta’ provvisti ta’ sediment għal fuq ix-xtajtiet, għalkemm ikun meħtieġ li tittieħed attenzjoni speċjali biex ikun evitat li jiġu fgati komunitajiet importanti sublittorali. Dan juri l-

Page 14: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 14

ħtieġa li jkun hemm valutazzjoni b’attenzjoni tal-effetti idrodinamiċi f’estwarji u f’ilmijiet kostali. It-tfassil bil-ħsieb tat-tħammil u r-rilokazzjoni tal-materjal imħammel, huma partijiet integrali ta’ skemi ta’ ġestjoni ta’ sediment. 2. Attivitajiet ta’ manutenzjoni Attivitajiet ta’ manutenzjoni minbarra tħammil ta’ manutenzjoni, bħall-manutenzjoni jew is-sostituzzjoni jew l-installazzjoni ta’ marki ta’ navigazzjoni, puntali, dwal, skemi tat-traffiku għal bastimenti u rmiġġi, l-estensjoni ta’ skali għall-varar u l-ġbid ta’ bastimenti u ta’ mollijiet u l-manutenzjoni ta’ tendini flessibbli tal-baħar, difiżi kontra l-għargħar u lqugħ kontra l-mewġ jista’ jkollhom effetti ħżiena fuq objettivi ta’ konservazzjoni f’estwarji u ’żoni kostali. 3. Operazzjonijiet ta’ trasport marittimu kummerċjali Operazzjonijiet ta’ trasport marittimu kummerċjali fil-portijiet jistgħu jinqasmu f’żewġ kategoriji wiesgħa, operazzjoni u movimenti tal-bastimenti u operazzjonijiet tal-merkanzija. Il-moviment ta’ bastimenti minn ilmijiet ta’ estwarji u kostali potenzjalment jaffettwa l-karatteristiċi ta’ ħabitat kemm minħabba l-ġenerazzjoni ta’ mewġ u t-taħmiġ ikkawżat mill-iskrejjen fil-kolonna tal-ilma. L-effetti tal-moviment tal-bastimenti jistgħu jew jagħmlu ħsara, pereżempju. l-erożjoni intermareali ta’ estwarji u/jew it-tqegħid lura f’sospensjoni ta’ sedimenti, jew ikunu ta’ benefiċċju, pereżempju l-ossidazzjoni bijoloġika tal-kolonna tal-ilma. Il-ħsejjes (fuq u taħt l-ilma) assoċjati mat-trasport marittimu għandhom il-potenzjal li jiddisturbaw lill-annimali protetti tal-baħar. L-ankrar tal- bastimenti (’il barra minn żona ta’ ankrar) jista’ jiddisturba jew jagħmel ħsara lill-annimali u l-pjanti f’qiegħ il-baħar (pereżempju. partijiet ta' qiegħ il-baħar b'molluski, qrollartab, ħxejjex tal-baħar). Emissjonijiet fl-arja minn bastimenti, immaniġġjar ta’ skart u trattament tal-ilma tas-saborra jista’ jkollhom impatt fuq ħabitats kostali fil-qrib. L-immaniġġjar tal-merkanzija ta’ kwantitajiet ta’ merkanziji niexfa jista’ jikkawża emissjonijiet ta’ trab u tniġġis tal-arja (nitroġenu, kubrit). L-immaniġġjar ta’ kwantitajiet ta’ likwidi jista’ jirrikjedi li jinħatt f'pajplines, li jwassal għar-riskju potenzjali ta’ tnixxija, emissjonijiet u tixrid. Rilaxx aċċidentali ta’ merkanziji fil-baħar jista’ jkollu effetti ambjentali importanti. Il-firxa ta’ speċi eżotika invażiva importata permezz tal-ilma tas-saborra jew b’mod ieħor minn bastimenti jista’ wkoll ikollu influwenza negattiva fuq iż-żoni protetti. L-aħħar imma mhux l-anqas, il-moviment ta’ bastimenti jġib riskju ta’ diżastri (tixrid ta’ żejt jew merkanzija). Aspetti operattivi ta’ trasport marittimu kummerċjali (l-immaniġġjar tal-skart, il-ġestjoni tal-ilma tas-saborra, it-tniġġis tal-arja…) huma soġġetti għal regoli u regolamenti nazzjonali jew internazzjonali (bħat-trattat dwar ilma tas-saborra tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u l-protokolli ta’ MARPOL, l-Annessi 1-6). Barra minn dan, hemm inizjattiva volontarja tal-awtoritajiet tal-portijiet għall-promozzjoni ta’ “Trasport marittimu ekoloġiku” billi jkun żviluppat indiċi ambjentali. Dan l-indiċi jikkonċentra l-aktar fuq it-tniġġis tal-arja li jiġi minn bastimenti. 4. Reklamazzjoni tal-portijiet u l-użu ta’ art Il-port innifsu jista’ jkollu impatti fuq Natura 2000 għaliex iwassal għall-bini ta’ infrastrutturi ġodda (terminals, linji tal-ferrovija, pajplines, triqat, industriji ġodda u żoni kbar għal kumpanniji loġistiċi) li jistgħu jaffettwaw siti ta’ Natura 2000 fil-qrib. F’ċerti żoni l-ispazju disponibbli ma jkunx suffiċjenti u l-portijiet ikunu jeħtieġu li jirreklamaw art mill-baħar. Ir-Reklamazzjoni tal- art f’Natura 2000, kemm fuq l-art kif ukoll fuqil-baħar, se tkun teħtieġ, fi kważi l-każijiet kollha, skemi ta’ kumpens għan-natura.

Page 15: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

15 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

5. Kumplessi industrijali Iż-żoni tal-portijiet sikwit jinkludu kumplessi industrijali bħal raffineriji, impjanti tal-enerġija, ċentri ta’ ħażna ta' kwantità kbira ta' merkanzija kemm solida kif ukoll likwida u terminals għall-kontejners. L-effetti kumulattivi ta’ operazzjonijiet industrijali, trasport marittimu u traffiku jistgħu jwasslu għal effetti ekoloġiċi ħżiena fuq s-siti ta’ Natura 2000 fil-qrib. Kwistjonijiet ambjentali bħall-kwalità tal-arja, ħsejjes u skart huma rregolati minn leġiżlazzjoni u politiki speċifiċi li mhumiex, iżda, koperti mil-linji gwida tal-lum. L-użu tal-aħjar teknoloġiji disponibbli huwa sikwit obbligatorju u jista’ bħala tali jillimita l-pressjoni ambjentali fuq siti protetti wkoll. 2.2 Tħassib ewlieni tas-settur tal-portijiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats Waħda mill-kwistjonijiet ewlenin għall-iżvilupp tas-settur tal-portijiet hija l-ħila li jkunu ppjanati proġetti ġodda minn qabel sewwa u b'mod sigur. Kien hemm dewmien fid-dati ppjanati għall-estensjoni ta’ terminals f’diversi portijiet Ewropej matul l-aħħar snin. L-Organizzazzjoni Ewropea tal-Portijiet Marittimi (European Sea Ports Organisation (ESPO)) tattribwixxi dan id-dewmien għal għadd ta’ kawżi differenti, li jinfirxu minn politiki interni fil-port, oġġezzjonijiet ambjentali, investigazzjonijiet tal-implikazzjonijiet tas-sehem tas-swieq, diffikultajiet ta’ ffinanzjar, każijiet tal-qorti, eċċ.(ESPO, 2007). L-ESPO diġà ppubblikat fl-2007 il-Kodiċi ta’ Prattika tagħha dwar id-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats (ESPO, 2007), li fih għadd ta’ rakkomandazzjonijiet lil awtoritajiet tal-portijiet iffaċċjati b’implikazzjonijiet legali tad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats fl-iżvilupp usa’ tagħhom ta’ żoni tal-portijiet. L-aħħar kapitolu tal-Kodiċi ta’ Prattika jippreżenta lista ta’ suġġetti li għalihom intalbet gwida ulterjuri mill-Kummissjoni Ewropea. Dan li ġej huwa xi ftit tħassib ippreżentat minn perspettiva ta' awtorità ta’ port fir-rigward tal-iżvilupp u l-operazzjoni ta’ portijiet qrib jew f’estwarju jew f'żona ta’ jew kostali. Bl-eċċezzjoni tal-kwistjoni dwar il-qsim tal-ispejjeż fost il-partijiet interessati rilevanti, kważi ħafna minn dan it-tħassib qed ikun indirizzat f’dan id-dokument ta’ gwida.

1. Kif jistgħu approċċ proattiv u ppjanar integrali jwasslu għal aktar ċertezza legali?

2. Kif jista' jintlaħaq qbil bikri bejn il-partijiet interessati kollha permezz ta’ konsultazzjoni pubblika wiesgħa u l-involviment tal-partijiet interessati fit-tfassil ta’ proġetti?

3. Kif jistgħu jinqasmu l-ispejjeż fost il-partijiet interessati rilevanti kollha li jistgħu jibbenefikaw mill-integrazzjoni ta’ objettivi ta’ żvilupp soċjoekonomiku ma’ objettivi ta’ konservazzjoni tan-natura f’żoni ta’ Natura 2000?

4. Kif jistgħu jkunu evitati rekwiżiti ta’ kumpens permezz tal-applikazzjoni sistematika ta’ miżuri effiċjenti ta’ mitigazzjoni, b’mod li jkunu evitati minn qabel effetti negattivi?

5. Kif tista’ tkun aħjar il-kooperazzjoni bejn żviluppaturi ta’ proġetti, aġenziji ambjentali u NGOs bil-għan li jkunu promossi approċċi flessibbli u sitwazzjonijiet ta’ benefiċċji reċiproċi?

Kwistjoni importanti oħra għall-operaturi tal-portijiet u l-passaġġi fuq l-ilma hija dwar kif ikunu mmaniġġjati attivitajiet ta’ manutenzjoni bħal tħammil f' siti ta’ Natura 2000j ew maġenbhom. Waqt li diġà jeżistu linji gwida estensivi b’rabta mal-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats għal pjanijiet u proġetti ġodda, attivitajiet kontinwi kienu s’issa anqas koperti. Il-Kapitolu 3.3.4 għandu, għalhekk, jipprovdi aktar gwida dwar din il-kwistjoni.

Page 16: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 16

Għall-iżviluppaturi tal- portijiet huwa importanti wkoll li wieħed ikun jaf kemm attwalment ikunu meħtieġa dettalji biex ikunu vvalutati b’mod suffiċjenti l-effetti potenzjali ta’ pjanijiet jew proġetti ġodda biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats. Gwida dwar kif ikunu ttrattati inċertezzi hija kwistjoni importanti f’dan ir-rigward. L-ESPO pproduċiet lista ta’ kontroll li hija utli bħala dokument ta’ awtogwida (ara l-Anness 3). 2.3 It-tibdil fil-klima: Kwistjoni partikolari ta’ tħassib għall-estwarji u ż-żoni kostali Iż-żoni kostali u l-pjanuri vulnerabbli għall-għargħar huma fost l-aktar żoni vulnerabbli għat-tibdil fil-klima bħalma huma vulnerabbli għaż-żieda fil-livell tal-baħar flimkien ma’ aktar riskji ta’ tempesti, nżul xita intensa u għargħar għal għarrieda li jwasslu għal ħsarat mifruxin ħafna f’żoni mibnija u f’infrastruttura. Miżuri ta’ protezzjoni mill-għargħar bħall-bini ta’ digi, reklamazzjoni ta’ art u tipi oħra ta’ difiżi mill-baħar, jistgħu jwasslu għall-fenomenu ta’ “pressjoni kostali” li biha jkun hemm anqas u anqas spazju disponibbli għal proċessi kostali naturali biex jakkomodaw forzi ta’ erozjoni jew biex jaġġustaw għal bidliet bħal meta jogħla l-livell tal-baħar. “Pressjoni kostali” sseħħ l-aktar f’żoni li jkunu baxxi jew f'żoni intermareali, li jaġġustaw b'mod naturaligħall-bidliet fil-livell tal-baħar,għat-tempesti u l-marei, iżda ma jkunux jistgħu jagħmlu dan minħabba l-kostruzzjoni ta’ barrieri inflessibbli bħattoroq, id-digi, l-urbaniżmu, l-infrastruttura tal-portijiet u tal-industrija. Għandhom jittieħdu miżuri innovattivi għall-prevenzjoni ta’ pressjoni kostali f’estwarji u f’żoni kostali. Pressjoni naturali b’effetti simili sseħħ fejn il-kosta tmiss ma’ art li qed togħla u ma jkun hemm imkien fejn ħabitats li jkunu spiċċaw jiġu spostati għal fuqha minħabba li l-art tkun qed togħla.

Figura 1: Pressjoni kostali tinħoloq meta l-migrazzjoni ta’ ħabitats (b’reazzjoni għal meta jogħla l-baħar) tiġi evitata minn difiżi kontra l-marei/l-għargħar (Environment Agency, UK, 2005).

It-tibdil fil-klima ser jaffettwa b’mod qawwi lill-ambjent naturali tal-Ewropa u kważi lis-sezzjonijiet kollha tas-soċjetà u lill-ekonomija. L-għoli fil-livell tal-baħar se jnaqqas l-effett ta’ kenn minn brejkwoters u ħitan ta’ mollijiet, iżda l-perjodi ta’ anqas preċipitazzjoni fiż-żoni ta’ qbid ta’ xmajjar jistgħu wkoll iwasslu għal rati aktar baxxi ta’ ilma ħelu skulat u għal rati ogħla ta’ sedimentazzjoni fl-estwarju. Bħala riżultat, livelli baxxi ta’ ilma ta’ xmajjar matul perjodi nexfin tas-sajf jistgħu jfixklu t-trasport marittimu intern anki għal portijiet interni.

Page 17: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

17 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

L-għoli fil-livell tal-baħar ikkawżat mit-tibdil fil-klima ovvjament iwassal għal tibdil fil-karatteristiċi tal-marea bħal estensjoni usa’ tal-marea u l-veloċitajiet tal-kurrenti li jirriżultaw. Dan jista’ jwassal għal żieda ulterjuri ta’ ippumpjar tal-marea, effett li jista’ jkompli jnaqqas żoni ta’ siwi ta’ ilma baxx u jikkawża sedimentazzjoni mhux mixtieqa li twassal ukoll għal telf ta’ bijodiversità u, l-aħħar imma mhux l-anqas, iżid il-ħtieġa għat-tħammil. Iżda l-problema ewlenija tal-livell għoli tal-baħar hija li jista’ ma jkunx hemm sediment biżżejjed biex meded ta' art tat-tajn u tar-rameliżommu l-pass mal-għoli fil-livelli tal-baħar. F’każijiet bħal dawn, dan aktarx iwassal għal żieda f’ħabitats sublittorali. Jista’ jkun hemm problema f’għadd żgħir ħafna ta’ portijiet Ewropej minn sedimentazzjoni sublittorali, iżda hemm problema akbar minħabbal-possibbiltà ta’ esportazzjoni ta’ sediment u aktar erożjoni minħabba spazju mhux suffiċjenti għall-akkomodazzjoni li jippermetti li jkun hemm xi taqlib.

Page 18: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 18

3. LINJI GWIDA Dawn il-linji gwida huma maħsubin biex jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, lill- awtoritajiet u l-operaturi tal-portijiet u l-passaġġi fuq l-ilma, kif ukoll lil NGOs għall-Ambjent b’sett prattiku ta’ rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats f’estwarji u f’żoni kostali, b’attenzjoni speċjali għal żvilupp ta’ portijiet u għal operazzjonijiet ta’ tħammil. Kienu koperti l-aspetti ewlenin li ġejjin: l-objettivi ta’ konservazzjoni f’ambjenti dinamiċi, ippjanar integrat, żviluppi ġodda u strateġiji adattivi. L-applikazzjoni ta’ dawn il-linji gwida għandha twassal għal ippjanar aktar effiċjenti u approċċi ta’ żviluppi u “proċeduri rapidi” ta’ sostenn għal espansjoni ta’ portijiet, skont il-Komunikazzjoni dwar miri strateġiċi u rakkomandazzjonijiet għall-politika tal-UE dwar it-trasport marittimu sal-2018, COM (2009) 8. Il-prattika wriet li l-kooperazzjoni bikrija fost partijiet interessati u affettwati, ta’ sikwit hija prerekwiżit għal ippjanar b’suċċess u għall-eliminazzjoni ta’ dewmien. L-estwarji u ż-żoni kostali huma ambjenti kumplessi u dinamiċi ħafna li jiġbdu interess minn firxa wiesgħa ta’ setturi. Ġeneralment ikollhom interess eċċezzjonalment kbir kemm fil-konservazzjoni tan-natura kif ukoll interess soċjoekonomiku. Dan jagħmel l-ippjanar ta’ proġetti ta’ żvilupp, proċess kumpless iżda wieħed li jista’ madankollu jitwettaq b’mod bilanċjat, kosteffetiv, f’waqtu u b'mod integrat. Objettiv ewlieni huwa li, bil-kondizzjoni li l-partijiet kollha jkunu jafu bl-obbligi imposti fuqhom skont il-liġi, ikun hemm għarfien bażiku dwar kif estwarji jiffunzjonaw bħala ekosistemi. 3.1. Objettivi ta’ konservazzjoni f’ambjenti dinamiċi 3.1.1. L-għarfien u l-ġestjoni ta’ estwarji u żoni kostali bħala ekosistemi kumplessi u dinamiċi Qabel ma jkunu stabbiliti objettivi ta’ konservazzjoni f’ambjenti dinamiċi bħal estwarji u żoni kostali, huwa importanti li wieħed jifhem kif ekosistemi kumplessi bħal dawn jiffunzjonaw, kif jevolvu “morfoloġikament” u kif jistgħu jkunu influwenzati minn pressjonijiet antropoloġiċi u mit-tibdil fil-klima. Il-bilanċ bejn il-komponenti differenti (fiżiċi, kimiċi, bijoloġiċi u idromorfoloġiċi) tal-ekosistemi ta’ estwarji u kostali huwa kumpless ħafna u jista’ faċilment ikun affettwat minn attivitajiet tal-bniedem bħal attivitajiet relatati ma’ portijiet, l-agrikoltura jew ma’ miżuri li jtaffu l-għargħar. Il-valuri kemm ekoloġiċi kif ukoll ekonomiċi ta’ sistemi bħal dawn, għandhom jinżammu biex ikunu sodisfatti l-ħtiġijiet tas-soċjetà. Approċċ ta’ Ekosistema, skont il-profil tiegħu fid-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina [id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima]12, huwa adattat ħafna għall-ġestjoni ta’ sistemi kumplessi bħall-estwarji u ż-żoni kostali. L-approċċ ta’ ekosistema jqis l-ekosistema bħala entità ekoloġika bi struttura, proċessi u funzjonijiet tipiċi li jaġixxu b’mod reċiproku mal-ambjent ta’ madwarhom. L-approċċ ta’ ekosistema jġib l-analiżi f’livell spazjali ogħla mill-approċċ ta’ ħabitats/korp ta’ ilma biss. It-tibdil fil-klima għandu jkollu impatti potenzjali fuq il-bijodiversità u l-idromorfoloġija ta’ estwarji u żoni u kostali, kif ukoll fuq l-attivitajiet tal-bniedem bħall-iżvilupp ta’ portijiet u operazzjoni.

12 2008/56/KE (Ġurnal Uffiċjali tal-UE tal-25.6.2008): Dispożizzjonijiet ġenerali, Artikolu 1.3: L-Istrateġiji Marini għandhom japplikaw approċċ ibbażat fuq il-konsiderazzjoni tal-ekosistema għall-ġestjoni tal-attivitajiet tal-bniedem, b’mod li jiżguraw li l-pressjoni kollettiva ta’ tali attivitajiet tinżamm f’livelli kompatibbli mal-kisba ta’ status ambjentali tajjeb u li l-kapaċità tal-ekosistemi marini li jirrispondu għal bidliet ikkawżati mill-bniedem ma tiġix kompromessa, filwaqt li jippermettu l-użu sostenibbli ta’ prodotti u servizzi marini minn ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

Page 19: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

19 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

Linji gwida għall-ippjanar u t-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq għarfien ta’ ekosistemi

• Il-proċessi fiżiċi u l-evoluzzjoni morfoloġika tal-estwarji u taż-żoni kostali speċifiċi għandhom ikunu investigati fid-dettall. Għandu jkun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti għarfien xjentifiku sigur u l-iktar disponibbli dwar dawn l-elementi bħala bażi biex ikunu stabbiliti objettivi ta’ konservazzjoni tan-natura għal ekosistemi bħal dawn.

• Qabel ma jkunu stabbiliti objettivi ta’ konservazzjoni f’estwarji u f’żoni kostali nominati bħala siti ta’ Natura 2000, għandhom ikunu stabbiliti fid-dettall il-preżenza, id-distribuzzjoni ġeografika u l-istat attwali ta’ konservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet kollha protetti mid-direttivi dwar in-natura, kif ukoll it-theddid potenzjali li jkunu esposti għalihom dawk l-elementi.

• Għandhom ikunu stabbiliti u implimentati pjanijiet integrati ta’ ġestjoni għal estwarji bħala strument importanti għall-konservazzjoni u l-protezzjoni ta’ proċessi kritiċi, ta’ żoni u speċijiet, waqt li jkun ipprovdut spazju għal żvilupp ekonomiku sostenibbli. Fejn ikun possibbli dawn il-pjanijiet ta’ ġestjoni għandhom jagħmlu parti mill-pjan ġenerali ta’ ġestjoni ta’ baċir ta’ xmajjar.

• Objettivi ta’ konservazzjoni tan-natura u objettivi ta’ żvilupp soċjoekonomiku għandhom jitqiesu flimkien biex ikunu stabbilliti pjanijiet integrati ta’ ġestjoni għal siti ta’ Natura 2000. Għandu jkun applikat approċċ ta’ ekosistema li bih ikun jista’ jsir l-użu sostenibbli ta’ prodotti u servizzi li jirrispetta għalkollox l-objettivi ta’ konservazzjoni tas-sit.

• Meta estwarju jew żona kostali jevolvu, il-preżenza jew in-nuqqas ta’ speċijiet u ħabitats jevolvu wkoll. Għalhekk, l-objettivi u l-miżuri ta’ konservazzjoni għal siti ta’ Natura 2000 għandhom iqisu d-dinamiki speċifiċi għas-sistemi u x-xejriet evoluzzjonarji. Hemm ħtieġa wkoll li titqies id-differenza bejn xejriet naturali u dawk iddeterminati minn influwenzi tal-bniedem, jiġifieri pressjoni kostali u bidliet morfoloġiċi imposti minn kanali li jitfandu.

Fejn inċertezzi jew nuqqas ta’ għarfien dwar proċessi fiżiċi, morfoloġiċi jew bijoloġiċi jkunu għadhom jeżistu, dawn għandhom ikunu mminimizzati kemm jista’ jkun b’riċerka addizzjonali; fejn tibqa’ l-inċertezza, għandhom ikunu previsti programmi adattivi ta’ monitoraġġ. Evidenza ġdida u informazzjoni xjentifika għandhom jerġgħu jitqiegħdu fil-pjan ta’ ġestjoni u, fejn ikun meħtieġ, dawn għandhom iwasslu għal adattament xieraq tal-miżuri ta’ ġestjoni u tal-iskemi ta’ monitoraġġ.

Għandhom jitqiesu wkoll miżuri possibbli ta’ adattament għat-tibdil fil-klima meta jkunu qed jiġu żviluppati objettivi ta’ konservazzjoni. B’mod partikolari, għandu jkun indirizzat l-iżbilanċ reġjonali ta’ sediment. Nuqqas ta’ sediment jista’ jwassal għal erożjoni ulterjuri, pereżempju minn għadajjar bil-melħ, żoni tal-Waddenzee (1110, 1130, u 1140), bankijiet tar-ramel, xtajtiet u duni.

Għandhom ikunu żviluppati approċċi proattivi u strateġiċi għall-ġestjoni kostali, billi tingħata prijorità lis-sikurezza kostali li dejjem qed tikber u lir-reżiljenza ta’ ekosistemi u liż-żamma ta’ bilanċ tajjeb ta’ sediment fis-sistemi kostali ufl-estwarji.

Fejn ikun possibbli, għandu jkun hemm espansjoni ta’ żoni tan-natura b’mod proattiv minflok issir reazzjoni għal impatti katastrofiċi jew ta’ tibdil fil-klima. Għandhom ikunu previsti kurituri ta’ tixrid għal speċijiet bħala mezz importanti ta’ adattament.

Fejn bidliet f’rati ta’ sedimentazzjoni jwasslu għal telf ta’ ħabitats importanti bħal ilmijiet baxxi, għandhom jitqiesu skemi adattati ta’ ġestjoni ta’ sediment bħala strument biex jinkisbu l-objettivi ta’ konservazzjoni.

Page 20: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 20

3.1.2. Il-protezzjoni ta’ ħabitats u speċijiet ta’ interess Komunitarju Fil-kosta tal-Atlantiku tal-Grigal, l-estwarji huma soġġetti għall-marea. Estwarji ta’ xmajjar huma qaliet kostali fejn, mhux bħal f'qaliet kbar baxxi u bajjiet, ikun hemm ġeneralment influwenza sostanzjali ta’ ilma ħelu. It-taħlita ta’ ilma ħelu u ilma baħar u anqas flussi ta’ kurrenti fil-kenn tal-estwarju, iwasslu għad-depożitu ta’ sedimenti fini, li sikwit jifformaw ramel minn intermarei estensivi u meded ta' art tat-tajn. Ekosistemi ta’ estwarji huma kkaratterizzati minn ħabitats sublittorali u minn intermarei (slikke), inklużi għadajjar bil-melħ (xatt). Żbokkijiet ta’ xmajjar fil-Baltiku, fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed huma meqjusin bħala subtipi ta’ estwarji b’ilma salmastru u kważi mingħajr marea. L-estwarji u ż-żoni kostali huma sistemi dinamiċi li fl-istess waqt huma magħmulin minn diversi tipi ta’ ħabitats u ħabitats ta’ speċijiet. Bankijiet tar-ramel (111013), meded ta' art tar-ramel u tat-tajn(1140), sikek (1170) u għadajjar bil-melħ (1310 sa 1330) jistgħu wkoll ikunu parti minn estwarji ta’ ħabitat 1130. Jinkludu wkoll kurituri għal speċijiet migratorji (bħal ħut) u żoni ta’ serħan għal ħafna għasafar. L-estwarji u ż-żoni kostali xi drabi huma relatati ma’ laguni kostali (1150*) jew ma’ qaliet kbar baxxi u ma’ bajjiet (1160). Il-kanali u/jew il-korsiji tat-trasport marittimu, fejn ikun hemm, jifformaw parti integrali mit-tip ta’ ħabitat 'Estwarji' fil-kondizzjonijiet ġeografiċi kollha; huma għandhom irwol fil-funzjonament idroloġiku tal-estwarji u taż- żoni kostali qrib, inklużi ċ-ċirkolazzjoni tal-ilma u d-depożitu ta’ sedimenti. Estwarju ġeneralment jitqies bħala kumpless ta’ ħabitats differenti. Għandhom jitqiesu żoni kostali oħra maġenbhom meta jiġu biex ikunu stabbiliti objettivi ta’ konservazzjoni għal estwarji jew għal żoni kostali. Għad-definizzjoni ta’ ħabitats, hija pprovduta aktar gwida mill-Manwal ta’ Interpretazzjoni tal-Ħabitats tal-Unjoni Ewropea. Il-manwal kien irrivedut fl-2007 għal xi ħabitats (pereżempju ħabitats tal-baħar 1110, 1170 u 1180). Jeżistu wkoll xi dokumenti nazzjonali ta’ gwida. Iżda għal estwarji x-xorta ta’ ħabitat-1130, jeżistu definizzjonijiet/interpretazzjoni differenti skont l-Istati Membri. Diversi parametri ewlenin jiddeterminaw il-funzjonament bijoloġiku f’estwarji u f’żoni kostali. Il-preżenza jew in-nuqqas ta’ speċijiet (anġjospermi, fawna bentonika ta’ invertebrati, fawna tal-ħut, għasafar u mammali…) jiddependu mill-imġiba tas-sistema u mix-xibka alimentari ekoloġika tagħhom. Huma jkunu influwenzati minn parametri fiżiċi bħal taħmiġ u salinità. Bidliet sinifikanti fl-elementi fiżiċi ta’ estwarji u żoni kostali, bħal proġetti ta’ żvilupp ta’ portijiet u passaġġi fuq l-ilma, jistgħu aktarx jaffettwaw is-sopravivenza ta’ speċijiet speċifiċi fil-katina alimentari. Fir-rigward ta’ ħabitats akkwatiċi speċifiċi fil-mira tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, l-elementi kimiċi, bijoloġiċi u idromorfoloġiċi koperti minn stat ekoloġiku tajjeb skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (Water Framework Directive (WFD)) diġà jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tad-direttivi dwar in-natura. Xi wħud mill-ispeċijiet tipiċi ta’ ħabitats tal-Anness 1 jintużaw bħala indikaturi għall-valutazzjoni tal-istat ekoloġiku skont id-WFD (anġjospermi, fawna bentika, ħut). L-istat ta’ konservazzjoni ta’ speċijiet u ħabitats protetti mid-direttivi dwar in-natura jista’ ma joqgħodx għalkollox fuq il-kwalità ekoloġika tajba ta’ korpi tal-ilma kif iddefinita mid-WFD anke jekk din hija ċertament kontribuzzjoni ewlenija. L-istat ta’ konservazzjoni lokali ta’ speċijiet jista’ joqgħod fuq elementi speċifiċi oħra li għandhom ikunu ddefiniti fuq bażi ta’ każ każ.

13 Kodiċi ta’ ħabitats skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats

Page 21: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

21 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

Miżuri addizzjonali għal dawk previsti mid-WFD, iżda possibbilment meħtieġa skont id-Direttiva dwar l-Għasafar jew il-Ħabitats, jistgħu jkunu pereżempju: żoni kwieti ta’ serħan għall-foki jew żoni għall-alimentazzjoni f’ħabitats ta’ intermarei għal-lontri jew għall-għasafar meta l-marea tkun baxxa, jew ukoll il-ħolqien ta’ siti adatti fejn l-għasafar ibejtu. L-isfida ewlenija għandha tkun li jinstab approċċ li jiġġenera benefiċċji reċiproċi u li jkunu armonizzati miri, objettivi u miżuri kemm mid-WFD kif ukoll minn Natura 2000 fi stadju bikri. Linji gwida dwar in-nomina ta’ siti ta’ Natura 2000 u integrazzjoni mad-WFD

Estwarju jew żona kostali jifformaw unità ekoloġika mat-tipi ta’ ħabitats kostali terrestri u sublittorali tal-madwar. F’termini ta’ konservazzjoni tan-natura, dawn it-tipi differenti ta’ ħabitats ma għandhomx ikunu ttrattati separatament, u għandha titqies din ir-realtà meta jkunu ddefiniti l-konfini tas-siti.

Kanali ta’ navigazzjoni u/jew korsiji tat-trasport marittimu jibqgħu parti integrali ta’ siti nominati ta’ Natura 2000 u għandhom ikunu koperti mill-pjanijiet ta’ ġestjoni.

L-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali għandhom jikkoordinaw l-iffissar ta’ objettivi ta’ konservazzjoni u l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ miżuri skont id-Direttivi Qafas dwar in-Natura u l-Ilma. Fejn ikun possibbli għandhom ikunu stabbiliti pjanijiet integrati ta’ ġestjoni tad-WFD u ta’ Natura 2000.

3.1.3. L-iffissar ta’ objettivi ta’ konservazzjoni għall-ħabitats ta’ estwarji u ħabitats kostali L-iżvilupp ta’ objettivi ta’ konservazzjoni għal żoni estwarji u kostali huwa sfida reali minħabba li dawn iż-żoni huma ekosistemi kumplessi u dinamiċi ħafna. Ir-responsabbiltà finali għall-iżvilupp ta’ objettivi xierqa ta’ konservazzjoni, prijoritajiet u strumenti li jkunu adattati għal kuntesti nazzjonali, reġjonali u lokali tibqa’ dejjem tal-Istati Membri. Jista’ jkun hemm dawn il-mistoqsijiet f’dan il-kuntest: - Kif ikunu ffissati l-objettivi ta’ konservazzjoni f’livell nazzjonali/lokali? - Kif jistgħu pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ Natura 2000 isegwu approċċ ta’ ekosistema u

madankollu jgħinu fil-kwantifikazzjoni ta’ objettivi ta’ konservazzjoni u jistabbilixxu miżuri ta’ konservazzjoni għal ħabitats u speċijiet?

- Kif jistgħu jkunu integrati objettivi soċjoekonomiċi fl-objettivi ta’ konservazzjoni ta’ Natura 2000 u fi pjanijiet ta’ ġestjoni?

Għandhom ikunu stabbiliti objettivi ta’ konservazzjoni u miżuri ta’ konservazzjoni kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tas-sit. Skont l-Artikolu 2.1 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, l-għan ta’ din id-Direttiva huwa li din tikkontribwixxi biex tkun żgurata l-bijodiversità permezz tal-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa “fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat". Skont Artikolu 4.4 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, l-Istati Membri għandhom jinnominaw is-siti ta’ importanza Komunitarja bħala Żoni ta’ Konsevazzjoni Speċjali, "jistabilixx[u] prioritajiet skont l-importanza tas-siti għaż-żamma jew ir-ripristinar, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, ta’ tip ta’ ħabitat naturali fl-Anness I jew speċi fl-Anness II u għall-koerenza ta’ Natura 2000, u fl-isfond tat-theddid ta’ degradazzjoni jew qerda li jkunu esposti għaliha dawk is-siti." Skont Artikolu 6.1., l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri ta’ konservazzjoni għal kull żona speċjali ta’ konservazzjoni partikolari. Objettivi speċifiċi ta’ konservazzjoni f’livell ta’ sit iqisu l-prijoritajiet stabbiliti skont l-Artikolu 4.4. Huma jgħinu biex ikunu ddeterminati miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni ralatati ma’ sit.

Page 22: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 22

Objettivi ta’ konservazzjoni f’livell ta’ Stat Membru u f’livell ta’ sit għandhom natura komplementarja għax Natura 2000 huwa netwerk fejn kull sit għandu jkollu funzjoni speċifika fil-koerenza ġenerali tas-sistema. Dan ifisser li objettivi ta’ konservazzjoni f’livell ta’ sit għandhom ukoll jikkontribwixxu biex jinkisbu l-objettivi ta’ konservazzjoni fil-livell nazzjonali. Meta jiddetermina l-miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni fil-livell ta’ sit, l-Artikolu 2.3 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats jippermetti [li l-miżuri meħuda] "iqisu l-ħtiġiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u l-karatteristiċi reġjonali u lokali ". Din il-konsiderazzjoni ma tistax iżda tqiegħed fil-periklu l-objettiv ġenerali tan-Netwerk Natura 2000 li huwa li “…jippermetti li t-tipi ta’ ħabitat naturali u l-ħabitat naturali tal-ispeċi konċernati jinżammu jew, fejn jixraq, jiġu ripristinati fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom". Is-siti kollha jagħtu kontribut speċifiku lil dan l-objettiv, iżda l-kontributi tas-siti kollha mhumiex neċessarjament ekwivalenti. Jistgħu jkunu deskritti tliet tipi ta’ obbligi għas-SACs: miżuri proattivi ta’ konservazzjoni kif previst fl-Artikolu 6.1, miżuri preventivi kif previst fl-Artikolu 6.2 biex tkun evitata d-deterjorazzjoni ta’ ħabitats naturali, u miżuri speċifiċi għall-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ pjanijiet u proġetti ġodda kif previst fl-Artikolu 6.3 u 6.4. L-objettivi ta’ konservazzjoni għal sit speċifiku għandhom iqisu dawn l-obbligi kollha. Il-miżuri speċjali ta’ konservazzjoni skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar l-Għasafar jesiġu miżuri ekwivalenti għall-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats għal Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6.2, 6.3 u 6.4 japplikaw ukoll għal Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali skont id-Direttiva dwar l-Għasafar. Linji gwida għall-iffissar ta’ objettivi ta’ konservazzjoni

Ladarba sit ta’ importanza għall-Komunità jkun adottat skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, l-Istat Membru konċernat irid jinnomina dak is-sit bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar minn sitt snin żmien, u jistabilixxi prioritajiet skont l-importanza tas-siti għaż-żamma jew ir-ripristinar, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, ta’ tip ta’ ħabitat naturali fl-Anness I jew speċi fl-Anness II u għall-koerenza ta’ Natura 2000, u fl-isfond tat-theddid ta’ degradazzjoni jew qerda li jkunu esposti għaliha dawk is-siti (Artikolu 4.4 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats).

Meta jkunu qed jitqiesu objettivi ta’ konservazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom iqisu n-natura dinamika tal-estwarji u l-ilmijiet kostali u l-firxa naturali relatata ta’ flutwazzjonijiet ta’ speċijiet protetti u ta’ tipi ta’ ħabitats.

Il-konsiderazzjoni ta’ objettivi ta’ konservazzjoni għandha tkun fir-rigward sħiħ ta’ proċessi morfoloġiċi, kimiċi u bijoloġiċi. Għandhom ikunu rikonoxxuti l-funzjonijiet ekoloġiċi tal-estwarji u tal-ilmijiet kostali, bħal funzjonijiet idroloġiċi, funzjoni ta’ żona fejn ibejjed il-ħut, ħabitats għat-trobbija jew ħabitats staġjonali għal speċijiet migratorji.

Objettivi u miżuri ta’ konservazzjoni għal sit ta’ Natura 2000 għandhom ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni tal-istat ta’ konservazzjoni lokali ta’ ħabitats u speċijiet protetti, l-importanza relattiva tas-sit għall-koerenza ta’ Natura 2000 u għaż-żamma jew għar-restawr, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, ta’ ħabitats u speċijiet bħal dawn. Għandhom jirriflettu wkoll it-theddid ta’ deterjorazzjoni jew qerda li s-sit ikun espost għalih. L-effetti ta’ pjan jew proġett fuq l-integrità tas-sit għandhom ikunu vvalutati (Art. 6.3) skont l-objettivi ta’ konservazzjoni tas-sit.

L-istat ta’ konservazzjoni fid-data tan-nomina tas-sit għandu jintuża bħala valur ta’ referenza għall-evalwazzjoni tad-deterjorazzjoni tiegħu (Art. 6.2). F’dan il-kuntest, jeħtieġ li jitqiesu wkoll gwadanji magħmulin bħala riżultat ta’ miżuri ristorazzjoni jew ta' titjib ieħor meħudin pereżempju żidiet fl-għadd ta’ għasafar, minħabba pressjoni band’oħra jew minħabba reazzjoni għat-tibdil fil-klima, kif ukoll telf ikkawżat minn żviluppi naturali jew mit-tibdil fil-klima. Il-Formola ta’ Dejta Standard (Standard Data Form (SDF) tas-sit tibqa’ dokument ta’ referenza importanti f’dan ir-rigward.

Page 23: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

23 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

Awtoritajiet ta’ portijiet u ta’ passaġġi fuq l-ilma għandhom ikunu kkonsultati kmieni fil-proċessi tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni għal dawk is-siti ta’ Natura 2000 li jkunu jinsabu ħdejn portijiet jew konnessi ma’ aċċess ta’ navigazzjoni. Meta jkunu qed jiġu stabbiliti miżuri ta’ konservazzjoni għal sit partikolari, għandhom jitqiesu rekwiżiti ekonomiċi, soċjali u kulturali u karatteristiċi reġjonali u lokali bħall-qagħda attwali fil-portijiet u l-iżviluppi ekonomiċi mistennija għall-ġejjieni, waqt li ma jitqigħedx fil-periklu l-kontribut tas-sit rispettiv biex jinkiseb l-objettiv ġenerali tan-Netwerk Natura 2000 u l-koerenza tan-Netwerk Natura 2000.

Objettivi ta’ konservazzjoni ma għandhomx ikunu statiċi; għall-kuntrarju, jeħtiġilhom ikunu adattati għall-evoluzzjoni attwali tal-istat ta’ konservazzjoni ta’ speċijiet u ħabitats u għall-evoluzzjoni ta’ fatturi ekoloġiċi oħra f’ambjent kumpless u dinamiku.

Għandhom ikunu stabbiliti skemi ta’ monitoraġġ biex isir monitoraġġ ta’ evoluzzjoni għal żmien qasir u fit-tul, bħad-dinamika morfoloġika u ċ-ċirkolazzjoni/distribuzzjoni mill-ġdid ta’ sediment. Abbażi ta’ xejriet imkejla, l-objettivi ta’ konservazzjoni u miżuri ta’ ġestjoni jistgħu jkunu riveduti fejn u meta jkun meħtieġ (bl-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ġestjoni adattiva).

3.2. Ippjanar integrat 3.2.1. Pjanijiet ta’ ġestjoni Huma rrakkomandati pjanijiet ta’ ġestjoni għal siti ta’ Natura 2000 iżda li ma jkunux obbligatorji skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats. Jidhru li huma soluzzjoni xierqa biex ikunu riflessi objettivi trasparenti ta’ konservazzjoni u biex ikunu żviluppati miżuri għall-preservazzjoni jew it-tisħiħ tal-valuri naturali b’konformità mal-proċessi tas-sistema. Pjan ta’ ġestjoni joħloq opportunitajiet biex ikunu rrikonċiljati l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, il-kwistjonijiet ta’ sigurezza u l-aċċessibbiltà ma’ objettivi ta’ konservazzjoni tan-natura. Huwa joffri l-possibbiltà li attivitajiet rikorrenti ta’ manutenzjoni u ta’ rutina jkunu integrati ma’ objettivi ta’ konservazzjoni. Pjanijiet ta’ ġestjoni jipprovdu wkoll għodda tajba biex ikunu rrikonċiljati attivitajiet rikorrenti u ta’ rutina, bħat-ħammil ta’ manutenzjoni, mal-protezzjoni tal-ambjent u biex l-awtoritajiet tal-portijiet u partijiet interessati oħra jkunu impenjati fil-ġestjoni ta’ siti ta’ Natura 2000. Jekk attivitajiet ta’ manutenzjoni jkunu konnessi direttament mal-ġestjoni tas-sit u b'dan il-mod ikunu integrati fil-pjan ta’ ġestjoni ta’ Natura 2000, huma jkunu ddisinjati b’tali mod li x’aktarx ma jkollhomx effetti ħżiena fuq l-integrità tas-sit jew li ma jikkompromettux l-objettivi ta’ konservazzjoni tiegħu. F’dan il-każ, attivitajiet bħal dawn jistgħu jkunu awtorizzati mingħajr valutazzjoni xierqa skont Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. L-integrazzjoni ta’ pjanijiet strateġiċi għal portijiet, pjanijiet ta’ ġestjoni tad-WFD għal baċiri ta’ xmajjar u pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ Natura 2000 jistgħu joffru opportunitajiet biex jitnaqqas il-piż amministrattiv, id-dewmien u l-inċertezzi legali. Linji gwida għal pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ Natura 2000:

Għandhom ikunu stabbiliti pjanijiet ta’ ġestjoni integrati għal siti ta’ Natura 2000, partikolarment għal siti li jkunu maġenb operazzjonijiet ta’ portijiet jew attivitajiet industrijali oħra.

Page 24: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 24

L-awtoritajiet tal-portijiet u tal-passaġġi fuq l-ilma għandhom ikunu involuti b’mod attiv fit-twaqqif ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni għal siti ta’ Natura 2000 ħdejn portijiet u passaġġi fuq l-ilma relatati.

Pjanijiet strateġiċi għal portijiet, pjanijiet ta’ ġestjoni tad-WFD għal baċiri ta’ xmajjar u pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ Natura 2000 għandhom ikunu kkoordinati u, fejn ikun possibbli, integrati, biex jibbenefikaw b’mod sħiħ minn sitwazzjonijiet potenzjali ta’ vantaġġ reċiproku.

Attivitajiet rikorrenti ta’ manutenzjoni, meħtieġa biex ikunu ffaċilitati operazzjonijiet ta’ portijiet u għal aċċess ta’ navigazzjoni, għandhom ikunu integrati fil-pjanijiet ta’ ġestjoni u ddisinjati b’mod li ma jkunux ta’ ħsara għall-objettivi ta’ konservazzjoni tas-sit.

3.2.2. Ippjanar spazjali L-ippjanar spazjali u l-ġestjoni integrata, ibbażati fuq approċċi prospettivi u proattivi, jistgħu jgħinu biex jinkisbu l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni fuq is-siti u ċertezza legali akbar għall-iżvilupp ta’ proġetti għal portijiet. Ippjanar integrat huwa mod biex jinstabu sinerġiji u komplementarjetà; jipprovdi mezz għall-promozzjoni tar-responsabbiltà soċjali u l-iżvilupp sostenibbli. Għandu jgħin biex ikunu evitati paradossi, konflitti u fl-aħħar nett il-kompetizzjoni għall-ispazju. L-antiċipazzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil tiffranka l-ħin u tevita ‘battalji’ proċedurali. Ir-Rakkomandazzjoni 2002/413/KE tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali (Integrated Coastal Zone Management (ICZM)) tħejji t-triq għal ippjanar strateġiku aħjar. Il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali għandha timplimenta "ġestjoni ta’ żoni kostali li jkunu sostenibbli ambjentalment, ekwi ekonomikament, responsabbli soċjalment u sensittivi kulturalment, li żżomm l-integrità ta’ din ir-riżorsa importanti waqt li tqis attivitajiet u drawwiet li ma jippreżentawx theddida għaż-żoni naturali sensittivi u ż-żamma tal-istat tal-ispeċijiet selvaġġi tal-fawna u l-flora kostali" (Janssen, 2005). L-approċċ strateġiku propost mill-ICZM jisħaq fuq il-protezzjoni tal-ambjent kostali (abbażi ta’ approċċ ta’ ekosistema li jippreserva l-integrità u l-funzjonament tiegħu) iżda wkoll fuq it-theddida li jġibu magħhom it-tibdil fil-klima jew attivitajiet ekonomiċi mhux sostenibbli u għażliet fl-impjiegi. Ir-Rakkomandazzjoni dwar l-ICZM tipproponi xi prinċipji bħall-“użu ta’ taħlita ta’ strumenti ddisinjati biex tkun iffaċilitata l-koerenza bejn objettivi ta’ politika settorjali u l-koerenza bejn ippjanar u ġestjoni”. Bl-istess mod, id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima 2008/56 (Marine Strategy Framework Directive (MSFD)) tesiġi li l-Istati Membri jadottaw sal-2016 programmi ta’ miżuri, li jistgħu jinkludu “kontrolli ta’ distribuzzjoni spazjali u temporali: miżuri ta’ ġestjoni li jinfluwenzaw fejn u meta attività titħalla ssir” (Anness VI). Id-Direttiva b’hekk tipprovdi bażi regolatorja għal ippjanar spazjali marittimu għall-ibħra fl-ambitu tal-MSFD. Ippjanar spazjali integrat joffri opportunitajiet biex ikunu antiċipati diffikultajiet u impatti ħżiena u biex ikunu evitati konflitti potenzjali u dewmien fl-iżvilupp ta’ proġetti. Ir-riżoluzzjoni ta’ problemi f’livell spazjali tfisser li proġetti individwali jkollhom jiffaċċjaw anqas diffikultajiet għall-kunsens jekk il-mexxejja tal-proġett u l-awtorità li tagħti l-permes, ikunu jistgħu jafdaw fuq dawn il-pjanijiet komprensivi matul proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq valutazzjonijiet minn qabel jew valutazzjonijiet xierqa li jkunu saru fil-livell spazjali.

Page 25: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

25 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

Ippjanar spazjali u integrat mhuwiex f’kontradizzjoni mal-kunċett ta’ proċeduri rapidi propost mill-Kummissjoni Ewropea14 minħabba li l-antiċipazzjoni tista’ ssolvi problemi li jinqalgħu aktar tard. Ippjanar aħjar jeħtieġ ftit aktar żmien, iżda bħala konsegwenza, jippermetti li jkunu evitati konflitti matul il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni u finalment jikkontribwixxi biex ikunu eliminati "inċertezzi" u kawżi ta’ dewmien. Pjanijiet dwar l-użu ta’ art u pjanijiet settorjali, inklużi pjanijiet ta’ kontroll ta’ għargħar huma ta’ rilevanza ovvja. Xi wħud minnhom għandhom effetti legali diretti għall-użu tal-art, filwaqt li oħrajn għandhom effetti indiretti biss. Pereżempju, pjanijiet spazjali estensivi reġjonali jew ġeografiċi sikwit ma jkunux applikati direttament iżda jifformaw il-bażi għal pjanijiet aktar dettaljati jew iservu bħala qafas ta’ kunsensi għal żvilupp, li mbagħad ikollhom effetti legali diretti. Pjanijiet strateġiċi integrati huma ddisinjati biex ikun żgurat minn qabel li jkunu jeżistu l-kondizzjonijiet bażi biex isiru proġetti integrati. Pjanijiet bħal dawn għandhom ikunu sottomessi għal valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi u għal valutazzjonijiet xierqa fil-qafas tal-Artikolu 6.3 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. L-ippjanar tal-użu tal-art huwa proċess integrattiv, li fih talbiet differenti għal utilizzazzjoni jkunu soġġetti għal proċess ta’ evalwazzjoni. Valutazzjonijiet xierqa skont Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats jevalwaw b’mod kritiku l-impatti potenzjali tal-pjan fuq siti ta’ Natura 2000 u jidentifikaw emendi possibbli għal politiki jew proposti biex ikunu jistgħu jiġu evitati effetti ħżiena fuq siti ta’ Natura 2000. Wieħed mill-benefiċċji ewlenin tal-valutazzjoni xierqa f’livell ta’ pjan huwa li l-pjan jesiġi li deċiżjonijiet jittieħdu fuq il-kontenut tal-pjan li jgħin biex ikunu evitati effetti negattivi sinifikanti possibbli fuq siti ta’ Natura 2000 u, għalhekk, anki konflitti u dewmien li jista’ jkun hemm fil-livell tal-proġett. F’dan is-sens, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 mhumiex biss rekwiżit legali iżda wkoll għodda ta’ siwi f’ippjanar strateġiku. Ir-reżiljenza ta’ ekosistemi estwarji u kostali tista’ tissaħħaħ b’miżuri proattivi ta’ żvilupp tan-natura. Miżuri bħal dawn jistgħu jkunu implimentati wkoll fuq art li tkun proprjetà tal-port jew tal-awtoritajiet ta’ passaġġi fuq l-ilma u li tkun maħsuba għal żvilupp fil-ġejjieni ta’ portijiet jew passaġġi fuq l-ilma iżda li fil-preżent ma tkunx tintuża għal skop bħal dan, jew art li tkun proprjetà ta’ partijiet oħra (gvern, organizzazzjonijiet ta’ konservazzjoni tan-natura jew sidien privati ta’ artijiet). Pjanijiet ta’ ġestjoni integrati għal estwarji ta’ Natura 2000 joffru qafas biex ikunu ttratati l-ġestjoni u l-protezzjoni li jkollhom ikunu applikati għal żoni bħal dawn. Fl-aħħar nett, huwa importanti jkun enfasizzat li l-involviment tal-pubbliku u ta’ NGOs permezz ta’ approċċ parteċipattiv huwa fundamentali għal proċess ta’ ppjanar b’suċċess. It-trasparenza u l-approċċ kwalitattiv għandhom jiffaċilitaw l-involviment u l-approprjazzjoni tal-pubbliku, ukoll jekk dan neċessarjament ma jevitax li jkun hemm ir-riskju ta’ azzjonijiet kontenzjużi. Linji gwida għal ippjanar spazjali

L-ippjanar tal-użu tal-art għandu jkun ibbażat fuq sisien ta’ għarfien sodi u ssustanzjati sewwa li jkun jinkludi l-informazzjoni kollha neċessarja, kemm dwar objettivi ta’ konservazzjoni tan-natura, kif ukoll dwar portijiet u objettivi ta’ żvilupp relatati ma’ portijiet. Il-ħtieġa ekonomika għal kapaċità addizzjonali fuq passaġġi fuq l-ilma u f’portijiet hija kwistjoni kruċjali li għandha tintwera b’mod ċar permezz ta’ ppjanar strateġiku għal żmien qasir/twil, u għandu jsir l-aħjar użu tal-kapaċitajiet eżistenti (inkluża koordinazzjoni mtejba ta’ infrastrutturi u kapaċitajiet bejn portijiet Ewropej differenti).

14 Il-Kummissjoni Ewropea, (2009), Miri strateġiċi u rakkomandazzjonijiet għall-politika tal-UE dwar it-trasport marittimu sal-2018, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, 13 p.

Page 26: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 26

L-ippjanar spazjali għandu jsir fil-livell adatt (awtoritajiet kompetenti nazzjonali, reġjonali jew lokali, awtoritajiet ta’ portijiet…).

L-ippjanar spazjali integrat, sottomess għal valutazzjoni ambjentali strateġika, għandu jkun applikat, kull meta jkun possibbli, bħala mod biex ikunu antiċipati diffikultajiet u impatti ambjentali ħżiena u biex ikunu evitati konflitti u dewmien potenzjali fl-iżvilupp ta’ proġetti.

Għal integrazzjoni aħjar ta’ politiki dwar in-natura u portijiet, l-ippjanar strateġiku għandu jkun żviluppat għall-unità ekoloġika l-aktar preċiża (pereżempju. estwarju, baċiri ta’ xmajjar,…).

L-ippjanar spazjali għandu jagħmel distinzjoni ċara bejn il-livell strateġiku u l-livell tal-proġett. Valutazzjonijiet fil-livell tal-pjan strateġiku jistgħu jkunu ssimplifikati meta tkun evitata l-konsiderazzjoni ta’ sempliċi dettalji relatati mal-proġett.

Pjanijiet spazjali integrati għandhom isibu l-bilanċ it-tajjeb bejn objettivi ekonomiċi u ta’ konservazzjoni tan-natura. Għandhom jitqiesu bħala strumenti ta’ rikonċiljazzjoni u integrazzjoni ta’ miri ta’ negozju u bijodiversità.

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, reġjonali u lokali responsabbli mill-għażla u l-ġestjoni ta' siti ta’ Natura 2000 għandhom jaħdmu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet responsabbli mill-ippjanar spazjali. Il-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-awtoritajiet tal-portijiet u tal- passaġġi fuq l-ilma, operaturi ta’ terminals, NGOs għall-ambjent u partijiet interessati oħra pubbliċi, għandhom ikunu involuti minn fażi bikrija tal-ippjanar, bl-għan li jirrikonċiljaw interessi soċjali u ekonomiċi ma’ objettivi ta’ konservazzjoni tan-natura f’siti ta’ Natura 2000 jew qribhom.

L-awtoritajiet ta’ portijiet u l-amministrazzjonijiet ta’ passaġġi fuq l-ilma għandhom ikunu involuti fl-eżerċizzi rilevanti kollha ta’ ppjanar (inklużi pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ Natura 2000) minħabba li ppjanar strateġiku għandu jgħin biex jinkisbu investimenti sinkronizzati, jissolvew kwistjonijiet transkonfinali, ikunu identifikati soluzzjonijiet alternattivi anqas ta’ ħsara u, fejn ikun ġustifikat, raġunijiet essenzjali ħafna ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza u għall-promozzjoni ta’ żvilupp proattiv tan-natura.

Jekk pjan jew programm strateġiku ma jkunx fih dettalji biżżejjed biex issir valutazzjoni sħiħa u xierqa skont Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, ir-rapport ambjentali mħejji għall-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (SEA) għandu jgħin biex titlesta t-triq biex issir, f’livell ta’ proġett, valutazzjoni xierqa u, jekk ikun meħtieġ, biex jgħin titħejja proċedura ta’ deroga skont l-Artikolu 6.4 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. F’dan il-każ is-SEA għandha tkun diġà qed tidentifika proġetti li x’aktarx ikollhom effetti negattivi sinifikanti fuq siti ta’ Natura 2000 u li jkun jeħtiġilhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni xierqa skont l-Artikolu 6(3) matul il-proċess ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġett.

Ikun aħjar jekk l-effetti kumulattivi ta’ proġetti jkunu diġà identifikati u vvalutati matul l-elaborazzjoni ta’ pjanijiet spazjali.

L-awtoritajiet tal-portijiet u tal-passaġġi fuq l-ilma għandhom jimmiraw li jużaw l-art b’mod effiċjenti billi jieħdu l-aħjar mill-allokazzjoni ta’ spazju ta’ attivitajiet industrijali ta’ portijiet u billi jagħmlu l-aħjar użu ta’ modi differenti ta’ trasport bħat-trasport marittimu, in-navigazzjoni interna u l-ferroviji.

L-awtoritajiet tal-portijiet u ta’ passaġġi fuq l-ilma għandhom iqisu l-possibbiltà ta’ miżuri proattivi ta’ żvilupp tan-natura bil-għan li titjieb ir-reżiljenza tal-ekosistema ta’ estwarji. Il-ħolqien ta’ żoni temporanji tan-natura għandu jitqies meta art iddedikata

Page 27: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

27 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

għall-iżvilupp ta’ portijiet ma tkunx temporanjament użata għal dak il-għan. Il-ġestjoni u l-protezzjoni ta’ art bħal dik għandhom imbagħad ikunu ttrattati fil-kuntest ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni integrati.

3.2.3. Benefiċċji minn sħubijiet u mill-parteċipazzjoni pubblika Linji gwida għall-parteċipazzjoni pubblika:

Żviluppaturi ta’ proġetti ġodda għandhom jivvalutaw minn qabel l-effetti tal-iżvilupp u jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti għall-konservazzjoni tan-natura dwar il-possibbiltà li pjan ikollu effetti negattivi sinifikanti fuq l-integrità ta’ sit ta’ Natura 2000 jew fuq l-objettivi ta’ konservazzjoni tiegħu. L-wwtoritajiet tal-ippjanar għandhom jibdew konsultazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti u ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) minn kmieni fil-proċess tal-formazzjoni tal-pjan.

Minħabba l-kumplessità tal-liġijiet dwar l-ambjent u t-taqsim f’żoni, huwa rrakkomandat li jkun hemm konsultazzjonijiet strutturati u proċessi ta’ komunikazzjoni bejn diversi awtoritajiet kompetenti, partijiet interessati u NGOs. L-amministrazzjonijiet tat-trasport u tal-ambjent għandhom ikunu f’komunikazzjoni regolari u għandhom jiżguraw li l-proċess jimxi b’mod effiċjenti fil-livelli kemm ta’ pjan kif ukoll ta’ proġett. L-awtoritajiet tal-portijiet u tal-passaġġi fuq l-ilma, min joperahom u min jużahom, kif ukoll NGOs għall-ambjent, għandhom ikunu rappreżentati fi proċessi ta’ implimentazzjoni, inkluż f’sitwazzjonijiet transkonfinali.

Għandha tingħata konsiderazzjoni speċjali lil pjanijiet u proġetti li għandu jkollhom impatt minn naħa għal oħra tal-fruntiera nazzjonali. Pajjiżi viċini għandhom jgħarrfu lil xulxin u jikkooperaw minn kmieni fil-proċess tal-ippjanar.

3.3. Żvilupp ta’ proġetti u attivitajiet ta’ manutenzjoni Ħafna huma tal-impressjoni li d-Direttivi tal-UE dwar in-natura huma bbażati fuq approċċ ta’ “le sakemm ma”. Din hija interpretazzjoni bbażata fuq il-ħsieb li objettivi ta’ politika ambjentali dejjem jieħdu preċedenza fuq l-objettivi tal-politika ekonomika. Dan l-approċċ jikkontradixxi prinċipji ta’ żvilupp sostenibbli, li jibbilanċja benefiċċji ambjentali ma’ rekwiżiti soċjali u ekonomiċi (ara l-Artikolu 2.3 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats). Ippjanar integrali bikri u l-iżvilupp ta’ proġetti integrati huma kruċjali minħabba li għandhom jippromwovu approċċ ta’ “iva, jekk” u jħejju t-triq għal soluzzjonijiet ta’ vantaġġ reċiproku. Fil-qasam tal-passaġġi fuq l-ilma u l-portijiet, l-istatus ta’ TEN-T tal-UE jew prijoritajiet nazzjonali oħra għandhom jgħinu biex proġetti jikkwalifikaw bħala li jkunu ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza. Madankollu, jekk pjan jew proġett ikun qed jiġi awtorizzat abbażi ta’ raġunijiet essenzjali ħafna ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza (Imperative Reasons of Overriding Public Interest (IROPI), allura d-Direttiva dwar il-Ħabitats tesiġi ġustifikazzjoni tal-argumenti għal REIPS. Soluzzjonijiet alternattivi b’anqas jew b’ebda effetti ħżiena għandhom dejjem jitqiesu minn qabel b’dettalji suffiċjenti , u pjan jew proġett b’effetti ħżiena sinifikanti fuq Natura 2000 jista’ jkun awtorizzat biss fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet alternattivi bħal dawn. Proċeduri fakultattivi jistgħu jikkawżaw inċertezza legali minħabba li permessi jista’ jkun jeħtiġilhom ikunu eżaminati mill-ġdid, ikunu aġġornati jew eventwalment anki tterminati. Madankollu l-applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Ħabitats u l-integrazzjoni ta’ objettivi ta’ konservazzjoni tan-natura minn fażi bikrija ħafna ta’ ppjanar, għandha tnaqqas l-inċertezza.

Page 28: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 28

Il-linji gwida li ġejjin jipproponu rakkomandazzjonijiet dwar il-kunċett ta’ proġetti integrati, l-użu korrett tal-valutazzjonijiet xierqa u l-kwistjonijiet ta’ “impatt sinifikanti”, l-użu ta’ ġestjoni adattiva u l-valutazzjoni ta’ kumpens meħtieġ bħala l-aħħar tentattiv. 3.3.1. Proġetti integrati u ħidma man-natura Fl-2008, PIANC, l-assoċjazzjoni dinjija għall-infrastruttura tat-trasport fuq l-ilma15, ippubblikat dokument ta’ pożizzjoni bl-isem “Working with Nature" (Naħdmu man-natura). Hija titlob li jkun hemm bidla importanti fil-ħsieb dwar l-approċċ għal proġetti ta’ żvilupp tan-navigazzjoni li tista' twassal għal soluzzjonijiet ta’ benefiċċju reċiproku. Hijaippromwovi approċċ proattiv u integrat li jiffoka fuq:

- il-kisba tal-objettivi ta’ proġett f’kuntest ta’ ekosistema milli ta’ valutazzjoni tal-konsegwenzi ta’ disinn iddefinit minn qabel;

- l-identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ benefiċċju reċiproku milli sempliċiment minimizzazzjoni ta’ ħsara ekoloġika.

- “Working with Nature”, għalhekk, l-ewwel iqis l-objettivi ta’ proġett mill-perspettiva tas-sistema naturali milli mill-perspettiva ta’ disinn tekniku. Huwa approċċ li jeħtieġlu jkun applikat minn kmieni fi proġett meta tkun għadha possibbli flessibbiltà akbar. Approċċ proattiv bħal “Working with Nature” għandu jkun applikat mhux biss f’livell ta’ proġett imma wkoll għall-iżvilupp ta’ pjanijiet u programmi strateġiċi (ara ppjanar integrat).

Jekk il-kunċett ta’ disinn għal proġett ikun għamel progress qabel ma jkunu tqiesu kwistjonijiet ambjentali, il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali neċessarjament issir eżerċizzju ta’ mitigazzjoni jew ta’ limitazzjoni tal-ħsara, li potenzjalment jirriżulta f’soluzzjonijiet li ma jkunux l-aħjar u f’opportunitajiet mitlufa. “Working with Nature” huwa aktar milli sempliċiment dwar l-evitar jew il-mitigazzjoni tal-impatti ambjentali ta’ disinn iddefinit minn qabel. Minflok, jibda biex jidentifika modi għall-kisba tal-objettivi ta’ proġett waqt li jaħdem ma’ proċessi naturali u jkollu riżultati ta’ protezzjoni ambjentali, ristorazzjoni jew tisħiħ. Approċċ simili kien ittestjat ukoll fi proġetti tat-taffija tal-għargħar fil-Pajjiżi l-Baxxi u żviluppat fil-proġett Interreg SAND. Dan kien imsejjaħ “Integral Design" (Disinn Integrali) u kien ibbażat fuq pjanijiet differenti, li huma integrati b’mod li jimmassimizza l-benefiċċji għal kulħadd waqt li jwassal l-objettiv ġenerali b’approċċ kosteffettiv u effiċjenti. Dan l-approċċ ġenerali jista’ jkun rakkomandat ħafna minħabba li huwa f’koerenza mal-prinċipju li ħsara ambjentali għandha, bħala prijorità, tkun evitata jew rettifikata mill-bidu. Dan huwa skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats. Iżda xorta waħda jeħtieġ li tkun applikata valutazzjoni xierqa (Artikolu 6.3) jekk ma jkunx jista’ jiġi eskluż effett sinifikanti fuq sit ta’ Natura 2000. Bħala regola ġenerali miżuri li jippermettux ħsara jew li jevitawha, għandhom ikunu ppreferuti minn kumpens. Linji gwida biex naħdmu man-natura:

Id-disinn ta’ proġett għandu jkollu l-mira li jkun ibbażat fuq strateġiji ta’ vantaġġ reċiproku biex jinkisbu għanijiet doppji kemm ta’ objettivi ta’ konservazzjoni ta’ Natura 2000 kif ukoll ta’ objettivi soċjoekonomiċi.

15 http://www.pianc.org

Page 29: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

29 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

Il-proġetti għandhom ikunu ‘iddisinjati’ billi jintuża l-kunċett ta’ ‘naħdmu man-natura’. Dan ifisser li l-objettivi ta’ konservazzjoni rilevanti ta’ Natura 2000 għandhom jitqiesu flimkien mal-objettivi tekniċi ta’ proġett minn stadju bikri fid-disinn u fl-iżvilupp ta’ proġetti.

Bħala regola ġenerali, il-prevenzjoni tal-ħsara jew miżuri li jevitaw il-ħsara għandhom dejjem ikunu ppreferuti minn miżuri ta’ kumpens.

3.3.2. Kif għandhom ikunu ttrattati 'valutazzjoni xierqa' u 'impatt sinifikanti probabbli'? Il-Kummissjoni Ewropea diġà ppubblikat dokumenti ta’ gwida biex jgħinu lill-Istati Membri u lill-operaturi jifhmu u japplikaw l-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats (ara l-Anness 1). Dawn il-linji gwida jispeċifikaw rakkomandazzjonijiet għall-passaġġi fuq l-ilma u attivitajiet relatati ma’ portijiet. L-ekoloġija u l-bijodiversità jiddependu minn kondizzjonijiet lokali (varjabbiltà u kumplessità ta’ fatturi abijotiċi u bijotiċi), kif ukoll minn evoluzzjoni spazjali u temporali. Il-kliem “xieraq” jew “sinifikanti” mhumiex kunċetti normattivi, u l-valutazzjonijiet għandhom iqisu kondizzjonijiet lokali (abbażi ta’ każ każ). Kif innotat minn Stojanovic & al. (2006), “il-fatt li kull port huwa uniku f’dak li għandu x’jaqsam mal-profil ġeografiku, idrografiku u kummerċjali tiegħu jfisser li strateġija ta’ “daqs wieħed għal kollox” bħala reazzjoni għal ġestjoni ambjentali preskritta, tista’ ma tkunx xierqa anki jekk ikun hemm ħafna affarijiet komuni”. L-istess jista’ jingħad għall-ġestjoni ta’ estwarji, minħabba li karatteristiċi ta’ ekosistemi qed ikunu jiddependu, fost l-oħrajn, fuq il-lok fejn ikun jinsab l-estwarju. Għalhekk, analiżi speċifika għal sit hija dejjem meħtieġa. Valutazzjoni "xierqa" tfisser li tkun valutazzjoni li tqis il-fatturi lokali u l-objettivi ta’ konservazzjoni kollha. Għandha tkun ibbażata wkoll fuq l-aħjar evidenza disponibbli. 3.3.3. Ir-relazzjoni bejn is-SEA, l-EIA u Valutazzjonijiet Xierqa (Appropriate Assessments

(AA)) Hemm ħafna similaritajiet bejn il-proċeduri għas-SEA u għall-EIA, u l-Valutazzjonijiet Xierqa magħmulin għal pjanijiet jew proġetti li jaffettwaw siti ta’ Natura 2000 skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats. Iżda dan ma jfissirx li huma kollha l-istess, minħabba li hemm xi distinzjonijiet importanti. Għalhekk is-SEA jew l-EIA ma jistgħux jieħdu post Valutazzjoni Xierqa jew jissostitwixxuha minħabba li ż-żewġ proċeduri mhumiex superjuri għal xulxin. Madanakollu, huma jistgħu jimxu flimkien jew li informazzjoni li tappartieni lil Valutazzjoni Xierqa tkun tista’ titwettaq bħala parti mill-proċess tal-EIA jew tas-SEA, iżda f’każijiet bħal dawn, Valutazzjoni Xierqa għandha tkun tista’ tingħażel u tkun identifikabbli b’mod ċar fir-Rapport Ambjentali tas-SEA jew fid-dokumentazzjoni ambjentali tal-EIA, jew għandu jkun hemm rapport dwarha b’mod separat biex is-sejbiet tagħha jkunu divrenzjati minn dawk tal-EIA jew tas-SEA ġenerali. Waħda mid-distinzjonijiet ewlenin bejn is-SEAs u l-EIAs u Valutazzjonijiet Xierqa tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, minbarra l-fatt li jkejlu aspetti differenti tal-ambjent naturali u għandhom kriterji differenti għad-determinazzjoni ta’ ‘sinifikat’, hija kif ikun segwit ir-riżultat tal-Valutazzjoni. F’dan ir-rigward il-valutazzjonijiet skont is-SEA u l-EIA essenzjalment jistabbilixxu rekwiżiti proċedurali u ma jistabbilixxux standards ambjentali obbligatorji; għal kuntrarju, il-valutazzjoni skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats tistabbilixxi obbligi ta’ sustanza, l-aktar għaliex tintroduċi standard ambjentali, jiġifieri l-objettiv ta’ konservazzjoni ta’ sit ta’ Natura 2000 u l-ħtieġa li tkun ippreservata l-integrità tiegħu.

Page 30: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 30

Fi kliem ieħor, jekk il-Valutazzjoni Xierqa ma tkunx tista’ taċċerta li l-pjan jew il-proġett ma jkunux ser jaffettwaw b’mod ħażin l-integrità ta’ sit ta’ Natura 2000, l-awtorità ma tistax taqbel mal-pjan jew proġett kif ikunu jekk, f’każijiet eċċezzjonali, dawn ma jinvokawx proċeduri speċjali għal pjanijiet jew proġetti li għalihom ma jkunx hemm soluzzjonijiet alternattivi anqas ta’ ħsara u li jkunu meqjusin ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza. Is-SEAs/l-EIAs, min-naħa l-oħra, ikunu ddisinjati biex jagħmlu lill-awtoritajiet tal-ippjanar konxji għalkollox mill-implikazzjonijiet ambjentali tal-pjan jew tal-proġett propost biex dawn jitqiesu fid-deċiżjonijiet finali tagħhom. Il-konsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq huma miġburin fil-qosor fit-tabella tal-Anness 4. Linji gwida għal valutazzjonijiet:

Is-sinifikat tal-effetti ta’ pjan jew proġett ikun jiddependi b’mod qawwi fuq il-karatteristiċi u mill-objettivi ta’ konservazzjoni (li l-profil tagħhom ikun fil-Formola ta’ Dejta Standard, fl-atti ta’ nomina ta’ Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni, fi prijoritajiet ta’ konservazzjoni, fi pjan ta’ ġestjoni…).

Meta jkun propost proġett ta’ żvilupp ta’ port jew ta’ passaġġ fuq l-ilma relatat, l-ewwel nett għandha ssir valutazzjoni minn qabel. Jekk din il-valutazzjoni minn qabel turi li x’aktarx ma jkunx ser ikun hemm effetti sinifikanti fuq siti ta’ Natura 2000, l-awtorità kompetenti tista’ tneħħi l-obbligu li ssir valutazzjoni xierqa tal-implikazzjonijiet tiegħu għas-sit, fid-dawl tal-l-objettivi ta’ konservazzjoni tas-sit, skont Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. Il-valutazzjoni tar-riskju ta’ effetti sinifikanti għandha ssir abbażi ta’ kriterji xjentifiċi u fid-dawl, inter alia, tal-karatteristiċi u l-kondizzjonijiet ambjentali speċifiċi tas-sit affettwat minn pjan jew proġett bħal dan. Għandhom jitqiesu fatturi bħal kemm l-impatt ikun mifrux, il-kobor, il-kumplessità, il-probabbiltà, id-durata, il-frekwenza u l-possibbiltà tar-riversibbiltà tiegħu. Dan l-eżerċizzju għandu jsir mill-awtoritajiet kompetenti.

Jekk ma jkunx jista’ jiġi eskluż, abbażi ta’ informazzjoni oġġettiva, li proġett ikun ser ikollu effett sinifikanti fuq sit ta’ Natura 2000, jew waħdu jew flimkien ma’ pjanijiet jew proġetti oħra, allura l-proġett għandu jkun soġġett għal valutazzjoni xierqa skont l-Artikolu 6(3).

Wara li ssir valutazzjoni xierqa dettaljata li tkun tinkludi l-ġbir tad-dejta rilevanti kollha, u bil-kondizzjoni tar-riversibbiltà ta’ azzjonijiet, l-inċertezzi żgħar li jibqa’ ma għandhomx, jimblokkjaw jew iwaqqfu proġetti indefinittivament. Ħaġa bħal din ikun jeħtiġilha tkun deċiża abbażi ta’ każ b'każ. F’każ ta’ inċertezza dwar mekkaniżmi partikolari ta’ ekosistemi estwarji jew kostali kumplessi,,l-iżviluppaturi ta’ portijiet u passaġġi fuq l-ilma għandhom jivvalutaw in-natura tal-inċertezzi li jkun għad baqa’ u jimmaniġġawhom permezz ta’ monitoraġġ immirat u strateġiji adattivi. Skemi ta’ monitoraġġ għandhom jitfasslu b’mod li jagħtu sinjal ta’ kull żvilupp mhux mistenni fi stadju fejn ikunu għadhom jistgħu jittieħdu miżuri korrettivi effikaċi.

In-nuqqas ta’ effetti ħżiena xi drabi jkun relatat ma’ effetti previsti li ma jkunux jaqbżu valuri speċifiċi limitati; il-monitoraġġ ta’ effetti relattivi għal-limitu jkun imbagħad importanti. Il-valuri limitati għandhom dejjem ikunu ġustifikati abbażi ta’ kriterji xjentifiċi.

Fil-kuntest ta’ valutazzjoni xierqa, għandha tingħata informazzjoni dwar il-karatteristiċi kollha tal-proġett jew pjan li jistgħu jaffettwaw is-sit, il-firxa totali jew l-erja li tkun ser tiġi affettwata, il-karatteristiċi ta’ proġetti jew pjanijiet oħra li jistgħu jikkawżaw impatti kumulattivi mal-proġett, kull inizjattiva ppjanata jew eżistenti ta’ konservazzjoni tan-natura li x’aktarx tkun ser taffettwa l-istat tas-sit fil-ġejjieni, ir-relazzjoni (pereżempju.

Page 31: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

31 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

distanzi…) bejn il-proġett jew il-pjan u s-sit ta’ Natura 2000, ir-rekwiżiti (pereżempju l-EIA/is-SEA) tal-korp jew l-aġenzija ta’ awtorizzazzjoni.

L-informazzjoni dwar is-sit protett għandha tinkludi: l-objettivi ta’ konservazzjoni tas-sit ta’ Natura 2000, l-istat ta’ konservazzjoni u attributi ewlenin oħra ta’ ħabitats tal-Anness I jew ta’ speċijiet tal-Anness II fis-sit, il-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tas-sit li jistgħu jkunu affettwati mill-proġett, id-dinamika tal-ħabitats, speċijiet u l-ekoloġija tagħhom, aspetti tas-sit li jkunu sensittivi għal tibdil, relazzjonijiet strutturali u funzjonali ewlenin li joħolqu u jżommu l-integrità tas-sit, kwistjonijiet oħra ta’ konservazzjoni rilevanti għas-sit, inklużi bidliet naturali għall-ġejjieni li x’aktarx iseħħu u l-grad li għalih dawk il-bidliet ikun jeħtiġilhom ikunu mmaniġġati biex iwasslu l-objettivi ta’ konservazzjoni tas-sit.

Miżuri biex ikunu eliminati jew imnaqqsa effetti sinifikanti (mitigazzjoni) għandhom ikunu previsti matul il-fażi tat-tfassil tal-proġett. Jekk ikun meħtieġ, huma jkunu jistgħu jitlestew matul il-valutazzjoni xierqa (reviżjoni tad-disinn, mitigazzjoni komplementari). Il-proġett possibbilment imbagħad jilħaq livell fejn ma jkollux effetti ħżiena fuq l-integrità tas-sit.

3.3.4. Skemi ta’ kumpens u s-segwitu tagħhom Avviż importanti: Il-Kummissjoni ħarġet linji gwida relatati direttament mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6.4 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats li għandhom jinqraw flimkien mas-sezzjoni li ġejja (ara l-Anness 1 għal referenzi). Linji gwida għal kumpens:

F'każijiet fejn żviluppi li jagħmlu ħsara jitħallew jipproċedu, fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet alternattivi, ikun hemm ħtieġa għal miżuri ta’ kumpens biex ipaċu għalkollox kull telf jew ħsara lis-sit. Dawn għandhom ikunu adattati b'mod preċiż għat-tip ta’ impatt previst u għandhom ikunu ffokati fuq il-koerenza tan-Netwerk Natura 2000 u fuq l-elementi partikolari affettwati fil-livell tas-sit. Dan jeħtieġ li miżuri jirreferu għall-aspetti strutturali u funzjonali tal-integrità tas-sit, għat-tipi relatati ta’ ħabitat u ta’ popolazzjonijiet ta’ speċijiet li jkunu affettwati u għall-kontribut ta’ dawn l-elementi għall-koerenza ġenerali tan-Netwerk Natura 2000.

Miżuri li jikkumpensaw għandhom ikunu fattibbli u operattivi biex jipproteġu l-koerenza ġenerali tan-Netwerk Natura 2000. Il-perjodu ta’ żmien stmat u kull azzjoni ta’ manutenzjoni meħtieġa biex itejbu l-prestazzjoni għandhom ikunu speċifikati minn kmieni kemm jista’ jkun fil-proġett. Malli jkun hemm qbil dwar l-iskema ta’ kumpens, il-permessi jkunu ngħataw u l-programm ta’ monitoraġġ ikun jista’ jitħaddem, inċertezzi mhux previsti ma għandhomx, fil-prinċipju, jfixxklu b’mod sinifikanti l-qofol ta’ pjan jew proġett. Inċertezzi ġodda possibbli bħal dawn għandhom, iżda, jagħtu bidu għal investigazzjonijiet immirati u, jekk ikun meħtieġ, għal monitoraġġ estiż u għal miżuri adattivi jew korrettivi.

‘Telf’ għandu jkun ikkwantifikat fir-rigward ta’ ħabitats u speċijiet ewlenin: skont tagħrif attwali u ġudizzju espert. Miżuri ta’ kumpens għandhom jitfasslu abbażi tal-aħjar tagħrif xjentifiku u għandhom jaqdu l-funzjonijiet ekoloġiċi meħtieġa biex ikunu ta’ għajnuna għal speċijiet u ħabitats affettwati.

Ħsara ambjentali/benefiċċju ambjentali minn proporzjon ta’ kumpens għandhom ikunu vvalutati: hemm rikonoxximent wiesa' li proporzjonijiet ta’ kumpens/ħsara għandhom ġeneralment ikunu ħafna iktar minn 1:1. B’hekk, proporzjonijiet ta’ 1:1 jew inqas

Page 32: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 32

għandhom jitqiesu biss meta jintwera li miżuri bħal dawn ikunu 100% effikaċi biex jirrestawraw struttura u funzjonalità tajbin f’perjodu qasir ta’ żmien.

Siti għal kumpens xieraq għandhom jintgħażlu billi jitqies dan li ġej: (a) Kumpens fis-sit ta’ Natura 2000 jekk l-elementi meħtieġa biex ikunu żgurati l-

koerenza ekoloġika u l-funzjonalità tan-netwerk ikunu jeżistu fis-sit. (b) Kumpens barra s-sit ta’ Natura 2000 jekk l-istess kontribut għan-netwerk ekoloġiku

jkun fattibbli. Il-lok il-ġdid jista’ jkun sit ieħor nominat bħala Natura 2000 jew lok mhux nominat. F’dan l-aħħar każ, l-erja għandha tkun innominata bħala sit stess ta’ Natura 2000.

Il-miżuri ta’ kumpens għandhom jiżguraw il-kontinwità tal-proċessi ekoloġiċi essenzjali għaż-żamma tal-koerenza ġenerali tan-Netwerk Natura 2000. L-iskema ta’ kumpens għandha tkun ‘effikaċi’ fiż-żmien meta jseħħu l-effetti negattivi fis-sit ikkonċernat. Implimentazzjoni minn kmieni hija essenzjali. Tista’ tkun meħtieġa l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi ta’ mitigazzjoni biex jingħeleb telf interim possibbli.

Id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha, tekniċi, legali jew finanzjarji, meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kumpens għandhom jitlestew qabel ma tinbeda l-implimentazzjoni tal-pjan jew proġett, biex ikun evitat kull dewmien mhux previst li jista’ jfixxkel l-effikaċja tal-miżuri.

Finanzjament, monitoraġġ u rapportar: Miżuri ta’ kumpens jimplikaw il-kisba minn qabel ta’ bażi legali u finanzjarja soda għal implimentazzjoni, protezzjoni, monitoraġġ u manutenzjoni fit-tul.

3.3.5. Tħammil u attivitajiet ta’ manutenzjoni indirizzati Fil-każ ta’ portijiet li jkunu jinsabu f’estwarji jew qribhom, huwa komuni li l-aċċess għan-navigazzjoni jgħaddi minn siti nominati ta’ Natura 2000. Għall-portijiet kważi kollha, it-tħammil huwa meħtieġ biex il-passaġġi fuq l-ilma u l-korsiji tat-trasport marittimu jinżammu aċċessibbli. Jistgħu jinqalgħu konflitti potenzjali mal-obbligu tal-preservazzjoni tal-integrità ta’ sit ta’ Natura 2000. Madankollu, attivitajiet ta’ tħammil ta’ manutenzjoni bħal tħammil ta’ manutenzjoni kontinwu jew perjodiku jistgħu normalment ikunu ddisinjati b’mod li ma jaffettwawx ħażin l-integrità ta’ siti ta’ Natura 2000 jew l-objettivi ta’ konservazzjoni tagħhom. Hemm possibbiltajiet li jkunu ttrattati materjali mħammlin b’mod li ma jagħmlux ħsara lill-estwarju. Jekk ikunu applikati strateġiji adatti ta’ tqegħid ta’ sediment (pereżempju. f’każ ta’ rilokazzjoni ta’ sedimenti f’parti ta’ estwarju fejn ikun hemm nuqqas ta’ sedimenti) operazzjonijiet ta’ tħammil jista’ anki jkollhom effetti pożittivi fuq l-istat ta’ konservazzjoni ta’ estwarji. Tagħrif reċenti u l-aħjar prattiki wrew li pjan ta’ rilokazzjoni maħsub tajjeb jista’ jgħin biex jinbnew mill-ġdid strutturi morfoloġiċi ta’ siwi f’estwarji b’benefiċċji ambjentali interessanti. L-iżvilupp ta’ kunċetti innovattivi ta’ tħammil akkumpanjati minn skemi ta’ monitoraġġ strett jistgħu jikkontribwixxu biex jinkisbu kemm objettivi ta’ navigazzjoni kif ukoll objettivi ta’ konservazzjoni ta’ Natura 2000. Fil-kuntest ta’ sejbien ta’ soluzzjonijiet xierqa għal tħammil ta’ manutenzjoni sostenibbli, il-kunċett ta’ tħammil sostenibbli u skema ta’ ġestjoni ta’ sediment huwa favorit. Skemi bħal dawn għandhom jgħinu biex ikunu evitati problemi, konflitti u dewmien u, fejn ikun possibbli, għandhom jimmassimizzaw effetti pożittivi potenzjali fuq l-istat ta’ konservazzjoni ta’ estwarji u żoni kostali. L-użu ta’ tħammil sostenibbli u prattiki ta’ ġestjoni ta’ sediment għandhom ikomplu jimmitigaw l-impatt potenzjali ta’ operazzjonijiet ta’ manutenzjoni fil-kanali ta’ navigazzjoni. Dan, iżda, ma

Page 33: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

33 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

jneħħix awtomatikament il-ħtieġa għal valutazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. Strateġiji ta’ tħammil sostenibbli għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa ta’ karattru ġenerali għall-awtorità kompetenti biex tasal għal ġudizzju dwar il-probabbiltà ta’ effetti ħżiena possibbli fuq sit ta’ Natura 2000. Attività rikorrenti, tħammil ta’ manutenzjoni u rilokazzjoni ta’ sedimenti jistgħu jintużaw fil-kuntest ta’ tħammil sostenibbli u skema ta’ ġestjoni ta’ sediment kemm biex jinkisbu objettivi ta’ navigazzjoni, kif ukoll biex ikun hemm kontribut għal objettivi ta’ konservazzjoni ta’ Natura 2000. Is-sitt approċċi li ġejjin huma essenzjali fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni ta’ tħammil sostenibbli u ta’ skemi ta’ ġestjoni ta’ sediment:

- Ikun magħruf l-isfond fiżiku (morfoloġija, idroloġija, salinità, eċċ) taż-żona kkonċernata.

- Tinġabar l-informazzjoni meħtieġa dwar l-operazzjoni ta’ tħammil biex ikun ivvalutat fid-dettall l-impatt ambjentali.

- Titmexxa l-valutazzjoni tal-impatti tal-operazzjoni ta’ tħammil fuq l-ambjent naturali (fuq il-morfoloġija u l-idrodinamika ta’ estwarji, fuq ħabitats u speċijiet sensittivi, għal żmien qasir u fit-tul).

- Jintgħażlu l-aħjar prattiki, li jiddeskrivu s-soluzzjonijiet kollha possibbli biex ikunu mmitigati effetti ħżiena u, bħala l-aħħar tentattiv, lbiex ikunu eżaminati miżuri possibbli ta’ kumpens li jkollhom jittieħdu jekk ma jkunux jistgħu jiġu evitati l-effetti ħżiena sinifikanti kollha permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni.

- Jitwettaq programm ta’ monitoraġġ li jiddetermina l-ksib ta’ objettivi ambjentali.

- Tkun żgurata l-parteċipazzjoni ta’ partijiet interessati tul il-proċess kollu biex ikunu evitati lmenti u biex il-proċedura ma tiddewwimx.

Il-valutazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ tħammil u r-rimi ta’ materjal imħammel f’ambjenti marittimi hija rregolata minn konvenzjonijiet internazzjonali bħall-Konvenzjoni ta’ Londra, OSPAR, HELCOM, il-Konvenzjonijiet ta’ Barċellona u Bukarest. Linji gwida għal tħammil kapitali

Operazzjonijiet ta’ tħammil kapitali għandhom ikunu ddisinjati bħala parti minn tħammil sostenibbli u minn skemi ta’ ġestjoni ta’ sediment. Meta ma jkunux jistgħu jiġu esklużi effetti sinifikanti fuq sit ta’ Natura 2000, anki flimkien ma’ pjanijiet jew proġetti oħra, huma għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni xierqa skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats.

L-applikazzjoni ta’ tħammil bil-għaqal u ta’ strateġiji ta’ rilokazzjoni għandhom jgħinu biex jimmitigaw effetti ħżiena u fejn ikun possibbli jirrestawraw jew jiżviluppaw strutturi morfoloġiċi ta’ valur u b’hekk jiġġeneraw benefiċċji ekoloġiċi ("naħdmu man-natura").

Strateġiji ta’ rilokazzjoni ta’ tħammil u sediment għandhom ikunu ddisinjati b’mod li l-effetti pożittivi potenzjali tagħhom ikunu massimizzati. Għandu jkollhom bħala bażi skemi effikaċi ta’ monitoraġġ.

Linji gwida għal attivitajiet rikorrenti ta’ manutenzjoni inkluż tħammil ta’ manutenzjoni:

Attivitajiet rikorrenti ta’ manutenzjoni għandhom ikunu ddisinjati u esegwiti b’mod li jkun żgurat li ma jaffettwawx ħażin l-integrità ta’ siti ta’ Natura 2000 jew l-objettivi ta’ konservazzjoni tagħhom. Fejn ikun possibbli, l-effetti pożittivi potenzjali tagħhom fuq l-

Page 34: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 34

istat ta’ konservazzjoni ta’ estwarji u ta’ żoni kostali għandhom ikunu massimizzati permezz tal-applikazzjoni ta’ strateġiji sostenibbli ta’ ġestjoni ta’ sediment.

Attivitajiet rikorrenti ta’ manutenzjoni, fejn japplikaw, għandhom ikunu inklużi fi pjanijiet ta’ ġestjoni integrati ta’ Natura 2000, fi pjanijiet ta’ ġestjoni ekwivalenti jew fi pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ baċiri ta’ xmajjar biex ikun aċċertat li jkunu qed jiġu vvalutati u riveduti b’mod strutturat fil-kuntest ġenerali tal-konservazzjoni tas-siti.

Operazzjonijiet ta’ manutenzjoni f’sit ta’ Natura 2000 jew qribu għandhom ikunu ddisinjati speċifikament għal kull estwarju jew żona kostali u jkollhom bħala bażi skema ta’ monitoraġġ li biha jkunu jistgħu jiġu identifikati u jissewwew fil-ħin l-effetti ħżiena mhux previsti fuq objettivi ta’ konservazzjoni.

Jekk, wara li jitqiesu b’mod partikolari, ir-regolarità jew in-natura tal-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni jew il-kondizzjonijiet li taħthom ikunu esegwiti, operazzjonijiet bħal dawk jistgħu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu operazzjoni waħda, l-aktar fejn ikunu ddisinjati biex iżommu fi stat ta’ manutenzjoni kanal ta’ navigazzjoni f’ċertu fond permezz tat-tħammil regolari meħtieġ għal dak il-għan, dawk ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni jistgħu jitqiesu li jkunu l-istess proġett għall-finijiet tad-Direttiva dwar il-Ħabitats.

F’dak il-każ, jekk proġett bħal dak ikun ġie awtorizzat qabel it-terminu ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva, huwa ma jkunx soġġett għall-valutazzjoni minn qabel tal-implikazzjonijiet tal-proġett għas-sit ikkonċernat. Madankollu, f’sit ta’ Natura 2000, l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni għandhom ikunu soġġetti għal obbligu ġenerali ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats li jikkonsisti f’li tkun evitata d-deterjorazzjoni ta’ ħabitats naturali u ta’ ħabitats ta’ speċijiet u taqlib sinifikanti li jaffettwa lill-ispeċijiet li għalihom is-sit ikun ġie nnominat16.

Operazzjonijiet ta’ manutenzjoni, fiż-żmien ta’ kull intervent fil-kanal ta’ navigazzjoni, jista’ xi drabi jkun meħtieġ li jitqiesu bħala li jikkostitwixxu proġetti distinti, pereżempju minħabba tekniki li jinbidlu, kondizzjonijiet jew regolarità li taħthom ikunu esegwiti. F’każ bħal dak, kull wieħed minn dawk il-proġetti għandu, minħabba li aktarx ikun ser ikollu effett sinifikanti fuq is-sit ikkonċernat, jitqiegħed għal valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats.

Minħabba li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) jibqgħu dejjem applikabbli, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw mill-ġdid jekk hemmx il-possibbiltà li operazzjonijiet kontinwi humiex ser jagħtu lok għal deterjorazzjoni tal-habitats, jew ħabitats ta’ speċijiet u, fejn ikun meħtieġ, jieħdu l-passi xierqa biex jevitaw deterjorazzjoni bħal dik.

3.4. Trattament ta’ inċertezzi: ġestjoni adattiva Fit-twettiq ta’ valutazzjonijiet xierqa għal pjanijiet jew proġetti skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, jista’ jkun meħtieġ li jkun indirizzat il-prinċipju tal-prekawzjoni. Il-valutazzjoni għandha tikkonċentra b’mod li turi oġġettivament, b’evidenza ta’ prova, inkluż li jsiru l-istudji neċessarji, u abbażi tal-aħjar tagħrif xjentifiku disponibbli, li ma jkunx ser ikun hemm effetti ħżiena fuq l-integrità tas-sit ta’ Natura 2000. Iżda ġestjoni adattiva tgħin biex ikunu indirizzati sitwazzjonijiet meta, minħabba limiti ta’ xjenza jew inċertezza dwar il-funzjonament ta’ ekosistemi kumplessi u dinamiċi, ma jkunx possibbli għall-awtoritajiet kompetenti li jkunu jafu b’ċertezza sħiħa dwar in-nuqqas ta’ effetti ħżiena.

16 Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Jannar 2010 fil-Kawża C-226/08 (Stadt Papenburg vs Bundesrepublik Deutschland).

Page 35: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

35 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

Meta n-nuqqas ta’ effetti ħżiena sinifikanti ta’ pjan jew proġett fuq sit ta’ Natura 2000 ma jkunx jista jiġi aċċertat, l-iskema ta’ deroga skont l-Artikolu 6.4 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats tipprospetta li l-pjan jew proġett ikun jista’ jiġi awtorizzat biss fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet alternattivi, jekk il-pjan jew proġett ikun ġustifikat minħabba raġunijiet essenzjali ħafna ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza u jekk jittieħdu l-miżuri meħtieġa ta’ kumpens biex tkun protetta l-koerenza ġenerali tan-netwerk Natura 2000. Jekk pjan jew proġett ikun skont dawn id-dispożizzjonijiet (li probabbli jkun hekk għal kważi l-proġetti kollha ta’ żvilupp tal-portijiet), allura jkun essenzjali li l-aspetti differenti jkunu ċċarati fi stadju minn kmieni ħafna fl-iżvilupp tal-pjan jew proġett, minħabba li dawn huma elementi ewlenin għat-tfassil u l-iffinanzjar tagħhom, u, fl-aħħar imma mhux lanqas, fil-proċedura ta’ permess għalihom. Approċċ adattiv għall-implimentazzjoni ta’ pjan jew proġett jew skema ta’ kumpens jistgħu jkunu partikolarment utli biex ikunu indirizzati każijiet fejn, minħabba inċertezza b’rabta ma’ fatturi kontributorji differenti (lok, fiduċja, dewmien mhux mistenni), ikun impossibbli li jkunu ddefiniti l-effetti kollha tal-pjan jew il-proġett jew ta’ skema ta’ kumpens f’dettalji suffiċjenti u jekk inċertezza bħal din ma tkunx tista’ tiddaħħal bħala fattur permezz ta’ proporzjonijiet miżjuda. F’sitwazzjoni bħal din, għandhom ikunu previsti skema ta’ monitoraġġ rigoruż u pakkett ivvalidat u ddefinit minn qabel ta’ miżuri korrettivi riżervati. Miżuri bħal dawn għandhom jippermettu li miżuri ta’ mitigazzjoni u/jew ta’ kumpens ikunu aġġustati għar-realtà tal-impatti u b’dak il-mod ikun aċċertat li l-effetti ħżiena mhux previsti mill-bidu jkunu qed jiġu newtralizzati. Gwida estensiva dwar il-kunċett ta’ raġunijiet essenzjali ħafna ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza u dwar kif ikunu eżaminati soluzzjonijiet alternattivi kienet diġà ppubblikata f’dokumenti ta’ gwida eżistenti (ara l-Anness 1). Linji gwida għal ġestjoni adattiva:

Jekk ma jkunux jistgħu jiġu evitati impatti ħżiena sinifikanti anki b’miżuri ta’ mitigazzjoni, fl-aħħar mill-aħħar ikollha tittieħed id-deċiżjoni li jkun awtorizzat il-proġett minħabba l-eżistenza ta’ raġunijiet essenzjali ħafna ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza u n-nuqqas ta’ soluzzjonijiet alternattivi anqas ta’ ħsara skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats.

F’każ ta’ kull inċertezza xjentifika li jifdal fir-rigward tal-effetti ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni jew ta’ kumpens, il-miżuri għandhom jinkludu skema, iddefinita u vvalidata minn qabel biex isir monitoraġġ tal-impatti, u qafas, bħall-pjan ta’ ġestjoni ta’ Natura 2000, pjan integrali jew programm ta’ miżuri, għall-adattament ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens għall-impatti attwali.

Linji gwida biex jitqiesu soluzzjonijiet alternattivi

Fejn ikunu previsti effetti negattivi, għandha tkun identifikata firxa ta’ soluzzjonijiet alternattivi għall-kisba tal-objettivi tal-pjan jew proġett u dawn l-alternattivi għandhom ikunu vvalutati skont x’aktarx ikun l-impatt tagħhom fuq l-objettivi ta’ konservazzjoni ta’ siti ta’ Natura 2000.

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jillimitaw il-konsiderazzjoni tagħhom ta’ soluzzjonijiet alternattivi għal dawk issuġġeriti minn dawk li jipproponu l-proġett jew pjan. Hija r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti li tikkunsidra soluzzjonijiet alternattivi.

Page 36: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 36

Meta jkunu vvalutati soluzzjonijiet alternattivi għandhom ikunu kkonsultati l-aġenziji rilevanti kollha u korpi oħra. Għandha tkun ipprovduta informazzjoni dettaljata, b’indikazzjoni tas-sorsi, dwar is-soluzzjonijiet alternattivi u dwar l-impatt tagħhom fuq sit affettwat ta’ Natura 2000. Meta jkunu vvalutati alternattivi għandu jkun applikat il-prinċipju tal-prekawzjoni.

Page 37: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

37 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

Anness 1: Komunikazzjonijiet u dokumenti ta’ gwida tal-Kummissjoni Ewropea

Dokumenti ta’ gwida tal-UE relatati mad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats

- Il-Kummissjoni Ewropea, (2000), Il-ġestjoni ta’ siti ta’ Natura 2000: id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats 92/43/KEE. Il-Lussemburgu: Uffiċċju għall-pubblikazzjonijiet uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. [traduzzjoni mhux uffiċjali] http://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/management/docs/art6/provision_of_art6_en.pdf

- Il-Kummissjoni Ewropea, (2002), Valutazzjoni ta’ pjanijiet u proġetti li jaffettwaw b’mod sinifikanti siti ta’ Natura 2000. Gwida metodoloġika dwar id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6(3) u (4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats 92/43/KEE. Il-Lussemburgu: Uffiċċju għall-pubblikazzjonijiet uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. [traduzzjoni mhux uffiċjali] http://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/management/docs/art6/natura_2000_assess_en.pdf

- Il-Kummissjoni Ewropea (2007), Dokument ta’ gwida dwar l-Artikolu 6(4) tad-‘Direttiva dwar il-Ħabitats’ 92/43/KEE. Kjarifika tal-kunċetti ta’: soluzzjonijiet alternattivi, raġunijiet essenzjali ħafna ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza, miżuri ta’ kumpens, koerenza ġenerali, opinion tal-Kummissjoni.

http://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/management/docs/art6/guidance_art6_4_mt.pdf%20

- Il-Kummissjoni Ewropea (2007), Dokument ta’ gwida dwar il-protezzjoni stretta ta’ speċijiet ta’ annimali ta’ interess Komunitarju skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats 92/43/KEE, 87 pp. [traduzzjoni mhux uffiċjali] http://circa.europa.eu/Public/irc/env/species_protection/library?l=/commission_guidance/english/final-completepdf/_EN_1.0_&a=d

Dokumenti ta’ gwida ewlenin tal-KE relatati mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

- Il-Kummissjoni Ewropea, (2003), Strateġija ta’ implimentazzjoni komuni għad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (2000/60/KE), Ilmijiet tranżizzjonali u kostali -Tipoloġija, Kondizzjonijiet ta’ referenza u sistemi ta’ klassifikazzjoni, Dokument ta’ Gwida Nru 5, Il-Lussemburgu: Uffiċċju għall-pubblikazzjonijiet uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, 116 pp. [traduzzjoni mhux uffiċjali]

http://circa.europa.eu/Public/irc/env/wfd/library?l=/framework_directive/guidance_documents&vm=detailed&sb=Title

- Il-Kummissjoni Ewropea, (2003), Strateġija ta’ implimentazzjoni komuni għad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (2000/60/KE), Identifikazzjoni u Nomina ta’ Korpi Idriċi Modifikati Ħafna u Artifiċjali, Dokument ta’ Gwida Nru 4, Il-Lussemburgu: Uffiċċju għall-pubblikazzjonijiet uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, pp.14. [traduzzjoni mhux uffiċjali]

http://circa.europa.eu/Public/irc/env/wfd/library?l=/framework_directive/guidance_documents&vm=detailed&sb=Title

- Il-Kummissjoni Ewropea (2006), Strateġija ta’ Implimentazzjoni Komuni għad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. Eżenzjonijiet mill-objettivi ambjentali skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma mogħtijin għal modifiki ġodda jew għal attivitajiet ġodda ta’ żvilupp sostenibbli (WFD Artikolu 4.7), dokument ta’ definizzjoni ta’ politika. [traduzzjoni mhux uffiċjali]

Page 38: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 38

http://circa.europa.eu/Public/irc/env/wfd/library?l=/framework_directive/thematic_documents/environmental_objectives&vm=detailed&sb=Title

- Il-Kummissjoni Ewropea (2006), WFD u Pressjonijiet idromorfoloġiċi: Punt fokali fuq l-enerġija idroelettrika, navigazzjon u attivitajiet ta’ difiża minn għargħar Rakkomandazzjonijiet għal integrazzjoni aħjar ta’ politika, Dokument ta’ Definizzjoni ta’ Politika, 44pp. [traduzzjoni mhux uffiċjali]

http://circa.europa.eu/Public/irc/env/wfd/library?l=/framework_directive/thematic_documents/hydromorphology&vm=detailed&sb=Title

- Il-Kummissjoni Ewropea (2006), WFD u Pressjonijiet idromorfoloġiċi, Prattika tajba fil-ġestjoni tal-impatti ekoloġiċi ta’ skemi ta’ enerġija idroelettrika; xogħlijiet ta’ protezzjoni minn għargħar; u xogħlijiet iddisinjati biex jiffaċilitaw in-navigazzjoni skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, 68 pp.[traduzzjoni mhux uffiċjali]

http://circa.europa.eu/Public/irc/env/wfd/library?l=/framework_directive/thematic_documents/hydromorphology&vm=detailed&sb=Title

Dokumenti ta’ politika tal-KE relatati ma’ politiki marittimi u ta’ portijiet

- Il-Kummissjoni Ewropea, (2006) Lejn Politika Marittima tal-Unjoni għall-ġejjieni: Viżjoni Ewropea għall-Oċeani u l-Ibħra Green Paper, 49pp. COM (2006) 27 http://eur-

lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2006:0275:FIN:MT:HTML

- Il-Kummissjoni Ewropea, (2006), Awtostradi tal-Baħar: It-tneħħija tal-merkanzija mit-toroq Ewropew għal band’oħra, Il-Lussemburgu: Uffiċċju għall-pubblikazzjonijiet uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, 6 pp. .[traduzzjoni mhux uffiċjali] http://ec.europa.eu/transport/intermodality/motorways_sea/doc/2006_motorways_sea_brochure_en.pdf

- Il-Kummissjoni Ewropea, (2007), Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea, 17 pp. COM (2007) 575 http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2007:0575:FIN:MT:PDF

- Il-Kummissjoni Ewropea, (2007), Komunikazzjoni dwar il-Politika Ewropea għall-Portijiet, 16 pp. COM (2007) 616. http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2007:0616:FIN:MT:PDF

- Il-Kummissjoni Ewropea, (2009), L-iskopijiet strateġiċi u r-rakkomandazzjonijiet għall-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2018:, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, DG Trasport u Enerġija, 19 p.

http://eurlex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52009DC0008:MT:HTMLF

Dokumenti ta’ gwida tal-KE relatati ma’ ICZM u żoni kostali

- Il-Kummissjoni Ewropea, (2002), Rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali (2002/413/KE). .[traduzzjoni mhux uffiċjali]

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2002:148:0024:0027:EN:PDF

- Il-Kummissjoni Ewropea, (2004b), Il-ħajja u l-erożjoni kostali fl-Ewropa-Sediment u Spazju għal Sostenibbiltà, UErożjoni, Il-Lussemburgu: Uffiċċju għall-pubblikazzjonijiet

Page 39: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

39 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, 44 pp..[traduzzjoni mhux uffiċjali] http://www.eurosion.org/project/eurosion_en.pdf

Dokumenti oħra ta’ gwida tal-KE

- Il-Kummissjoni Ewropea, (2004), Żvilupp ta’ Dokument ta’ Gwida dwar Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS) u Erożjoni Kostali, Il-Lussemburgu: Uffiċċju għall-pubblikazzjonijiet uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, 72 pp.[traduzzjoni mhux uffiċjali]

http://ec.europa.eu/environment/iczm/pdf/coastal_erosion_fin_rep.pdf

- Il-Kummissjoni Ewropea, (2006), It-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità sal-2010-u lil hinn, It-tisħiħ tas-servizzi ta’ l-ekosistema għall-ġid tal-bniedem , Il-Lussemburgu: Uffiċċju għall-pubblikazzjonijiet uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, 15 pp. COM (2006) 216.http://eurlex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52006DC0216:MT:HTM

- Il-Kummissjoni Ewropea, (2007), Nadattaw għall-bidla klimatika fl-Ewropa – alternattivi għall-azzjoni ta’ l-UE , Green Paper, 27 pp. COM (2007) 354.

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/site/mt/com/2007/com2007_0354mt01.pdf

- Il-Kummissjoni Ewropea, (2007), Agenda għal turiżmu Ewropew sostenibbli u kompetittiv, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, COM (2007) 621finali.

http://eurlex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007DC0621:mt:HTML

- Il-Kummissjoni Ewropea, (2010), L-Ewropa, l-ewwel destinazjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, COM (2010) 352 finali.

http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/tourism/files/communications/communication2010_mt.pdf

Page 40: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

40 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

Anness 2: Inizjattivi privati magħżula li jinvolvu s-settur tal-portijiet

1. Ekoportijiet (ara www.ecoportijiet.com) Ekoportijiet huwa proġett ta’ riċerka u żvilupp imniedi fl-2002 u inizjalment iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea u 12-il port u organizzazzjonijiet ta’ portijiet. Il-mira ewlenija ta’ Ekoportijiet kienet li jkun armonizzat l-approċċ ta’ ġestjoni ambjentali ta’ amministrazzjonijiet ta’ portijiet fl-Ewropa, billi tkun stabbilita sistema ta’ ġestjoni ambjentali, kif ukoll l-iskambju ta’ esperjenzi u l-implimentazzjoni ta’ prattiki tajba fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali relatati ma’ portijiet. 2. L-ESPO, Kodiċijiet ta’ Prattika Ambjentali (ara www.espo.be) Fl-1994, l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Portijiet Marittimi (ESPO) ippubblikat l-ewwel Kodiċi Ewropew ta’ Prattika Ambjentali, li kien maħsub biex ikun espressjoni tal-impenn kollettiv tal-amministrazzjonijiet ta’ portijiet għal titjib ambjentali. Għalhekk għamlet serje ta’ rakkomandazzjonijiet dwar l-integrazzjoni ta’ politiki ta’ protezzjoni ambjentali fl-aspetti kollha tal-operazzjonijiet tagħhom. Fl-2002, l-ESPO għamlet stħarriġ dwar l-impatt tad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats fuq l-iżvilupp ta’ portijiet. Is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin kienu ppubblikati fl-2007 fil-Kodiċi ta’ Prattika tal-ESPO dwar id-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats. 3. Paralia Natura (ara www.imiparalianatura.org) Il-proġett Paralia Natura kien stabbilit f’Diċembru 2000 bħala pjattaforma informali biex ikunu diskussi d-Direttiva dwar il-Ħabitats u materji u proġetti relatati. Huwa maħsub li jwassal għal kooperazzjoni multidixxiplinarja wiesgħa bejn gvernijiet, portijiet, universitajiet, NGOs u ċentri ta’ għarfien f’termini ta’ skambju ta’ esperjenzi u informazzjoni. 4. Il-proġett NEW! Delta (Interreg IIIB – Ewropa tal-Majjistral, ara www.newdelta.org) Il-proġett NEW! Delta, li tnieda f’Lulju 2004, iffoka wkoll fuq l-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats. Il-proġett ġab flimkien 10 imsieħba minn 4 pajjiżi fl-Ewropa tal-Majjistral (l-Ingilterra, Franza, il-Belġju u l-Olanda), inklużi awtoritajiet ta’ portijiet, amministrazzjonijiet reġjonali u istituzzjonijiet ta’ riċerka. 5. SedNet (il-Ħames Programm Qafas RTD, ara www.sednet.org) In-Netwerk Sediment (SedNet) huwa netwerk Ewropew li l-għan tiegħu huwa li jinkorpora kwistjonijiet relatati ma’ sediment u għarfien dwar strateġiji Ewropej biex isostnu miri ambjentali u biex jiżviluppaw mezzi ġodda għall-ġestjoni ta’ sediment. 6.TIDE (Programm tal-Baħar tat-Tramuntana Interreg IV B, ara www.tide-proġett.eu/) Il-proġett Interreg TIDE kien stabbilit f’Settembru 2009. L-għan tiegħu huwa l-ġestjoni integrata ta’ estwarji li jservu bħala kanali ta’ trasport marittimu għal portijiet importanti tal-baħar b’influwenza qawwija tal-marea u b’rati konsiderevoli ta’ trasport ta’ sediment. Sħubija ta’ awtoritajiet ta’ portijiet, aġenziji ambjentali u xjenza mill-estwarji ta’ Elbe, Scheldt, Humber u Weser għandhom jibdlu esperjenza u jiżviluppaw mezzi u jippilotaw miżuri għal ġestjoni integrata ta’ estwarji.

Page 41: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

41 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

Anness 3: Lista ta’ kontroll tal-ESPO dwar prattika tajba għall-bilanċ ta’ Natura 2000 mal-iżvilupp u l-operazzjonijiet ta’ portijiet u passaġġi fuq l-ilma (Diċembru 2009)

Din il-lista ta’ kontroll tista' tkun ikkunsidrata bħala eżempju li l-Istati Membri jistgħu jqisu li jadottaw biex jipprovdu gwida u ċertezza legali għall-attivitajiet ta’ żviluppaturi u operaturi ta’ portijiet u passaġġi fuq l-ilma.

Ippjanar spazjali u integrat Attivitajiet eżistenti ta’ portijiet u passaġġi fuq l-ilma huma vvalutati, meqjusa u mkejla

sewwa fil-livelli rilevanti kollha ta’ ppjanar spazjali.

Żviluppi ġodda u tkabbir għall-ġejjieni ta’ portijiet u passaġġi fuq l-ilma eżistenti huma parti integrali mill-proċessi rilevanti ta’ ppjanar spazjali.

Attivitajiet ta’ portijiet u passaġġi fuq l-ilma meqjusa u mkejla sewwa fi pjan ta’ ġestjoni bilanċjat u integrat ta’ Natura 2000.

Ippjanar ta’ proġetti ġodda ta’ portijiet u passaġġi fuq l-ilma L-iżvilupp sostenibbli ta’ portijiet huwa element ewlieni ta’ liċenzja għal tkabbir ta’

attivitajiet relatati ma’ portijiet (li wieħed jagħmel l-aħjar użu u jieħu l-akbar spazju industrijali ta’ portijiet, titjib tal-operazzjoni ta’ skala u użu effiċjenti ta' modi ta’ trasport).

L-effetti ta’ attivitajiet marittimi b’bastimenti f’portijiet jew qribhom huma suġġetti għal skemi u trattati ta’ regolamentazzjoni internazzjonali (UNCLOS, IMO, MARPOL). Trasport marittimu sostenibbli għandu jkun promoss permezz ta’ skemi volontarji (p.eż Indiċi ta’ Bastimenti Ambjentali).

L-opinjonijiet ta’ azzjonisti, tal-pubbliku u ta’ partijiet interessati jitqiesu mill-bidu billi jintuża proċess ta’ partijiet interessati definit sewwa. Kemm jista’ jkun possibbli ntlaħaq qbil dwar il-kwistjonijiet rilevanti kollha bl-użu tal-aħjar tagħrif xjentifiku eżistenti.

Jekk effett sinifikanti ma jkunx jista’ jiġi eskluż f’valutazzjoni minn qabel, għandhomimbagħad jittieħdu l-passi ulterjuri tal-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats (DĦ) (valutazzjoni sħiħa, alternattivi, mitigazzjoni, kumpens – ara l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-ESPO u linji gwida speċifiċi tal-UE).

L-awtorità kompetenti għandha tapprova u ssaħħaħ ir-riżultati tal-proċess tal-partijiet interessati u l-valutazzjonijiet tal-iżvilupp ta’ portijiet u tinkorporahom u tiżgurahom (inklużi d-deċiżjonijiet meħudin matul il-proċess) fil-pjanijiet integrati rilevanti.

Tħammil ta’ manutenzjoni Kienet stabbilita strateġija ta’ tħammil ta’ manutenzjoni li tqis aspetti idromorfoloġiċi u

ekoloġiċi.

Abbażi tal-aktar informazzjoni reċenti u ta’ proċess ta’ feedback li jinvolvu lill-partijiet interessati rilevanti kollha, attivitajiet ta’ tħammil – b’konformità ma’ rekwiżiti ekonomiċi u legali – għandhom l-għan li jagħmlu l-anqas impatt possibbli fuq l-objettivi ta’ konservazzjoni ta’ Natura 2000.

Strateġija jew skema ta’ tħammil ta’ manutenzjoni sostenibbli hija parti minn pjan ta’ ġestjoni integrali. Abbażi ta’ prinċipji ġenerali b’konformità ma’ objettivi ta’

Page 42: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 42

konservazzjoni, it-tħammil huwa flessibbli skont ir-rekwiżiti ta’ sistema dinamika ta’ estwarji, xmajjar u kosti influwenzati mill-marea.

Attivitajiet ta’ tħammil intużaw bl-aħjar mod skont l-ordni li ġej:

- Fattibbiltà teknika, disponibbiltà ta' dreġers

- Sikurezza, rekwiżiti nawtiċi, navigabbiltà

- Rekwiżi ekoloġiċi legalment vinkolanti(BHD, DQI, eċċ.)

- Regolamenti amministrattivi (p.eż pjanijiet ta’ ġestjoni, objettivi speċifiċi għal sit)

- Integrazzjoni sħiħa ta’ kriterji fit-tul komprensivi, idromorfoloġiċi, ekoloġiċi u relatati ma’ sediment

- Kriterji għal żmien qasir u/jew lokali

- Kosteffettività

- Aspetti oħra mhux vinkolanti bħal ftehimiet ma’ partijiet interessati.

Ġestjoni ta’ sit ta’ Natura 2000 u miżuri ta’ manutenzjoni L-għan huwa li jintlaħqu objettivi fattibbli ta’ konservazzjoni għas-siti kollha b’bilanċ

mal-iżvilupp fit-tul ta’ portijiet u passaġġi fuq l-ilma.

Awtoritajiet tal-portijiet u tal-passaġġi fuq l-ilma għandhom ikunu involuti b’mod attiv mill-bidu biex ikunu stabbiliti pjanijiet ta’ ġestjoni.

Meta jkunu ttrattati inċertezzi (tagħrif ta’ ekosistemi, relazzjoni ta’ kawża u effett), skemi ta’ riċerka u monitoraġġ għandhom ikunu inklużi bħala parti mill-pjan ta’ ġestjoni.

Page 43: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

43 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

Anness 4: Tqabbil ta’ proċeduri skont AA, EIA u SEA

AA EIA SEA

Liema tipi ta’ żviluppi huma mmirati?

Kull pjan jew proġett li – waħdu jew flimkien ma’ pjanijiet/proġetti oħra – aktarx li jkollu effett sinifikanti fuq sit ta’ Natura 2000 (esklużi pjanijiet jew proġetti konnessi direttament mal-ġestjoni tas-sit għall-konservazzjoni).

Il-proġetti kollha elenkati fl-Anness I.

Għal proġetti elenkati fl-Anness II il-ħtieġa ta’ EIA għandha tkun determinata abbażi ta’ każ b'każ u skont limiti jew kriterji stabbiliti mill-Istati Membri (meqjusin il-kriterji fl-Anness III).

Kull Pjan u Programm li (a) jitħejjew għall-agrikoltura, l-forestrija, is-sajd, l-enerġija, l-industrija, it-trasport, il-ġestjoni tal-iskart, il-ġestjoni tal-ilma, it-telekomunikazzjonijiet, it-turiżmu, l-ippjanar urban u territorjali jew l-użu tal-art u li jistabbilixxu l-qafas għall-kunsens ta’ żvilupp fil-ġejjieni ta’ proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 85/337/KEE, jew (b) minħabba l-effett li x’aktarx ikun hemm fuq siti, ikun ġie determinat li jkunu jeħtieġu valutazzjoni skont l-Artikoli 6 jew 7 tad-Direttiva 92/43/KEE.

Liema impatti jeħtiġilhom ikunu vvalutati b’mod rilevanti għan-natura?

Il-valutazzjoni għandha ssir minħabba l-objettivi ta’ konservazzjoni tas-sit (li jkollhom rabta mat-tipi ta’ speċijiet/ħabitats li għalihom is-sit ikun ġie ddisinjat.)

L-impatti għandhom ikunu vvalutati biex ikun determinat jekk jaffettwawx ħażin l-integrità tas-sit konċernat, jew xort’oħra.

Effetti sinifikanti diretti u indiretti, sekondarju, kumulattivi, għal żmien qasir, medju u fit-tul, permanenti u temporanji, posittivi u negattivi fuq ….’fawna u flora’.

Effetti sinifikanti probabbli fuq l-ambjent, inklużi fuq materji bħal-bijodiversità, il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, il-fawna, il-flora, il-ħamrija, l-ilma, l-arja, fatturi klimatiċi, assi materjali, il-patrimonju kulturali, inklużi l-patrimonju arkitettoniku u arkeoloġiku, il-pajsaġġ u r-relazzjoni bejn il-fatturi ta’ hawn fuq.

Min jagħmel il-valutazzjoni?

Hija r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti li tiżgura li ssir l-AA. F’dak il-kuntest l-iżviluppatur jista’ jkun jeħtieġlu jagħmel l-istudji kollha neċessarji u li jipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja lill-awtorità kompetenti biex din tal-aħħar tkun tista’ tieħu deċiżjoni informata sewwa. Meta tagħmel dan l-awtorità kompetenti tkun tista’ wkoll tiġbor informazzjoni rilevanti

L-iżviluppatur. L-awtorita kompetenti tal-ippjanar.

Page 44: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 44

minn sorsi oħra kif ikun jixraq.

Il-pubbliku/awtoritajiet oħra jkunu kkonsultati?

Mhix ħaġa obbligatorja imma ta’ min jinkuraġġieha (‘jekk ikun jixraq’).

Konsultazzjoni obbligatorja għandha ssir qabel l-adozzjoni tal-proposta għal żvilupp.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet li x’aktarx ikunu kkonċernati bil-proġett minħabba r-responsabbiltajiet ambjentali speċifiċi tagħhom jingħataw opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar it-talba għal kunsens għal żvilupp.

L-istess japplika għall-pubbliku

Konsultazzjoni obbligatorja għandha ssir qabel l-adozzjoni tal-pjan jew programm.

L-awtoritajiet u l-pubbliku għandhom jingħataw opportunità bikrija u effikaċi f’termini ta’ żmien xierqa biex jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar l-abbozz tal-pjan jew programm u dwar ir-rapport ambjentali li jakkumpanjahom qabel l-adozzjoni tal-pjan jew programm jew qabel ma jintbagħtu għall-proċedura leġiżlattiva.

L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet li għandhom ikunu kkonsultati li, minħabba r-responsabbiltajiet ambjentali speċifiċi tagħhom, x’aktarx li jkunu konċernati.

Ir-riżultati kemm jorbtu?

Jorbtu. L-awtoritajiet kompetenti jaqblu dwar il-pjan jew proġett biss wara li jkunu aċċertaw li ma jolqtux ħażin l-integrità tas-sit.

Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura bħala parti mill-EIA għandhom jitqiesu fil-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp.

Ir-rapport ambjentali, kif ukoll l-opinjonijiet espressi għandhom jitqiesu matul it-tħejjija tal-pjan jew programm u qabel l-adozzjoni tagħhom jew qabel ma jintbagħtu għall-proċedura leġiżlattiva.

Page 45: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

45 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

GLOSSARJU

Soluzzjonijiet alternattivi: Modi differenti għall-kisba tal-objettivi ta’ pjan jew proġett. Is-servizzi tal-Kummissjoni jissuġġerixxu li huma jistgħu jinvolvu lokazzjonijiet alternattivi, skali jew disinji differenti ta’ żvilupp jew proċessi alternattivi (Gwida tal-KE dwar l-Artikolu 6 (3) (4), 2001).

Valutazzjoni Xierqa (Appropriate Assessment (AA)): Il-proċess skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats li bih ikunu vvalutati l-effetti potenzjali ta’ pjan jew proġett fuq sit ta’ Natura 2000 minħabba l-objettivi ta’ konservazzjoni tas-sit biex ikun aċċertat jekk il-pjan jew proġett jaffettwawx ħażin l-integrità tas-sit.

Miżuri ta’ kumpens: Rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 6(4) fejn tkun iġġustifikata ħsara lil sit Ewropew fin-nuqqas ta’ alternattivi u għal raġunijiet essenzjali ħafna ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza (REIPS). Miżuri ta’ kumpens għandhom jitfasslu biex jipproteġu l-koerenza ġenerali tan-Netwerk Natura 2000. Dan normalment iġib miegħu l-ħolqien ta’ ħabitat xieraq kemm jista’ jkun qrib ta’ fejn tkun ser issir il-ħsara u li jkun jiffunzjona kompletament qabel ma ssir il-ħsara.

Impatti kumulattivi: Impatti li jakkumulaw fl-ispażju u maż-żmien minn bosta pjanijiet/proġetti.

Deterjorazzjoni: Deterjorazzjoni fiżika li taffettwa lill-ħabitat jew is-sit tat-tgħammir jew il-post ta’ mistrieħ tal-ispeċi. B’kuntrast ma’ qerda, degradazzjoni bħal din tista’ sseħħ bil-mod u gradwalment tnaqqas mill-funzjonalità tas-sit f’termini ta’ kwalità jew kwantità u tista’ tul ċertu perjodu ta’ żmien twassal biex is-sit jintilef għalkollox.

Taqlib: Bidla temporanja jew permanenti fil-kondizzjonijiet ambjentali (pereżempju bi ħsejjes, sors ta’ dawl) li jista’ jkollha effett negattiv fuq il-ħabitat naturali jew speċi. It-taqlib jista’ jkun ta’ detriment għal speċi protetta, pereżempju billi jnaqqas il-possibbiltajiet ta’ sopravivenza, is-suċċess tat-tgħammir jew il-ħila riproduttiva u jista’ jikkawża effetti indiretti addizzjonali (pereżempju kompetizzjoni akbar għal riżorsi alimentari).

Stat ta’ konservazzjoni favorevoli: L-istat ta’ konservazzjoni ta’ ħabitat naturali jitqies bħala "favorevoli" meta: il-firxa naturali u meded ta’ art tiegħu li jkopri f’dik il-firxa jkunu stabbli jew qed jiżdiedu; ikunu jeżistu l-istruttura u l-funzjonijiet speċifiċi li huma meħtieġa għall-manutenzjoni tiegħu fit-tul u x’aktarx li jkomplu jeżistu għall-ġejjieni previst; u l-istat ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet tipiċi tiegħu jkun favorevoli (Artikolu 1.e tad-Direttiva dwar il-Ħabitats).

L-istat ta’ konservazzjoni ta’ speċijiet jitqies bħala "favorevoli" meta: tinżamm popolazzjoni vijabbli fuq bażi fit-tul; il-firxa naturali tal-ispeċijiet la tkun qed tonqos u lanqas hemm il-possibbiltà li se tonqos fil-ġejjieni; u jkun hemm, u x’aktarx li jkompli jkun hemm, ħabitat kbir biżżejjed biex iżomm il-popolazzjonijiet tiegħu fuq bażi fit-tul.

Ħabitat ta’ interess Komunitarju: Tip ta’ ħabitat naturali fl-Anness I tad-Direttiva dwar il-Ħabitats.

Page 46: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 46

Raġunijiet essenzjali ħafna ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza (REIPS): Rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 6(4) li, f’ċirkostanzi limitati, jippermetti li jinbeda pjan jew proġett ukoll wara li VX tkun naqset li taċċerta li l-integrità ta’ sit ta’ Natura 2000 ma jkunx ser jintlaqat ħażin.

Mitigazzjoni: Miżuri bil-għan li l-impatt negattiv ta’ pjan jew proġett, waqt li jkun qed jitlesta jew wara, ikun mill-anqas jew jitħassar.

Monitoraġġ: Ġabra u analiżi ta’ osservazzjonijiet jew qisien imtennija biex ikunu evalwati bidliet fil-kondizzjoni u l-progress biex jintlaħaq l-objettiv tal- ġestjoni.

Sit ta’ Natura 2000: siti nnominati biex jifformaw in-Netwerk Natura 2000, li jinkludu Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali (SPA) u Siti ta’ Importanza Komunitarja (SCI) approvati mill-Kummissjoni Ewropea u ddikjarati bħala Żoni ta’ Konsevazzjoni Speċjali (SAC) mill-Istati Membri.

Kumpens: Kumpensi għall-bijodiversità huma azzjonijiet maħsubin biex jikkumpensaw għall-ħsara residwali u inevitabbli lill-bijodiversità kkawżata minn proġetti ta’ żvilupp, bil-mira li ma jkunx hemm telf nett ta’ bijodiversità.

Prinċipju tal-prekawzjoni: fejn l-evidenza xjentifika tkun insuffiċjenti, inkonklussiva jew inċerta u jkun hemm indikazzjonijiet permezz ta’ evalwazzjoni xjenfitika oġġettiva preliminari, li jkun hemm motivi raġjonevoli għal tħassib li l-effetti potenzjalment perikolużi fuq l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti jistgħu jkunu inkonsistenti mal-livell ta’ protezzjoni magħżul, in-nuqqas ta’ tagħrif xjentifiku m’għandux jintuża bħala raġuni biex ikunu posposti miżuri kosteffettivi biex tkun evitata d-degradazzjoni ambjentali (Id-Dikjarazzjoni ta’ Rio, 1992 & KE, 2000).

Interess Kwalifikattiv: tip ta’ ħabitat naturali elenkat fl-Anness I jew speċi elenkata fl-Anness II tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, speċi elenkata fl-Anness I tad-Direttiva dwar l-Għasafar jew speċi migratorja li tidher ta' spiss mhux elenkata fl-Anness I, li għalihom tkun innominata Natura 2000.

Sit ta’ Importanza Komunitarja (Site of Community Importance (SCI)): huwa ddefinit fid-Direttiva dwar il-Ħabitats (92/43/KEE) bħala sit li, fir-reġjun bioġeografiku jew reġjuni bioġeografiċi li jinsab fih, jgħin b’ mod sinifikanti fil-manutenzjoni jew fir-ripristinar fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli ta’ tip ta’ habitat naturali fl-Anness I jew ta’ speċi fl-Anness II u jista’ wkoll jgħin b’ mod sinifikanti għall-koerenza ta’ Natura 2000, u/jew jgħin b’mod sinifikanti fil-ħarsien tad-diversità bioloġika fi ħdan ir-reġjun bioġeografiku jew reġjuni bioġeografiċi konċernati. SCis ikunu proposti lill-Kummissjoni mill-Istati Membri u malli jkunu approvati għandhom ikunu nnominati bħala Żoni ta’ Konsevazzjoni Speċjali (SACs) mill-Istati Membri.

Żona ta’ konservazzjoni speċjali (Special Area Conservation (SPA)): sit ta’ importanza Komunitarja nnominat mill-Istati Membri permezz ta’ att statutorju, amministrattiv u/jew kuntrattwali fejn ikunu applikati l-miżuri meħtieġa ta’ konservazzjoni għaż-żamma jew ir-ristorazzjoni, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, tal-ħabitats naturali u/jew tal-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet li għalihom is-sit ikun innominat.

Page 47: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

47 Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali

Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (Special Protection Area (SPA)): Żona protetta nnominata skont id-Direttiva dwar l-Għasafar għal speċijiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva u/jew għal speċijiet migratorji li jidhru ta' spiss, u inklużi fit-Netwerk Natura 2000.

Speċi ta’ Interess Komunitarju: speċi elenkata fl-Anness II u/jew fl-Anness IV jew V għad-Direttiva dwar il-Ħabitats.

Partijiet interessati: Persuni jew organizzazzjonijiet li għandhom ikunu affettwati minn programm, proġett jew azzjoni, jew li jinfluwenzawhom.

Sorveljanza: Programm estiż ta’ stħarriġ magħmul sistematikament biex jipprovdi serje ta’ osservazzjonijiet biex jaċċerta l-varjabbiltà li tista’ sseħħ maż-żmien.

Page 48: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Gwida tal‐KE dwar l‐implimentazzjoni tal‐leġiżlazzjoni tal‐UE dwar in‐natura f’estwarji u f’żoni kostali 48

Page 49: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

Il-Kummissjoni Ewropea Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea 2011 48 pp. 21.0 x 29.7 ċm ISBN 978-92-79-20343-5 doi: 10.2779/89966

Page 50: Gwida tal implimentazzjoni tal leġiżlazzjoni tal natura f ... · Huma punti ewlenin ta’ trasferiment modali u ta’ interess vitali biex ikun immaniġġjat 90% tal-kummerċ internazzjonali

KH

-31-11-028-MT-N